This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008PC0170(02)
Proposal for a decision of the Council on the conclusion on behalf of the European Community of the agreement on scientific and technological cooperation between the European Community of the one part and the Government of New Zealand of the other part
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea tal-ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea fuq in-naħa l-waħda u l-Gvern ta’ New Zealand fuq in-naħa l-oħra
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea tal-ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea fuq in-naħa l-waħda u l-Gvern ta’ New Zealand fuq in-naħa l-oħra
/* KUMM/2008/0170 finali - CNS 2008/0066 */
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea tal-ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea fuq in-naħa l-waħda u l-Gvern ta’ New Zealand fuq in-naħa l-oħra /* KUMM/2008/0170 finali - CNS 2008/0066 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 4.4.2008 KUMM(2008) 170 finali 2008/0066 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-firma f’isem il-Komunità Ewropea tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea fuq in-naħa l-waħda u l-Gvern ta’ New Zealand fuq in-naħa l-oħra Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea fuq in-naħa l-waħda u l-Gvern ta’ New Zealand fuq in-naħa l-oħra (preżentati mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Suġġett: Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-firma u l-konklużjoni ta’ ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunità Ewropea fuq in-naħa l-waħda, u l-Gvern ta’ New Zealand fuq in-naħa l-oħra New Zealand hija l-uniku pajjiż industrijalizzat mhux Ewropew li miegħu l-KE għad m’għandhiex ftehim Xjentifiku u Teknoloġiku fis-seħħ. Bħalissa l-kooperazzjoni bejn il-Komunità u New Zealand hija bbażata fuq Ftehim Tekniku għall-Kooperazzjoni fix-Xjenza u fit-Teknoloġija bejn il-Kummissjoni u l-Gvern ta’ New Zealand li kien iffirmat u daħal fis-seħħ fis-17 ta’ Mejju 1991. Dan l-arranġament ma jipprevedix koordinazzjoni istituzzjonalizzata ta’ attivitajiet kooperattivi u lanqas ma jipprovdi għal regoli speċifiċi li jkopru t-trattament u l-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali. Matul l-aħħar sena u nofs, il-Gvern ta’ New Zealand ripetutament iddikjara fuq l-ogħla livell politiku x-xewqa tiegħu li jaġġorna l-“arranġament Xjentifiku u Teknoloġiku” t’aktar ’il fuq għal ftehim formali. Barra minn hekk, f’ittra lill-Kummissarju Potočnik tas-17 ta’ Ottubru 2006 il-Ministru għar-Riċerka, ix-Xjenza u t-Teknoloġija ta’ New Zealand spjega r-raġunijiet għal aġġornament b’mod aktar konkret. L-ittra identifikat numru ta’ oqsma prijoritarji ta’ interess għal New Zealand, fejn jixtiequ jsaħħu l-kollaborazzjoni, prinċipalment permezz ta’ Programm ta’ Qafas. Dawn l-oqsma huma: l-Ikel, l-Agrikoltura u l-Bijoteknoloġija, it-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni, is-Saħħa, l-Ambjent u l-mobilità tar-Riċerkaturi. Dawn jikkorrispondu b’mod sħiħ għall-oqsma li s-servizzi tal-Kummissjoni jqisuhom interessanti u promettenti għal kollaborazzjoni futura minn perspettiva Ewropea. Għalhekk, il-Kummissarju Potočnik wieġeb fit-23 ta’ Novembru 2006 għall-ittra tal-Ministru għar-Riċerka, ix-Xjenza u t-Teknoloġija ta’ New Zealand u kkonferma li huwa kien jikkondividi din il-valutazzjoni rigward l-utilità ta’ ftehim formali ta’ kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità u New Zealand u li huwa jilqa’ bil-ferħ il-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika. B’hekk, fuq proposta tal-Kummissjoni, fit-18 ta’ Settembru 2007 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja f’isem il-Komunità Ewropea ftehim ta’ kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika mal-Gvern ta’ New Zealand u ħarġet id-direttivi rilevanti ta’ l-innegozjar. In-negozjati rriżultaw fl-abbozz tat-test ta’ ftehim mehmuż li kien inizjalizzat fl-20 ta’ Novembru 2007. Il-Ftehim huwa konsistenti mad-direttivi ta’ l-innegozjar: huwa bbażat fuq il-prinċipji ta’ benefiċċju reċiproku, ta’ opportunitajiet reċiproċi għal aċċess għall-programmi u għall-attivitajiet ta’ xulxin li jkunu rilevanti għall-fini tal-Ftehim, ta’ non-diskriminazzjoni, tal-ħarsien effettiv tal-proprjetà intelletwali u ta’ kondiviżjoni ekwa tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali. Barra minn hekk, fl-Artikolu 6(3)(c) il-ftehim jipprevedi li l-Kumitat Konġunt li jiġi stabbilit miż-żewġ aġenti eżekuttivi tal-Partijiet, bla ħsara għall-proċessi ta’ approvazzjoni domestika ta’ kull Parti, jista’ jagħmel emendi tekniċi għall-Ftehim kif ikun meħtieġ. Iż-żewġ partijiet għan-negozjati qablu li dawn l-emendi tekniċi għandhom ikunu ristretti għall-modifikazzjoni tat-termini u tar-referenzi tekniċi li jistgħu jitbiddlu matul bidla minn Programm ta’ Qafas wieħed għall-ieħor. Sabiex tkun żgurata implimentazzjoni mgħaġġla ta’ dawn l-emendi tekniċi u sabiex tkun evitata proċedura oneruża għal emendi li jħallu s-sustanza tal-Ftehim mhux mimsusa, il-Kummissjoni titlob lill-Kunsill biex jawtorizzaha, skond l-Artikolu 300(4) tat-Trattat KE, ħalli tapprova l-modifikazzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 6(3)(c) tal-Ftehim f’isem il-Komunità. Skond l-Artikolu 13(2) tal-Ftehim, dan se jkun konkluż għal perjodu inizjali ta’ ħames snin u jkompli jkun fis-seħħ wara dan il-perjodu inizjali sakemm kwalunkwe waħda mill-Partijiet ma tinnotifikax lill-oħra li għandu jiġi mitmum. In-negozjati u l-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika ma’ New Zealand huma fl-interess Ewropew. Tali ftehim għandu jippermetti li jiġi esplojtat b’mod sħiħ il-potenzjal ta’ kooperazzjoni ma’ dan il-pajjiż industrijalizzat. Meta jitqies li “arranġament Xjentifiku u Teknoloġiku” informali diġà ilu jeżisti sa mill-1991, il-piż amministrattiv u l-ammont ta’ xogħol addizzjonali li ġejjin minn aġġornament għandhom ikunu relattivament limitati. Fid-dawl tal-konsiderazzjoni t’aktar ’il fuq, il-Kummissjoni qed tipproponi li l-Kunsill - Japprova f’isem il-Komunità Ewropea d-deċiżjonijiet mehmuża; - Jinnotifika lill-awtoritajiet ta’ New Zealand li l-Komunità Ewropea kkompletat il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. - Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-firma f’isem il-Komunità Ewropea tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea fuq in-naħa l-waħda u l-Gvern ta’ New Zealand fuq in-naħa l-oħra IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 170 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, BILLI: (1) Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità, Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika mal-Gvern ta’ New Zealand. (2) In-negozjati rriżultat fil-ftehim mehmuż li kien inizjalizzat fl-20 ta’ Novembru 2007. (3) Jeħtieġ li l-Ftehim innegozjat mill-Kummissjoni jiġi ffirmat minħabba l-possibbiltà li jiġi konkluż f’data futura. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 (1) Soġġett għal konklużjoni f’data futura, il-President tal-Kunsill b’dan qed jiġi awtorizzat li jaħtar il-persuna li se tingħata s-setgħa tiffirma, f’isem il-Komunità Ewropea, il-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea, fuq in-naħa l-waħda, u l-Gvern ta’ New Zealand, fuq in-naħa l-oħra. (2) It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-Kummissjoni għandha tadotta l-pożizzjoni tal-Komunità li għandha tittieħed fil-Kumitat Konġunt stabbilit skond l-Artikolu 6(1) tal-Ftehim rigward l-emendi tekniċi għall-Ftehim skond l-Artikolu 6(3)(c) tal-Ftehim. Artikolu 3 Id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjal. Magħmula fi Brussell, […] Għall-Kunsill Il-President 2008/0066 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea fuq in-naħa l-waħda u l-Gvern ta’ New Zealand fuq in-naħa l-oħra IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 170 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, BILLI: (1) Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità, Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika mal-Gvern ta’ New Zealand, (2) Dan il-Ftehim kien iffirmat mir-rappreżentanti tal-Partijiet fi....... ġewwa..... Brussell, soġġett għal konklużjoni f’data futura, (3) Il-Ftehim għandu jiġi approvat, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ New Zealand b’dan qed jiġi approvat f’isem il-Komunità Ewropea[1]. Artikolu 2 Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Komunità u tadotta l-pożizzjoni tal-Komunità li għandha tittieħed fil-Kumitat Konġunt stabbilit skond l-Artikolu 6(1) tal-Ftehim rigward l-emendi tekniċi għall-Ftehim skond l-Artikolu 6(3)(c) tal-Ftehim. Artikolu 3 Il-President tal-Kunsill, f’isem il-Komunità Ewropea, għandu jagħmel in-notifika pprovduta fl-Artikolu 13(1) tal-Ftehim. Magħmula fi Brussell, […] Għall-Kunsill Il-President ANNESS FTEHIM dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ New Zealand Il-Komunità Ewropea (li minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ “il-Komunità) u l-Gvern ta’ New Zealand, li minn hawn ’il quddiem se jissejħu konġuntement “il-Partijiet”; FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li l-Partijiet qed isegwu attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni teknoloġika f’numru ta’ oqsma ta’ interess komuni, u peress li huma konxji mill-espansjoni rapida ta’ l-għarfien xjentifku u mill-kontribuzzjoni pożittiva tiegħu fil-promozzjoni ta’ kooperazzjoni bilaterali u internazzjonali; FILWAQT LI JINNOTAW li kien hemm skambju ta’ kooperazzjoni u ta’ informazzjoni f’numru ta’ oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi taħt l-Arranġament bejn il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Gvern ta’ New Zealand għal Kooperazzjoni fix-Xjenza u fit-Teknoloġija tas-17 ta’ Mejju 1991; FILWAQT LI JIXTIEQU jespandu l-ambitu tal-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika f’numru ta’ oqsma ta’ interess komuni permezz tal-ħolqien ta’ sħubija produttiva għal finijiet paċifiċi u ta’ benefiċċju reċiproku; FILWAQT LI JINNOTAW li tali kooperazzjoni u l-applikazzjoni tar-riżultati ta’ tali kooperazzjoni se jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Partijiet; u FILWAQT LI JIXTIEQU jistabbilixxu qafas formali sabiex ikunu implimentati l-attivitajiet kooperattivi ġenerali li se jsaħħu l-kooperazzjoni “fix-xjenza u fit-teknoloġija” bejn il-Partijiet; QABLU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Id-definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim: 1. “Attivitajiet Kooperattivi” tfisser kemm Attivitajiet Kooperattivi Diretti kif ukoll Attivitajiet Kooperattivi Indiretti. 2. “Attivitajiet Kooperattivi Diretti” tfisser attivitajiet kooperattivi mwettqa fl-oqsma tax-xjenza u tat-teknoloġija bejn il-Partijiet jew l-aġenti eżekuttivi tagħhom. 3. “Attivitajiet Kooperattivi Indiretti” tfisser attivitajiet kooperattivi, għajr Attivitajiet Kooperattivi Diretti, fl-oqsma tax-xjenza u tat-teknoloġija mwettqa bejn il-Gvern ta’ New Zealand jew il-Parteċipanti ta’ New Zealand fuq in-naħa l-waħda, u l-Komunità jew il-Parteċipanti tal-Komunità fuq l-oħra, permezz ta’ : (a) il-parteċipazzjoni tal-Gvern ta’ New Zealand jew il-Parteċipanti ta’ New Zealand Participants fil-Programm Komunitarju ta’ Qafas skond l-Artikolu 166 tat-Trattat li jistabbixxi l-Komunità Ewropea (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ “il-Programm ta’ Qafas”); u (b) il-parteċipazzjoni tal-Komunità jew il-Parteċipanti tal-Komunità fil-programmi jew fil-proġetti ta’ riċerka fl-oqsma tax-xjenza u tat-teknoloġija fi New Zealand simili għal dawk koperti mill-Programm ta’ Qafas. 4. “Proprjetà Intelletwali” għandu jkollha t-tifsira mogħtija fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intelletwali, li saret fi Stokkolma fil-14 ta’ Lulju 1967. 5. “Parteċipant” tfisser kwalunkwe persuna naturali li għandha r-residenza ordinarja tagħha fi New Zealand jew fil-Komunità, jew kwalunkwe persuna ġuridika kostitwita fi New Zealand jew fil-Komunità li jkollha personalità ġuridika u li tkun intitolata għal drittijiet u suġġetta għal obbligi ta’ kwalunkwe tip f’isimha u ma tinkludix lill-Partijiet. Biex ikunu evitati dubji, l-Entitajiet tal-Kuruna ta’ New Zealand huma Parteċipanti u mhumiex inklużi fit-tifsira ta’ “Parti”. Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-KE se jkun kemm Parteċipant sabiex jipparteċipa f’Attivitajiet Kooperattivi Indiretti, kif ukoll aġent eżekuttiv, sabiex iwettaq Attivitajiet Kooperattivi Diretti. Artikolu 2 Il-Fini u l-Prinċipji 1. Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu, jiżviluppaw u jiffaċilitaw l-Attivitajiet Kooperattivi għal finijiet paċifiċi skond dan il-Ftehim u skond il-liġijiet u r-regolamenti taż-żewġ Partijiet. 2. L-Attivitajiet Kooperattivi għandhom jitwettqu fuq il-bażi tal-prinċipji li ġejjin: 1. Kontribuzzjonijiet u benefiċċji reċiproċi u ekwi; 2. L-aċċess reċiproku tal-Parteċipanti għal programmi jew għal proġetti ta’ riċerka operati jew iffinanzjati mill-Parti l-oħra; 3. L-iskambju f’waqtu ta’ informazzjoni li tista’ tikkonċerna Attivitajiet Kooperattivi; 4. Il-promozzjoni ta’ soċjetajiet bbażati fuq l-għarfien għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali taż-żewġ Partijiet; u 5. Il-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali skond l-Artikolu 8. Artikolu 3 L-Attivitajiet Kooperattivi 1. L-Attivitajiet Kooperattivi Direttivi skond dan il-Ftehim jistgħu jinkludu: 6. Laqgħat ta’ diversi forom, inklużi dawk ta’ esperti, sabiex ikun hemm diskussjoni u skambju ta’ informazzjoni dwar suġġetti xjentifiċi u teknoloġiċi ta’ natura ġenerali jew speċifika u sabiex ikunu identifikati proġetti u programmi ta’ riċerka u żvilupp li jistgħu jitwettqu fuq bażi kooperattiva; 7. L-iskambju ta’ informazzjoni dwar attivitajiet, politiki, prattiki, liġijiet u regolamenti li jikkonċernaw ir-riċerka u l-iżvilupp; 8. Żjarat u skambji ta’ xjenzati, persunal tekniku u esperti oħrajn fuq suġġetti ġenerali jew speċifiċi; u 9. Forom oħrajn ta’ attivitajiet fl-oqsma tax-xjenza u tat-teknoloġija, inkluża l-implimentazzjoni ta’ proġetti u ta’ programmi kooperattivi, li jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet dwarhom mill-Kumitat Konġunt li jissemma fl-Artikolu 6, skond il-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tal-Partijiet. 2. Sabiex ikunu żviluppati Attivitajiet Kooperattivi Indiretti, kwalunkwe Parteċipant ta’ New Zealand jew kwalunkwe Parteċipant tal-Komunità jista’ jikkollabora fi kwalunkwe programm jew proġett ta’ riċerka operat jew iffinanzjat mill-Parti l-oħra, bil-qbil tal-Parteċipanti l-oħra f’dak il-programm jew f’dak il-proġett u skond il-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tal-Partijiet u skond ir-regoli rilevanti ta’ parteċipanti f’tali programmi jew proġetti. 3. Fil-qafas ta’ dan il-Ftehim, f’każ li Parti waħda tikkonkludi kuntratt ma’ Parteċipant tal-Parti l-oħra għal Attività Kooperattiva Indiretta, il-Parti l-oħra, meta tintalab tagħmel dan, għandha tagħmel ħilitha biex tipprovdi kwalunkwe għajnuna raġonevoli u fattibbli, kif jista’ jkun meħtieġ jew ta’ għajnuna għall-Parti ta’ l-ewwel, għall-implimentazzjoni mingħajr problemi ta’ tali kuntratt. 4. Il-koordinazzjoni u l-faċilitazzjoni ta’ Attivitajiet Kooperattivi skond dan il-Ftehim għandhom jitwettqu, f’isem New Zealand, mill-Ministeru għar-Riċerka, ix-Xjenza u t-Teknoloġija jew mill-aġenzija suċċessura tiegħu, u f’isem il-Komunità, mis-servizzi tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, li għandhom jagħmluha ta’ aġenti eżekuttivi. Artikolu 4 L-Arranġamenti Implimentattivi 1. Fejn ikun xieraq, l-Attivitajiet Kooperattivi jistgħu jsiru skond l-arranġamenti implimentattivi bejn il-Partijiet jew bejn il-Kummissjoni u organizzazzjonijiet ta’ New Zealand li jiffinanzjaw il-programmi jew il-proġetti ta’ riċerka f’isem il-Gvern ta’ New Zealand. Dawn l-arranġamenti jistgħu jistabbilixxu: (a) In-natura ta’ u kemm iddum il-kooperazzjoni f’qasam speċifiku jew għal fini speċifiku; (b) It-trattament tal-Proprjetà Intelletwali ġġenerata mill-kooperazzjoni, konsistenti ma’ dan il-Ftehim; (c) Kwalunkwe impenn ta’ finanzjament applikabbli; (d) L-allokazzjoni ta’ l-ispejjeż assoċjati mal-kooperazzjoni; u (e) Kwalunkwe kwistjoni rilevanti oħra. 2. L-Attivitajiet Kooperattivi li jkunu għaddejjin meta jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim għandhom ikunu inkorporati f’dan il-Ftehim minn dik id-data. Artikolu 5 Id-Dħul tal-Persunal u tat-Tagħmir Skond il-liġijiet u r-regolamenti rilevanti tal-Partijiet u ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE, kull Parti għandha tiffaċilita d-dħul fi u l-ħruġ mit-territorju tagħha ta’ persunal, materjal u tagħmir tal-Parteċipanti involuti fi jew li ntużaw f’Attivitajiet Kooperattivi. Artikolu 6 Il-Kumitat Konġunt 1. Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta’ dan il-Ftehim, l-aġenti eżekuttivi għandhom jistabbilixxu Kumitat Konġunt dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ “il-Kumitat Konġunt”). Il-Kumitat Konġunt għandu jikkonsisti mir-rappreżentati ta’ kull Parti u għandu jkun ko-presjedut mir-rappreżentanti taż-żewġ Partijiet. 2. Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’, għallinqas kull sentejn, b’mod alternat fi New Zealand u fil-Komunità. 3. Il-funzjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom ikunu li: (a) Jiskambja fehmiet u informazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ politika xjentifika u teknoloġika; (b) Jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Partijiet rigward l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, inklużi l-identifikazzjoni u r-rakkomandazzjoni ta’ żidiet ma’ l-Attivitajiet Kooperattivi li jissemmew fl-Artikolu 3 u miżuri konkreti sabiex jittejjeb l-aċċess reċiproku pprovdut fl-Artikolu 3(2); (c) Bla ħsara għall-proċessi domestiċi ta’ approvazzjoni ta’ kull Parti, jagħmel emendi tekniċi għal dan il-Ftehim kif ikun meħtieġ; u (d) F’kull laqgħa, jirrivedi u jipprovdi rapport lill-Partijiet dwar l-istatus, il-kisbiet, u l-effikaċja ta’ l-Attivitajiet Kooperattivi, inklużi l-aċċess reċiproku pprovdut skond l-Artikolu 3(2) u l-arranġamenti ta’ kull Parti għal riċerkaturi fuq żjarat. 4. Il-Kumitat Konġunt għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċeduri tiegħu stess. Id-deċiżjonijiet tiegħu għandhom jintlaħqu b’kunsens. 5. L-infiq tar-rappreżentanti għal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt, bħall-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar u ta’ l-akkomandazzjoni, għandhom jinġarru mill-Parti li magħha jkunu relatati. Kwalunkwe spiża oħra assoċjata ma’ dawn il-laqgħat għandha tinġarr mill-Parti ospitanti. Artikolu 7 Il-Finanzjament 1. L-implimentazzjoni ta’dan il-Ftehim min-naħa ta’ kull Parti għandha tkun suġġetta għad-disponibbiltà ta’ fondi approprjati u għal-liġijiet u għar-regolamenti applikabbli ta’ dik il-Parti. 2. L-ispejjeż ta’ l-Attivitajiet Kooperattivi għandhom jinġarru kif ikun deċiż mill-Parteċipanti jew mill-Partijiet involuti. 3. Meta Parti waħda tipprovdi sostenn finanzjarju lill-Parteċipanti tal-Parti l-oħra b’konnessjoni ma’ Attivitajiet Kooperattivi Indiretti, kwalunkwe għotja u kontribuzzjoni finanzjarja jew ta’ xort’oħra mingħand il-Parti li qed tagħti l-finanzjament lill-Parteċipanti tal-Parti l-oħra b’sostenn ta’ dawk l-attivitajiet għandhom jingħataw eżenzjoni fiskali skond il-liġijiet u r-regolamenti rilevanti fis-seħħ fit-territorji ta’ kull Parti fiż-żmien li jsiru tali għotjiet u kontribuzzjonijiet finanzjarji jew ta’ xort’oħra. Artikolu 8 L-Informazzjoni u d-Drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali 1. L-informazzjoni xjentifika u teknoloġika li ma tkunx relatata ma’ proprjetà li tirriżulta minn Attivitajiet Kooperativi tista’ titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet permezz tal-mezzi tas-soltu u skond il-proċeduri ġenerali tagħha. 2. Kull Parti għandha tiżgura ruħha li t-trattament li tagħti lid-drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali u lill-obbligi tal-Parteċipanti f’Attivitajiet Kooperattivi Indiretti, u lid-drittijiet u lill-obbligi relatati li jirriżultaw minn tali parteċipazzjoni, għandu jkun konsistenti mal-liġijiet u mar-regolamenti u mal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, inkluż il-Ftehim dwar Aspetti Relatati mal-Kummerċ tad-Drittijiet ta’ Proprjetà Intelletwali, l-Anness IC għall-Ftehim ta’ Marrakesh li Jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ kif ukoll l-Att ta’ Pariġi ta’ l-24 ta’ Lulju 1971 tal-Konvenzjoni ta’ Berne għall-Ħarsien tax-Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi u l-Att ta’ Stokkolma ta’ l-14 ta’ Lulju 1967 tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi dwar il-Ħarsien tal-Proprjetà Industrijali. 3. Kull Parti għandha tiżgura ruħha li l-Parteċipanti f’Attivitajiet Kooperattivi Indiretti tal-Parti l-oħra għandu jkollhom l-istess trattament rigward il-Proprjetà Intelletwali kif jingħata lill-Parteċipanti ta’ l-ewwel Parti skond ir-regoli rilevanti ta’ parteċipazzjoni ta’ kull programm jew proġett ta’ riċerka, jew skond il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tagħha. Artikolu 9 L-Applikazzjoni Territorjali Dan il-Ftehim għandu japplika: (a) għat-territorji fejn jiġi applikat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u fil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak it-Trattat; u (b) għat-territorju ta’ New Zealand. Dan m’għandux jipprevjeni t-twettiq ta’ Attivitajiet Kooperattivi fl-ibħra fil-miftuħ, fl-ispazju jew fit-territorju ta’ pajjiżi terzi, skond id-dritt internazzjonali. Artikolu 10 Ftehimiet Oħrajn u s-Soluzzjonijiet tat-Tilwim 1. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim m’għandhomx jippreġudikaw id-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet fi ftehimiet eżistenti u/jew futuri bejn il-Partijiet, jew bejn kwalunkwe Stat Membru tal-Komunità u l-Gvern ta’ New Zealand. 2. Kwalunkwe kwistjoni jew tilwima relatata ma’ l-interpretazzjoni jew ma’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha tiġi solvuta b’konsultazzjoni bejn il-Partijiet. Artikolu 11 L-Istatus ta’ l-Anness L-Anness għal dan il-Ftehim jikkostitwixxi arranġament mhux vinkolanti bejn l-aġenti eżekuttivi rigward id-drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali u drittijiet oħrajn ta’ proprjetà maħluqa jew introdotti matul Attivitajiet Kooperattivi Diretti. Artikolu 12 L-Emendi Ħlief għall-emendi tekniċi li jsiru mill-Kumitat Konġunt skond l-Artikolu 6(3)(c), dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat bil-kunsens reċiproku tal-Partijiet permezz ta’ l-iskambju ta’ noti diplomatiċi. Ħlief jekk il-Partijiet jiftiehmu mod ieħor, emenda għandha tidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jiskambjaw noti diplomatiċi li jinformaw lil xulxin li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom għad-dħul fis-seħħ ta’ l-emenda ġew ikkompletati. Artikolu 13 Id-Dħul fis-Seħħ u t-Tmiem 1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jiskambjaw noti diplomatiċi li jinformaw lil xulxin li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim ġew ikkompletati. 2. Dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ għal perjodu inizjali ta’ ħames snin. Sakemm kwalunkwe waħda mill-Partijiet ma tinnotifikax lill-oħra li dan il-Ftehim jintemm fi tmiem il-perjodu inizjali, dan il-Ftehim għandu jkompli jibqa’ fis-seħħ wara l-perjodu inizjali sakemm kwalunkwe waħda mill-Partijiet ma tavżax lill-Parti l-oħra bil-miktub bil-ħsieb li għandha li ttemm dan il-Ftehim. F’każ bħal dan, dan il-Ftehim għandu jieqaf ikollu effett sitt xhur wara li tiġi riċevuta tali notifika. 3. It-tmiem ta’ dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe Attività Kooperattiva li tkun għadha ma twettqitx bis-sħiħ fi żmien it-tmiem ta’ dan il-Ftehim jew għal kwalunkwe dritt u obbligu speċifiċi li jkunu akkumuulaw f’konformità ma’ l-Anness għal dan il-Ftehim. B’XIEHDA TA’ DAN, is-sottoskritt, billi huwa debitament awtorizzat għal dan mill-Komunità Ewropea u mill-Gvern ta’ New Zealand rispettivament, iffirmaw dan il-Ftehim. MAGĦMUL f’żewġ kopji fi …………., fi ……… jum ta’ ……….., bl-Ingliż, bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol u biż-Żvediż, b’kull test ikun ugwalment awtentiku. GĦALL-KOMUNITÀ EWROPEA: | GĦALL-GVERN TA’ NEW ZEALAND: | ANNESS Arranġament rigward id-drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali u drittijiet oħrajn ta’ proprjetà maħluqa jew introdotti matul Attivitajiet Kooperattivi Direttivi bejn New Zealand u l-Komunità Ewropea Il-Ministeru għar-Riċkera, ix-Xjenza u t-Teknoloġija u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (“l-aġenti eżekuttivi”), konsistentement ma’ l-Artikolu 11 tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ New Zealand (“il-Ftehim”) laħqu l-fehimiet li ġejjin rigward il-ħarsien tad-drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali maħluqa jew introdotti matul Attivitajiet Kooperattivi Diretti (kif ġew iddefiniti fl-Artikolu 1 tal-Ftehim) skond il-Ftehim: 1. Sakemm l-aġenti eżekuttivi flimkien ma jiddeċidux mod ieħor, ir-regoli li ġejjin se japplikaw għad-drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali maħluqa jew introdotti mill-Partijiet matul Attivitajiet Koordinattivi Diretti: (a) Il-Parti li toħloq il-Proprjetà Intelletwali se jkollha sjieda sħiħa. F’każi fejn il-Proprjetà Intelletwali inħolqot konġuntement u s-sehem rispettiv tax-xogħol miż-żewġ Partijiet ma jistax jiġi aċċertat, il-Partijiet se jkollhom sjieda konġunta tal-Proprjetà Intelletwali. (b) Ħlief kif ġie stabbilit fil-paragrafu 2, il-Parti li jkollha s-sjieda jew li tintroduċi l-Proprjetà Intelletwali se tagħti lill-Parti l-oħra d-drittijiet ta’ aċċess meħtieġa sabiex twettaq kwalunkwe Attività Kooperattiva Diretta. Tali drittijiet ta’ aċċess se jingħataw fuq bażi ħielsa mir-royalties. (c) Ħlief kif ġie stabbilit fil-paragrafu 2, fejn il-Partijiet konġuntement ikollhom is-sjieda ta’ Proprjetà Intelletwali, kull Parti se tagħti lill-Parti l-oħra liċenzja mhux esklussiva, irrevokabbli u ħielsa mir-royalties sabiex tuża u tesplojta dik il-Proprjetà Intelletwali għall-finijiet tal-Parti l-oħra. 2. Sakemm l-aġenti eżekuttivi flimkien ma jiddeċidux mod ieħor, ir-regoli li ġejjin se japplikaw għall-copyrights u għad-drittijiet relatati tal-Partijiet maħluqa jew introdotti mill-Partijiet matul Attivitajiet Kooperattivi Diretti: (a) Meta Parti tippubblika data, informazzjoni jew riżultati xjentifika u teknika, li tirriżulta minn u tkun relatata ma’ Attivitajiet Kooperattivi, permezz ta’ ġurnali, artikli, rapporti, kotba, l-Internet, jew f’forom oħrajn, inklużi vidjos u tagħmir għall-ħażna elettronika, il-Parti tal-pubblikazzjoni se tagħmel ħilitha kollha sabiex tikseb għall-Parti l-oħra, liċenzji esklussivi, irrevokabbli u ħielsa mir-royalties fil-pajjiżi kollha fejn tkun disponibbli l-ħarsien tal-copyright, sabiex tittraduċi, tirriproduċi, tadatta, titrażmetti u pubblikament tqassam tali xogħlijiet. Madankollu, il-Parti l-pubblikazzjoni m’għandha l-ebda obbligu li tikseb tali liċenzji mingħand partijiet terzi li l-Parti tal-pubblikazzjoni, fi żmien l-ewwel pubblikazzjoni, ma kinitx taf li kienu s-sidien ta’ kwalunkwe Proprjetà Intelletwali f’tali xogħlijiet. (b) Il-kopji kollha pubblikament imqassma ta’ xogħol bil-copyright skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2(a) se jindikaw l-isem(ismijiet) ta’ l-awtur(i) tax-xogħol sakemm l-awtur(i) espliċitament jirrifjuta(w) li jissemma(jissemmew). Se juru wkoll rikonoxximent viżibbli b’mod ċar tas-sostenn kooperattiv tal-Partijiet. 3. Sakemm l-aġenti eżekuttivi flimkien ma jiddeċidux mod ieħor, il-Proprjetà Intelletwali kollha fil-paragrafi 1 u 2 se tkun ipprovduta bla ebda garanzija, espliċita jew impliċita, inklużi garanziji dwar kemm tkun adattata għal fini partikolari, dwar titoli jew nuqqas ta’ ksur. 4. Sakemm l-aġenti eżekuttivi flimkien ma jiddeċidux mod ieħor, ir-regoli li ġejjin se japplikaw għall-informazzjoni mhux żvelata tal-Partijiet: (a) Meta tikkomunika lill-Parti l-oħra informazzjoni meħtieġa biex jitwettqu Attivitajiet Kooperattivi Diretti, kull Parti se tidentifika l-informazzjoni li tixtieq li tibqa’ mhux żvelata (“informazzjoni mhux żvelata”). (b) Parti li tirċievi informazzjoni mhux żvelata tista’ tikkomunika dik l-informazzjoni lill-aġenziji tagħha, lil persuni impjegati permezz ta’ dawn l-aġenziji, għall-fini speċifiku li jitwettqu Attivitajiet Kooperattivi Diretti. Il-Parti riċeventi se timponi obbligu ta’ kunfidenzjalità għal tali informazzjoni mhux żvelata fuq l-aġenziji, l-impjegati tagħhom u partijiet terzi, inklużi l-kuntratturi u s-sotto-kuntratturi. (c) Bil-kunsens bil-miktub minn qabel tal-Parti li tipprovdi l-informazzjoni mhux żvelata biss, il-Parti l-oħra għandha xxerred tali informazzjoni mhux żvelata b’mod aktar ġenerali milli huwa permess fil-paragrafu 4(b). Il-Partijiet se jikkooperaw biex jiżviluppaw proċeduri biex jintalab u jinkiseb kunsens minn qabel bil-miktub għal tali tixrid aktar ġenerali. Meta tintalab tagħmel dan, kull Parti se tagħti tali kunsens sal-punt li tkun permessa mil-liġijiet u mir-regolamenti tagħha. (d) L-informazzjoni li tirriżulta minn seminars, laqgħat, assignments ta’ l-istaff u mill-użu ta’ faċilitajiet li saru arranġamenti għalihom skond il-Ftehim se tkun ittrattata bħala informazzjoni mhux żvelata meta l-Parti li tipprovdi l-informazzjoni tidentifikaha bħala tali, skond il-paragrafu 4(a). (e) Jekk Parti waħda ssir konxja li, jew qed tistenna li mhux se tkun tista’ tissodisfa r-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet tat-tixrid ta’ dan l-Anness, se tinforma immedjatament lill-Parti l-oħra. Wara dan il-Partijiet se jikkonsultaw lil xulxin sabiex jiddefinixxu kors xieraq ta’ azzjoni. 5. Dan l-Arranġament jista’ jiġi mmodifikat bil-kunsens reċiproku bil-miktub ta’ l-aġenti eżekuttivi. 6. Dan l-Arranġament se jidħol fis-seħħ dak inhar li l-Ftehim jidħol fis-seħħ. IL-PROSPETT FINANZJARJU LEĠIŻLATTIV ISEM IL-PROPOSTA Abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-firma u l-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ New Zealand. IL-QAFAS ABM / ABB L-istrateġija u l-koordinazzjoni tal-politika ta’, b’mod partikolari, id-Direttorati-Ġenerali RTD, JRC, ENTR, INFSO u TREN. 3. IL-LINJI BAĠITARJI 3.1.Il-linji baġitarji (linji operattivi u linji ta’ għajnuna teknika u amministrattiva relatati (eks-linji B.A)) inklużi l-intestaturi: L-ispejjeż b’konnessjoni ma’ l-implimentazzjoni tal-Ftehim (laqgħat ta’ ħidma, seminars, laqgħat), se jitniżżlu fil-linji baġitarji amministrattivi għall-programmi speċifiċi tal-Programm ta’ Qafas tal-Komunità Ewropea (XX.01.05.03). 3.2. Kemm se ddum l-azzjoni u l-impatt finanzjarju: Mid-data meta l-Partijiet jiskambjaw noti diplomatiċi li jinformaw lil xulxin li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ġew ikkompletati, għal perjodu inizjali ta’ ħames snin u se jkun impliċitament imġedded, kif ġie stabbilit fl-Artikolu 13 tal-Ftehim. 3.3. Il-karatteristiċi baġitarji ( żid ir-ringieli jekk ikun meħtieġ ): Il-linja baġitarja | It-tip ta’ nefqa | Ġdid | Il-kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Il-kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | L-intestaturi fil-perspettiva finanzjarja | xx01.05.03 | Mhux obblig | Mhux diff[2] | LE | IVA | IVA | Nru 1A | 4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI 4.1 Ir-Riżorsi Finanzjarji 4.1.1. Sommarju ta’ l-approprjazzjonijiet ta’ impenn (AI) u ta’ l-approprjazzjonijiet ta’ ħlas (AĦ) EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali) It-tip ta’ nefqa | In-Nru. tat-Taqsima | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | . | Total | In-nefqa operattiva[3] | L-Approprjazzjonijiet ta’ Impenn (AI) | 8.1 | a | 0 | 0 | L-Approprjazzjonijiet ta’ Ħlas (AĦ) | b | 0 | 0 | In-nefqa amministrattiva fl-ammont ta’ referenza[4] | L-għajnuna teknika u amministrattiva (AMD) | 8.2.4 | c | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.10 | L-AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA | L-Approprjazzjonijiet ta’ Impenn | a+c | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.10 | L-Approprjazzjonijiet ta’ Ħlas | b+c | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.10 | In-nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza[5] | Ir-riżorsi umani u n-nefqa assoċjata (AMD) | 8.2.5 | d | 0 | 0 | L-ispejjeż amministrattivi, għajr ir-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (AMD) | 8.2.6 | e | 0 | 0 | 0. | 0 | 0 | 0 | 0 | L-ispiża finanzjara indikativa totali ta’ intervent AI TOTALI inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.10 | AĦ TOTALI inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.10 | Id-dettalji tal-ko-finanzjament Jekk il-proposta tinvolvi ko-finanzjament mill-Istati Membri, jew minn entitajiet oħrajn (jekk jogħġbok speċifika liema), fit-tabella t’hawn taħt għandha tiġi indikata stima tal-livell ta’ dan il-ko-finanzjament (jistgħu jiġu miżjuda linji addizzjonali jekk għall-provvista tal-ko-finanzjament ikunu previsti entitajiet differenti): EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali) L-entità tal-ko-finanzjament | Sena | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n+5 u wara | Total | …………………… | f | AI TOTALI inkluż il-ko-finanzjament | a+c+d+e+f | 4.1.2 Il-Kompatibbiltà mal-Programmazzjoni Finanzjarja x Il-proposta hija kompatibbli mal-programmazzjoni finanjarja eżistenti. ( Il-proposta se tinvolvi ri-programmazzjoni ta’ l-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja. ( Il-proposta tista’ teħtieġ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[6] (jiġifieri, strument ta’ flessibilità jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja). 4.1.3 L-impatt finanzjarju fuq id-Dħul x Il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul ( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej: Nota: Id-dettalji u l-osservazzjonijiet kollha relatati mal-metodu kif jiġi kkalkulat l-effett fuq id-dħul għandhom jintwerew f’anness separat. EUR miljuni (sa post deċimali wieħed) Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni | In-numru totali ta’ riżorsi umani | 5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET Fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni jinħtieġu dettalji tal-kuntest tal-proposta. Din it-taqsima tal-Prospett Finanzjaru Leġiżlattiv għandha tinkludi l-informazzjoni komplementari speċifika li ġejja: 5.1. Jeħtieġ li jiġu sodisfatti tul perjodu qasir jew twil ta’ żmien: Din id-deċiżjoni se tippermetti li ż-żewġ Partijiet jaġġornaw u jintensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom f’oqsma ta’ interess xjentifiku u teknoloġiku komuni. 5.2 Il-valur miżjud ta’ l-involviment Komunitarju u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli: Il-Ftehim huwa bbażat fuq il-prinċipji ta’ benefiċċju reċiproku, fuq opportunitajiet reċiproċi għal aċċess għall-programmi u għall-attivitajiet ta’ xulxin li jkunu rilevanti għall-fini tal-Ftehim, in-non-diskriminazzjoni, il-ħarsien effettiv tal-proprjetà intelletwali u l-kondiviżjoni ekwa tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali. Il-proposta hija wkoll skond in-nefqa amministrattiva li qed iġġorr il-Komunità li tipprovdi għall-missjonijiet min-naħa ta’ esperti u ta’ uffiċjali ta’ l-UE u għall-gruppi ta’ ħidma, għas-seminars u għal-laqgħat li għandhom jiġu organizzati fil-Komunità Ewropea u fi New Zealand. 5.3 L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM Din id-deċiżjoni għandha tippermetti kemm lil New Zealand kif ukoll lill-Komunità Ewropea sabiex jisiltu benefiċċju reċiproku mill-progress xjentifiku u tekniku li ntlaħaq permezz tal-programmi ta’ riċerka tagħhom. Se tippermetti skambju ta’ għarfien speċifiku u trasferiment ta’ għarfien għall-benefiċċju tal-komunità xjentifika, ta’ l-industrija u taċ-ċittadini. 5.4. Il-Metodu ta’ Implimentazzjoni (indikattiv) Uri hawn taħt il-metodu(i)[8] magħżul(a) għall-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni. X Ġestjoni Ċentralizzata X Direttament mill-Kummissjoni ( Indirettament b’delega lil: ( Aġenziji Eżekuttivi ( Entitajiet imwaqqfa mill-Komunitajiet kif jissemma fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju ( Entitajiet nazzjonali tas-settur pubbliku/entitajiet b’missjoni ta’ servizz pubbliku. ( Ġestjoni kondiviża jew deċentralizzata ( Ma’ l-Istati Membri ( Ma’ pajjiżi terzi ( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika) Kummenti rilevanti: 6. IL-MONITORAĠĠ U L-EVALWAZZJONI 6.1.Is-sistema ta’ monitoraġġ Id-dipartimenti tal-Kummissjoni se jevalwaw regolarment l-azzjonijiet kollha mwettqa skond il-ftehim ta’ kooperazzjoni, li se jkunu wkoll suġġetti għal evalwazzjoni regolari konġunta min-naħa tal-Komunità u ta’ New Zealand. Din l-evalwazzjoni se tkopri: (a) L-indikaturi tar-rendiment - in-numru tal-missjonijiet u tal-laqgħat; - in-numru ta’ l-oqsma differenti ta’ l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni. (b) Il-ġbir ta’ l-informazzjoni: Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni mill-programmi speċifiċi tal-Programm ta’ Qafas u ta’ l-informazzjoni pprovduta minn New Zealand lill-Kumitat Konġunt ipprovdut mill-Ftehim. (c) L-evalwazzjoni ġenerali: Il-Kummissjoni se tevalwa l-azzjonijiet koperti minn din il-parteċipzzjoni qabel tmiem il-ħames snin inizjali ta’ l-implimentazzjoni. 6.2 L-evalwazzjoni Il-Kummissjoni se tevalwa l-azzjonijiet koperti minn dan il-ftehim ta’ kooperazzjoni qabel tmiem il-ħames snin inizjali ta’ implimentazzjoni. 6.3 It-termini u l-frekwenza ta’ l-evalwazzjoni futura Il-partijiet għall-Ftehim se jevalwaw l-applikazzjoni tiegħu mill-inqas kull sentejn fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt li jissemma fl-Artikolu 6 tiegħu. 7. IL-MIŻURI TA’ KONTRA L-FRODI Meta l-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Qafas titlob l-użu ta’ kuntratturi esterni jew tinvolvi l-għotja ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji lil partijiet terzi, il-Kummissjoni se twettaq verifiki finanzjarji, fejn ikun xieraq, b’mod partikolari jekk ikollha raġuni biex tiddubita n-natura realistika tax-xogħol imwettaq jew deskritt fir-rapporti ta’ attività. Il-verifiki finanzjarji Komunitarji se jitwettqu jew mill-istaff tagħha stess jew minn esperti tal-kontabbiltà approvati skond il-liġi tal-Parti vverifikata. Il-Komunità se tagħżel lil ta’ l-aħħar bil-libertà kollha, filwaqt li tevita kwalunkwe riskju ta’ kunflitti ta’ interess li jistgħu jkunu indikati lilha mill-Parti suġġetta għall-verifika. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tiżgura ruħha, meta twettaq l-attivitajiet ta’ riċerka, li l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej ikunu mħarsa b’kontrolli effettivi u fejn ikun skoperti xi irregolaritajiet, minn miżuri u pieni deterrenti u proporzjonati. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, ir-regoli dwar il-kontrolli, il-miżuri u l-pieni, b’referenza għar-Regolamenti Nri 2988/95, 2185/96 and 1073/99, se jkunu inkorporati fil-kuntratti kollha li jintużaw fl-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Qafas. B’mod partikolari, il-punti li ġejjin se jkollhom jiġu pprovduti fil-kuntratti: - l-introduzzjoni ta’ klawżoli kuntrattwali speċifiċi sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-KE fit-twettiq ta’ verifiki u ta’ kontrolli b’relazzjoni għax-xogħol imwettaq; - il-parteċipazzjoni ta’ spetturi amministrattivi fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi, skond ir-Regolamenti Nri 2185/96 u 1073/99; - l-applikazzjoni ta’ pieni amministrattivi għall-irregolaritajiet intenzjonali jew negliġenti kollha fl-implimentazzjoni tal-kuntratti, skond ir-Regolament ta’ Qafas Nru 2988/95, inkluż mekkaniżmu ta’ lista sewda; - il-fatt li, fil-każ ta’ irregolaritjiet u frodi, l-ordnijiet possibbli ta’ rkupru jkunu infurzabbli skond l-Artikolu 256 tat-Trattat KE. Barra minn dan u bħala miżuri ta’ rutina, l-istaff tad-DĠ għar-Riċerka responsabbli se jwettaq programm ta’ kontroll rigward l-aspetti xjentifiċi u baġitarji. Il-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri se twettaq spezzjonijiet lokali. 8. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI 8.1 L-għanijiet tal-proposta f’termini ta l-ispiża finanzjarja tagħhom: MA Approprjazzjonijiet ta’ Impenn f’EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali) 2008 | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 | L-uffiċjali jew l-istaff temporanju[10] (XX 01 01) | A*/AD | 0 | B*, C*/AST | L-istaff iffinanzjat[11] skond l-Artikolu XX 01 02 | 0 | Staff ieħor iffinanzjat[12] skond l-Artikolu XX 01 04/05 | 0 | TOTAL | 0 | 8.2.2 Deskrizzjoni tal-kompiti li ġejjin mill-azzjoni Il-ġestjoni tal-Ftehim se tinvolvi missjonijiet u l-attendanza għal laqgħat minn esperti u minn uffiċjali ta’ l-UE u ta’ New Zealand. 8.2.3 Is-sorsi tar-riżorsi umani (statutarji) (Meta jkun iddikjarat aktar minn sors wieħed, jekk jogħġbok indika n-numru ta’ postijiet li se joriġinaw minn kull wieħed mis-sorsi) X Il-postijiet li bħalissa ġew allokati lill-ġestjoni tal-programm li għandu jiġi sostitwit jew estiż ( Il-postijiet pre-allokati fl-eżerċiżju APS/PDB għas-sena n ( Il-postijiet li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss ( Il-postjiet li għandhom jiġu organizzati mill-ġdid billi jintużaw riżorsi eżistenti fis-servizz ta’ ġestjoni (organizzazzjoni interna mill-ġdid) ( Il-postijiet meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju APS/PDB tas-sena in kwistjoni 8.2.4 Nefqa amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – In-nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva) EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali) Il-linja baġitarja (in-numru u l-intestatura) | 2008 | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL | 1. L-għajnuna teknika u amministrattiva (inklużi l-ispejjeż relatati ta’ l-istaff) | L-aġenziji eżekuttivi[13] | Għajnuna teknika u amministrattiva oħra | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.1 | - intra muros | - extra muros | It-Total ta’ l-għajnuna teknika u amministrativa | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.1 | 8.2.5 L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali) It-tip ta’ riżorsi umani | 2008 | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | L-uffiċjali u l-istaff temporanju (XX 01 01) | L-istaff iffinanzjat skond l-Artikolu XX 01 02 (awżiljarju, END, staff b’kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja baġitarja) | L-ispiża totali tar-Riżorsi Umani u ta’ l-ispejjeż assoċjati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) | Kalkolu – L-Uffiċjali u l-Aġenti Temporanji Jekk ikun applikabbli, għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1 Kalkolu – L-istaff iffinanzjat skond l-Artikolu XX 01 02 MA Jekk ikun applikabbli, għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1 8.2.6 Nefqa amministrattiva oħra mhix inkluża fl-ammont ta’ referenza EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali) 2008 | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL | XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi | XX 01 02 11 03 – Kumitati[14] | XX 01 02 11 04 – Studji u Konsultazzjonijiet | XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ informazzjoni | 2. It-Total ta’ Nefqa Oħra ta’ Ġestjoni (XX 01 02 11) | 3. Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva (speċifika billi tinkludi referenza għal-linja baġitarja) | It-Total tan-nefqa amministrattiva, għajr ir-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (MHIX inkluża fl-ammont ta’ referenza) | Kalkolu – Nefqa amministrattiva oħra li mhix inkluża fl-ammont ta’ referenza [1] Għat-test tal-Ftehim, ara ĠU L xxxx. [2] Approprjazzjonijiet mhux differenzjati. [3] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat. [4] Nefqa fl-Artikolu xx 01 05 tat-Titolu xx. [5] Nefqa fil-Kapitolu xx 01 għajr l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05. [6] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali. [7] Jekk ikun meħtieġ għandhom jiġu miżjuda kolonni addizzjonali, jiġifieri jekk l-azzjoni ddum għal aktar minn 6 snin. [8] Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi dettalji addizzjonali fit-taqsima “Kummenti rilevanti” ta’ dan il-punt. [9] Kif ġie deskritt fit-Taqsima 5.3. [10] Li l-ispiża tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza. [11] Li l-ispiża tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza. [12] Li l-ispiża tagħhom tkun inkluża fl-ammont ta’ referenza. [13] Għandha ssir referenza għall-prospett finanzjarju leġiżlattiv għall-Aġenzija(i) Eżekuttiva(i) ikkonċernata(i). [14] Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li jappartjeni għalih.