Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008DP0290

    L-allokazzjoni l-ġdida tar-responsabbiltajiet tal-Viċi President Jacques Barrot Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 18 ta' Ġunju 2008 li tapprova l-allokazzjoni l-ġdida tar-responsabbiltajiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni Jacques Barrot

    ĠU C 286E, 27.11.2009, p. 103–103 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 286/103


    L-Erbgħa, 18 ta' Ġunju 2008
    L-allokazzjoni l-ġdida tar-responsabbiltajiet tal-Viċi President Jacques Barrot

    P6_TA(2008)0290

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2008 li tapprova l-allokazzjoni l-ġdida tar-responsabbiltajiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni Jacques Barrot

    2009/C 286 E/40

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 217(2) tat-Trattat KE,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 5 tal-Ftehim ta' Qafas dwar ir-Relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni (1),

    wara li kkunsidra l-proposta tad-9 ta' Mejju 2008 biex tinbidel l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni Jacques Barrot,

    wara li kkunsidra s-seduta ta' smigħ tal-Viċi President quddiem il-kumitat responsabbli fis-16 ta' Ġunju 2008,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 99 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    1.

    Japprova l-allokazzjoni l-ġdida tar-responsabbiltajiet tal-Viċi President Jacques Barrot għall-bqija tal-mandat tal-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru 2009;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.


    (1)  ĠU C 117 E, 18.5.2006, p. 123.


    Top