This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008DP0490
Mobilisation of the European Globalisation Adjustment Fund (Lithuania and Spain)European Parliament resolution of 21 October 2008 on the proposal for a decision of the European Parliament and of the Council on the mobilisation of the European Globalisation Adjustment Fund, in accordance with point 28 of the Interinstitutional Agreement of 17 May 2006 between the European Parliament, the Council and the Commission on budgetary discipline and sound financial management (COM(2008)0547 — C6-0312/2008 — 2008/2251 (ACI)#ANNE
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (Litwanja u Spanja)Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod (COM(2008)0547 — C6-0312/2008 — 2008/2251 (ACI)
ANNES
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (Litwanja u Spanja)Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod (COM(2008)0547 — C6-0312/2008 — 2008/2251 (ACI)
ANNES
ĠU C 15E, 21.1.2010, pp. 120–122
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
21.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 15/120 |
It-Tlieta, 21 ta' Ottubru 2008
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (Litwanja u Spanja)
P6_TA(2008)0490
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod (COM(2008)0547 — C6-0312/2008 — 2008/2251 (ACI))
2010/C 15 E/33
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0547 — C6-0312/2008),
wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod (1), u b'mod partikolari l-punt 28 tagħha,
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2),
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0405/2008),
|
A. |
billi l-Unjoni Ewropea stabbilixxiet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex jingħata appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qed isofru l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija u biex jgħinhom sabiex jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol, |
|
B. |
billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun għajnuna dinamika u disponibbli b'mod effiċjenti u malajr kemm jista' jkun, f'konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata matul il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u filwaqt li tiġi kkunsidrata kif xieraq il-Ftehima Interistituzzjonali fir-rigward tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-Fond, |
|
C. |
billi Spanja u l-Litwanja talbu għajnuna fir-rigward ta' żewġ każijiet li jikkonċernaw sensji fis-settur tal-vetturi fi Spanja u fis-settur tat-tessuti fil-Litwanja, b'ittri tas-6 ta' Frar u tat-8 ta' Mejju 2008 (3), |
|
1. |
Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi neċessarji biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-Fond; |
|
2. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, inkluż l-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(3) Applikazzjonijiet EGF/2008/002/ES/Delphi u EGF/2008/003/LT/Alytaus Tekstile.
It-Tlieta, 21 ta' Ottubru 2008
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL DWAR IL-MOBILIZZAZZJONI TAL-FOND EWROPEW TA' AĠĠUSTAMENT GĦALL-GLOBALIZZAZZJONI, SKONT IL-PUNT 28 TAL-FTEHIMA INTERISTITUZZJONALI TAS-17 TA' MEJJU 2006 BEJN IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL U L-KUMMISSJONI DWAR ID-DIXXIPLINA BAĠITARJA U L-IMMANIĠĠJAR FINANZJARJU SOD
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod (1), u b'mod partikolari l-punt 28 tagħha,
wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,
wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (“il-Fond”) inħoloq biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li jsofru l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija, u sabiex jgħin l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol. |
|
(2) |
Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond taħt il-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun. |
|
(3) |
Fis-6 ta' Frar 2008 Spanja ppreżentat applikazzjoni biex jintuża l-Fond fir-rigward tas-sensji fis-settur tal-vetturi, speċifikament għall-ħaddiema li ġew issensjati minn Delphi Automotive Systems España, S.L.U. L-applikazzjoni hi konformi mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. |
|
(4) |
Fit-8 ta' Mejju 2008 il-Litwanja ppreżentat applikazzjoni biex jintuża l-Fond fir-rigward tas-sensji fis-settur tat-tessuti, speċifikament għall-ħaddiema li ġew issensjati minn Alytaus Tekstile. L-applikazzjoni hi konformi mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. |
|
(5) |
Il-Fond għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribut finanzjarju fir-rigward tal-applikazzjonijiet, |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 10 770 772 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Strasburgu, …
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President