Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0583

Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà fl-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA)

/* KUMM/2008/0583 finali - COD 2008/0185 */

52008PC0583

Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà fl-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA) /* KUMM/2008/0583 finali - COD 2008/0185 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 29.9.2008

KUMM(2008) 583 finali

2008/0185 (COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà fl-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA)

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. KUNTEST TAL-PROPOSTA |

1100 | Raġunijiet tal-proposta u l-għanijiet tagħha Fl-Ewropa tal-lum iċ-ċittadini huma liberi li jaħdmu u li jirrilokaw ruħhom fl-Unjoni filwaqt li l-impriżi huma liberi li jikkummerċjalizzaw u jwettqu n-negozju tagħhom fl-Unjoni kollha. Meta jagħmlu dan, huma frekwentament ikollhom jinteraġixxu mal-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri, ħaġa li huma qegħdin jagħmlu dejjem aktar elettronikament. Biex tkun iffaċilitata l-interazzjoni elettronika maċ-ċittadini u l-impriżi, l-Istati Membri gradwalment ittrasformaw l-amministrazzjonijiet tagħhom, tejbu l-proċessi tan-negozju tagħhom u l-mod kif jinteraġixxu maċ-ċittadini u l-impriżi, biex b’hekk inaqqsu l-aktar il-piż u l-ispejjeż amministrattivi waqt li jżidu l-effikaċja tas-servizzi pubbliċi. Madankollu, hemm riskju kbir li ser ifiġġu ostakli elettroniċi (“ostakli-e”) minn din it-trasformazzjoni minħabba d-dimensjoni nazzjonali tagħha u minħabba nuqqas ta’ interoperabbiltà fil-livell Ewropew b’mod li ċ-ċittadini u l-impriżi ma jkunux jistgħu jinteraġixxu elettronikament ma’ amministrazzjoni nazzjonali għajr dik tagħhom bl-istess faċilità bħaċ-ċittadini u l-impriżi lokali. Dan jista’ jimpedixxi l-funzjonament tajjeb tas-suq intern u l-libertajiet tal-moviment assoċjati b’effetti negattivi fuq il-ftuħ u l-kompetittività tas-swieq u l-mobbiltà bejn il-fruntieri kif ukoll ikollu impatt fuq it-twassil ta’ ċerti servizzi ta’ interess ġenerali għaċ-ċittadini u l-impriżi, kemm jekk ekonomiċi kif ukoll jekk le. Fl-istess ħin l-isfidi li l-Ewropa qegħda tiffaċċja llum dejjem aktar jeħtieġu risposti ta’ politika komuni u konsegwentement jeħtieġu li l-Istati Membri jgħaqqdu l-forzi safejn hija kkonċernata l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-risposti ta’ politika komuni. L-implimentazzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ atti leġiżlattivi hija, fil-fatt, ir-responsabbiltà konġunta tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni Ewropea u titlob interazzjonijiet transkonfinali u transsettorjali permezz tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) li llum huma parti integrali minn bosta mill-atti leġiżlattivi u strument prinċipali għall-interazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jeħtieġ li jsaħħu l-isforzi tagħhom biex jilħqu interoperabbiltà bejn is-soluzzjonijiet tal-ICT nazzjonali u Komunitarji, jippromwovu soluzzjonijiet maqbulin b’mod komuni u jevitaw id-dipendenza fuq mogħdija bil-ħsieb li jkunu żgurati interazzjonijiet effiċjenti u effikaċi bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej b’appoġġ għat-twassil ta’ servizzi pubbliċi elettroniċi u l-implimentazzjoni ta’ politiki u attivitajiet Komunitarji. |

120 | Kuntest Ġenerali Il-programm dwar it-twassil interoperabbli ta’ servizzi ta’ Gvern elettroniku pan-Ewropew lill-amministrazzjonijiet, negozji u ċittadini[1] (il-programm IDABC), bħall-programm predeċessur tiegħu dwar l-iskambju intern tad-dejta bejn l-amministrazzjonijiet[2] (il-programm IDA), kien strumentali biex jinkiseb progress kontinwu fil-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri. Il-programmi IDA u IDABC fornew forum għal skambju ta’ ideat u esperjenzi, u taw sostenn għat-twettiq tal-politiki Komunitarji permezz ta’ proġetti settorjali li jwasslu għall-istabbiliment ta’ portafoll wiesa’ ta’ netwerks u servizzi operattivi trans-Ewropej f’oqsma ta’ politika tradizzjonali bħall-agrikultura, is-sajd, l-impjiegi, kif ukoll f’oqsma iġded ta’ politika bħal kwistjonijiet interni u ta’ ġustizzja, mard trażmissibbli u s-saħħa u l-protezzjoni tal-konsumatur. Finalment, il-programmi IDA u IDABC qed ifornu lis-setturi amministrattivi u lill-Istati Membri b’servizzi ta’ infrastruttura, jiġifieri, oqfsa, servizzi komuni u għodod ġeneriċi, bħall-pjattaforma ta’ komunikazzjoni magħrufa bħala sTESTA u kkaratterizzata minn livell għoli ta’ sigurtà u disponibbiltà, u diversi għodod komplementari li jimmiraw li jilħqu l-interoperabbiltà bejn is-sistemi u l-proċessi amministrattivi back-office, kif ukoll bejn servizzi back-office u front-office. Permezz ta’ dan, il-programmi IDA u IDABC urew li huma kienu kapaċi jżidu l-valur lill-iskambju tal-informazzjoni bejn is-setturi amministrattivi meta mqabbel ma’ dak li seta’ jinkiseb minn metodu ta’ proġett separat u mhux ikkoordinat. Bil-kapitalizzazzjoni fuq il-progress ta’ inizjattivi eżistenti, fl-Istati Membri wkoll, il-programmi wrew li metodu kkoordinat jista’ jikkontribwixxi biex jinkisbu riżultati aktar malajr, bi kwalità ogħla u billi jintlaħqu l-ħtiġiet tan-negozju, permezz l-ewwelnett ta’ oqfsa, servizzi ġeneriċi u għodod komuni żviluppati bħala servizzi infrastrutturali f’kooperazzjoni mal-Istati Membri. Il-programm IDABC jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2009. Il-Kummissjoni issa tipproponi programm ta’ segwitu dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (il-programm ISA) li jiffokaw fuq soluzzjonijiet back-office li jappoġġjaw l-interazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet Komunitarji. Il-programm ISA ser jikkontribwixxi biex jintlħaqu l-isfidi u jiżgura kontinwità waqt li jforni forum għal skambju ta’ ideat u esperjenza. |

130 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Bl-istess mod bħall-programm IDABC u l-Programm ta’ Appoġġ għall-Politika tat-ICT tal-Programm qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni[3] (il-programm PSP tal-ICT) li bħalissa jikkomplementaw lil xulxin f’relazzjoni ma’ għadd ta’ attivitajiet, inter alia, bil-programm PSP tal-ICT li jniedi azzjonijiet pilota u l-programm IDABC li jipprovdi kontribut b’appoġġ għall-azzjonijiet pilota, il-programm ISA li bl-iffokar idjaq tiegħu ser jissupplementa l-programm PSP tal-ICT f’ċerti oqsma, billi jipprovdi kontribut kif ukoll qafas għall-industrijalizzazzjoni u l-operat tar-riżultati miksubin permezz tal-proġett pilota PSP tal-ICT. Din il-komplementarjetà tippermetti sinerġiji bejn iż-żewġ programmi. Il-programm PSP tal-ICT jappoġġja l-aktar azzjonijiet pilota li juru u jivvalidaw l-importanza ta’ soluzzjonijiet tal-ICT f’ambjenti reali, kemm azzjonijiet pilota li jindirizzaw soluzzjonijiet innovattivi jew li jirreplikaw l-aħjar prattiki u azzjonijiet pilota li jibnu fuq l-inizjattivi li għaddejjin tal-Istati Membri. Il-programm PSP tal-ICT ma jappoġġjax l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet, li tista’ tkun teħtieġ saff tal-UE. Dan is-saff jista’ jiġi appoġġjat mill-programm ISA li jipprova jistabbilixxi soluzzjonijiet tal-ICT operattivi u riużabbli komuni li jirrispondu għal ħtiġiet ġeneriċi espressi minn setturi amministrattivi u mill-Istati Membri. Barra minn hekk, il-programmi ISA u PSP tal-ICT jikkontribwixxu għal għanijiet differenti bi skedi tal-ħin differenti u bl-użu ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament differenti. Waqt li l-PSP tal-ICT juża mekkaniżmu ta’ kofinanzjament ibbażat fuq sejħiet għal proposti, għall-pilotaġġ u l-iżvilupp ta’ speċifikazzjonijiet komuni, il-programm ISA juża mekkaniżmu ffinanzjat totalment permezz ta’ sejħiet għal offerti bbażati fuq speċifikazzjonijiet sħaħ u kompleti għall-implimentazzjoni finali. Konsegwentement, il-programm ISA bażikament jeħtieġ prodotti finali li l-karatterisitiċi tekniċi tagħhom ikunu magħrufin mill-bidu, waqt li l-programm PSP tal-ICT jeħtieġ riżultati potenzjali permezz ta’ proġetti li jiddefinixxu l-karatteristiċi nfushom. Fil-fatt, il-programm ISA jimmira li jappoġġja l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet waqt li l-programm PSP tal-ICT jimmira li jidentifika soluzzjonijiet potenzjali. Il-programm ISA ser iżomm il-fokus b’saħħtu tal-programm IDABC fuq il-governanza organizzattiva u l-istabbiliment interattiv ta’ soluzzjonijiet bl-appoġġ ta’ gruppi ta’ esperti, biex jiżgura l-koordinazzjoni, il-kooperazzjoni u d-djalogu mill-qrib mal-Istati Membri u ma’ setturi dwar azzjonijiet tal-programm ta’ ħidma. Fejn jixraq, ser jiġu stabbiliti gruppi ta’ esperti ta’ bejn il-programmi bħala pjattaforma għall-iskambju ta’ ideat u biex tkun żgurata l-komplementarjetà bejn iż-żewġ programmi. |

140 | Konsistenza ma’ politiki u objettivi oħrajn tal-Unjoni Permezz tal-iffaċilitar tal-interazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej, kemm permezz tat-twassil ta’ servizzi u għodod komuni u kondiviżi u bil-promozzjoni ta’ interoperabbiltà, il-programm ISA jikkontribwixxi għar-rinfurzar tas-suq intern billi jiffaċċja l-ostakli-e li jfiġġu li jistgħu jfixklu l-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Bl-istess mezzi, il-programm ISA jikkontribwixxi ġeneralment biex jiżgura implimentazzjoni bla xkiel tal-politiki u l-inizjattivi Komunitarji li f’bosta każijiet jimplikaw is-sostenn tal-ICT u ħafna drabi wkoll l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-konfini u/jew is-setturi. Bl-istess mod kif il-programm IDABC qed jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-inizjattiva i2010 u l-Pjan ta’ Azzjoni i2010 relatat, il-programm ISA għandu jikkontribwixxi biex tiġi implimentata kwalunkwe inizjattiva ta’ segwitu. Konsegwentement, il-programm ISA mhuwiex biss konsistenti mal-politiki eżistenti iżda wkoll huwa rilevanti ħafna għall-implimentazzjoni tagħhom, billi jintlaħqu sinerġiji konsiderevoli permezz ta’ koordinazzjoni bejn is-setturi u bejn il-konfini. |

2. KONSULTAZZJONI TA’ PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TA’ IMPATT |

Konsultazzjoni ta’ partijiet interessati |

211 | Metodi ta’ konsultazzjoni, setturi ewlenin fil-mira u profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu Fuq il-bażi tad-dokument għad-diskussjoni ppreparat mill-Kumissjoni għat-teni skambju ta’ ideat dwar il-programm ta’ segwitu mal-Istati Membri kif irrappreżentati fil-kumitat ta’ ġestjoni tal-IDABC, il-Kummissjoni ppreparat dokument li kien ippreżentat lill-konferenza ta’ nofs it-terminu tal-IDABC fis-Slovenja fit-12 u t-13 ta’ Frar 2008 u diskuss mill-kumitat ta’ ġestjoni tal-IDABC f’Marzu 2008. Wara li ġew ikkunsidrati kif jixraq il-kontribuzzjonijiet riċevuti f’dawn l-okkażjonijiet, il-Kummissjoni nediet evalwazzjoni ex ante, li tinkludi riċerka dokumentata, intervisti pilota, stħarriġ tal-Istati Membri u werkxop/sessjonijiet ta’ ħidma, waqt li bdiet konsultazzjoni formali mal-partijiet interessati bil-ħsieb li tiżgura li l-għanijiet u l-attivitajiet tal-programm jikkunsidraw il-ħtiġiet espressi. Minħabba li l-programm ISA qed jiffoka fuq interazzjonijiet bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej, il-konsultazzjoni formali kienet limitata għall-Istati Membri li kull wieħed minnhom intalab jipprovdi biss tweġiba waħda għall-kwestjonarju. Il-konsultazzjoni tmexxiet fuq l-internet mit-30 ta’ April sa l-20 ta’ Ġunju 2008. 26 Stat Membru rrispondew għall-konsultazzjoni. Ir-riżultati tal-konsultazzjoni kif ukoll ir-rapport ta’ evalwazzjoni ex ante huma disponibbli fi http://ec.europa.eu/idabc/en/document/7706. |

212 | Sommarju tat-tweġibiet u kif dawn ġew ikkunsidrati 25 Stat Membru jaraw ħtieġa sinjifikanti jew ċara għall-istabbiliment u t-titjib ta’ oqfsa komuni. 25 Stat Membru jaraw ħtieġa sinjifikanti jew ċara għall-appoġġ u l-promozzjoni tal-valutazzjoni ta’ implikazzjonijiet tal-ICT ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja proposta jew adottata kif ukoll l-ippjanar tal-implimentazzjoni ta’ sistemi tal-ICT. Wieħed jara ftit ħtieġa. 22 Stat Membru jaraw ħtieġa sinjifikanti jew ċara għall-appoġġ u l-promozzjoni tal-operat u t-titjib ta’ servizzi komuni eżistenti stabbiliti taħt il-programmi IDA u IDBAC u inizjattivi simili kif ukoll l-istabbiliment, l-industrijalizzazzjoni, l-operat u t-titjib ta’ servizzi komuni ġodda b’risposta għal ħtiġiet u rekwiżiti ġodda. Tlieta jaraw ftit ħtieġa u wieħed ma jara l-eba ħtieġa. 22 Stat Membru jaraw ħtieġa sinjifikanti jew ċara għall-appoġġ u l-promozzjoni tat-titjib ta’ għodod ġeneriċi eżistenti żviluppati taħt il-programmi IDA/IDABC u inizjattivi simili kif ukoll l-istabbiliment, il-forniment u t-titjib ta’ għodod ġeneriċi ġodda b’risposta għal ħtiġiet u rekwiżiti ġodda. Tnejn jaraw ftit ħtieġa u tnejn l-ebda ħtieġa. 25 Stat Membru jaraw ħtieġa sinjifikanti jew ċara għal miżuri li jakkumpanjaw li jappoġġjaw attivitajiet oħrajn, fejn jixraq. Wieħed ma jara l-ebda ħtieġa. 23 Stat Membru jaqblu jew kważi jaqblu li l-attivitajiet speċifikati hawn fuq (u fl-Artikoli 3 u 5(4) tad-Deċiżjoni proposta) ikopru l-ħtiġiet espressi mill-Istati Membri. Tlieta m’għandhom l-ebda opinjoni. 25 Stat Membru jaqblu jew kważi jaqblu li l-għan kif speċifikat fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni proposta jkopri l-attiivtajiet kollha speċifikati fuq (u fl-Artikoli 3 u 5(4) tad-Deċiżjoni proposta). Wieħed ma jaqbilx. 25 Stat Membru jaqblu jew kważi jaqblu li hemm ħtieġa għal programm ta’ segwitu tal-IDABC bl-għan speċifikat fl-Artikolu 1(2) u li jkopri l-attivitajiet identifikati fl-Artikoli 3 u 5(4). Wieħed ma jaqbilx. Konsegwentement, il-ħtiġiet espressi mill-Istati Membri kienu tradotti b’suċċess fl-attivitajiet koperti mill-għan ġenerali ta’ programm ta’ segwitu li huwa meħtieġ. |

Ġbir u użu ta’ ħila esperta |

229 | Ma kien hemm l-ebda bżonn ta’ ħila espert esterna. |

230 | Valutazzjoni ta’ impatt Jekk il-Komunità ma tnedix il-programm ISA, is-soluzzjonijiet eżistenti offruti b’appoġġ għall-interazzjoni effikaċi u effiċjenti bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej ma jiġux aktar sostnuti, inklużi soluzzjonijiet bħall-Qafas ta’ Interoperabbiltà Ewropea u lsTESTA, li mingħajrhom il-funzjonament bla xkiel ta’, ngħidu aħna, il-ftehim ta’ Schengen, is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża u attivitajiet oħrajn fil-qasam tal-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, ikun f’periklu. Barra minn hekk, il-proliferazzjoni ta’ soluzzjonijiet imxerrdin jista’ mingħajr mhuwa mixtieq iżid u jwassal għall-ħolqien ta’ ostakli-e li jistgħu jfixklu l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u l-ibertajiet ta’ moviment assoċjati miegħu. Bl-istess mod l-istabbiliment u l-operat ta’ soluzzjonijiet ġodda, kemm jekk oqfsa komuni, għodod ġeneriċi jew servizzi komuni, ma jikkontribwixxux aktar biex jiżguraw skambju effiċjenti u effettiva ta’ dejta bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej. Jekk ma jkunx hemm programm ġdid, jittieħdu ferm inqas inizjattivi Komuniatarji li jappoġġjaw l-interoperabbiltà fil-livell Ewropew. Fuq il-bażi ta’ dawn il-konsiderazzjonijiet kif ukoll tal-isfidi u l-ħtiġiet identifikati, l-għażla li ma tittieħed l-ebda azzjoni twarrbet u ntagħżlet l-oħra li jkun propost il-programm ISA. Bit-tnedija tal-programm ISA, il-Komunità se tagħti kontribut importanti biex tiżgura interazzjonijiet bla xkiel bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej għall-benefiċċju dirett tal-Istati Membri u tal-Komunità kif ukoll għall-benefiċċju indirett tan-negozji u ċ-ċittadini bħala l-benefiċjarji finali. L-għażliet li tinħoloq aġenzija twarrbu minħabba li d-daqs tal-programm mhux se jilħaq massa kritika li tiġġustifika l-infiq ġenerali u minħabba li l-kontinwità tal-azzjonijiet ma setgħetx tiġi żgurata minħabba ż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq ftehim u tkun stabbilita aġenzija. L-għażla li l-programm jiġi integrat fil-PSP tat-ICT tal-CIP twarrbet minħabba d-differenza fl-għanijiet, il-fokus, il-lokazzjoni tal-azzjonijiet fil-katina tal-iżvilupp/produzzjoni, l-iskedi taż-żmien u l-mekkaniżmi ta’ finanzjament. Il-programm se jżid valur finanzjarju għall-intervent Komunitarju billi jistabbilixxi soluzzjonijiet komuni u riużabbli li jippermettu lill-Istati Membri u lis-setturi biex jevitaw id-duplikazzjoni tal-isforzi. Barra minn hekk, is-soluzzjonijiet li jiġu utilizzati mill-ġdid se jippermettu ekonomiji ta’ skala. Il-programm ser iżid valur ekonomiku billi jappoġġja l-funzjonament adatt tas-suq intern li jista’ jitfixkel billi jfiġġu ostakli-e kkawżati minn soluzzjonijiet inkompatibbli magħżulin minn Stati Membri u setturi individwali fl-assenza ta’ soluzzjonijiet komuni u kondiviżi u min-nuqqas ta’ interoperabbiltà. Se jiżdied il-valur soċjali minħabba li l-attivitajiet tal-programm se jappoġġjaw indirettament liċ-ċittadini u lin-negozji bħala utenti ta’ servizzi pubbliċi elettroniċi transkonfinali li jużaw soluzzjonijiet komuni u kondiviżi bħal dawn. |

3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

305 | Sommarju tal-azzjoni proposta Il-programm ISA se jiffaċilita l-interazzjoni transkonfinali u transsettorjali elettronika effiċjenti u effettiva bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej li tippermetti l-forniment ta’ servizzi pubbliċi elettroniċi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta’ politiki u attivitajiet Komunitarji billi tkun żgurata d-disponibbiltà ta’ oqfsa komuni, servizzi komuni u għodod ġeneriċi u biż-żjieda ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-aspetti tal-ICT tal-leġiżlazzjoni Komunitarja. |

310 | Bażi legali L-Artikolu 156 TKE, kif kien il-każ għall-programmi IDA u IDABC. |

320 | Prinċipju ta’ sussidjarjetà Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà japplika peress li l-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità. |

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjeneti mill-Istati Membri għaliex jekk l-Istati Membri jaġixxu b’mod indipendenti ma jkunux jistgħu jilħqu l-interoperabbiltà meħtieġa għal servizzi pubbliċi elettroniċi transkonfinali u transsettorjali u ma jkunux jistgħu jistabbilixxu soluzzjonijiet komuni u kondiviżi b’appoġġ għall-interazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej. |

L-azzjoni Komunitarja ser tilħaq aħjar l-għanijiet tal-proposta għaliex il-programm se jistabbilixxi u jopera servizzi komuni, għodod ġeneriċi u oqfsa komuni b’appoġġ għall-interoperabbiltà bil-ħsieb li jiffaċilita l-interazzjoni bla xkiel bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi transkonfinali u transsettorjali li tippermetti l-forniment ta’ servizzi pubbliċi elettroniċi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta’ politiki u attivitajiet Komunitarji. Bħala tali l-programm, min-natura tiegħu stess, għandu dimesjoni ċara tal-UE. |

Il-proposta għalhekk hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. |

Prinċipju ta’ proporzjonalità |

331 | Il-programm se jappoġġja l-forniment ta’ soluzzjonijiet komuni u kondiviżi, jiġifieri oqfsa komuni, għodod ġeneriċi u servizzi komuni, li għandhom ikunu applikati, fejn huwa adatt, mill-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej għall-iskambju ta’ informazzjoni transkonfinali u transsettorjali. Jekk mhux previst mod ieħor, l-applikazzjoni ta’ dawn is-soluzzjonijiet hija bażikament soġġetta għal deċiżjoni tal-Istati Membri. |

332 | L-istabbiliment u t-titjib ta’ oqfsa komuni u għodod ġeneriċi ser ikunu ffinanzjati permezz tal-programm, waqt li l-użu ta’ dawn l-oqfsa u għodod ser ikun iffinanzjat mill-utenti fi kwalunkwe livell amministrattiv. L-istabbiliment, l-industrijalizzazzjoni, jiġifieri li s-soluzzjonijiet jitwasslu għal stat ta’ maturità operattiva, u t-titjib ta’ servizzi komuni ser ikunu ffinanzjati permezz tal-programm waqt li l-operat ta’ dawn is-servizzi ser ikun iffinanzjat biss permezz tal-programm safejn l-użu tagħhom jista’ jservi l-interessi Komunitarji. F’każijiet oħrajn, l-użu tas-servizzi, inkluż l-operat tagħhom fuq bażi deċentralizzata, ser ikun iffinanzjat mill-utenti. Is-soluzzjonijiet stabbiliti mill-programm bażikament se jnaqqsu l-piż finanzjarju u amministrattiv li jinġarr mill-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej li jinteraġixxu ma’ xulxin. |

Il-proposta għalhekk hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità. |

Għażla ta’ strumenti |

342 | Kif kien il-każ għall-programm IDABC, l-att legali propost huwa Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għaliex l-għażla ta’ regolament jew ta’ direttiva mhix adatta għall-implimentazzjoni ta’ programm Komunitarju. |

4. IMPLIKAZZJONI BAġITARJA |

401 | Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm ISA għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2015 huwa stabbilit għal EUR 164.1 miljun, li minnhom 103.5 miljun huma għall-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2013 kif previst fl-ipprogrammar finanzjarju 2007-1013. Aktar dettalji huma mogħtijin fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva li takkumpanja lill-proposta. |

5. AKTAR INFORMAZZJONI |

560 | Żona Ekonomika Ewropea L-att propost jikkonċerna materja taż-ŻEE u għalhekk għandu jestendi għaż-Żona Ekonomika Ewropea. |

Pajjiżi Kandidati L-att propost huwa miftuħ għall-parteċipazzjoni mill-pajjiżi kandidati. |

2008/0185 (COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà fl-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 156 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[4],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[6],

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat,

Billi:

(1) Skont l-Artikolu 154 tat-Trattat, biex ikunu jistgħu jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 14 u 158 tiegħu u biex iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, l-operaturi ekonomiċi u l-komunitajiet reġjonali u lokali jkunu jistgħu jieħdu benefiċċju sħiħ mill-istabbiliment ta’ żona mingħajr fruntieri interni, il-Komunità tikkontribwixxi għall-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ netwerks trans-Ewropej, billi twettaq azzjonijiet li jippromwovu l-interkonnettività, l-interoperabbiltà u l-aċċessibbiltà.

(2) Il-Kunsill enfasizza fil-konklużjonijiet tiegħu tal-1 ta’ Diċembru 2005 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “i2010 – Soċjetà ta’ Informazzjoni Ewropea għat-tkabbir u l-impjiegi” li politiki ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (minn hawn ’il quddiem ICT) aktar iffokati, effikaċi u integrati fil-livelli kemm Ewropej kif ukoll nazzjonali huma essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ tkabbir u produttività ekonomika. Il-Kummissjoni kienet mistiedna biex tinkoraġġixxi l-użu effiċjenti tat-TIK fis-servizzi pubbliċi permezz tal-iskambju ta’ esperjenza u l-iżvilupp ta’ metodi komuni dwar kwistjonijiet prinċipali bħall-interoperabbiltà u l-użu effiċjenti ta’ standards miftuħin.

(3) Fid-Dikjarazzjoni Ministerjali ta’ Manchester tal-24 ta’ Novembru 2005, il-Ministri responsabbli għall-politiki tal-ICT ftiehmu, fost l-oħrajn, li jaħdmu flimkien u mal-Kummissjoni biex jikkondividu l-għodod eżistenti, speċifikazzjonijiet, standards u soluzzjonijiet komuni b’mod aktar effettiv u biex jinkoraġġixxu, fejn meħtieġ, l-iżvilupp kollaborattiv ta’ soluzzjonijiet.

(4) Fid-Dikjarazzjoni Ministerjali ta’ Liżbona tad-19 ta’ Settembru 2007, il-Ministri stiednu lill-Kummissjoni biex, fost oħrajn, tiffaċilita l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u l-Kummissjoni biex tkun iddefinita, żviluppata, implimentata u ssorveljata l-interoperabbiltà transkonfinali u transsettorjali, u ddikjarat li l-leġiżlazzjoni Komunitarja futura għandha, b’mod partikolari, tantiċipa u tivvaluta l-impatt tagħha fuq l-infrastrutturi tal-ICT u fuq it-trasformazzjoni tas-servizz.

(5) Bl-iżvilupp rapidu tal-ICT, hemm riskju li l-Istati Membri jagħżlu soluzzjonijiet differenti jew inkompatibbli u li jistgħu jfiġġu ostakli-e ġodda li jfixklu l-funzjonament adatt tas-suq intern u l-libertajiet assoċjati tal-moviment. Dan jista’ jkollu effetti negattivi fuq il-ftuħ u l-kompetittività tas-swieq kif ukoll ikollu impatt fuq it-twassil ta’ xi servizzi ta’ interess ġenerali għaċ-ċittadini u għall-impriżi, kemm ekonomiċi kif ukoll mhux ekonomiċi. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iżidu l-isforzi tagħhom biex jevitaw il-frammentazzjoni tas-suq, jilħqu l-interoperabbiltà u jippromwovu soluzzjonijiet tal-ICT miftiehma b’mod komuni waqt li jiżguraw governanza adatta.

(6) Id-disponibbiltà ta’ soluzzjonijiet komuni, riużabbli u interoperabbli kif ukoll il-proċessi back-office amministrattivi interoperabbli huma meħtieġa għat-twassil effiċjenti u effettiv ta’ servizzi pubbliċi transkonfinali u transsettorjali lin-negozji u liċ-ċittadini.

(7) Huma meħtiġin sforzi kontinwi biex ikunu żgurati l-interoperabbiltà transkonfinali u transsettorjali, l-iskambju tal-esperjenza, l-istabbiliment u ż-żamma ta’ metodi, speċifikazzjonijiet, standards u soluzzjonijiet komuni u skambjati kif ukoll l-ivvalutar tal-implikazzjonijiet tal-ICT tal-leġiżlazzjoni Komunitarja bil-ħsieb li jkunu appoġġjati interazzjonijiet transkonfinali effiċjenti u effikaċi, fost l-oħrajn, fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, waqt li jitnaqqsu l-piżijiet u l-ispejjeż amministrattivi.

(8) Biex jingħelbu dawn l-isfidi sforzi bħal dawn għandhom isiru permezz ta’ kooperazzjoni, koordinazzjoni u djalogu mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, b’interazzjoni mill-qrib mas-setturi responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politiki Komunitarji u, fejn adatt, ma’ partijiet interessati, oħra, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-prijoritajiet u d-diversità lingwistika tal-Komunità.

(9) B’konformità mad-Deċiżjoni 2004/387/KE tal-28 ta’ April 2004 dwar it-twassil interoperabbli ta’ servizzi elettroniċi tal-Gvern pan-Ewropej lill-amministrazzjonijiet pubbliċi, negozji u ċittadini (IDABC)[7] li teħtieġ li l-Kummissjoni tiddefinixxi mekkaniżmi biex tiżgura s-sostenibbiltà finanzjarja u operattiva tas-servizzi infrastrutturali, is-servizzi infrastrutturali għandhom jinżammu fl-ordni u jkunu operati b’mod sostenibbli. Servizzi infrastrutturali bħal dawn ġew miftiehma mill-Istati Membri waqt l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 1719/1999/KE tat-12 ta’ Lulju 1999 dwar serje ta’ linji gwida, inkluża l-identifikazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni, għal networks trans-Ewropej għall-iskambju reċiproku elettroniku ta’ tagħrif bejn l-amministrazzjonijiet (IDA)[8] u d-Deċiżjoni 1720/1999/KE tat-12 ta’ Lulju 1999 li tadotta serje ta’ azzjonijiet u miżuri biex tiżgura l-interoperabilità ta’ u l-aċċess għan- networks trans-Ewropej għall-iskambju reċiproku elettroniku ta’ tagħrif bejn l-amministrazzjonijiet (IDA)[9] kif ukoll waqt l-implimentazzjoni tal-IDABC u programmi rilevanti oħrajn.

(10) Il-programm IDABC jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2009 u għandu jkun segwit minn programm Komunitarju dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (il-programm ISA) li jegħleb dawn l-isfidi.

(11) Il-programm ISA għandu jkun ibbażat fuq l-esperjenza mill-programmi IDA u IDABC li urew li metodu kkoordinat jista’ jikkontribwixxi biex jagħti riżultati aktar malajr, bi kwalità ogħla u li jilħaq il-ħtiġiet tan-negozju, permezz ta’ soluzzjonijiet komuni u kondiviżi stabbiliti u operati f’kooperazzjoni mal-Istati Membri. Dawn l-attivitajiet diġà taw kontribuzzjoni importanti biex tkun żgurata l-interoperabbiltà b’appoġġ għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej u qed ikomplu jagħmlu dan.

(12) Sabiex tkun evitata l-frammentazzjoni u biex ikun żgurat metodu ħolistiku, għandha jiġu kkunsidrati l-Istrateġija Ewropea dwar l-Interoperabbiltà u l-Qafas Ewropew dwar l-Interoperabbiltà meta jkunu stabbiliti l-prijoritajiet għall-programm ISA.

(13) Is-soluzzjonijiet stabbiliti jew operati taħt il-programm ISA għandhom ikunu misjuqin mid-domanda u, sa fejn huwa possibbli, jifformaw parti minn ekosistema konsistenti ta’ servizzi li jiffaċilitaw l-interazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej u jiżguraw, jiffaċilitaw jew jippermettu l-interoprabbiltà transkonfinali u transsettorjali.

(14) Il-programm ISA għandu jiżgura d-disponibbiltà ta’ oqfsa komuni, servizzi komuni u għodod ġeneriċi b’appoġġ għall-interazzjoni transkonfinali u transsettorjali bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej kif ukoll jappoġġja setturi fl-ivvalutar ta’ implikazzjonijiet tal-ICT tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u fl-ippjanar tal-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet rilevanti.

(15) L-oqfsa komuni għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, speċifikazzjonijiet komuni, linji gwida u metodoloġiji kif ukoll strateġiji komuni.

(16) Waqt li jkunu żgurati l-operat u t-titjib tas-servizzi komuni eżistenti stabbiliti taħt il-programmi IDA u IDABC kif ukoll taħt inizjattivi simili, il-programm ISA għandu jappoġġja l-istabbiliment, l-industrijalizzazzjoni, l-operat u t-titjib ta’ servizzi komuni ġodda b’rispons għal ħtiġiet u rekwiżiti ġodda.

(17) Waqt li jiżgura t-titjib ta’ għodod ġeneriċi riużabbli eżistenti stabbiliti taħt il-programmi IDA u IDABC kif ukoll taħt inzijattivi simili, il-programm ISA għandu jappoġġja l-istabbiliment, it-twassil u t-titjib ta’ għodod ġeneriċi riużabbli ġodda b’risposta għal ħtiġiet jew rekwiżiti ġodda, fost l-oħrajn, stabbiliti permezz tal-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-ICT tal-leġiżlazzjoni Komunitarja.

(18) Fl-istabbiliment, it-titjib jew l-operat ta’ soluzzjonijiet komuni l-programm ISA għandu, fejn adatt, jibni fuq jew ikun akkumpanjat bil-qsim ta’ esperjenza u soluzzjonijiet kif ukoll bl-iskambju u l-promozzjoni ta’ prattiki tajbin.

(19) Is-soluzzjonijiet stabbiliti jew operati taħt il-programm ISA għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju tan-newtralità u l-adattabbiltà teknoloġika bil-ħsieb li jkun żgurat ukoll li ċ-ċittadini, l-impriżi u l-amministrazzjonijiet ikunu ħielsa li jagħżlu t-teknoloġija li għandha tintuża.

(20) Il-prinċipji tas-sigurtà, privatezza u protezzjoni ta’ dejta personali għandhom ikunu kkunsidrati fl-attivitajiet kollha koperti mill-programm ISA.

(21) Waqt li għandu jkun imħeġġeġ l-involviment tal-Istati Membri kollha fl-azzjonijiet tal-programm ISA, jistgħu jinbdew azzjonijiet li jinkludu diversi Stati Membri. L-Istati Membri mhux involuti f’dawn l-azzjonijiet għandhom ikunu mħeġġa li jingħaqdu fi stadju aktar tard.

(22) Il-programm ISA għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe inizjattiva ta’ segwitu tal-i2010, waqt li jikkunsidra programmi Komunitarji oħrajn fil-qasam tal-ICT, b’mod partikolari l-Programm ta’ Appoġġ għall-Politika tal-ICT tal-Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni kif previst fid-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007-2013)[10], sabiex tkun evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi.

(23) Għandhom jiġu ssuktati sinerġiji mas-settur privat u entitajiet oħrajn biex, fejn jixraq, tingħata prijorità għal soluzzjonijiet disponibbli u sostnuti mis-suq.

(24) Il-programm ISA għandu jkun implimentat skont ir-regoli tal-akkwist pubbliku.

(25) Minħabba li l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni huma miżuri ta’ ġestjoni fit-tifsira tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[11], huma għandhom ikunu adottati bl-użu tal-proċedura ta’ ġestjoni prevista fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Deċiżjoni.

(26) Il-programm ISA għandu jkun sorveljat u evalwat regolarment sabiex jippermetti riaġġustamenti.

(27) Għandha tiġi mħeġġa l-kooperazzjoni internazzjonali u f’dan ir-rigward il-programm ISA għandu wkoll ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea u l-pajjiżi kandidati. Il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet jew korpi internazzjonali għandha wkoll tkun mħeġġa, b’mod partikolari fil-qafas tas-Sħubija Ewro-Mediterranja u mal-pajjiżi ġirien, b’mod partikolari l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent.

(28) Sabiex tkun żgurata t-tmexxija b’saħħitha tar-riżorsi finanzjarji tal-Komunità u biex ikunu evitati l-proliferazzjoni bla bżonn ta’ tagħmir, ir-ripetizzjoni ta’ investigazzjonijiet u metodi diverġenti, għandu jkun possibbli li jintużaw soluzzjonijiet stabbiliti jew operati mill-programm ISA minn inizjattivi mhux Komunitarji sa kemm ma jkun hemm l-ebda spiża għall-baġit Komunitarju, u l-għan ewlieni Komunitarju tas-soluzzjoni ma jiġix kompromess.

(29) Pakkett finanzjarju li jikkostitwixxi l-ewwel referenza, fit-tifsira tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja b’saħħitha għandu jkun stabbilit għall-perjodu sħiħ tal-programm. Dan il-pakkett għandu jkopri wkoll in-nefqa relatata ma’ miżuri preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ verifika u ta’ evalwazzjoni direttament meħtiġin għall-ġestjoni tal-programm u biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu, u b’mod partikolari studji, laqgħat ta’ esperti, miżuri ta’ informazzjoni u pubblikazzjoni, spejjeż relatati ma’ sistemi u netwerks tal-IT għall-iskambju u l-ipproċessar ta’ informazzjoni, flimkien ma’ spejjeż ta’ għajnuna teknika u amministrattiva li l-Kummissjoni jista’ jkollha għall-ġestjoni tal-programm.

(30) Minħabba li l-għanijiet tal-azzjoni li għandha tittieħed biex tiffaċilita l-interazzjoni transkonfinali u transsettorjali elettronika effiċjenti u effettiva bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej li tippermetti t-twassil ta’ servizzi pubbliċi elettroniċi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta’ politiki u attivitajiet Komunitarji ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba r-raġuni ta’ skala u effetti, jintlħaqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadatta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif previst fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif previst f’dak l-artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lilhinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlħaqu dawn l-għanijiet,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1 Suġġett u għan

1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi, għall-perjodu 2010-2015, programm dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej, inklużi l-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji, li jforni soluzzjonijiet komuni u kondiviżi li jiffaċilitaw l-interoperabbiltà (minn hawn ’il quddiem il-“programm ISA”).

2. L-għan tal-programm ISA huwa li jappoġġja l-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej billi jiffaċilita l-interazzjoni transkonfinali u transsettorjali elettronika effiċjenti u effettiva bejn dawn l-amministrazzjonijiet li tippermetti t-twassil ta’ servizzi pubbliċi elettroniċi li jappoġjaw l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet Komunitarji.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) “interoperabbiltà” tfisser il-kapaċità ta’ organizzazzjonijiet dispari u diversi li jinteraġixxu lejn għanijiet ta’ benefiċċju u miftiehma b’mod komuni, li jinvolvu l-qsim ta’ informazzjoni u għarfien bejn l-organizzazzjonijiet permezz tal-proċessi tan-negozju li huma jappoġġjaw, permezz tal-iskambju ta’ dejta bejn is-sistemi tal-ICT rispettivi tagħhom;

(b) “soluzzjonijiet” tfisser oqfsa komuni, servizzi komuni u għodod ġeneriċi;

(c) “oqfsa komuni” tfisser strateġiji, speċifikazzjonijiet, linji gwida u metodi u dokumenti simili;

(d) “servizzi komuni” tfisser applikazzjonijiet u infrastrutturi operattivi ta’ natura ġenerika li jilħqu r-rekwiżiti tal-utent komuni fil-firxa tal-oqsma ta’ politika;

(e) “għodod ġeneriċi” tfisser pjattaformi ta’ referenza, pjattaformi kondiviżi u kollaborattivi, komponenti komuni u partijiet komponenti simili li jilħqu r-rekwiżiti tal-utent komuni fil-firxa tal-oqsma ta’ politika;

(f) “azzjonijiet” tfisser studji, proġetti u miżuri ta’ akkumpanjament;

(g) “miżuri ta’ akkumpanjament” tfisser miżuri strateġiċi u li jippromwovu s-sensibbilizzazzjoni, miżuri li jappoġġjaw il-ġestjoni tal-programm ISA u miżuri relatati mal-qsim ta’ esperjenza kif ukoll mal-iskambju u l-promozzjoni ta’ prattiki tajba.

Artikolu 3 Attivitajiet

Il-programm ISA għandu jappoġġja u jippromwovi:

(a) l-istabbiliment u t-tijib ta’ oqfsa komuni li jappoġġjaw l-interoperabbiltà transsettorjali u transkonfinali;

(b) il-valutazzjoni ta’ implikazzjonijiet tal-ICT ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja proposta jew adottata kif ukoll l-ippjanar tal-implimentazzjoni ta’ sistemi tal-ICT li jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni bħal din;

(c) l-operat u t-titjib ta’ servizzi komuni eżistenti kif ukoll l-istabbiliment, l-industrijalizzazzjoni, l-operat u t-titjib ta’ servizzi komuni ġodda;

(d) it-titjib ta’ għodod ġeneriċi riużabbli eżistenti kif ukoll l-istabbiliment, it-twassil u t-titjib ta’ għodod ġeneriċi riżuabbli ġodda.

Artikolu 4 Prinċipji ġenerali

L-azzjonijiet mibdijin jew li jitkomplew taħt il-programm ISA għandhom, fejn jixraq, ikunu bbażati fuq il-prinċipji li ġejjin:

(a) il-prinċipju tan-newtralità u l-adattabbiltà teknoloġika;

(b) il-prinċipju tal-privatezza u l-protezzjoni ta’ dejta personali;

(c) il-prinċipju tas-sigurtà.

Artikolu 5 Azzjonijiet

1. Il-Komunità għandha, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, twettaq l-azzjonijiet speċifikati fil-programm ta’ ħidma ta’ bdil direzzjonali msemmi fl-Artikolu 9, skont ir-regoli ta’ implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 8. Azzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu implimentati mill-Kummissjoni.

2. Studju għandu jkollu fażi waħda u jiġi konkluż b’rapport finali.

3. Proġett għandu, fejn jixraq, ikollu tliet fażijiet:

(a) il-fażi tal-bidu li għandha twassal għall-istabbiliment tad-dokument tal-proġett,

(b) il-fażi tat-twettiq, li tmiemha għandu jkun immarkat b’rapport tat-twettiq, u

(c) il-fażi operattiva li tibda meta ssir disponibbli soluzzjoni għall-użu.

Il-fażijiet rilevanti tal-proġett għandhom ikunu ddefiniti meta l-azzjoni tkun inkluża fil-programm ta’ ħidma ta’ bdil direzzjonali.

4. L-impliemtazzjoni tal-programm ISA għandha tkun appoġġjata minn miżuri ta’ akkumpanjament.

Artikolu 6 Dokument tal-proġett u rapport ta’ eżekuzzjoni

1. Id-dokument tal-proġett għandu jinkludi deskrizzjoni ta’:

(a) l-ambitu, l-għanijiet u l-problema jew l-opportunità, inklużi l-benefiċjarji mistennija u l-benefiċċji ta’ soluzzjoni kif ukoll l-indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi biex jitkejlu benefiċċji bħal dawn;

(b) il-metodu, inklużi l-aspetti organizzattivi, bħal fażijiet, l-effetti u punti importanti, u, fejn jixraq, miżuri biex tkun iffaċilitata l-komunikazzjoni multilingwistika;

(c) il-partijiet interessati u l-utenti kif ukoll l-istruttura ta’ governanza relatata;

(d) dettalji tas-soluzzjoni, inklużi l-koerenza ma’ u d-dipendenzi tagħha fuq soluzzjonijiet oħrajn, tqassim tal-ispejjeż mistennija, l-iskedar fiż-żmien u l-ħtiġiet kif ukoll stima tal-ispejjeż totali tal-pussess, inklużi l-ispejjeż annwali tal-operazzjoni, jekk hemm;

(e) il-karatteristiċi;

(f) limiti, inklużi rekwiżiti ta’ sigurtà u protezzjoni tad-dejta.

2. Ir-rapport ta’ eżekuzzjoni għandu jinkludi deskrizzjoni ta’:

(a) l-ambitu, l-għanijiet u l-problema jew opportunità mkejlin skont id-dokument tal-proġett;

(b) l-effikaċja tal-proġett, inkluż il-kejl tal-kisbiet, spejjeż li jsiru, skedar fiż-żmien reali u rekwiżiti skont id-dokument tal-proġett, analiżi tad-dħul mistenni fuq l-investiment kif ukoll l-ispejjeż totali tal-pussess, inklużi l-ispejjeż anwali tal-operazzjoni;

(c) aspetti organizzattivi, inkluża l-adattabbiltà tal-istruttura ta’ governanza applikata u, fejn jixraq, rakkomandazzjonijiet għal struttura ta’ governanza ta’ wara t-twettiq;

(d) fejn jixraq, il-pjan propost għall-bdil direzzjonali tas-soluzzjoni għall-fażi operattiva kif ukoll l-indikaturi tal-livell tas-servizz;

(e) l-utent finali u l-materjal ta’ appoġġ tekniku disponibbli.

Artikolu 7 Soluzzjonijiet

1. Għandhom ikunu stabbiliti u miżmumin oqfsa komuni permezz ta’ studji.

L-istudji għandhom iservu wkoll ta’ mezzi biex jappoġġjaw il-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-ICT tal-leġiżlazzjoni Komunitarja proposta jew adottata kif ukoll l-ippjanar tal-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet li jappoġġjaw -implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni bħal din.

2. Għandhom ikunu stabbiliti u miżmumin għodod ġeneriċi permezz ta’ proġetti. Il-proġetti għandhom ikunu wkoll mezz kif ikunu stabbiliti, industrijalizzati, operati u miżmumin servizzi komuni.

Artikolu 8 Regoli ta’ implimentazzjoni

1. Fl-implimentazzjoni tal-programm ISA għandhom jiġu kkunsidrati l-Istrateġija Ewropea għall-Interoperabbiltà u l-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà.

2. Għandu jiġi mħeġġeġ l-involviment tal-akbar numru possibbli ta’ Stati Membri fi studju jew fi proġett.

3. L-istabbiliment jew it-titjib ta’ soluzzjonijiet għandu, fejn jixraq, jibni fuq jew ikun akkumpanjat mill-qsim tal-esperjenza kif ukoll mill-iskambju u l-promozzjoni tal-aħjar prattiki.

4. Sabiex tkun evitata d-duplikazzjoni u jitħaffef l-istabbiliment tas-soluzzjonijiet, ir-riżultati miksuba permezz ta’ inizjattivi oħra rilevanti Komunitarji jew ta’ Stati Membri għandhom ikunu kkunsidrati, fejn jixraq.

Sabiex ikunu massimizzati s-sinerġiji u jkunu żgurati sforzi komplementarji u kkombinati, l-azzjonijiet għandhom, fejn jixraq, ikunu kkordinati ma’ inizjattivi Komuniatarji oħra.

5. Il-bidu tal-azzjonijiet, id-definizzjoni tal-fażijiet tagħhom u l-istabbiliment tad-dokumenti tal-proġetti u tar-rapporti ta’ eżekuzzjoni għandhom jitwettqu u jkunu sorveljati mill-Kummissjoni bħala parti mill-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma ta’ bdil direzzjonali stabbilit skont l-Artikolu 9.

Artikolu 9 Programm ta’ ħidma ta’ bdil direzzjonali

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm ta’ ħidma ta’ bdil direzzjonali għall-perjodu kollu ta’ din id-Deċiżjoni għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet.

2. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-programm ta’ ħidma ta’ bdil direzzjonali u, tal-inqas darba fis-sena, kwalunkwe modifika għalih.

3. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 10(4), il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2) għandha tapplika fir-rigward tal-approvazzjoni mill-Kummissjoni tal-programm ta’ ħidma ta’ bdil direzzjonali u kwalunkwe modifiki għalih.

4. Għal kull azzjoni, il-programm ta’ ħidma ta’ bdil direzzjonali għandu, fejn jixraq, jinkludi:

(a) deskrizzjoni tal-ambitu, l-għanijiet, il-problema jew l-opportunità, il-benefiċjarji u l-benefiċċji mistennija kif ukoll il-metodu organizzattiv u tekniku;

(b) diviżjoni tal-ispejjeż mistennija u, fejn jixraq, il-punti tal-wasla li jridu jintlaħqu.

5. Proġett jista’ jkun inkluż fil-programm ta’ ħidma ta’ bdil direzzjonali fi kwalunkwe waħda mill-fażijiet tiegħu.

Artikolu 10 Dispożizzjonijiet baġitarji

1. Il-fondi għandhom ikunu rilaxxati fuq il-bażi li jintlaħqu l-punti tal-wasla speċifiċi li għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) għall-bidu tal-istudju, il-miżura ta’ akkumpanjament jew il-fażi tal-bidu ta’ proġett, il-punt tal-wasla għandu jkun l-inklużjoni tal-proġett fil-programm ta’ ħidma ta’ bdil direzzjonali;

(b) għall-bidu tal-fażi tal-eżekuzzjoni ta’ proġett, il-punt tal-wasla għandu jkun id-dokument tal-proġett;

(c) għall-bidu tal-fażi operattiva sussegwenti ta’ proġett, il-punt tal-wasla għandu jkun ir-rapport tal-eżekuzzjoni.

2. Il-punti tal-wasla li għandhom jintlaħqu waqt il-fażi tal-eżekuzzjoni kif ukoll waqt il-fażi operattiva, jekk hemm, għandhom jiġu ddefiniti fil-programm ta’ ħidma ta’ bdil direzzjonali.

3. Jekk il-proġett huwa inkluż fil-programm ta’ ħidma ta’ bdil direzzjonali fil-fażi tal-eżekuzzjoni jew operattiva tiegħu, il-fondi jiġu rilaxxati fl-inklużjoni tal-programm ta’ ħidma ta’ bdil direzzjonali.

4. Il-modifiki għall-programm ta’ ħidma ta’ bdil direzzjonali rigward l-allokazzjonijiet baġitarji ta’ aktar minn EUR 400.000 għal kull azzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2).

5. Il-programm ISA għandu jkun implimentat fuq il-bażi tar-regoli tal-akkwist pubbliku.

Artikolu 11 Kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja

1. L-istabbiliment u t-titjib ta’ oqfsa komuni u għodod ġeneriċi għandhom ikunu ffinanzjati b’mod sħiħ mill-programm ISA. L-użu ta’ oqfsa u għodod bħal dawn għandu jkun iffinanzjat mill-utenti.

2. L-istabbiliment, l-industrijalizzazzjoni u t-titjib ta’ servizzi komuni għandhom ikunu ffinanzjati b’mod sħiħ mill-programm ISA. L-operat ta’ servizzi bħal dawn għandu jkun iffinanzjat b’mod sħiħ mill-programm ISA sa kemm l-użu tagħhom iservi l-interessi Komunitarji. F’każijiet oħrajn, l-użu tas-servizzi, inkluż l-operat tagħhom fuq bażi deċentralizzata, għandu jiġi ffinanzjat mill-utenti.

3. Il-miżuri akkumpanjaturi għandhom ikunu ffinanzjati b’mod sħiħ mill-programm ISA.

Artikolu 12 Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat, imsejjaħ il-Kumitat dwar l-Interoperabbiltà Transkonfinali (minn hawn ’il quddiem “il-Kumitat CIO”), kompost minn rappreżentanti tal-Istati Membri u ppresedut mill-Kummissjoni.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandha tapplika l-proċedura ta’ ġestjoni prevista fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/512/KE tas-17 ta’ Lulju 2006, f’konformità mal-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 8 tagħha.

3. Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

4. Il-Kumitat CIO għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

Artikolu 13 Monitoraġġ u Evalwazzjoni

1. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja regolarment l-implimentazzjoni tal-programm ISA. Hija għandha tesplora s-sinerġiji ma’ programmi Komunitarji komplementari.

Ta’ kull sena l-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-kumitat CIO dwar l-implimentazzjoni tal-programm ISA.

2. Is-soluzzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni kull sentejn.

3. Il-programm ISA għandu jkun soġġett għal evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u finali, li r-riżultati tagħhom għandhom ikunu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2012 u sal-31 ta’ Diċembru 2015 rispettivament.

L-evalwazzjonijiet għandhom jeżaminaw kwistjonijiet bħar-rilevanza, l-effikaċja, l-effiċjenza, l-utilità, is-sostenibbiltà, il-koerenza tal-azzjonijiet tal-ISA u jivvalutaw il-prestazzjoni f’relazzjoni mal-għanijiet tal-programm ISA u l-programm ta’ ħidma ta’ bdil direzzjonali. L-evalwazzjoni finali għandha, barra minn hekk, teżamina sa fejn il-programm ISA laħaq l-għanijiet tiegħu.

L-evalwazzjonijiet għandhom jeżaminaw ukoll il-benefiċċji mogħtijin mill-azzjonijiet lill-Komunità għall-avvanz tal-politiki komuni, jidentifikaw oqsma għal titjib potenzjali u jivverifikaw sinerġiji ma’ inizjattivi Komunitarji oħrajn fil-qasam tal-interoperabbiltà transkonfinali u transsettorjali.

Artikolu 14 Kooperazzjoni internazzjonali

1. Il-programm ISA għandu jkun miftuħ, fil-qafas tal-ftehimiet rispettivi tagħhom mal-Komunità, għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea u l-pajjiżi kandidati.

2. Il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi oħrajn u organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali għandha tkun imħeġġa, b’mod partikolari fil-qafas tas-Sħubija Ewro-Mediterranja u ma’ pajjiżi ġirien, b’mod partikolari l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent. L-ipejjeż relatati m’għandhomx ikunu koperti mill-programm ISA.

Artikolu 15 Inzijattivi mhux Komunitarji

Mingħajr ħsara għal politiki Komunitarji oħrajn, is-soluzzjonijiet stabbiliti jew operati mill-programm ISA jistgħu jintużaw minn inizjattivi mhux Komunitarji, sa kemm ma jkun hemm l-ebda spejjeż żejda għall-baġit Komunitarju u l-għan Komunitarju prinċipali tas-soluzzjoni ma jiġix kompromess.

Artikolu 16 Dispożizzjonijiet finanzjarji

1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-azzjoni Komunitarja taħt din id-Deċiżjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2015 huwa stabbilit għal EUR 164.1 miljun, li minnhom EUR 103.5 miljun huma għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Għall-perjodu wara l-31 ta’ Diċembru 2013, l-ammont għandu jitqies li huwa kkonfermat jekk ikun konsistenti għal din il-fażi mal-qafas finanzjarju fis-seħħ fil-perjodu li jibda fl-2014.

2. L-approprijazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limitu tal-qafas finanzjarju.

Artikolu 17 Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2015.

Magħmul fi Strasburgu, ….

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM TAL-PROPOSTA:

Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA).

2. QAFAS ABM / ABB

Qasam (Oqsma) Politiki kkonċernati u Attività/ajiet assoċjati:

Tekonoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni – Programm operattiv taħt it-titolu 26 “L-Amministrazzjoni tal-Kummissjoni”

Attività: 26 03 Twassil Interoperabbli ta’ servizzi elettroniċi tal-Gvern pan-Ewropej lill-amministrazzjonijiet pubbliċi, negozji u ċittadini

3. LINJI BAĠITARJI

3.1. Linji baġitarji (linji operattivi u linji għal għajnuna teknika u amministrattiva relatati (ex- linji B..A)) inklużi l-intestaturi:

26 03 01 01 Soluzzjonijiet ta’ Interoperabbiltà għall-Amministrazzjonijiet Pubbliċi Ewropej (ISA)[12]

26 01 04 01 Soluzzjonijiet ta’ Interoperabbiltà għall-Amministrazzjonijiet Pubbliċi Ewropej (ISA) –Spiża għall-ġestjoni amministrattiva

3.2. Perjodu tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju:

Perjodu tal-applikazzjoni: l-1 ta’ Jannar 2010 – il-31 ta’ Diċembru 2015

Il-ħlasijiet mill-baġit Komunitarju jistgħu jsiru wara l-31 ta’ Diċembru 2015 fir-rigward ta’ ammonti impenjati waqt il-perjodu tal-applikazzjoni.

3.3. Karatteristiċi baġitarji:

Linja baġitarja | Tip ta’ spiża | Ġdida | Kontribuzzjoni EFTA | Kontribuzzjonijiet minn pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

26030101 | Non-komp | Diff[13] | IVA | IVA | IVA | 1A |

26010401 | Non-komp | Non-diff[14] | LE | IVA | IVA | 1A |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi Finanzjarji

4.1.1. Sommarju tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn (AI) u approprjazzjonijiet ta’ pagament (AP)

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

Tip ta’ spiża | Taqsima Nru. | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | 2015 u aktar tard | Total |

Spiża operattiva[15] |

Approprijazzjonijiet ta’ Impenn (AI) | 8.1. | a | 23.00 | 25.20 | 26.00 | 26.10 | 28.50 | 30.50 | 159.3 |

Approprijazzjonijiet ta’ Pagament (AP) | b | 5.75 | 23.55 | 25.40 | 26.00 | 26.73 | 51.87 | 159.3 |

Spiża amministrattiva fl-ammont ta’ referenza[16] |

Għajnuna teknika & amminsitrattiva (NDA) | 8.2.4. | c | 0.8 | 0.8 | 0.8 | 0.8 | 0.8 | 0.8 | 4.8 |

AMMONT TA’ REFERENZA TOTALI |

Approprijazzjonijiet ta’ Impenn | a+c | 23.80 | 26.00 | 26.80 | 26.90 | 29.30 | 31.30 | 164.1 |

Approprijazzjonijiet ta’ Pagament | b+c | 6.55 | 24.35 | 26.20 | 26.80 | 27.53 | 52.67 | 164.1 |

Spiża amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza [17] |

Riżorsi finanzjarji u spiża assoċjata (NDA) | 8.2.5. | d | 2.141 | 2.191 | 2.191 | 2.191 | 2.191 | 2.191 | 13.097 |

Spejjeż amministrattivi, barra minn riżorsi umani u spejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6. | e | 0.046 | 0.049 | 0.049 | 0.049 | 0.049 | 0.049 | 0.291 |

Spiża finanzjarja indikattiva totali tal-intervent |

AI TOTALI inkluża spiża fuq Riżorsi Umani | a+c+d+e | 25.986 | 28.240 | 29.040 | 29.140 | 31.540 | 33.540 | 177.488 |

AP TOTALI inkluża spiża fuq Riżorsi Umani | b+c+d+e | 8.736 | 26.590 | 28.440 | 29.040 | 29.765 | 54.915 | 177.488 |

It-tkabbir tal-baġit mas-snin jirrifletti l-ispejjeż operattivi għal portafoll ta’ servizzi komuni u għodod ġeneriċi li qed jespandi, impoġġi għad-dispożizzjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni u għall-Istati Membri biex jimplimentaw sistemi ta’ informazzjoni transkonfinali interoperabbli.

Dettalji dwar il-kofinanzjament

Mhux applikabbli.

4.1.2. Kompatibbiltà mal-Ipprogrammar Finanzjarju

( Il-proposta hija kompatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti. Għall-perjodu wara l-31 ta’ Diċembru 2013, l-ammont għandu jitqies ikkonfermat jekk ikun konsistenti għal din il-fażi mal-qafas finanzjarju fis-seħħ għall-perjodu li jibda fl-2014.

( Il-proposta se tinkludi l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta tista’ titlob l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[18] (jiġifieri strument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. Impatt Finanzjarju fuq id-Dħul

( Il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul

4.2. FTE Riżorsi Umani (inklużi uffiċjali, persunal temporanju u estern) – ara d-dettall taħt il-punt 8.2.1.

Rekwiżiti annwali | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | 2015 |

Għadd totali ta’ riżorsi umani | 20 | 21 | 21 | 21 | 21 | 21 |

5. KARATTERISITIĊI U GĦANIJIET

5.1. Ħtieġa li trid tintlaħaq fit-terminu qasir u għat-tul

Il-programm ISA irid jilħaq il-ħtiġiet għal oqsfa komuni, is-sensibilizzazzjoni dwar l-implikazzjonijiet tal-ICT fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, is-servizzi komuni, u l-għodod ġeneriċi riużabbli.

Dawn il-ħtiġiet kienu identifikati permezz ta’ skambji ta’ fehmiet ma’ setturi u ma’ rappreżentanti tal-Istati Membri, l-evalwazzjoni ex ante kif ukoll il-konsultazzjoni formali kif speċifikata fil-memorandum ta’ spjegazzjoni.

Il-benefiċjarji ewlenin tal-attivitajiet imnedija taħt il-programm huma l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej. In-negozji u ċ-ċittadini se jibbenefikaw indirettament.

5.2. Valur miżjud tal-involviment Komunitarju u koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u sinerġija possibbli

L-oqsma ta’ attivitajiet kollha koperti mill-programm ISA jaqgħu taħt ir-responsabbiltà kondiviża tal-Istati Membri u l-Komunità. Għalhekk il-programm ISA ser jintervjeni biss fejn huwa preżenti valur miżjud Ewropew li jidher, kif speċifikat fil-memorandum ta’ spjegazzjoni. Il-kumitat ta’ ġestjoni tal-programm ISA se jiżgura l-koerenza u l-komplementarjetà ma’ attivitajiet fil-livell tal-Istati Membri. Fil-livell Komunitarju, il-koordinazzjoni ta’ bejn is-servizzi se tiżgura l-allinjament ta’ attivitajiet fis-setturi kif ukoll mal-Programm ta’ Appoġġ ta’ Politika tal-ICT tal-programm qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) bil-ħsieb li jkunu massimizzati l-koerenza u s-sinerġiji. Il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u s-setturi se jgħinu b’mod kostanti lill-programm biex jivvaluta l-ħtiġiet reali, il-proporzjonalità tal-attivitajiet u r-rispett tas-sussidjarjetà.

Kif speċifikat fil-memorandum ta’ spjegazzjoni, il-programm ISA ser iżid primarjament valur finanzjarju u ekonomiku mal-intervent Komunitarju u jikkontribwixxi għar-rinfurzar u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-leġiżlazzjoni Komunitarja, billi jintlaħqu sinerġiji konsiderevoli permezz ta’ koordinazzjoni trans-settorjali u transkonfinali.

Kif speċifikat ukoll fil-memorandum ta’ spjegazzjoni, il-koerenza ma’ u l-komplementarjetà mal-Programm ta’ Appoġġ ta’ Politika tal-ICT tal-Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) huma żgurati u mistennija li jwasslu għal sinerġiji.

5.3. Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

L-għan ġenerali tal-programm ISA huwa li jiffaċilita l-interazzjoni transkonfinali u transsettorjali elettronika effiċjenti u effettiva bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej billi jippermetti t-twassil ta’ servizzi pubbliċi elettroniċi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet Komunitarji. Għalhekk l-għan tiegħu jingħaqad bażikament mal-politiki Komunitarji kollha u jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tagħhom. B’mod aktar speċifiku huwa jappoġġja s-suq uniku billi jikkontribwixxi biex jiġu evitati ostakli-e, waqt li fl-istess ħin jappoġġja l-prinċipji u l-ħtiġiet sottostanti għall-Istrateġija ta’ Liżbona.

Jekk jogħġbok irreferi għas-sommarju tal-evalwazzjoni ex ante għad-dettalji dwar ir-riżultati u l-indikaturi mistennija.

5.4. Metodu ta’ Implimentazzjoni (indikattiv)

( Ġestjoni Ċentralizzata

( direttament mill-Kummissjoni

( indirettament b’delegazzjoni lil:

( Aġenziji eżekuttivi

( korpi stabbiliti mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-art. 185 tar-Regolament Finanzjarju

( korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/ korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

( Ġestjoni kondiviża jew deċentralizzata

( mal-Istati Membri

( ma’ Pajjiżi terzi

( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Kummenti rilevanti:

6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

6.1. Sistema ta’ monitoraġġ

Il-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tal-programm hija prevista, skont il-prinċipju tat-tmexxija finanzjarja soda u l-proċeduri amministrattivi tal-Kummissjoni. Il-monitoraġġ jinkludi rappurtar annwali lill-kumitat ta’ ġestjoni dwar il-progress magħmul fl-implimentazzjoni tal-attiivtajiet appoġġjati.

Għall-monitoraġġ ta’ proġetti individwali, ikunu meħtieġa dokumenti ddettajlati dwar il-proġetti u r-rapporti tal-eżekuzzjoni, li skont dawn jitkejjel dak li ntlaħaq. Il-fondi jinħarġu fuq il-bażi ta’ kemm ikunu ntlaħqu dawn il-punti importanti.

Barra minn hekk, is-soluzzjonijiet ser ikunu soġġetti għal reviżjoni kull tieni sena.

Permezz tal-indikaturi tal-programm speċifikati fis-sommarju tal-evalwazzjoni ex ante , ir-riżultati tal-programm għandhom jitkejlu, f’intervalli regolari, skont l-għanijiet u r-riżultati.

6.2 Evalwazzjoni

6.2.1. Evalwazzjoni ex ante

L-evalwazzjoni ex ante intużat biex formalment jiġi vverifikat li l-intervent huwa bbażat fuq strateġija koerenti li hija konformi mal-ħtiġiet, problemi u kwistjonijiet li hija suppost tindirizza. Hija għenet ukoll biex tiżgura li hija komplemetari għal u koerenti ma’ interventi oħrajn u li s-sistemi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni meħtieġa huma mfassla fl-implimentazzjoni tal-programm sabiex ikunu ffaċilitati l-evalwazzjonijiet ta’ nofs it-terminu u finali. Hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni għażlet programm ta’ natura ddefinita fil-proposta u tippreżenta l-valur miżjud u l-impatti mistennija. Finalment l-evalwazzjoni ex ante tistma r-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa u tforni qafas bażiku li jinkludi, fost l-oħrajn, ir-riżultati u l-indikaturi.

Ir-riżultati tal-evalwazzjoni ex ante kienu integrati b’mod sħiħ fil-proposta f’konformità wkoll mar-riżultati tal-konsultazzjoni.

Ir-rapport sħiħ huwa disponibbli fuq http://ec.europa.eu/idabc/en/document/7706 u sommarju qed ikun anness mad-dikjarazzjoni finanzjarja.

6.2.2. Miżuri meħudin wara evalwazzjoni intermedja/ex-post (tagħlimiet meħudin minn esperjenzi simili fil-passat)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programm IDABC[19] tikkonkludi li l-evalwazzjoni interim l-aktar li tislet huma l-konklużjonijiet pożittivi waqt li tissottolinja ftit nuqqasijiet li hija tirrakkomanda għall-konsiderazzjoni fl-implimentazzjoni tal-programm IDABC. Ir-rakkomandazzjonijiet kollha li jistgħu jkunu rilevanti għall-programm ISA huma koperti.

Ir-rapport sħiħ tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-IDABC huwa disponibbli fuq http://ec.europa.eu/idabc/en/document/5707/3.

6.2.3. Termini u frekwenza ta’ evalwazzjoni futura

Il-programm ISA se jkun soġġett għal evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u oħra finali, li r-riżultati tagħhom ser ikunu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2012 u sal-31 ta’ Diċembru 2015 rispettivament.

L-evalwazzjoni interim u finali kif ukoll l-allokazzjonijiet baġitarji meħtieġa se jkunu inklużi fil-programm ta’ ħidma tal-ISA.

7. MIżURI KONTRA L-FRODI

Huwa previst għadd kbir ta’ mekkaniżmi ta’ kontroll finanzjarju u amministrattiv. Il-programm ser ikun implimentat permezz ta’ akkwist pubbliku skont ir-regoli u l-proċeduri ddefiniti fir-Regolament Finanzjarju. Huma japplikaw matul il-proċess u jinkludu :

- L-istabbiliment tal-programm ta’ ħidma, soġġett għall-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni, b’punti tal-wasla għar-rilaxx ta’ finanzjament li jiżguraw il-kontrollabbiltà ta’ dak li jinlaħaq u tal-ispejjeż;

- Abbozzar adatt ta’ speċifikazzjonijiet ta’ sejħiet għal offerti li jiżgura l-kontrollabbiltà tar-riżultati meħtieġa li jintlaħqu u tal-spejjeż li jsiru;

- Analiżi kwalitattiva u finanzjarja tas-sejħiet għal offerti;

- L-involviment ta’ dipartimenti oħrajn tal-Kummissjoni matul il-proċess kollu;

- Verifika tar-riżultati u eżami tal-fatturi qabel il-ħlas, f’diversi livelli;

- Verifika interna.

8. DETTALJI TAR-RIżORSI

8.1. L-għanijiet tal-proposta f’termini tal-ispiża finanzjarja tagħhom[20]

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

Azzjoni 1. | Stabbilmenti u titjib ta’ oqfsa komuni |

2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | 2015 |

Uffiċjali jew persunal temporanju[23] (XX 01 01) | A*/AD | 10 | 10 | 10 | 10 | 10 | 10 |

B*, C*/AST | 7 | 7 | 7 | 7 | 7 | 7 |

Persunal iffinanzjat[24] mill-art. XX 01 02 | 3 | 4 | 4 | 4 | 4 | 4 |

Persunal ieħor[25] iffinanzjat mill-art. XX 01 04/05 |

TOTAL | 20 | 21 | 21 | 21 | 21 | 21 |

Il-ħtieġa għal riżorsi umani u amministrattivi għandha tkun koperta fl-allokazzjoni mogħtija lid-DĠ tat-tmexxija fil-qafas tal-proċedura tal-allokazzjoni annwali.

L-allokazzjoni ta’ postijiet fil-perjodu 2014-2015 għandha tikkunsidra l-allokazzjoni possibbli mill-ġdid ta’ postijiet bejn is-servizzi fuq il-bażi tal-qafas finanzjarju li jmiss.

8.2.2. Deskrizzjoni tal-kompiti li jidderivaw mill-azzjoni

- Il-postijiet AD ikopru l-ġestjoni reali tal-programm: l-elaborazzjoni tal-programm ta’ ħidma, il-ġestjoni tal-baġit, il-ġestjoni tas-sejħiet pubbliċi għal offerti assoċjati mal-eżekuzzjoni tal-programm, il-ġestjoni tal-kuntratt assoċjat mal-eżekuzzjoni tal-programm, l-issuktar ta’ proġetti u studji, il-kuntatti mas-servizzi tal-Kummissjoni u esperti tal-Istati Membri, l-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ esperti, workshops u konferenzi. Inkluż ukoll huwa l-kap tal-unità, il-konsulent legali għall-programm u s-segretarjat tal-kumitat ta’ ġestjoni.

- Il-postijiet AST jipprovdu appoġġ fl-oqsma li ġejjin:

- Kompiti segretarjali, organizzazzjoni ta’ missjonijiet (2 persuni)

- Ġestjoni tal-baġit, sejħiet għal offerti, kuntratti u ħlas ta’ fatturi (2 persuni)

- Disseminazzjoni u komunikazzjoni ta’ informazzjoni (2 persuni)

- Loġistika: organizzazzjoni ta’ laqgħat u workshops , stediniet ta’ esperti, rimborż lill-esperti, ġestjoni tad-dokumenti (1 persuna)

- Il-postijiet END jappoġġjaw il-ġestjoni attwali tal-programm, billi jikkomplementaw lill-postijiet AD f’bosta oqsma relatati mal-koordinazzjoni mal-Istati Membri, l-issuktar tal-proġetti u studji u l-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ esperti, workshops u konferenzi.

8.2.3. Sorsi tar-riżorsi umani (statutarji)

( Postijiet li bħalissa huma allokati għall-ġestjoni tal-programm għandhom jinbidlu jew ikunu estiżi (20 li jinkludu 3 ENDs li bħalissa għandhom kuntratti li jintemmu fl-aħħar tal-2009)

( Postijiet pre-allokati fl-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

( Postijiet li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

( Postijiet li għandhom jimtlew mill-ġdid bl-użu tar-riżorsi eżistenti fis-servizz tal-ġestjoni (mili mill-ġdid intern)

( Postijiet meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju APS/PDB tas-sena kkonċernata

Rimarka : Minħabba s-sinerġiji bejn l-unità IDABC/ISA u l-unitajiet għas-servizzi/żvilupp fid-DĠ għall-Informatika, huwa stmat li minn 4 sa 6 postijiet fl-evalwazzjoni ex ante għall-istabbiliment/operat tas-servizzi u l-istabbilimenti tal-għodod mhux se jkunu meħtieġa.

8.2.4. Spiża Amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 –Spiża fuq ġestjoni amministrattiva)

EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali)

Linja baġitarja (numru u intestatura) | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | 2015 | TOTAL |

Għajnuna teknika u amminsitrattiva oħra |

- intra muros (kuntratti tas-servizz)[27] | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 2.4 |

- extra muros |

2 Laqgħat ta’ gruppi ta’ esperti, informazzjoni u komunikazzjoni | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 2.4 |

Total Għajnuna teknika u amministrattiva | 0.8 | 0.8 | 0.8 | 0.8 | 0.8 | 0.8 | 4.8 |

8.2.5. Spiża finanzjarja ta’ riżorsi umani u spejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | 2015 |

Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) | 1.989 | 1.989 | 1.989 | 1.989 | 1.989 | 1.989 |

Persunal iffinanzjat skont l-Art XX 01 02 (awżiljarji, END, persunal b’kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja baġitarja) | 0.152 | 0.202 | 0.202 | 0.202 | 0.202 | 0.202 |

Spiża totali għar-Riżorsi Umani u spejjeż assoċjati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) | 2.141 | 2.191 | 2.191 | 2.191 | 2.191 | 2.191 |

Kalkolu – Uffiċjali u Aġenti temporanji |

Għadd ta’ postijiet bħal fil-punt 8.2.1, multiplikati bi 117000 euro għal kull post |

Kalkolu–Persunal iffinanzjat taħt l-art. XX 01 02 |

Għadd ta’ postijiet bħal fil-punt 8.2.1, multiplikati b’50578 euro għal kull END |

8.2.6. Spiża amministrattiva oħra mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza

EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali)

2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | 2015 | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | 0.046 | 0.049 | 0.049 | 0.049 | 0.049 | 0.049 | 0.291 |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u konferenzi |

XX 01 02 11 03 – Kumitati[28] |

XX 01 02 11 04 – Studji & konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ informazzjoni |

2 Total Spejjeż Oħra ta’ Ġestjoni (XX 01 02 11) | 0.046 | 0.049 | 0.049 | 0.049 | 0.049 | 0.049 | 0.291 |

3 Spiża oħra ta’ natura amminstrattiva (speċifika, inkluża r-referenza għal-linja baġitarja) |

Spiża Amministrattiva Totali, barra mir-riżorsi umani u spejjeż assoċjati (MHUX inkluża fl-ammont ta’ referenza) | 0.046 | 0.049 | 0.049 | 0.049 | 0.049 | 0.049 | 0.291 |

Kalkolu – Spiża amministrattiva oħra mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza |

700 euro għal kull missjoni, 5 missjonijiet kull sena għal persunal AD/END (żjarat fi Stati Membri, disseminazzjoni ta’ riżultati f’workshops u konferenzi) |

Sommarju tal-evalwazzjoni ex ante

(Rapport sħiħ disponibbli fuq http://ec.europa.eu/idabc/en/document/7706 )

1. METODOLOġIJA

L-evalwazzjoni ex ante hija proċess li jappoġġja l-preparazzjoni ta’ proposti għal intervent Komunitarju ġdid jew imġedded. Din ikollha l-għan li tiġbor informazzjoni u twettaq analiżi li tgħin biex jiġu ddefiniti l-għanijiet, biex ikun żgurat li dawn jistgħu jintlaħqu, li l-istrumenti użati huma effikaċi għall-ispiża u li evalwazzjoni affidabbli aktar tard hija possibbli.

L-evalwazzjoni ex ante tindirizza l-ħtiġiet tal-Artikolu 27 tar-Regolament Finanzjarju[29] kif speċifikat fl-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju[30].

L-evalwazzjoni ex ante , li tkun twettqet minn konsulenti esterni, tkun ibbażata fuq riċerka dokumentata, intervisti u żewġ analiżi żgħar tal-persunal tal-Istati Membri u tal-IDABC, kif ukoll fuq workshops /sessjonijiet ta’ ħidma.

2. ANALIżI TAL-PROBLEMI U VALUTAZZJONI TAL-ħTIġIET

Id-dimensjoni pan-Ewropea tal-Gvern elettroniku u l-kunċett ta’ interoperabbiltà

L-Istati Membri qegħdin dejjem aktar jagħmlu użu mill-ICT fil-forniment ta’ servizzi pubbliċi, billi jimmiraw li jżidu l-effikaċja u l-effiċjenza. Għalkemm il-konsum ta’ servizzi tal-Gvern elettroniku bħal dawn fil-livell tal-Istati Membri qed jiżdied, il-konsum fil-livell pan-Ewropew jibqa’ baxx. Madankollu, meta l-Istati Membri jkun jridu jinteraġixxu bejn il-fruntieri biex jappoġġjaw tali servizzi jew l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE, l-interoperabbiltà ssir prekondizzjoni.

Prinċipji ta’ politika ġenerali li jsaħħu intervent pubbliku ġdid

L-istrateġiji u l-politiki Ewropej diġà identifikaw u inkludew il-ħtieġa għal aktar interoperabbiltà u għal twassil aktar effiċjenti u effettiva tas-servizzi pubbliċi. Azzjoni Komunitarja ġdida għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji li jsaħħu l-politiki u l-istrateġiji preżenti (pereżempju t-tisħiħ tas-Suq Uniku u tal-Istrateġija ta’ Liżbona).

Fatturi li jfixklu l-interoperabbiltà transsettrojali u transkonfinali fil-Gvern elettroniku

Id-dimensjoni pan-Ewropea tal-gvern elettroniku tiġi mfixkla minn diversi fatturi, xi wħud marbutin ma’ differenzi isitituzzjonali, kulturali, legali u politiċi bejn l-Istati Membri, u oħrajn man-nuqqas ta’ metodu pan-Ewropew għal kwistjonijiet komuni.

Identifikazzjoni ta’ gruppi fil-mira u atturi prinċipali

Azzjoni ta’ segwitu għandha tiffoka fuq il-benefiċjarji primarji, jiġifieri l-amministrazzjonijiet Ewropej, li permezz tal-interoprabbiltà jżidu l-effiċjenza u l-effikaċja tagħhom permezz ta’ interazzjonijiet imtejba ma’ amministrazzjonijiet oħrajn, jiġifieri Stati Membri u setturi tal-KE oħrajn, fi kwistjonijiet pan-Ewropej. In-negozji u ċ-ċittadini se jibbenefikaw indirettament.

Valutazzjoni tal-ħtiġiet għal azzjoni Komunitarja

Xi wħud mill-ħtiġiet kienu diġà indirizzati minn programmi tal-KE tal-passat u tal-preżent, inklużi l-programmi IDA u IDABC, li wasslu għad-dispożizzjoni ta’ linji gwida u oqfsa komuni kif ukoll għodod, servizzi u infrastrutturi. Aktar azzjoni għandha tibni fuq dawn l-isforzi. Il-ħtieġa għal azzjonijiet Komunitarji mġeddin għandha żewġ naħat:

- Il-kontinwità u s-sostenibbiltà ta’ soluzzjonijiet żviluppati, u

- It-twassil ta’ risposti għal ħtiġiet li qed jevolvu jew ġodda espressi mill-Istati Membri u/jew mis-setturi.

Il-ħtiġiet preżenti huma għal:

- biex tkun żgurata l-funzjoni ta’ koordinazzjoni

- is-sensibilizzazzjoni

- jissaħħaħ id-djalogu mal-partijiet interessati fl-industrija

- konsolidazzjoni u l-użu mill-ġdid ta’ għodod, servizzi u infrastrutturi eżistenti

- identifikazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-ICT fil-leġiżlazzjoni tal-KE

- biex jiġi żgurat l-iskambju ta’ dejta u l-informazzjoni u biex ikunu żgurati s-sistemi

- stabbiliment ta’ oqfsa, linji gwida u speċifikazzjonijiet komuni.

3. VALUR MIżJUD TAL-INVOLVIMENT TAL-KOMUNITÀ

Għalkemm il-kompetenza legali fil-qasam tat-twassil nazzjonali ta’ servizzi pubbliċi liċ-ċittadini u lin-negozji hija tal-Istati Membri, ir-risposti għall-istħarriġ mibgħut lill-membri tal-kumitat ta’ ġestjoni tal-IDABC urew qbil dwar il-valur miżjud tal-intervent Komunitarju.

Bl-applikazzjoni ta’ argumenti kontrofattwali fl-ivvalutar tal-ħtieġa għal azzjoni Komunitarja, l-evalwazzjoni fost l-oħrajn ikkonkludiet li:

- L-interoperabbiltà organizzattiva pan-Ewropea tkun diffiċli li tintlaħaq mingħajr intervent mill-Komunità Ewropea.

- Is-servizzi tekniċi infrastrutturali stabbiliti minn programmi tal-passat u preżenti jieqfu milli jeżistu mingħajr l-intervent Komunitarju, u f’dan il-każ l-Istati Membri u s-setturi jkollhom isibu soluzzjonijiet individwali.

- Is-soluzzjonijiet komuni li jistgħu jkunu maqsuma mill-amministrazzjonijiet fi Stati Membri differenti ma jiġux żviluppati mingħajr l-intervent Komunitarju.

- Il-funzjoni ta’ koordinazzjoni fil-livell Ewropew tkun diffiċli u tqum ħafna biex din tiġi stabbilita fil-livell tal-Istati Membri mill-Istati Membri nfushom.

4. L-GħAN TAL-KOMUNITÀ U RIżULTATI MISTENNIJA

Bl-użu tal-għanijiet identifikati diġà mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri (SMi) permezz ta’ diskussjonijiet inizjali, ġew elaborati sitt għanijiet għall-Azzjoni Komunitarja, waħda strateġika u ħamsa operattivi:

- Tkun żviluppata Politika Ewropea għall-Interoprabbiltà;

- Tissaħħaħ il-konsiderazzjoni tad-dimensjonijiet tal-ICT fil-leġiżlazzjoni tal-UE;

- Jitrawwem l-użu ta’ oqfsa komuni;

- Jiżdied l-użu ta’ servizzi komuni;

- Jiżdied l-użu ta’ għodod ġeneriċi riużabbli;

- Ikunu hemm miżuri ta’ akkumpanjament biex jappoġġjaw l-azzjoni ġenerali.

Fl-evalwazzjoni ex ante għal kull wieħed minn dawn l-għanijiet ġenerali ġew żviluppati għanijiet speċifiċi, riżultati mistennija u indikaturi relatati. L-eżitu ta’ dan l-eżerċizzju jista’ jkun ippreżentat kif ġej b’mod razzjonalizzat:

Għanijiet (attivitajiet) | Riżultati mistennijin | Indikaturi[31] |

Stabbiliment u titjib ta’ oqfsa komuni | Sett koerenti ta’ oqfsa li joħolqu kuntest li fih l-Istati Membri (SMi) u s-setturi jistgħu jiddiskutu l-interoperabbiltà transsettorjali u transkonfinali Implimentazzjoni aktar bla xkiel tal-PEGSs | Għadd ta’ speċifikazzjonijiet, linji gwida, metodoloġiji, strateġiji komuni eċċ. Stħarriġ (SMi & setturi): Kompletezza Rilevanza Użu Referenzjar nazzjonali u internazzjonali |

Valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-ICT fil- leġiżlazzjoni tal-KE | Implimentazzjoni aktar bla xkiel tal-leġiżlazzjoni tal-KE billi jiġu kkunsidrati d-dimensjonijiet tal-ICT fil-fażi tat-tfassil Identifikazzjoni ta’ ħtiġiet għal servizzi u għodod li jappoġġjaw l-implimentazzjoni f’waqtha tal-leġiżlazzjoni Fehma tad-dimensjonijiet tal-ICT fil-politiki tal-UE Implimentazzjoni aktar bla xkiel tal-PEGSs | Għadd ta’ atti leġiżlattivi rilevanti identifikati Għadd ta’ kuntatti b’suċċess bejn setturi u programm Għadd ta’ soluzzjonijiet meħtieġa ġodda identifikati Għadd ta’ soluzzjonijiet implimentati Stħarriġ (SMi & setturi): Sensibilizzazzjoni Kompletezza Rilevanza Użu Twassil fil-waqt |

Stabbiliment, titjib u operat ta’ servizzi komuni | Disponibbiltà ta’ sett ta’ servizzi komuni li jilħqu l-ħtiġiet tas-setturi u l-iSMi Twassil professjonali ta’ portafoll ta’ servizzi koerenti Implimentazzjoni aktar bla xkiel tal-PEGSs | Livell tal-kwalità tas-servizzi komuni Għadd ta’ utenti magħrufin tas-servizzi komuni Stħarriġ (SMi & setturi): Kompletezza Rilevanza Użu Adegwatezza Indikaturi speċifiċi tal-proġett (għandhom ikunu determinati) |

Stabbiliment u titjib ta’ għodod ġeneriċi riużabbli | Disponibbiltà ta’ sett ta’ għodod li jilħqu l-ħtiġiet tas-setturi u l-iSMi Twassil professjonali ta’ portafoll ta’ servizzi koerenti Implimentazzjoni aktar bla xkiel tal-PEGSs | Livell tal-kwalità tal-għodod ġeneriċi Għadd ta’ utenti magħrufa tal-għodod ġeneriċi Stħarriġ (SMi & setturi): Kompletezza Rilevanza Użu Adegwatezza Indikaturi speċifiċi tal-proġett (għandhom ikunu ddeterminati) |

Implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ akkumpanjament |

Organizzazzjoni ta’ skambju ta’ informazzjoni u l-qsim tal-aħjar prattiki | Sensibilizzazzjoni miżjuda dwar l-aħjar prattiki Użu mill-ġdid tal-aħjar prattiki | Għadd ta’ utenti tal-pjattaforma Għadd u daqs ta’ komunitajiet Użu mill-ġdid, qsim u kollaborazzjoni attwali (stejjer ta’ suċċess) Stħarriġ (SMi & setturi): Utilità tal-pjattaforma sejba ta’ informazzjoni qsim ta’ esperjenzi bidu ta’ kollaborazzjoni |

Titjib tal-funzjoni ta’ koordinazzjoni | Aktar sinerġiji u inqas duplikazzjoni ta’ attivitajiet Metodi aktar armonizzati u koerenti Fehma komuni fost il-partijiet interessati Aktar kollaborazzjonijiet transsettorjali u transkonfinali meta jkunu qed jiġu mfassla s-sistemi | Stejjer ta’ suċċess Stħarriġ (SMi & setturi): Il-programm iforni koordinazzjoni u kollaborazzjoni effikaċi bejn l-iSMi u s-setturi? |

Biex tiżdied il-viżibbiltà tas-servizzi komuni u tal-għodod ġeneriċi riużabbli | Sensibilizzazzjoni miżjuda tas-servizzi komuni mill-utenti potenzjali (SMi u setturi) meta jitfasslu l-PEGS Konsiderazzjoni ta’ servizzi u għodod komuni | Għadd ta’ kuntatti mal-programm bl-inzijattiva tad-DĠi Għadd ta’ PEGS li jużaw servizzi u għodod komuni |

Attivitajiet strateġiċi u ta’ appoġġ | Titjib tal-programm | Rapporti ta’ evalwazzjoni |

5. MEKKANIżMI TAT-TWASSIL, STRUMENTI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-AZZJONI

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ hawn fuq, l-azzjoni għandha tuża diversi tipi ta’ mekkaniżi, strumenti u attivitajiet għat-twassil. L-istrumenti m’għandhomx ivarjaw mill-istrumenti IDABC.

6. GĦAżLIET TA’ POLITIKA DISPONIBBLI U KOERENZA TAL-AZZJONI

Fl-evalwazzjoni ex ante kienu vvalutati tliet għażliet. Għażla waħda ssupponiet li l-attiivtajiet se jkunu ttrasferiti lil aġenzija regolatorja. Minħabba li din l-għażla tkun timplika spejjeż ġenerali għoljin wisq u ma tistax tkun implimentata fil-ħin biżżejjed biex tkun operattiva sal-aħħar tal-2009, l-għażla ma setgħetx tiġi rakkomandata.

Għażla oħra tkun li l-programm ikun ittrasferit lill-PSP tal-ICT tal-CIP, li jippermetti ċerta koerenza u, possibbilment, sinerġiji fl-attiivtajiet. Madankollu, minkejja dak kollu komuni, hemm differenzi importanti fl-għanijiet, fil-punt fokali, fil-pożizzjoni fil-katina tal-iżvilupp/produzzjoni, fit-żmien opportun u fil-mekkaniżmi ta’ finanzjament. Il-vantaġġi akkwistati permezz ta’ din l-għażla jkunu definittivament kontrobilanċjati bl-iżvantaġġi.

Għal dawn ir-raġunijiet, l-evalwazzjoni ex ante kkonkludiet li ż-żewġ programmi m’għandhomx jingħaqdu u tirrakkomanda li tinżamm l-għażla bażika, jiġifieri li jkun hemm programm indipendenti.

Madankollu, tkun meħtieġa kooperazzjoni qawwija kemm fil-livell operattiv biex ikunu żgurati s-sensibilizzazzjoni u l-koordinazzjoni kif ukoll fil-livell strateġiku meta jitfasslu l-programmi ta’ ħidma, l-ewwel nett bejn il-programm ta’ segwitu u l-programm PSP tal-ICT tal-CIP, li għandu jikkoopera wkoll meta jkunu stabbiliti l-gruppi ta’ ħidma.

7. VOLUM TA’ APPROPRIJAZZJONIJIET

Qed isiru żewġ proposti għall-baġit tal-programm ta’ segwitu. L-għażla “baxxa” tkun teħtieġ baġit ta’ EUR 159 miljun waqt li l-għażla “għolja” tkun teħtieġ baġit ta’ EUR 220 miljun, maqsumin skont l-għanijiet:

Għanijiet | EUR miljuni Għażla baxxa | EUR miljuni Għażla għolja |

1. Żvilupp ta’ Politika Ewropea għall-Interoperabbiltà | 3 | 6 |

2. Tisħiħ tal-konsiderazzjoni tal-aspetti tal-ICT fil-leġiżlazzjoni tal-UE | 6 | 12 |

3. Tkattir tal-użu ta’ oqfsa komuni | 9 | 12 |

4. Żieda fl-użu ta’ servizzi komuni | 99 | 124 |

5. Żieda fl-użu ta’ għodod ġeneriċi riużabbli | 18 | 30 |

6. Miżuri ta’ akkumpanjament | 24 | 36 |

Total | 159 | 220 |

L-għadd minimu ta’ impjegati meħtieġa għall-programm ta’ segwitu huwa stmat għal 25, ekwivalenti ta’ impjegati full time , waqt li għall-għażla għolja dawn ikunu ta’ 32.

8. KONKLUżJONI

Għalkemm il-programmi preċedenti diġà kkontribwew bil-kbir għall-estensjoni, l-approfondiment u t-titjib tal-funzjonament tas-Suq Uniku billi għamlu disponibbli soluzzjonijiet ta’ IT kif ukoll għall-kooperazzjoni effiċjenti u effettiva bejn l-amminstrazzjonijiet pubbliċi Ewropej, l-intervent Komunitarju xorta jkun meħtieġ biex jiżgura l-kontinwità u s-sostenibbiltà ta’ azzjonijiet diġà stabbiliti u għall-forniment ta’ tweġibiet għal ħtiġiet li qed jevolvu jew ġodda espressi mill-Istati Membri u mis-setturi.

L-għanijiet il-ġodda għandhom ikunu:

- tkun żviluppata Politika Ewropea għall-Interoperabbiltà

- tissaħħaħ il-konsiderazzjoni tal-aspetti tal-ICT fil-leġiżlazzjoni tal-UE

- jitkattar l-użu ta’ oqfsa komuni

- jiżdied l-użu tas-servizzi komuni

- jiżdied l-użu tal-għodod ġeneriċi riużabbli.

Meta jkunu kkunsidrati l-attivitajiet u l-mekkaniżmi tat-twassil meħtieġa biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, l-aktar għażla ta’ politika adatta tkun dik li tikkorrispondi mal-għażla bażika, jiġifieri programm ta’ segwitu.

Il-baġits ikunu ta’ EUR 159 miljun għall-għażla “baxxa” u EUR 220 miljun għall-għażla “għolja”. Il-persunal meħtieġ biex jimplimenta dawn l-għażliet ikun ta’ 25 u 32 persuna rispettivament.

[1] ĠU L 144, 30.4.2004, kif ikkoreġut fil-ĠU L181, 18.5.2004, p. 25.

[2] ĠU L 203, 3.8.1999, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 885/2004 (ĠU L 168, l-1.5.2004, p. 1). ĠU L 203, 3.8.1999, p. 9. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 885/2004.

[3] ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15.

[4]

[5]

[6]

[7] ĠU L 144, it-30.4.2004, kif ikkoreġut fil-ĠU L 181, 18.5.2004, p. 25.

[8] ĠU L 203, 3.8.1999, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 885/2004 (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 1).

[9] ĠU L 203, 3.8.1999, p. 9. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 885/2004.

[10] ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15.

[11] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 1).

[12] Din l-intestatura baġitarja ġdida se tissostitwixxi l-linja baġitarja preżenti 26 03 01 01 “Servizzi elettroniċi tal-Gvern Pan-Ewropej lill-Amministrazzjonijiet Pubbliċi, Impriżi u Ċittadini (IDABC)”. It-tkomplija tal-azzjonijiet IDABC se tkun koperta mill-intestatura 26 03 01 02 “Tkomplija…”

[13] Approprijazzjonijiet diffrenzjati

[14] L-approprjazzjonijiet mhux diffrenzjati minn hawn ’il quddiem qed jissejħu NDA

[15] L-ispiża li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

[16] L-ispiża fl-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[17] L-ispiża fil-kapitolu xx 01 barra mill-Artikoli xx01 05 jew xx 01 05.

[18] Ara l-punti 19 u 24 tal-ftehim Interistituzzjonali.

[19] COM(2006) 610 finali, http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2006:0611:FIN:EN:HTML

[20] Meta mqabbla mal-għażliet “baxxi” u “għoljin” fl-evalwazzjoni ex ante , din l-analiżi tieħu l-għażla “għolja” għal dawk l-attivitajiet li huma kkunsidrati l-aktar utli mill-Istati Membri u l-għażliet “baxxi” għall-attivitajiet l-oħrajn (li xorta huma kkunsidrati utli mill-Istati Membri).

[21] Kif deskritt fit-Taqsima 5.3

[22] Iż-żieda fil-baġit mill-2014 ’il quddiem hija r-riżultat tal-bidu ta’ operazzjonijiet ta’ servizzi ġodda li jkunu ġew żviluppati waqt l-ewwel snin tal-programm.

[23] L-ispiża tagħha MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza

[24] L-ispiża tagħha MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza

[25] L-ispiża tagħha hija inkluża fl-ammont ta’ referenza

[26] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija(i) Eżekuttiva(i) speċifiċi.

[27] L-għajnuna intra muros (b’ħiliet tekniċi speċifiċi ħafna), li tassisti lill-persunal tal-Kummissjoni fil-verifika tal-kwalità tas-servizzi fornuti mill-kuntratturi u/jew biex tassisti lill-persunal tal-Kummissjoni waqt l-elaborazzjoni ta’ dokumenti teknikament kumplessi.

[28] 2 laqgħat tal-Kumitat kull sena (2*15000 euros) huma inklużi fi 8.2.4.1.

[29] ĠU L 248, is-16.9.2002, p.1 kif emendat

[30] ĠU L 357, il-21.12.2002, p. 1 kif emendat

[31] L-indikaturi għal ċerti attivitajiet, pereżempju attivitajiet ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni huma, minħabba l-ħtieġa, pjuttost "ġentili". Dan minħabba l-fatt li l-impatti jew l-effetti diretti tagħhom huma diffiċli li jitkelju għaliex (a) ħafna drabi dawn ikunu influwenti fin-natura tagħhom stess, aktar milli jkunu azzjonijiet diretti, (b) għalhekk ikunu diffiċli li jiġu iżolati minn fatturi kontestwali, u allura jkun diffiċli li jiġu stabbiliti relazzjonijiet kawżali diretti, (c) l-impatt fuq il-benefiċjarji finali normalment jiddependi fuq l-implimentazzjoni sussegwenti ta’ soluzzjonijiet mill-Istati Membri u s-setturi.

Top