This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008IP0198
White Paper on Sport #European Parliament resolution of 8 May 2008 on the White Paper on Sport (2007/2261(INI))
White Paper dwar l-Isport
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 8 ta' Mejju 2008 dwar il-White Paper dwar l-Isport (2007/2261(INI))
White Paper dwar l-Isport
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 8 ta' Mejju 2008 dwar il-White Paper dwar l-Isport (2007/2261(INI))
ĠU C 271E, 12.11.2009, p. 51–67
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 271/51 |
Il-Ħamis, 8 ta' Mejju 2008
White Paper dwar l-Isport
P6_TA(2008)0198
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Mejju 2008 dwar il-White Paper dwar l-Isport (2007/2261(INI))
2009/C 271 E/07
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-Artikolu 6 tat-Trattat UE u l-Artikolu 149 tat-Trattat KE kif emendat bit-Trattat ta’ Liżbona dwar il-kontribut tal-UE għall-promozzjoni ta’ kwistjonijiet sportivi Ewropej, b’kont meħud għan-natura speċifika tal-isport, tal-istrutturi tiegħu bbażati fuq attività voluntarja u dwar il-funzjoni soċjali u edukattiva tiegħu,
wara li kkunsidra l-White Paper dwar l-isport (COM(2007)0391),
wara li kkunsidra r-rapport ta’ Helsinki ta’ Diċembru 1999 u d-dikjarazzjoni ta’ Nizza ta’ Diċembru 2000 dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-isport u l-funzjonijiet soċjali tiegħu fl-Ewropa,
wara li kkunsidra l-inizjattiva tal-Presidenza Brittannika dwar il-futbol Ewropew, li wasslet għal “Studju Indipendenti dwar l-Isport Ewropew2006”,
wara li kkunsidra l-każistika żviluppata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, il-Qorti tal-Ewwel Istanza u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-isport,
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini razzjali jew etnika (1), li tipprojbixxi kull forma ta’ diskriminazzjoni razzjali fl-oqsma tal-impjiegi, tal-edukazzjoni, tas-sigurtà soċjali, tal-kura tas-saħħa u tal-aċċess għall-prodotti u għas-servizzi,
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għal trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol (2),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta’ Ġunju 1997 dwar l-irwol tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-isport (3) u tal-5 ta’ Ġunju 2003 dwar in-nisa u l-isport (4),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 Marzu 2007 dwar il-futbol professjonali fl-Ewropa (5),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar l-irwol tal-isport fl-edukazzjoni (6),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ April 2005 dwar il-ġlieda kontra d-doping fl-isport (7),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2006 dwar il-ġlieda kontra r-razziżmu fil-futbol (8),
wara li kkunsidra l-Kodiċi Dinji kontra d-Doping tal-2003 u r-reviżjoni tiegħu tal-2007,
wara li kkunsidra r-rapport u l-konklużjonijiet tal-ewwel konferenza tal-Ewropa dwar it-Tmexxija tal-isport “Ir-regoli tal-Logħba” (Brussell, 26-27 ta’ Frar 2001),
wara li kkunsidra l-Memorandum ta’ Ftehim iffirmat mill-Kummissjoni u l-FIFA fl-2006 biex il-futbol isir forza għall-iżvilupp fl-pajjiżi tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku
wara li kkunsidra l-esperjenza miksuba mis-Sena Ewropea tal-Edukazzjoni permezz tal-Isport (2004) u r-rakkomandazzjoni 2006/962/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (9),
wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l- Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, tal-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0149/2008),
A. |
wara li kkunsidra l-irwol tal-isports fil-promozzjoni tal-integrazzjoni u tal-kontribut potenzjali tiegħu għall-koeżjoni soċjali kif ukoll għall-koeżjoni interna tar-reġjuni; |
B. |
billi l-isport Ewropew huwa parti integrali mill-identità Ewropea, mill-kultura u miċ-ċittadinanza Ewropea, u billi l-isport Ewropew huwa bbażat fuq l-impenn u l-entużjażmu ta’ miljuni ta’ atleti, voluntieri u partitarji li huma attivi f’numru kbir ta’ klabbs u federazzjonijiet sportivi, moviment wiesa’ li ħoloq ħafna sportivi eċċezzjonali irġiel u nisa u timijiet sportivi u għamel l-isport aspett ta’ valur għoli tas-soċjetà tagħna, soċjetà li fiha l-avvenimenti sportivi huma popolari ħafna, |
C. |
billi l-isport jilgħab irwol importanti ħafna fis-soċjetà Ewropea, partijiet mill-isport kompetittiv, madanakollu, huwa konfrontat minn theddidiet u sfidi ġodda, bħall-pressjoni kummerċjali, l-isfruttar ta’ plejers żgħażagħ u ta’ sportivi irġiel u nisa, id-doping, ir-razziżmu, il-vjolenza, il-logħob miftiehem, il-korruzzjoni, l-imħatri bi frodi u l-ħasil tal-flus, |
D. |
billi l-isport għandu rwol speċjali fis-soċjetà bħala strument ta’ inklużjoni soċjali u integrazzjoni u billi l-isport jikkostitwixxi strument importanti għall-promozzjoni ta’ djalogu interkulturali u jagħti kontribut eċċellenti għall-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ valuri importanti tas-soċjetà, valuri kulturali u edukattivi bħall-korrettezza (fairness), it-tolleranza u r-rispett reċiproku, is-solidarjetà, ir-rispett għar-regoli, l-ispirtu ta’ tim u l-awto-dixxiplina; billi l-isport jilgħab irwol importanti fis-soċjetà Ewropea f’termini ta’ saħħa, edukazzjoni, integrazzjoni soċjali u valuri kulturali, grazzi għal organizzazzjonijiet strutturati volontarji, |
E. |
billi skond l-Artikolu 149 tat-Trattat KE kif emendat bit-Trattat ta’ Liżbona, l-azzjoni tal-UE għandha tkun immirata lejn l-iżvilupp ta’ dimensjoni Ewropea dwar l-isport, billi l-kompetizzjonijiet sportivi jkunu promossi bħala avvenimenti korretti u trasparenti u permezz ta’ koperazzjoni bejn entitajiet responsabbli għall-isport u billi tkun imħarsa l-integrità fiżika u morali tal-isportivi rġiel u nisa, speċjalment dawk l-iżgħar fosthom; billi l-azzjoni fuq livell tal-UE għandha tikkumplimenta azzjonijiet oħra li jkunu ħadu parteċipanti ewlenin oħra mingħajr bidla fl-allokazzjoni eżistenti tal-kompetenzi, |
F. |
billi, bil-għan tar-ratifikazzjoni tat-Trattat ta’ Liżbona u tal-Artikolu 149, l-irwol tal-isport fl-Ewropa għandu jingħata direzzjoni strateġika billi tkun kjarifikata l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja dwar l-isport; billi approċċ skond il-każ partikolari biex tkun trattata l-ispeċifiċità tal-isport mhux approċċ sodisfaċenti mill-perspettiva ta’ organizzazzjonijiet sportivi minħabba li ddawwar magħha ċertu inċertezza legali eżistenti u billi għandu jkun hemm azzjoni ulterjuri relatata mal-isport fuq livell tal-UE, azzjoni li tirrispetta l-awtonomija, l-ispeċifiċità u l-awto-dixxiplina tal-organizzazzjonijiet sportivi; |
G. |
billi l-Artikolu 149 tat-Trattat KE kif emendat bit-Trattat ta’ Liżbona jistieden lill-Komunità biex din tippromwovi l-korretezza u t-trasparenza fil-kompetizzjonijiet sportivi u billi l-applikazzjoni tar-regoli ta’ kompetizzjoni għall-isport qed twassal biex jikber id-distakk bejn il-klabbs sportivi għall-gwadan ta’ dawk l-iktar sinjuri, jew l-aktar popolari, sitwazzjoni li tagħmel ħsara lit-tmexxija korretta tal-kompetizzjonijiet sportivi u għalhekk tikkontradixxi l-objettiv stabbilit f’dak l-Artikolu, |
H. |
billi għandha tkun ikkunsidrata l-indipendenza ta’ organizzazzjonijiet sportivi u entitajiet rappreżentattivi bħal dawk li jorganizzaw kampjonati professjonali, flimkien mal-fatt li r-responsabilità organizzattiva titfa’ piż speċjalment fuq il-bordijiet ta’ tmexxija ta’ entitajiet sportivi u, sa ċertu punt, fuq l-Istati Membri u fuq l-imsieħba soċjali, |
I. |
billi l-isport professjonali dejjem qed jikseb importanza ikbar u qed jgħin biex jissaħħaħ l-irwol tal-isport fis-soċjetà; billi l-liġi tal-kompetizzjoni u d-dispożizzjonijiet tas-suq intern japplikaw għall-isport professjonali saħansitra billi jikkostitwixxu attività ekonomika; |
J. |
billi l-isport jaqa’ fi ħdan l-iskop tal-liġi tal-UE, speċjalment rigward il-prinċipju ta’ demokrazija rappreżentattiva u li tipparteċipa fl-entitajiet li jieħdu deċiżjonijiet ta’ istituzzjonijiet sportivi Ewropej u l-Artikolu 13 tat-Trattat KE, li jipprojbixxi diskriminazzjoni bbażata fuq sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali; billi hemm ċertu sitwazzjonijiet, fl-isfond ta’ karatteristiċi speċifiċi u fatturi essenzjali u uniċi tal-isport li ma jistgħux jitqabblu ma’ attività ekonomika ordinarja; |
K. |
billi attivitajiet voluntarji fil-qasam sportiv isaħħu l-koeżjoni soċjali u l-inklużjoni u jippromwovu demokrazija lokali u ċittadinanza attiva u għandhom ukoll valur ekonomiku impliċitu, minħabba li mingħajr voluntiera, l-attivitajiet sportivi jiżdiedulhom ħafna l-ispejjeż u ħafna mill-attivitajiet soċjali relatati mal-isport kieku ma jibqgħux isiru; billi hemm bżonn li jiġu promossi strutturi sportivi voluntarji u li jkunu inkoraġġiti servizzi voluntarji fl-isport permezz ta’ miżuri li jipprovdu protezzjoni xierqa għal u r-rikonoxximent tal-irwol ekonomiku u soċjali tal-voluntiera, |
L. |
billi n-nuqqas ta’ eżerċizzju fiżiku jwassal għal żieda fil-każijiet tal-oberżità u l-kundizzjonijiet kroniċi, bħall-mard tal-qalb u d-dijabete, u b’konsegwenza ta’ hekk, dan ipoġġi piż fuq il-baġits tas-saħħa tal-Istati Membri, |
M. |
billi n-numru ta’ sigħat kemm ta’ edukazzjoni fiżika kemm fl-iskejjel primarji u kemm fl-iskejjel sekondarji naqas matul dawn l-dawn l-aħħar għaxar snin, u billi hemm differenzi kbar bejn l-Istati Membri f’dak li jirrigwarda l-faċilitajiet sportivi u t-tagħmir sportiv; billi l-isport joffri liż-żgħażagħ opportunitajiet għall-parteċipazzjoni u impenn personali fis-soċjetà u jgħin biex iżommhom ’il bogħod mid-delinkwenza, |
N. |
billi d-doping jagħmel ħsara lill-prinċipju tat-trasparenza u tal-kompetizzjoni korretta u fl-istess ħin iqiegħed lill-isportivi kemm irġiel u kemm nisa taħt pressjoni għalxejn, |
O. |
billi l-Kodiċi Dinji Kontra d-Doping tal-2003 irnexxilu jsir mudell għall-istandardizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali madwar id-dinja, billi l-isforzi magħmula mill-Aġenzija Dinjija Kontra d-Doping (WADA), madanakollu, huma ffukati l-iktar fuq sport fl-livell għoli, |
P. |
billi l-UE se tibbenefika minn approċċ iktar koordinat fil-ġlieda ta’ kontra d-doping, b’mod partikolari billi jiġu definiti pożizzjonijiet komuni relatati mal-WADA, mal-UNESCO u mal-Kunsill tal-Ewropa u permezz tal-iskambju ta’ tagħrif u prattiki tajba bejn il-gvernijiet, organizzazzjonijiet kontra d-doping nazzjonali u laboratorji, |
Q. |
billi, minkejja li sar xi progress fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi f’livell Ewropew, għad hemm inugwaljanzi bejn l-isportivi rġiel u l-isportivi nisa, billi l-programmi ta’ taħriġ maħsuba għall-isportivi żgħażagħ — irġiel u nisa — li għandhom talent, għandhom ikunu miftuħa għal kulħadd u ma għandhomx iwasslu għal diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini u r-residenti Ewropej, diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità u l-ġeneru, |
R. |
billi r-residenti kollha għandu jkollhom aċċess għall-isport u l-bżonnijiet speċifiċi ta’ xi gruppi għalhekk jeħtieġ li jkunu indirizzati, bħall-bżonnijiet ta’ persuni b’diżabilitajiet, tal-immigranti u ta’ persuni li ġejjin minn kamp soċjali żvantaġġat, u billi, b’mod partikolari, l-isportivi rġiel u l-isportivi nisa li għandhom diżabilità ma għandhomx isofru minn diskriminazzjoni meta mqabbla mal-sportivi bħalhom b’saħħithom rigward aċċess ugwali għall-isport fl-Istati Membri, |
S. |
billi l-isport huwa maħsub biex jinvolvi liċ-ċittadini kollha irrispettivament mis-sess, ir-razza, l-età, id-diżabilità, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, l-orjentament sesswali u l-isfond soċjali u ekonomiku; billi l-isport jista’ jkun forza għall-inklużjoni soċjali u għall-integrazzjoni u billi l-Parlament u l-Kummissjoni ripetutament ikkundannaw l-azzjonijiet ta’ vjolenza, razziżmu u ksenofobija, |
T. |
billi l-vjolenza waqt avvenimenti sportivi tibqa’ problema pendenti li tista’ tieħu diversi forom differenti; billi l-biċċa l-kbira ta’ avvenimenti sportivi jattiraw il-prostituzzjoni u t-traffikar tan-nisa u tat-tfal matul iż-żmien kollu li jdumu jsiru, |
U. |
billi skond studju ppreżentat waqt il-Presidenza Awstrijaka fl-2006, l-isport iġġenera valur miżjud ta’ EUR 407 biljun fl-2004, jiġifieri 3,7 % tal-GDP tal-UE u impjiegi għal 15-il miljun ruħ jew għal 5,4 % tal-forza tax-xogħol; billi l-isport, għalhekk, jikkontribwixxi għat-twettiq tal-objettivi ta’ Liżbona fil-qasam tat-tkabbir u l-impjieg, li jista’ jkun l-istrument għall-iżvilupp lokali, reġjonali u rurali u billi l-isport jista’ jservi wkoll bħala sinerġija għall-iżvilupp turistiku billi jiġu mtejba l-infrastrutturi u jinħolqu sħubijiet ġodda għall-iffinanzjar ta’ faċilitajiet sportivi u ta’ mogħdija ta’ żmien, |
V. |
billi l-piraterija diġitali li qed tiżdied (u b’mod partikolari t-trażmissjonijiet lajv u mhux awtorizzati u t-trażmissjoni mill-ġdid tal-avvenimenti sportivi) hija ta’ theddida kbira għall-qasam sportiv, għalkemm ftit hemm kuxjenza dwar din il-problema, |
W. |
billi l-maġġoranza kbira tal-avvenimenti sportivi ma jagħmlux qligħ u ħafna minnhom jiddependu fuq appoġġ finanzjarju biex jiżguraw li huma aċċessibbli għal kulħadd; billi l-appoġġ finanzjarju huwa importanti għall-isports bażiku u għall-isports għal kulħadd, dan l-appoġġ għandu jikkonforma mal-liġi Komunitarja; billi l-isport organizzat fil-parti l-kbira tal-Istati Membri huwa mibni fuq strutturi bażiċi u li ma jagħmlux qligħ tal-gvern u li jiddependu ħafna fuq l-impenn tal-voluntiera, b’forom speċifiċi ta’ personalità jew status legali li jipprovdu l-kundizzjonijiet ta’ qabel għal firxa ta’ vantaġġi finanzjarji u fiskali, |
X. |
billi l-Istati Membri ma ddefinixxewx b’mod ċar il-kunċett ta’ sport u ma ddeċidewx jekk l-isport jikkostitwixix jew le servizz ta’ interess ġenerali li jiġġustifika trattament finanzjarju favorevoli (pereżempju, it-tnaqqis fiskali), |
Y. |
billi l-ammont ta’ donazzjonijiet u fondi tal-gvern qed jonqsu u billi sabiex jibqgħu jeżistu, il-biċċa l-kbira tal-organizzazzjonijiet sportivi li ma jagħmlux qligħ, jeħtieġilhom li jkollhom dħul minn xi forma ta’ attività kummerċjali li tippermettilhom li jissodisfaw l-objettivi soċjali tagħhom u għalhekk dawk l-organizzazzjonijiet huma suġġetti għal-liġi tal-UE, |
Z. |
billi l-organizzazzjonijiet sportivi għandhom diversi sorsi ta’ dħul, bħall-miżati tal-klabbs u l-bejgħ ta’ biljetti, ir-reklamar u l-isponsorships, il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti relatati mal-klabbs, l-appoġġ pubbliku, id-dħul iġġenerat mil-lotteriji proprjetà tal-istat jew liċenzjati mill-istat u mill-operaturi tal-logħob tal-azzard li sa issa huwa l-iktar sors importanti ta’ dħul f’ħafna Stati Membri, |
AA. |
billi d-drittijiet awdjoviżivi huma sors ewlieni ta’ dħul għall-isport professjonali fl-Ewropa, dħul li fost l-oħrajn, billi jerġa’ jiġi investit f’taħriġ bażiku, f’faċilitajiet u fi proġetti tal-Komunità u f’avvenimenti sportivi, huwa sors popolari ta’ kontenut għal ħafna operaturi tal-midja, |
AB. |
billi l-organizzazzjonijiet sportivi fl-Unjoni Ewropea jikkunsidra bħala indispensabbli l-kontribut li ngħata għall-iffinanzjar tal-isport mhux professjonali mil-lotteriji ġġenerati mill-Istat u mill-entitajiet liċenzjati tal-logħob tal-azzard li joperaw fl-interess ġenerali; billi l-ebda soluzzjoni sostenibbli u politikament fattibbli oħra s’issa ma għadha ġiet proposta jew diskussa serjament biex tagħmel tajjeb għat-telf sostanzjali minn dawn is-sorsi ta’ ffinanzjar li huma mistennija kieku l-intrapriżi li jagħmlu l-qligħ kienu awtorizzati biex joperaw fi Stati Membri li sa issa applikaw politiki ristrettivi għal-logħob tal-azzard, |
AC. |
billi l-attivitajiet ta’ mħatri sportivi kienu żviluppati b’mod mhux kontrollat (b’mod partikolari l-imħatri transkonfinali fuq l-Internet), billi ġie ffissat numru dejjem jikber ta’ logħbiet u billi l-iskandli relatati mal-imħatri dan l-aħħar tfaċċaw fil-pubbliku fl-Istati Membri, skandli li jheddu l-integrità sportiva u tal-kompetizzjonijiet sportivi, |
AD. |
billi l-iżviluppi ekonomiċi u soċjali li huma komuni f’ħafna Stati Membri permezz ta’ kummerċjalizzazzjoni dejjem tikber, l-inkorraggiment għaż-żieda fl-infiq pubbliku u n-numru dejjem jikber ta’ parteċipanti u n-numru ta’ voluntiera jibqgħu l-istess, inħolqu sfidi ġodda fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-isport fl-Ewropa, |
AE. |
billi t-timijiet nazzjonali jilagħbu rwol importanti mhux biss billi jistabbilixxu l-kredenzjali tagħhom stess iżda wkoll billi jiżguraw solidarjetà ma’ sports bażiku u għalhekk jixirqilhom li jkunu appoġġjati, |
AF. |
Billi l-iżvilupp ta’ suq verament Ewropew għall-isportivi u l-plejers irġiel u nisa u ż-żieda tas-salarji tagħhom f’xi sports professjonali, irriżultaw f’żieda fl-attivitajiet tal-attivitajiet tal-aġenti tal-plejers, u billi għal din ir-raġuni hemm bżonn ta’ taħriġ speċifiku għall-maniġers tal-isports u għall-aġenti tal-plejers fl-Istati Membri, |
AG. |
billi l-livell għoli ta’ internazzjonalizzazzjoni tas-settut wassal għal korruzzjoni transkonfinali fil-qasam sportiv; meta l-entitajiet ta’ tmexxija jaffaċċjaw problemi ta’ korruzzjoni transkonfinali b’dimensjoni Ewropea, huma għandhom ikunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tgħinhom jekk u meta jkun hemm bżonn, |
AH. |
billi s-sistemi ta’ liċenzji, approvati mill-organizzaturi tal-kompetizzjonijiet rispettivi, huma maħsuba biex jiggarantixxu li l-klabbs professjonali kollha josservaw l-istess regoli fundamentali fil-qasam tat-tmexxija finanzjarja u tat-trasparenza, biex ikunu kompatibbli mar-regoli ta’ kompetizzjoni u tas-suq intern u biex ma jmorrux lil hinn iktar milli huwa neċessarju sabiex jilħqu l-objettivi leġittimi marbuta mal-organizzazzjoni tajba u l-funzjonament tajjeb tal-isport, |
AI. |
billi, n-natura nnifisha tal-isports organizzat u l-istrutturi sportivi fuq livell Ewropew huma bħala regola inqas żviluppati milli fuq livell nazzjonali u internazzjonali, filwaqt li l-isports fuq livell Ewropew huwa organizzat għall-kontinent kollu u mhux biss għall-Unjoni Ewropea, |
AJ. |
billi l-White Paper dwar l-Isport spiss tirreferi għall-inklużjoni tal-isports fil-programmi Ewropej għall-iffinanzjar, u billi l-Unjoni għandha wkoll tikkunsidra d-dimensjoni sportiva meta tieħu azzjoni, b’mod partikolari sabiex tkun rispettata l-awtonomija, l-ispeċifiċità u l-awto-regolamentazzjoni ta’ organizzazzjonijiet sportivi u biex ikun promoss l-isports fuq livell Ewropew; billi r-riżultat ta’ djalogu strutturat bejn il-parteċipanti involuti kollha huwa importanti ħafna għall-fehim tan-natura speċjali tal-isport, |
AK. |
billi l-Kummissjoni ddeċidiet li tagħmel l-attività fiżika għall-benefiċċju tas-saħħa, is-sisien tal-attivitajiet tagħha relatati mal-isports; billi l-Kunsill tal-Ewropa ġġustifika djalogu innovattiv u effettiv mal-moviment sportiv Ewropew, djalogu li ġab flimkien għal dawn il-laqgħat lill-parteċipanti kollha involuti fl-isports kemm tal-gvern u kemm dawk li mhumiex tal-gvern, |
AL. |
billi djalogu soċjali fuq livell Ewropew jista’ jġib flimkien it-tħassib komuni ta’ min iħaddem u tal-isportivi rġiel u nisa u jista’ jinkludi eżaminazzjoni tal-ftehim dwar ir-relazzjonijiet bejniethom u dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-settur, |
AM. |
billi l-isport jista’ jikkontribwixxi għal diversi aspetti tar-relazzjonijiet esterni tal-UE fil-kuntest tal-programmi ta’ għajnuna esterna li jikkontribwixxu għal djalogu bejn il-pajjiżi imsieħba fil-kuntest tad-diplomazija pubblika tal-UE, |
AN. |
billi l-organizzazzjoni tal-isports Ewropew, l-organizzaturi tal-avvenimenti sportivi u l-entitajiet kollha responsabbli għandhom jistabbilixxu għalihom infushom objettivi ambjentali bil-għan li jiżguraw is-sostenibilità ambjentali tal-attivitajiet tagħhom |
L-organizzazzjoni tal-isport
1. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon il-pubblikazzjoni ta’ White Paper dwar l-Isport u jittama li din il-White Paper isservi ta’ bażi għall-isports dinji u biex il-Kummissjoni timpenja ruħha fi djalogu li jħalli l-frott u kontinwu; japprezza l-importanza li l-Kummissjoni tagħti lill-isport permezz tal-adozzjoni ta’ din il-White Paper, |
2. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Istati Membri jirrikonoxxu uffiċjalment l-isport fit-Trattat ta’ Liżbona, sabiex tiġi stabbilita politika Ewropea futura konsistenti f’dan il-qasam; Politika li filwaqt li l-Istati Membri jikkunsidraw in-natura speċifika tal-isport, l-istrutturi tiegħu bbażati fuq attività voluntarja u fuq il-funzjoni edukattiva tiegħu — tippermetti lill-Kummissjoni biex tippromwovi u tikkumplimenta — iżda mhux tirregola — l-azzjonijiet tal-Istati Membri u tal-organizzazzjonijiet sportivi; Jiġbed l-attenzjoni li l-istrutturi eżistenti għall-isport fl-Ewropa huma bbażati fuq il-prinċipju ta’ nazzjonalità; |
3. |
Josserva li l-kompetenzi komplementari dwar l-isports li jinsabu fl-Artikolu 149 tat-Trattat KE kif emendat bit-Trattat ta’ Liżbona għandhom ikunu eżerċitati mill-Kummissjoni fir-rigward tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, ir-rispett għall-awtonomija tal-organizzazzjonijiet sportivi u l-organi tat-tmexxija rilevanti fejn jidħlu kwistjonijiet purament sportivi, filwaqt li titqies kif jixraq l-ispeċifiċità tal-isport; |
4. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tirrispetta b’mod xieraq l-ispeċifiċità tal-isports, billi ma tapplikax approċċ skond x’ikun il-każ (case-by-case) u biex tipprovdi iktar ċertezza legali billi toħloq linjigwida ċari dwar l-applikabilità tal-liġi Ewropea għall-isports fl-Ewropa u billi tappoġġja studji u seminars dwar l-applikazzjoni konkreta tal-’acquis communautaire’ dwar l-isport; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura ċertezza, koerenza u viżibilità pubblika tar-regoli tal-UE, sabiex is-servizzi sportivi ta’ interess ġenerali jkunu jistgħu jissodisfaw l-objettivi tagħhom u jikkontribwixxu għal kwalità tal-għejxien aħjar għaċ-ċittadini Ewropej; barra minn hekk, jitlob lill-Kummissjoni biex timmoniterja u tirrevedi regolarment l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE skond it-Trattat KE biex ikunu kkunsidrati realtajiet ġodda biex jiġu identifikati u solvuti kwistjonijiet pendenti u emerġenti; |
5. |
Jaqbel mal-Kummissjoni li l-biċċa l-kbira tal-isfidi jistgħu jiġu indirizzati permezz ta’ awto-regolamentazzjoni skond il-prinċipji ta’ tmexxija tajba, sakemm tkun rispettata l-liġi tal-UE; jemmen li sħubija strutturata u djalogu bejn il-Kummissjoni u l-moviment sportiv hu essenzjali għat-tmexxija tajba tal-isport u sabiex tkun evitata inċertezza legali rigward l-awtonomija u l-awto-regolamentazzjoni tal-organizzazzjonijiet sportivi; jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-organizzazzjoni ta’ djalogu strutturat maqsum f’żewġ partijiet: (a) forum annwali Ewropew dwar l-isports li għalih jattendu dawk kollha li huma involuti fl-isports u (b) diskussjonijiet tematiċi li għalihom jattendu numru limitat ta’ parteċipanti; |
6. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon il-parteċipazzjoni ta’ dawn li ġejjin fid-djalogu strutturat propost:
|
7. |
Huwa tal-fehma li entità sportiva hija libera biex tmexxi l-isport tagħha meta r-regoli tagħha huma purament sportivi, iżda fejn jinvolvu restrizzjonijiet, dawn għandhom ikunu proporzjonati jiġifieri, bżonnjużi b’mod raġjonevoli biex jinkisbu l-objettiv(i) sportivi tagħhom, fi ħdan il-qafas tal-leġiżlazzjoni tal-UE; |
8. |
Jirrikonoxxi l-irwoli tal-parteċipanti ewlenin fl-isports professjonali għat-timijiet, jiġifieri l-klabbs bħala unità bażika, li jimpjegaw il-plejers u li jipprovdu r-rabta ewlenija mas-sapporters; l-unjins tal-plejers, bħala r-rappreżentanti tal-impjegati; il-kampjonati, bħala organizzaturi tal-kompetizzjonijiet fuq livell nazzjonali u rappreżentanti ta’ min iħaddem flimkien mal-klabbs; u l-organi tat-tmexxija bħala l-għassiesa tal-isport u tar-regoli tal-logħba; bl-erba’ elementi jaħdmu għas-saħħa, l-integrità u s-solidarjetà fl-isport; |
9. |
Jirrakkomanda li l-assoċjazzjonijiet speċifiċi għall-kategoriji differenti ta’ persuni involuti fl-isports (plejers, trejners jew kowċis, referis, eċċ) għandhom kollha jkunu rrappreżentati b’mod xieraq fl-entitajiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-federazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali; |
10. |
Huwa tal-opinjoni li, minħabba l-moviment fuq skala kbira ta’ kapital fil-kuntest ta’ trasferimenti, it-tranżazzjonijiet finanzjarji għandhom jitwettqu b’mod miftuħ u trasparenti bejn il-partijiet involuti kollha u jemmen li, jiddependi mit-tip ta’ sport, is-sistema għandha titmexxa mill-entità ta’ tmexxija relevanti; |
11. |
Jenfasizza l-importanza tax-xogħol voluntarju fil-qasam sportiv minħabba li dan ix-xogħol huwa fattur ewlieni li jistimula u jippromwovi integrazzjoni soċjali u kuxjenza ikbar fost iż-żgħażagħ; Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jinkoraġġixxu iktar l-inizjattivi voluntarji rigward l-isport u lill-organizzazzjonijiet sportivi fil-kuntest tat-tfassil tal-politika fuq livell nazzjonali u Ewropew; |
12. |
Jitlob lill-Istati Membri u lill-entitajiet regolatorji tal-isport sabiex jippromwovu b’mod attiv l-irwol soċjali u demokratiku tal-partitarji billi jappoġġjaw il-ħolqien u l-iżvilupp tal-federazzjonijiet tal-partitarji u jippromwovu s-sehem tagħhom fit-tmexxija u l-amministrazzjoni tal-logħob; jemmen li l-inizjattiva tas-“Supporters Direct” isservi bħala eżempju tal-aħjar prattika f’dan ir-rigward u jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-entitajiet regolatorji sportivi sabiex jippromwovu t-tifrix tagħha; |
13. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi involviment ikbar ta’ organizzazzjonijiet sportivi mhux govermentali fid-djalogu bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni billi torganizza laqgħat govermentali bejn l-organizzazzjonijiet sportivi mhux tal-gvern flimkien ma’ laqgħat ministerjali jew laqgħat tad-diretturi sportivi jew il-laqgħat tal-gruppi ta’ ħidma tal-Kummissjoni; |
14. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon il-Memorandum iffirmat minn Franza u l-Olanda dwar il-White Paper dwar l-Isports u jistieden lill-Kummissjoni biex tikkjarifika l-istatus tal-isport fl-liġi tal-UE rigward punti speċifiċi, bħall-kompożizzjoni ta’ timijiet, l-istatus tal-aġenti tal-plejers, id-drittijiet awdjoviżivi eċċ.; |
15. |
Jistieden lill-Kummissjoni, fil-kuntest tad-djalogu strutturat ġdid, biex tagħti attenzjoni partikolari lill-Kumitat għar-Reġjuni, b’kunsiderazzjoni għall-kontribut tagħha fuq livelli reġjonali u lokali għas-superviżjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri stipulati fil-White Paper dwar l-Isport; |
16. |
Jitlob lill-federazzjonijiet sportivi internazzjonali, Ewropej u nazzjonali biex jaċċettaw fl-istatut tagħhom id-dritt għar-rikors fit-tribunali ordinarji, iżda jirrikonoxxi li l-prinċipju ta’ awtoregolamentazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali, mill-kampjonati u mill-kompetizzjonijiet, isaħħaħ u jiġġustifika l-istrutturi tal-mudell Ewropew tal-isport u l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet sportivi; |
17. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-implimentazzjoni u t-tisħiħ ta’ sistemi ta’ liċenzjar awto-regolatorji fuq livell nazzjonali jew Ewropew sabiex tiżdied it-tmexxija tajba u biex it-trasparenza finanzjarja u l-istabilità jitpoġġew fuq l-istess livell; jirrakkomanda li jittieħdu miżuri li jwasslu għall-kisba ta’ trasparenza finanzjarja u għall-kontroll tan-nefqa fl-isports, biex mhux biss tkun assigurata l-istabilità, iżda wkoll il-kompetituri Ewropej fil-qasam sportiv ikollhom l-istess kundizzjonijiet, jirrikonoxxi l-benefiċċju ta’ organizzaturi ta’ kompetizzjonijiet nazzjonali u Ewropej li joħorġu liċenzji għall-klabbs professjonali biex ikun żgurat li dawk il-klabbs għandhom l-istruttura neċessarja u jilħqu l-kundizzjonijiet materjali meħtieġa biex jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet; |
18. |
Jistieden lill- organizzaturi tal-kompetizzjonijiet nazzjonali u lill- sportivi Ewropej biex jiżguraw li l-proċeduri għal-liċenzjar ta’ assoċjazzjonijiet sportivi jikkonformaw mal-prinċipji bażiċi ta’ trasparenza finanzjarja, mhumiex diskriminatorji u jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet bażiċi tas-suq intern, sabiex jonqos it-tfixkil għall-kompetizzjoni; jikkunsidra li l-organizzazzjonijiet sportivi għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti dwar it-trasparenza u l-liċenzjar jiġu osservati u li n-nuqqas ta’ konformità jiġi penalizzat; |
19. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni biex tkun organizzata konferenza mal-UEFA, ma’ lAssoċjazzjoni tal-Leagues ta’ Futbol Ewropej (EPFL), mal-Unjoni Internazzjonali tal-Futbolers Professjonali (Fifpro), mal-assoċjazzjonijiet nazzjonali u l-entitajiet nazzjonali responsabbli mill-organizzazzjoni ta’ avvenimenti tal-futbol biex jiġu diskussi ftehim ta’ liċenzjar u l-aħjar prattiki f’dan il-qasam speċifiku u jistieden lill-Kummissjoni biex tistieden assoċjazzjonijiet rappreżentattivi oħrajn għal din il-konferenza; |
Doping
20. |
Jitlob lill-Istati Membri biex jiftiehmu dwar approċċ leġiżlattiv komuni rigward id-doping sabiex ikun żgurat trattament legali simili fl-Istati Membri kollha u jiġu definiti l-pożizzjonijiet komuni relatati mal-WADA, mal-Unesco u mal-Kunsill tal-Ewropa; jistieden lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma ffirmawx il-Konvenzjoni tal-Unesco kontra d-doping fl-isport biex jagħmlu dan; |
21. |
Jistieden lill-Unjoni, bħala partiċipant fl-WADA, bil-għan li jkun miġġieled id-doping, biex l-ewwelnett issaħħaħ in-networks eżistenti, u imbagħad tiżviluppa sħubijiet ġodda bejn l-aġenziji għall-infurzar tal-liġi, il-laboratorji akkreditati mill-WADA, mill-Europol u mill-Interpol biex jiskambjaw informazzjoni dwar sustanzi ta’ doping u prattiki ġodda fil-ħin u f’ambjent sikur; |
22. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex timplimenta azzjonijiet Nru 4 u 5 tal-Pjan ta’ Azzjoni “Pierre de Coubertin” biex tippromwovi l-iżvilupp ta’ sħubijiet bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, il-laboratorji akkreditati mill-WADA u mill-Interpol biex jiskambjaw informazzjoni dwar sustanzi u prattiki ġodda ta’ doping fil-ħin u f’ambjent sikur u biex ikun faċilitat u appoġġjat b’mod attiv il-ħolqien ta’ network ta’ organizzazzjonijiet nazzjonali kontra d-doping fl-Istati Membri; |
23. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jittrattaw it-traffikar ta’ sustanzi illegali tad-doping bl-istess mod tat-traffikar tad-drogi u biex jadattaw il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali tagħhom f’dan is-sens; u jistieden lill-Kummissjoni biex tirrifletti dwar kif din ir-rakkomandazzjoni magħmula fil-White Paper tista’ tkun żviluppata iktar; |
24. |
Jitlob li jkun hemm politika mmirata lejn il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra d-doping li tinkludi l-evitar ta’ programmi mimlijin ħafna li jagħmlu pressjoni fuq l-atleti; Jenfasizza l-bżonn li jkunu miġġielda l-irregolaritajiet permezz ta’ kontrolli, riċerka, eżaminazzjonijiet u monitoraġġ fit-tul minn tobba indipendenti u permezz ta’ edukazzjoni u fl-istess ħin, prevenzjoni u taħriġ; jistieden lill-klabbs professjonali u lill-organizzazzjonijiet sportivi biex jimpenjaw ruħhom li jiġġieldu kontra d-doping u li jimmoniterjaw il-konformità permezz ta’ verifiki interni u esterni indipendenti; |
25. |
Jitlob li jkun hemm żvilupp ta’ pjan ta’ azzjoni dwar il-ġlieda kontra d-doping fil-preparamenti għall-Olimpjadi li jmiss li huma mistennija li jsiru fl-UE (Londra 2012); |
26. |
Jitlob li l-iffinanzjar ikun disponibbli għar-riċerka dwar id-doping permezz tal-Programm ta’ Qafas dwar ir-Riċerka u l-Programm dwar is-Saħħa Pubblika; |
27. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw informazzjoni iktar komprensiva u edukazzjoni għall-kompetituri sportivi żgħażagħ dwar drogi li jtejbu l-prestazzjoni, riċetti tat-tabib li jistgħu jinkludu dawn it-tipi ta’ drodi u l-effetti tagħhom fuq id-drogi; |
Edukazzjoni, żgħażagħ u saħħa
28. |
Jenfasizza l-irwol tal-isports fl-edukazzjoni, li jgħallem liż-żgħażagħ il-valuri tat-tolleranzau r-rispett reċiproku, l-onestà, ir-rispett għar-regoli ta’ logħob onest u l-prevenzjoni tal-kura tas-saħħa, b’mod partikolari biex tkun trattata l-obeżità; |
29. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni li tippromwovi l-isports u l-eżerċizzju fiżiku bħala fatturi ewlenin relatati mal-istandards tal-edukazzjoni, sabiex l-iskejjel isiru aktar attraenti u jitjiebu l-istandards akkademiċi; jappoġġja r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni lill-Istati Membri sabiex jiżviluppaw strateġiji fuq livell nazzjonali li, fil-qafas tal-programmi edukattivi, huma maħsuba sabiex iżidu u jtejbu l-attività fiżika tat-tfal u tat-tfal tal-iskola minn età żgħira ħafna; jenfasizza l-importanza li tiġi ffinanzjata l-attività fiżika fl-iskejjel, li hija fundamentali għall-iżvilupp psikoloġiku u fiżiku tal-iżgħar tfal, u hija wkoll strument ewlieni fil-kura tas-saħħa għaż-żgħar u għal dawk li m’għadhomx daqshekk żgħar; |
30. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu miżuri ulterjuri li jippromwovu l-isport u l-eżerċizzju fiżiku bħala fatturi ewlenin biex jogħlew l-istandards nazzjonali tal-edukazzjoni u biex jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet offruti mill-programmi tal-komunità dwar mobilità fil-livelli kollha tal-edukazzjoni tat-taħriġ vokazzjonali u tat-tagħlim għal tul il-ħajja; |
31. |
Jirrakkomanda li l-Istati Membri jirrikonoxxu l-bżonn li jipprovdu taħriġ għall-isportivi żgħażagħ irġiel u nisa biex ikollhom “karriera doppja” — kemm sportiva u kemm akkademika, b’mod li jkun possibbli għall-isportivi professjonali biex jerġgħu jintegraw ruħhom fis-suq tax-xogħol fi tmiem il-karriera tagħhom, b’attenzjoni speċjali għall-edukazzjoni ta’ dawk l-iżgħar fosthom — għal-liema skop jeħtieġ li jkun hemm superviżjoni iktar stretta u kontrolli iktar regolari fuq it-taħriġ sabiex tkun garantita l-kwalità tiegħu u biex ikunu provduti ċentri ta’ taħriġ lokali ta’ kwalità għolja li jissalvagwardjaw l-interessi morali, edukattivi u professjonali; |
32. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iżidu l-miżuri ta’ prevenzjoni u l-kontolli tas-saħħa għaż-żgħażagħ sportivi u biex jiżguraw li jitħarsu d-drittijiet kollha mniżżla fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal; |
33. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni dwar l-għoti tal-premju Ewropew għall-iskejjel li jappoġġjaw b’mod attiv u jippromwovu l-eżerċizzju fiżiku bħala parti mill-kurrikulu; |
34. |
Jaqbel mal-Kummissjoni li investiment fi sportivi żgħażagħ irġiel u nisa huwa kruċjali għall-iżvilupp sostenibbli tal-isports u jemmen li hemm sfida reali għall-moviment sportiv biex jiżgura t-taħriġ lokali tal-plejers; jemmen li r-regola tal-UEFA dwar plejers imrawma domestikament tista’ sservi ta’ eżempju għal federazzjonijiet, kampjonati u klabbs oħra; |
35. |
Jirreferi f’dan ir-rigward għall-kompitu tal-Unjoni, mogħti lilha mit-Trattat ta’ Liżbona, dwar il-protezzjoni tal-integrità fiżika u morali speċjalment tal-iktar sportivi rġiel u nisa żgħażagħ; |
36. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tirrikonoxxi l-legalità ta’ miżuri li jiffaċilitaw il-promozzjoni ta’ plejers telgħu permezz ta’ skemi ta’ taħriġ, bħan-numru minimu ta’ plejers imrawmalokalment, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, fuq l-istaff professjonali; |
37. |
Jitlob lill-Kummissjoni tinkuraġġixxi l-miżuri tal-organizzazzjonijiet sportivi bil-għan li jipproteġu l-isportivi żgħażagħ, bir-rispett dovut lill-ispeċifiċità tal-isport, billi tesprimi ruħha apertament favur applikazzjoni aktar stretta tar-regolament tal-FIFA li tipprojbixxi t-trasferiment ta’ plejers taħt is-sittax-il sena ġewwa l-UE u ssostni l-prinċipju li jgħid li l-firma tal-ewwel kuntratt professjonali ta’ kull plejer għandha ssir mal-klabb li jkun tah il-formazzjoni; |
38. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiġġieldu kontra l-isfruttament tat-tfajliet u tas-subien fl-isport u kontra t-traffikar tat-tfal billi jinfurzaw il-liġijiet u r-regoli eżistenti b’mod strett; jissuġġerixxi li għandu jkun hemm livell ogħla ta’ sigurtà legali, b’mod partikulari fl-applikazzjoni tar-’regola dwar il-plejers imrawma domestikament’; |
39. |
Jiddeplora l-prattika ta’ gvernijiet ta’ Stati Membri li jbigħu “playing-fields” ta’ skejjel sabiex jiġu żviluppati; jikkunsidra li l-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa jiżguraw li t-tfal għandhom biżżejjed faċilitajiet biex jimpenjaw ruħhom fl-isport u fl-attivitajiet fiżiċi fl-iskola; jistieden lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw aċċess ħieles għall-persuni taħt l-14 –il sena għall-kompetizzjonijiet nazzjonali u internazzjonali kollha; |
40. |
Minħabba l-bżonn li jiġi adottat approċċ orizzontali għal kwistjonijiet li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa, jirrakkomanda li l-Kummissjoni tħeġġeġ il-promozzjoni tal-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa matul l-avvenimenti sportivi Ewropej; jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni li ħadet il-Kummissjoni biex tippromwovi xiri ekoloġiku fil-kuntest tad-djalogu politiku tagħha ma’ Stati Membri u partijiet ikkonċernati oħrajn; |
41. |
Jirrikonoxxi l-importanza tal-isports fil-ħarsien tas-saħħa u għalhekk jirrakkomanda li s-sidien tad-drittijiet tax-xandir jippromwovu l-isports b’dan l-objettiv f’moħħhom; |
42. |
Jiġbed l-attenzjoni li r-rabta bejn l-isport u s-saħħa hija konsiderazzjoni importanti, sabiex il-koperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet sportivi u l-fondi tas-saħħa u t-tobba saret prattika dejjem iżjed komuni li tirrapreżenta valur miżjud enormi għas-servizz għall-kura tas-saħħa u fl-istess ħin, tfaddil finanzjarju; u jikkunsidra bħala fattur kruċjali li ż-żgħażagħ ikunu edukati biex isiru konxji dwar l-importanza tal-ikel li hu tajjeb għas-saħħa, fiċ-ċirkustanzi ta’ inter-relazzjoni bejn l-ikel u l-eżerċizzju fiżiku, permezz ta’ avvenimenti madwar l-Ewropa kollha, bħal pereżempju “l-Ġurnata tal-Ikel mingħajr E”; |
43. |
Jenfasizza l-importanza tal-eżerċizzju fiżiku u tal-isports fit-trażżin tal-obeżità u fit-tneħħija ta’ drawwiet ta’ stili ta’ ħajja mhux tajbin għas-saħħa, peress li dan il-fenomenu għandu impatt pożittiv sinifikanti fuq is-saħħa taċ-ċittadini min-naħa l-waħda u, minn naħa l-oħra, fir-rigward tat-tnaqqis tal-ispiża tal-fondi tal-assikurazzjoni fuq is-saħħa; madankollu jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-estensjoni tas-sigħat tax-xogħol u l-kundizzjonijiet eżistenti ta’ impjieg b’mod ġenerali jiskurraġġixxu lill-ħaddiema milli jwettqu eżerċizzju fiżiku regolari u jiddedikaw irwieħom għall-isports b’mod aktar iffukat; Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa u tippubblika, flimkien mal-federazzjonijiet sportivi, linjigwida Ewropej u rakkomandazzjonijiet dwar attività fiżika qabel l-aħħar tal-2008; |
44. |
Jistieden lill-Istati Membri biex joħolqu il-qafas għall-Organizzazzjoni ta’ Kampjonati Ewropej għall-Iskejjel u Kampjonati Ewropej għall-Universitajiet, sabiex iż-żgħażagħ jiġu preparati biex jagħmlu preżentazzjoni u sabiex jitħeġġeġ id-djalogu interkulturali; |
Inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni
45. |
Jenfasizza li l-isport huwa wieħed mill-aktar għodda effettivi għall-integrazzjoni soċjali u, għalhekk għandu jkun promoss u appoġġjat iktar mill-Unjoni Ewropea, pereżempju permezz ta’ programmi speċjali għall-organizzaturi Ewropej u permezz ta’ avveniment sportivi u rikreattivi nazzjonali u lokali; jikkunsidra li dawn l-opportunitajiet għandhom ikunu estiżi, b’mod partikolari għall-organizzaturi ta’ avvenimenti sportivi li jippromwovu l-integrazzjoni u jinvolvu lill-persuni b’diżabilità; jikkunsidra li fil-kuntest tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali 2008, għandha tingħata attenzjoni lill-irwol tal-isport bħala qasam ta’ koeżistenza interkulturali u bħala bażi għal djalogu u koperazzjoni mal-pajjiżi terzi; |
46. |
Jenfasizza l-importanza li n-nies jiġu mħeġġa jipprattikaw l-isports billi jiġu ggarantiti l-aċċess għall-isports għal kulħadd u għall-opportunitajiet indaqs u billi jsir investiment fit-tħarriġ ta’ għalliema u ta’ kowċis tal-isports kif ukoll f’aktar faċilitajiet sportivi pubbliċi; |
47. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ma jikkunsidrawx biss l-isport bħala prerogattiva għall-persuni b’saħħithom biss iżda wkoll bħala strument importanti għar-rijabilitazzjoni u l-inklużjoni soċjali tal-persuni b’diżabilitajiet; f’dan il-kuntest, iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw miżuri prattiki u inizjattivi li jippromwovu integrazzjoni ikbar tal-parteċipanti b’diżabilità fid-dixxiplini sportivi tradizzjonali; |
48. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet sportivi u lill-Istati Membri biex jadattaw l-infrastrutturi tal-isports u tal-iskejjel għall-bżonnijiet ta’ persuni b’diżabilità u jitlob li jkun hemm mod aktar faċli għall-għalliema tal-edukazzjoni fiżika biex jagħmlu studji dwar il-kinetoterapija u t-terapija fiżika li jippermettulhom li jaħdmu ma’ tfal b’diżabilità parzjali skond il-kundizzjonijiet li jkollhom; |
49. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri biex jappoġġjaw miżuri ulterjuri għall-persuni b’diżabilitajiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li d-drittijiet kollha li huma mmirati għall-isportivi jkunu aċċessibbli bl-istess mod għall-isportivi b’diżabilità; |
50. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon il-White Paper tal-Kummissjoni dwar l-Isport; jiddispjaċih, madanakollu li l-aspett tal-ġeneru mhux qed jitqies kif xieraq, speċjalment fir-rigward ta’ paga indaqs għall-istess valur u fir-rigward tal-fatt li l-atleti nisa jaqilgħu anqas flus mill-atleti rġiel; |
51. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon il-volontà li wriet il-Kummissjoni biex tinkludi l-integrazzjoni l-irġiel u n-nisa fl-attivitajiet kollha marbuta mal-isport, filwaqt li tagħti attenzjoni partikolari għall-aċċess għall-isport għan-nisa immigranti u għan-nisa li ġejjin minn minoritajiet etniċi, għall-aċċess tan-nisa li jinsabu f’karigi li jinvolvu teħid ta’ deċiżjonijiet fil-kamp sportiv u biex attivitajiet sportivi tan-nisa jiġu mxandra fil-media; |
52. |
Jitlob lill-Istati Membri biex jagħtu l-istess għarfien lill-kisbiet tan-nisa fl-isport, u jingħataw premjijiet finanzjarji xierqa mingħajr dewmien, kif ukoll biex idaħħlu dispożizzjonijiet legali biex jiġi żgurat li n-nisa ma jingħatawx premjijiet finanzjarji jew ta’ xort’ oħra ta’ inqas valur f’avvenimenti sportivi; |
53. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu r-rappurtaġġ mill-media tal-attivitajiet sportivi tan-nisa sabiex jitħeġġeġ l-iżvilupp ta’ nisa li jitqiesu bħala mudell u sabiex jingħeleb l-isterjotipar tas-sessi, kif ukoll biex joffru lin-nisa l-possibilità li jkollhom karriera relatata mad-dinja sportiva, inklużi pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet; |
54. |
Jistieden lill-Istati Membri biex progressivament jadattaw l-infrastrutturi tal-isport tagħhom biex ikunu kkunsidrati l-bżonnijiet tal-persuni b’diżabilit speċjalment tat-tfal b’diżabilità, iżda wkoll tal-anzjani u tan-nisa fl-isfond taż-żieda fl-għomor tal-ħajja iktar attiv u l-importanza tal-isport għat-tisħiħ tas-saħħa fiżika u mentali, rigward l-aċċess għal infrastuttura bħal din, u biex wieħed jitgħallem mill-aħjar prattiki f’dan il-qasam; Jistieden lill-Istati Membri biex jimmoniterjaw l-użu tal-fondi pubbliċi mmirati għall-isport u biex jikkontrollaw li dawn jiġu allokati b’mod indaqs għall-ħtiġijiet tal-isportivi nisa u rġiel; |
55. |
Jenfasizza l-irwol partikolarment importanti tal-isports għall-inklużjoni soċjali ta’ dawk li ġejjin minn sfond soċjali żvantaġġat, b’mod partikolari l-immigranti; istieden lill-Istati Membri f’dan ir-rigward biex jinkludu l-attivitajiet u l-programmi sportivi f’inizjattivi ffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew bil-għan li tinkiseb l-integrazzjoni soċjali u l-parteċipazzjoni ta’ dawk li huma parti mill-kategoriji żvantaġġati; |
56. |
Huwa favur il-pożizzjoni tal-Kummissjoni li tirrikonoxxi l-irwol tal-isport bħalastrument utli għall-integrazzjoni tal-migranti u b’mod aktar ġenerali bħala strument ta’ inklużjoni soċjali; Jipproponi li l-aċċess għall-isports u l-integrazzjoni fl-infrastrutturi tal-isports soċjali għandhom jitqiesu bħala indikatur tal-integrazzjoni soċjali u bħala fattur għall-analiżi tal-fenomenu tal-esklużjoni soċjali; |
57. |
Jenfasizza l-irwol tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-organizzazzjoni ta’ avvenimenti professjonali u rikreattivi tal-isports, għall-iżvilupp tal-infrastruttura kif ukoll għall-promozzjoni tal-isports u ta’ stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa fost iċ-ċittadini tal-UE, b’mod partikolari fost it-tfal tal-iskola. |
58. |
Jistieden lill-organizzazzjonijiet sportivi u lill-Istati Membri biex jadottaw miżuri li jiġġieldu r-razziżmu u d-diskriminazzjoni fl-isport; jikkunsidra l-arena sportiva bħala l-post tax-xogħol tal-atleti professjonali u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex tiżgura post tax-xogħol mingħajr diskriminazzjoni; |
59. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jittrasponu u jimplimentaw id- Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (10) u d- Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (11); |
60. |
Jistieden lill-organizzazzjonijiet sportivi professjonali u lill-klabbs sportivi biex iniedu kampanji li jindirizzaw kull forma ta’ diskriminazzjoni, razziżmu u ksenofobija qabel, waqt u wara attivitajiet sportivi u partiti minn parteċipanti u spettaturi, kemm fil-grawnds u barra minnhom; |
L-isport u l-pajjiżi terzi
61. |
Jinsisti li l-iżvilupp permezz tal-isport ma għandu qatt iwassal għat-telf ta’ tal-aħjar atleti (muscle drain) u jistieden lill-Unjoni biex tindirizza din il-kwistjoni fid-djalogu politiku u l-koperazzjoni tagħha ma’ pajjiżi imsieħba; |
62. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jespandu l-iskop tad-djalogu u l-koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet bħat-trasferimenti ta’ plejers internazzjonali, l-isfruttar ta’ plejers minorenni, id-doping, il-ħasil tal-flus permezz tal-isport u s-sikurezza waqt l-avvenimenti sportivi internazzjonali kbar; |
63. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu iktar faċilitajiet li jakkomodaw sportivi rġiel u nisa minn pajjiżi terzi skond id-dikjarazzjonijiet riċenti dwar migrazzjoni ċiklika, dwar ftehim ta’ sħubija ma’ pajjiżi terzi dwar il-mobilità u dwar il-politika dwar il-migrazzjoni legali pjanata fl-2005; |
64. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, biex meta jevalwaw l-isport fil-qafas tal-politiki ta’ żvilupp tal-UE, joħolqu sinerġiji mal-programmi eżistenti tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-Istai Membri, tal-awtoritajiet lokali, tal-NGOs tal-organizzazzjonijiet privati tal-Unjoni Ewropea; |
Is-sorveljanza tal-avvenimenti sportivi
65. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu l-iskambju tal-aħjar prattiki u tal-informazzjoni operattiva dwar partitarji riskjużi bejn is-servizzi tal-pulizija, l-inizjattivi tal-partitarji, il-gruppi lokali kontra l-vjolenza u l-esperti u l-awtoritajiet tal-isport, sabiex ikunu evitati u indirizzati każijiet ta’ vjolenza, razziżmu u ksenofobija waqt l-avvenimenti sportivi; jistieden lill-partijiet kollha kkonċernati biex jilagħbu rwol attiv, jimplimentaw sanzjonijiet immedjati u aktar stretti kontra r-razziżmu u l-vjolenza kemm fil-grawnds u kemm fit-tribuni u biex jitgħallmu mill-esperjenza ta’ organizzaturi ta’ kompetizzjonijiet u ta’ klabbs f’dan il-qasam fuq livell domestiku u Ewropew biex ikun żgurat li jkunu garantiti standards minimi għoljin mill-awtoritajiet pubbliċi u l-organizzaturi ta’ kompetizzjonijiet fil-proċeduri ta’ implimentazzjoni u fil-pjan tas-sigurtà tal-partiti; Jenfasizza l-bżonn li jinħolqu kundizzjonijiet għal approċċ iktar komprensiv, li jinvolvi l-parteċipanti involuti kollha fi strateġija maħsuba biex isaħħaħ l-aspetti mhux ripressivi tar-rispons għall-isfidi, b’attenzjoni qawwija fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ; |
66. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jimplimentaw “politika mmexxija b’intelliġenza” ta’ koperazzjoni tal-pulizija transkonfinali fil-qasam tal-isport, inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni u intelliġenza bejn is-servizzi ta’ sigurtà, filwaqt li jiġi żgurat ir-rispett għal-libertà, għad-drittijiet fundamentali u għar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta; |
67. |
Jiġbed attenzjoni partikolari għall-esperjenza imprezzabbli miksuba permezz tal-NFIPs (National Football Information Points, responsabbli għall-koordinazzjoni u l-iffaċilitar tal-iskambju ta’ informazzjoni tal-pulizija transkonfinali, inklużi evalwazzjonijiet tar-riskji u dejta dwar partitarji li joħolqu riskju għoli) u l-manwal għal koperazzjoni tal-pulizija internazzjonali, li jistgħu jilagħbu rwol ewlieni f’din “il-politika mmexxija b’intelliġenza”; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jintensifikaw il-koperazzjoni bejniethom u biex jiżviluppaw u jaġġornaw iktar dan l-approċċ meta jkun neċessarju; |
68. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tkun evitata l-vjolenza waqt l-avvenimenti sportivi u jirrakkomanda l-iżvilupp ta’ miżuri biex tkun miġġielda l-vjolenza fl-isports fl-iskejjel; |
69. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ liċenzjar tal-klabbs kemm fuq livell nazzjonali u kemm fuq livell Ewropew u jemmen li sistemi bħal dawn għandhom jinkludu wkoll dispożizzjonijiet relatati mal-prevenzjoni ta’ razziżmu, il-ksenofobija u vjolenza u mal-protezzjoni tal-minorenni u mar-rispett tad-drittijiet fundamentali; |
Aspetti ekonomiċi
70. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jintroduċu leġiżlazzjoni u/jew isaħħu r-regolamenti eżistenti u biex jagħtu importanza partikolari lir-rispett għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-komunikazzjonijiet kummerċjali, fl-użu ta’ trejd marks u fid-drittijiet tal-media tal-istampa u tal-ismijiet u li kwalunkwe “spin-offs” oħra mill-organizzaturi ta’ avvenimenti sportivi jinsabu għaddejjin biex tkun protetta l-ekonomija tal-isport professjonali, filwaqt li jkun rispettat id-dritt għar-“rappurtaġġ fil-qosor” kif stabbilit mid-Direttiva 2007/65/KE (id-Direttiva dwar is-“Servizzi tal-Media Awdjoviżivi”) (12) u l-iżvilupp ibbilanċjat u awto-suffiċjenti tal-isport, mingħajr ma jkun ipperikolat il-bilanċ bejn it-tħassib leġittimu ta’ organizzazzjoni sportiva u l-bżonnijiet tal-pubbliku biex ikun jista’ jaċċessa u joħloq informazzjoni oġġettiva, informattiva u topika f’kontenut bil-miktub, bl-istampi u bl-awdjo; Jiġbed l-attenzjoni li huwa importanti wkoll li l-benefiċjarji jkunu garantiti l-possibbiltà li jkollhom aċċess mill-bogħod għall-avvenimenti sportivi transkonfinali fl-UE; B’mod partikolari, il-problemi tal-kummerċjalizzazzjoni parassita (ambush marketing), tal-piraterija fuq l-internet u tal-imħatri illegali fuq l-isport għandhom ikunu indirizzati bi prijorità mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni; |
71. |
Jirrikonoxxi d-dritt tal-media kollha li jkollha aċċess għall-avvenimenti sportivi organizzati li għandhom interess kbir għall-pubbliku u għad-dritt li tirrapporta dwarhom sabiex ikun garantit id-dritt tal-pubbliku li jirċievi l-aħbarijiet u l-informazzjoni fil-programmi tal-aħbarijiet; Jirrikonoxxi d-dritt tal-Istati Membri li jkunu jistgħu jieħdu miżuri sabiex iħarsu d-dritt ta’ informazzjoni u biex jiżguraw li l-pubbliku jkollu aċċess wiesa’ għax-xandir bit-televiżjoni ta’ eventi sportivi nazzjonali, jew mhux nazzjonali, li jkunu ta’ importanza ewlenija għas-soċjetà, bħal-Logħob Olimpiku, it-Tazza tad-Dinja tal-futbol u l-Kampjonat Ewropew tal-Futbol; |
72. |
Itenni l-appoġġ tiegħu li l-Istati Membri jagħmlu lista ta’ avvenimenti ta’ importanza kbira għall-pubbliku li għandhom ikunu mxandra fuq it-televiżjoni “free-to-air” skond l-Artikolu 3a tad-Direttiva dwar is-Servizzi Awdjoviżivi tal-Media msemmi hawn fuq u jikkundanna l-azzjonijiet tat-tribunal tal-FIFA f’dan ir-rigward; |
73. |
Jirrakkomanda li l-Istati Membri u l-federazzjonijiet sportivi nazzjonali u l-kampjonati jintroduċu l-bejgħ kollettiv tad-drittijiet tal-media (fejn dan mhuwiex diġà il-każ); jikkunsidra li jeħtieġ li jkun hemm, fl-interessi tas-solidarjetà, tad-distribuzzjoni mill-ġdid b’mod ugwali tad-dħul bejn il-klabbs sportivi, inklużi dawk l-iżgħar fosthom, fil-kampjonati u bejniethom u bejn l-isport tad-dilettanti u l-isport professjonali, sabiex tkun evitata sitwazzjoni li jibbenefikaw mid-drittijiet tal-media il-klabbs il-kbar biss; |
74. |
Jirrikonoxxi li d-drittijiet tal-isports jeħtieġu l-istess ħarsien bħal drittijiet oħra tal-midja; jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rikonoxximent tal-Kummissjoni tal-bejgħ kollettiv tad-drittijiet tal-media bħala għodda biex tinkiseb solidarjetà ikbar fl-isports u tal-insistenza tagħha għall-ħolqien u l-manutenzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ solidarjetà; Jistieden lill-kampjonati li ma jbassrux dawn il-mekkaniżmi biex jintroduċuhom u jistieden lill-Kummissjoni biex taċċetta l-bejgħ kollettiv tad-drittijiet tal-media bħala attività li b’mod ġenerali tikkonforma mar-regoli ta’ kompetizzjoni tal-UE, jew li alternattivament tistipula eżenzjoni blokk għall-bejgħ kollettiv tad-drittijiet tal-media fil-qasam tal-isport, biex b’hekk tkun żgurata ċertezza legali kemm għall-organizzaturi ta’ avvenimenti sportivi u kemm għall-investituri tal-media; |
75. |
Jistqarr li l-isport għandu jiżgura l-interdipendenza tal-kompetituri u l-ħtieġa li jkun garantit eżitu inprevedibbli tal-kompetizzjonijiet, li tista’ tiġġustifika l-implimentazzjoni minn organizzazzjonijiet tal-isport ta’ qafas speċifiku għall-produzzjoni u l-bejgħ ta’ eventi sportivi; madanakollu, dawn il-karatteristiċi speċifiċi tal-isport ma jiġġustifikawx l-eżenzjoni awtomatika mir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE ta’ kwalunkwe attività ekonomika ġġenerata mill-isport; |
76. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isaħħu iktar id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (IPR) fil-qasam tal-isport u jitlob li jkun hemm azzjoni konkreta li tipproteġi lill-IPR tal-organizzaturi ta’ avvenimenti sportivi rigward ir-riżultati u l-avveniment sportiv tagħhom b’mod ġenerali, mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-istampa; |
77. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti biżżejjed attenzjoni lill-piraterija sportiva fl-istrateġija tagħha għas-settur tal-kontenut “online” u fil-ġlieda tagħha kontra l-piraterija; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isaħħu d-drittijiet tal-qasam sportiv fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intelletwali (WIPO) u d-djalogu tagħhom ma’ pajjiżi terzi; |
78. |
Jinnota li spiss ikun hemm differenzi bejn il-provvista ta’ biljetti u d-domanda għalihom, għal avvenimenti sportivi kbar u dan huwa ta’ detriment għal konsumaturi; jenfasizza li l-interessi tal-konsumaturi għandhom jitqiesu b’mod sħiħ waqt id-distribuzzjoni tal-biljetti u li bejgħ mhux diskriminatorju u ġust għandu jkun garantit fil-livelli kollha; |
79. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw metodu statistiku Ewropew għall-kejl tal-impatt ekonomiku tal-isport ibbażat fuq il-kontijiet statistiċi nazzjonali għall-isport, li maż-żmien jistgħu jwasslu għal kont rigwars is-Satellii Ewropej għall-isport. |
80. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi fl-ambitu tal-pjanijiet tagħha għal evalwazzjoni immedjata futura dwar il-kontribuzzjoni diretta magħmula mill-isport lill-GDP, lill-iżvilupp u lill-impjieg u dwar il-kontribuzzjoni indiretta tiegħu permezz tal-edukazzjoni, l-iżvilupp reġjonali u l-appell ikbar tal-UE, għall-Aġenda ta’ Liżbona; |
81. |
Jirrakkomanda li l-Istati Membri jagħmlu użu iktar effettiv tal-potenzjal tal-isport biex joħloq impjiegi u jippromwovi tkabbir ekonomiku u tiġdid, b’mod partikolari fi nħawi żvantaġġati u li l-Istati Membri u l-Unjoni jappoġġjaw lill-isport kif xieraq, permezz tal-programmi ta’ ffinanzjar eżistenti tal-UE u f’dan l-isfond jenfasizza l-irwol importanti li l-isport jilgħab fil-qasam tal-inklużjoni soċjali; jirrikonoxxi l-irwol tad-dħul mill-media u minn drittijiet oħra tal-proprjetà intelletwali fit-tkabbir tan-nefqa għal proġetti ta’ tiġdid u tal-Komunità, |
82. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jgħinu lill-Kummissjoni torganizza l-iskambju tal-aħjar prattiki bejniethom u bejn il-federazzjonijiet sportivi dwar l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti sportivi kbar bil-għan li jkunu promossi l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli, il-kompetizzjoni u l-impjieg; |
83. |
Jipproponi li jinħoloq mekkaniżmu effettiv sabiex titħeġġeġ il-koperazzjoni transkonfinali u interreġjonali biex l-investimenti f’infrastrutturi b’konnessjoni ma’ avvenimenti sportivi jkunu utilizzati aħjar; barra minn hekk jinkoraġġixxi l-promozzjoni tal-isports permezz tar-raggruppament Ewropew ta’ koperazzjoni territorjali kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar raggruppament Ewropew ta’ koperazzjoni territorjali (EGTC) (13); |
84. |
Jappoġġja tisħiħ tas-solidarjetà bejn l-isports professjonali u dak tad-dilettanti sabiex ikunu mħeġġa l-klabbs iż-żgħar, ikun promoss l-isports fl-iskejjel u jkunu żviluppati l-infrastrutturi lokali rilevanti; jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rikonoxximent tal-Kummissjoni tal-isfidi partikulari li jiffaċċja l-isport tad-dilettanti u dak li ma jagħmilx qligħ u l-isport li jiddependi fuq voluntiera u jitlob biex dan jiġi rifless fl-aspetti ekonomiċi kollha tal-politika dwar l-isport tal-ġejjieni; |
85. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-isports mhux professjonali, li ta’ spiss huwa ttraskurat; jenfasizza l-ħtieġa għal aktar appoġġ finanzjarju, kundizzjonijiet ta’ xogħol aħjar, u inċentivi u benefiċċji oħra li għandhom jingħataw lill-isports mhux professjonali, inklużi lill-klabbs li ma jagħmlux profitt u lill-atleti, lit-trejners jew il-kowċis u lir-referis dilettanti u lill-volontiera tal-klabbs; |
86. |
Jenfasizza għal darb’oħra l-bżonn li jkun garantit li l-Istat jassumi l-ispejjeż relatata mas-sigurtà tal-kompetizzjonijiet mhux professjonali organizzati mill-klabbs li ma jagħmlux profitt; |
87. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tgħin tinżamm is-sistema kurrenti ta’ ffinanzjar pubbliku tal-isport mhux professjonali permezz ta’ kontribuzzjonijiet mil-lotteriji mmexxija mill-Istat u l-entitajiet liċenzjati tal-logħob tal-ażżard fl-interess ġenerali, bil-għan li jkunu żgurati sorsi ta’ ffinanzjar għall-isport mhux professjonali; |
88. |
Jistenna b’interess ir-riżultati tas-survey indipendenti dwar l-iffinanzjar kemm pubbliku u kemm privat tal-isport bażiku u tal-isport għal kulħadd fl-Istati Membri u dwar l-impatt tat-tibdiliet kontinwi li qed isseħħu f’dak is-settur; |
89. |
Jesprimi t-tħassib dwar it-tneħħija possibbli tar-regoli tas-suq għal-logħob tal-ażżard u l-lotteriji; jikkunsidra li huwa xieraq li l-qligħ minn lotteriji bħal dawn jintuża għal skopijiet ta’ interess pubbliku, inkluż l-iffinanzjar kontinwu ta’ sports professjonali u tad-dilettanti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jadottaw miżuri regolatorji li jiżguraw li l-isport huwa protett minn kwalunkwe influwenza negattiva relatata mal-imħatri, li jiggarantixxu l-integrità tal-avvenimenti sportivi u jassiguraw ir-rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-organizzaturi tal-kompetizzjonijiet;jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq studju dwar l-effetti potenzjali fuq is-soċjetà u l-isport tat-tneħħija tar-regoli tas-suq għal-logħob tal-ażżard u l-lotteriji, u dwar liema tipi ta’ mekkaniżmi ta’ kontroll jistgħu jintużaw biex jipproteġu lill-konsumaturi; |
90. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq proposta li tiżgura settur nadif tal-imħatri dwar l-isport fl-Unjoni, proposta li tevita l-użu ħażin u l-korruzzjoni u li tirrispetta d-drittijiet tal-avveniment sportiv tal-organizzaturi; ujitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex, flimkien mal-entitajiet sportivi u mal-operaturi tal-logħob tal-imħatri, jistudjaw il-possibilità li jinħoloq qafas ekwu, sostenibbli u li jiffunzjona, li jiżgura li l-isport kollu fl-Ujoni Ewropea jibqa’ ħieles mill-prattika ta’ mħatri illegali u jżomm il-fiduċja tal-pubbliku fl-integrità tal-isport; |
91. |
Jiġbed l-attenzjoni li s-sistemi fiskali diskriminatorji li jaffavorixxu lin-nies sportivi li huma applikati fl-Istati Membri jista’ jkollhom effetti li jgħawġu l-kompetizzjoni; |
92. |
Jenfasizza, flimkien mal-Kummissjoni, il-bżonn li wieħed ikompli jipprovdi l-possibilità ta’ rata mnaqqsa ta’ Taxxa fuq il-Valur Mizjud għall-attivitajiet sportivi, minħabba l-irwol soċjali u r-rabtiet mill-qrib mal-komunità lokali li l-isport għandu; |
93. |
Jinkoraġġixxi lill-organizzazzjonijiet sportivi biex jerġgħu jinvestu persentaġġ tad-dħul ġenerat mill-bejgħ tad-drittijiet tal-media u mill-inizjattivi fis-suq marbuta ma’ sport partikulari, u li dan l-investiment jiġi allokat direttament għall-finanzjament u għall-għajnuna lill-voluntiera li jaħdmu bla qligħ u lis-setturi ta’ dak l-isport; |
94. |
Jikkunsidra li hu importanti li tiġi rikonoxxuta l-ispeċifiċità tal-organizzazzjonijiet sportivi li ma jagħmlux qligħ u jinsisti li jkun xieraq li wieħed jikkunsidra, fil-qafas tal-liġi Komunitarja, id-differenza li teżisti bejn l-organizzazzjonijiet voluntarji, l-organizzazzjonijiet li ma jagħmlux qligħ u l-intrapriżi li jagħmlu l-qligħ; Jistieden lill-Istati Membri flimkien mal-Kummissjoni biex jiddefinixxu l-isfidi prinċipali li jaffaċċjaw l-assoċjazzjonijiet sportivi li ma jagħmlux qligħ u n-natura prinċipali tas-servizzi provduti minnhom; |
Kwistjonijiet relatati mal-impjieg tal-isportivi
95. |
Jikkunsidra li ma jkunx sew li l-atleti professjonali jkollhom inqas drittijiet minn ħaddiema oħra b’kuntratt u għalhekk jikkunsidra li hu importanti li l-atleti professjonali jkollhom firxa wiesgħa u trasparenti ta’ drittijiet bħall-ħaddiema oħra, inkluż id-dritt li jidħlu jew li jirrifjutaw milli jidħlu fi ftehim kollettivi jew li jissieħbu f’junjins professjonali u d-dritt li jirreferu għal tribunali ċivili; |
96. |
Jaffirma l-applikabilità bażika tal-leġiżlazzjoni tal-UE mhux diskriminatorja għall-qasam tal-isport fl-Ewropa u jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li kwalunkwe deroga dwar l-ispeċifiċità tal-isport tkun kemm legali u kemm limitata fl-iskop; Jikkunsidra li hemm ċertu sitwazzjonijiet li minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tal-isport, r-restrizzjonijiet limitati u proporzjonati dwar il-moviment ħieles, jistgħu jkunu xierqa, utli u neċessarji sabiex jippromwovu l-isport fl-Istati Membri; |
97. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw, permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, li kwalunkwe regola dwar it-trasferiment ta’ plejers f’kuntest Ewropew jirrispetta l-liġi tal-UE, b’kunsiderazzjoni xierqa għall-ispeċifiċità tal-isports u għal prinċipji fundamentali oħra bħaż-żamma tal-istabilità kuntrattwali u l-istabilità ta’ kompetizzjonijiet; |
98. |
Jistieden lill-Istati Membri u l-assoċjazzjonijiet sportivi biex jintroduċu regoli ġodda li joħolqu diskriminazzjoni diretta bbażata fuq nazzjonalità (bħar-regola ta’ 6+5 proposta mill-FIFA, b’kuntrast mal-iskema aktar proporzjonata u mhux diskriminatorja tal-plejers imrawma domestikament); jissuġġerixxi djalogu politiku mal-Istati Membri bħala mezz kif tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni fl-isport permezz ta’ rakkomandazzjonijiet, ta’ djalogu strutturat ma’ dawk involuti fl-isport u ta’ proċeduri ta’ ksur meta dawn huma meqjusa meħtieġa; |
99. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-entitajiet regolatorji relevanti sabiex jeżaminaw allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni u ta’ esplojtazzjoni fir-reklutaġġ u fl-impjieg ta’ atleti, b’mod partikolari ta’ atleti minorenni minn barra l-Unjoni Ewropea; |
100. |
100. Jikkundanna l-prattiki ħżiena fl-attivitajiet ta’ xi rappreżentanti ta’ plejers sportivi professjonali li rriżultaw f’każijiet ta’ korruzzjoni, ta’ ħasil tal-flus u ta’ sfruttar tal-plejers u tal-isportivi minorenni, prattiki li jagħmlu ħsara kbira lill-isport inġenerali; jemmen li r-realtà tal-ekonomija kurrenti madwar l-aġenti ta’ plejers teħtieġ li l-entitajiet li jikkontrollaw l-isport f’kull livell, b’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, itejbu r-regoli li jikkontrollaw l-aġenti tal-plejers; f’dan ir-rigward jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-isforzi tal-entitajiet ta’ kontroll biex jikkontrollaw lill-aġenti tal-plejers, jekk ikun hemm bżonn billi tressaq proposta għal direttiva dwar l-aġenti tal-plejers; jappoġġja s-sħubijiet pubbliċi-privati bejn l-entitajiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-isport u l-awtoritajiet inkarigati mill-ġlieda kontra l-korruzzjoni, li se jassistu fl-iżvilupp ta’ strateġiji effettivi ta’ prevenzjoni u ta’ kastig maħsubin biex jiġġieldu l-korruzzjoni; |
101. |
Jinnota li r-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali tal-aġenti tal-plejers huwa kopert mid-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (14), fejn il-professjoni hija suġġetta għal regoli nazzjonali; |
102. |
Jinsisti li l-liġi dwar l-immigrazzjoni għandha dejjem tkun osservata meta jsir reklutaġġ ta’ żgħażagħ barranin li għandhom talent u jistieden lill-Kummissjoni biex tindirizza din il-problema tat-traffikar tat-tfal fil-kuntest tad-Deċiżjoni ta’ Qafas tal-Kunsill 2002/629/JHA tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bniedem (15) u/jew fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 94/33/KE tat-22 ta’ Ġunju 1994 dwar il-protezzjoni taż-żgħażagħ fuq il-post tax-xogħol (16); |
103. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-assoċjazzjonijiet sportivi biex jikkoperaw fil-protezzjoni tas-saħħa mentali u fiżika taż-żgħażagħ permezz ta’ informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli, l-assikurazzjoni tas-saħħa għall-isportivi, l-iffissar ta’ standards minimi u l-iskambju tal-aħjar prattiki; |
104. |
Jistieden lill-entitajiet li jikkontrollaw l-isports u lill-klabbs biex jimpenjaw ruħhom fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin billi
|
105. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon l-inkoraġġiment mogħti lit-twaqqif ta’ kumitati Ewropej għad-djalogu soċjali fis-settur sportiv; Jappoġġja l-isforzi ta’ min iħaddem u tal-impjegati f’dan il-qasa u jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli d-djalogu miftuħ tagħha mal-organizzazzjonijiet sportivi dwar din il-kwistjoni; |
106. |
Jenfasizza l-importanza tad-djalogu soċjali promoss mill-Kummissjoni bħala pjattaforma indispensabbli li tippromwovi l-konsultazzjoni soċjali u relazzjonijiet stabbli bejn rappreżentanti ta’ min iħaddem u tal-impjegati u li tiżgura ċertezza legali u stabilità kuntrattwali fl-isport; f’dan ir-rigward, jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-EPFL u l-FIFpro, filwaqt lijirrikonoxxu lil xulxin b’mod reċiproku bħala imsieħba soċjali, flimkien talbu lill-Kummissjoni biex twaqqaf formalment il-Kumitat tal-UE għad-djalogu soċjali fis-settur tal-futbol professjonali, bil-klabbs u l-UEFA jipparteċipaw bħala imsieħba ugwali; |
107. |
Jikkunsidra li l-aġenti tal-plejers għandu jkollhom irwol fi djalogu soċjali msaħħa fl-isports, li flimkien ma’ regolamentazjoni aħjar u ma’ sistema Ewropea ta’ liċenzjar għall-aġenti, jiġu evitati każijiet ta’ attività illeċita mill-aġenti; |
L-iffinanzjar tal-UE għall-isport
108. |
Jitlob li għall-baġit 2009, tiddaħħal linja baġitarja speċjali għal azzjonijiet preparatorji fil-qasam tal-isport; minħabba li l-Artikolu 149 tat-Trattat KE kif emendat mit- Trattat ta’ Liżbona, jipprevedi miżuri ta’ inċentiv fil-qasam tal-isport u minħabba li programm speċifiku tal-UE dwar l-iffinanzjar tal-isport, jista’ ma jibdix jopera qabel l-2011 — dejjem jekk wieħed jassumi li t-Trattat ta’ Liżbona jkun ratifikat mis-27 Stat Membru — jirrikonoxxi l-bżonn li jkun imħejji programm permezz ta’ azzjonijiet preparatorji mill-2009; |
109. |
Jitlob biex jibda l-proċess ta’ implimentazzjoni għal diversi azzjonijiet imsemmija fil-Pjan ta’ Azzjoni “Pierre de Coubertin”; |
110. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon l-idea ta’ programm politiku sportiv tal-UE previsti mid-dispożizzjonijiet tit-Trattat ta’ Liżbona u jistenna bil-ħerqa l-proposta rigward dan mill-Kummissjoni; |
111. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tniedi azzjonijiet preparatorji fil-qasam tal-inklużjoni soċjali u l-isport, azzjonijiet li jiffukaw fuq proġetti b’valur miżjud Ewropew ċar u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tappoġġja proġetti li jissodisfaw dan l-għan, bħall-inizjattiva Special Olympics Unified Sports; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiddedika parti minn kwalunkwe azzjoni preparatorja futura possibbli fil-qasam tal-isport għall-kwistjoni tal-protezzjoni ta’ minorenni; |
112. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkunsidraw il-possibilità tal-ħolqien ta’ programmi ta’ appoġġ għal studenti li għandhom bżonnijiet fiżiċi speċjali; |
113. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex bħala parti mill-istrateġiji tagħhom għall-iżvilupp sostenibbli, jipprovdu fondi għal infrastrutturi u għal proġetti relatati mal-isports fil-qafas tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, kif ukoll li jaħsbu għall-użu possibbli tal-istrumenti l-ġodda ta’ finanzjament (inklużi JEREMIE u JESSICA); |
114. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tinkludi l-isport b’mod xieraq fil-politiki eżistenti tal-UE u fil-programmi ta’ ffinanzjar tal-UE u biex tirrapporta dwar il-progress tal-inklużjoni tagħha diversi drabi fis-sena; |
*
* *
115. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-federazzjonijiet sportivi nazzjonali u internazzjonali, kif ukoll lill-leagues u lill-kompetizzjonijiet nazzjonali. |
(1) ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.
(2) ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
(3) ĠU C 200, 30.6.1997, p. 252.
(4) ĠU C 68 E 18.3.2004, p. 605.
(5) ĠU C 27 E, 31.1.2008, p. 232.
(6) Testi Adottati P6_TA(2007)0503.
(7) ĠU C 33 E tat-9.2.2006, p. 590.
(8) ĠU C 291E, 30.11.2006, p. 143.
(9) ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.
(10) ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.
(11) ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
(12) Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27).
(13) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19.
(14) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.
(15) ĠU L 203, 1.8.2002, p. 1.
(16) ĠU L 216, 20.8.1994, p. 12.