This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008DC0888
Report from the Commission based on Article 20 of the Council Framework Decision 2005/214/JHA of 24 February 2005 on the application of the principle of mutual recognition to financial penalties
Rapport mill-Kummissjoni ibbażat fuq l-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal- 24 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal penali finanzjarji
Rapport mill-Kummissjoni ibbażat fuq l-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal- 24 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal penali finanzjarji
/* KUMM/2008/0888 finali */
Rapport mill-Kummissjoni ibbażat fuq l-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal- 24 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal penali finanzjarji /* KUMM/2008/0888 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 22.12.2008 KUMM(2008) 888 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI ibbażat fuq l-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal- 24 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal penali finanzjarji RAPPORT MILL-KUMMISSJONI ibbażat fuq l-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal- 24 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal penali finanzjarji INTRODUZZJONI L-isfond Id-Deċiżjoni Qafas 2005/214/ĠAI tapplika l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal penali finanzjarji imposti minn awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi sabiex jiġi faċilitat l-infurzar ta’ tali penali fi Stat Membru li ma jkunx dak l-Istat li fih ġew imposti l-penali. Fid-29 ta' Novembru tas-sena 2000, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ftiehem, b'konformità mal-konklużjonijiet Tampere, li l-adozzjoni ta' strument bħal dan għandha tingħata prijorità fi ħdan il-programm tal-miżuri għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta' deċiżjonijiet marbutin ma' kwistjonijiet kriminali. Id-Deċiżjoni Qafas tapplika għal kull reat li għalih jistgħu jiġu imposti penali finanzjarji. Kontrolli ta' kriminalità doppja tneħħew fir-rigward ta' 39 reat elenkati fid-Deċiżjoni Qafas. In-notifikazzjonijiet mibgħuta mill-Istati Membri Sa Ottubru tal-2008, il-Kummissjoni kienet irċeviet notifiki dwar liġijiet nazzjonali li jittrasponu id-dipożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas mill-11-il Stat Membru li ġejjin: AT, CZ[1], DK, EE, FI, FR, HU, LT, LV, NL, SI[2] L-ebda notifika ma tressqet mis-sittax-il Stat Membru li ġejjin: BE, BG, CY, DE, EL, ES, IE, IT, LU, MT, PL, PT, RO, SE, SK, UK. Metodu u kriterji ta' evalwazzjoni L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni Qafas jipprevedi l-istabbiliment ta' rapport imħejji mill-Kummissjoni dwar il-miżuri li ttieħdu mill-Istati Membri biex ikunu konformi ma' dan l-istrument sat-22 ta' Marzu 2007. Id-dewmien fit-tħejjija ta' dan ir-rapport huwa riżultat tan-numru baxx ta' notifikazzjonijiet li tressqu fi żmien qabel l-iskadenza oriġinali li ġiet stabbilita mid-Deċiżjoni Qafas. Fin-natura tagħhom, id-deċiżjonijiet tal-qafas jorbtu fuq l-istati Membru permezz tar-riżultat li għandu jintlaħaq, iżda hija r-responsabbilità tal-awtoritajiet nazzjonali biex jiddeċiedu x'forma u x'metodu ta' implimentazzjoni se jintużaw (il-kriterji huma: ċarezza, ċertezza legali, effikaċja). Deċiżjonijiet tal-qafas ma jinkludu l-ebda effett dirett. Madanakollu l-prinċipju tal-interpretazzjoni ta' konformità jorbot fir-rigward ta' deċizjonijiet tal-qafas li ġew adottati fil-kuntest tat-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea[3] Peress li l-Kummissjoni m'għandha l-ebda awtorità biex tibda proċeduri kontra Stat Membru mixli bi ksur tal-liġi minħabba li ma ħax il-miżuri neċessarji biex ikun konformi mad-dispożizzjonijiet ta' Deċiżjoni Qafas mill-Kunsill li ġiet adottata taħt it-tielet pilastru, in-natura u l-fini tad-dan ir-Rapport huma limitati għal evalwazzjoni tal-miżuri ta' traspożizzjoni li ttieħdu mill-11-il Stat Membri l-ieħor. EVALWAZZJONI Artikolu 1 - Definizzjonijiet L-Artikolu 1 jiddefinixxi termini bħal: "deċiżjoni", "penali finanzjarju ", "Stat emittenti" u "Stat ta' eżekuzzjoni" CZ, HU u NL koprew dawn it-termini kollha iżda l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri (AT, DK, EE, FI, FR, SI) ttrasponew biss definizzjonjiet ta' "deċiżjoni" u "penali finanzjarju " LT u LV ttrasponew biss id-definizzjoni ta' "penali finanzjarju " Numru ta' liġijiet ta' traspożizzjoni għandhom nuqqas ta' dispożizjonijiet dwar ċerti elementi f'dawn id-definizzjonijiet. L-element prinċiplai huwa n-nuqqas ta' rikonoxximent għar-responsabbilità ta' persuni legali fil-leġiżlazzjoni ta’ CZ[4]. L-Artikolu 2 –L-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti Permezz ta' dan l-Artikolu l-Istati Membri huma obbligati li jinnotifikaw is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, li l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom huma kompetenti għall-fini tad-Deċiżjoni Qafas. Kull Stat Membru jista’ jinnomina, jekk huwa neċessarju minħabba l-organizzazzjoni tas-sistema interna tiegħu, awtorità waħda jew aktar responsabbli għat-trażmissjoni u r-riċeviment amministrattiv tad-deċiżjonijiet u biex jassistu lill-awtoritajiet kompetenti. Għal xi wħud mill-Istati Membri l-awtoritajiet kompetenti għall-emissjoni jew l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet huma l-qrati nazzjonali (AT, CZ, HU, LT, LV, SI). F'Stati Membri oħra l-awtorità ċentrali hija assenjata bħala l-awtorità emittenti jew ta' eżekuzzjoni. Dan huwa l-każ għal DK u EE (Ministru tal-Ġustizzja), l-Olanda (il-prosekutur pubbliku f'Leeuwarden). Fi FR s-Servizz ta' Prosekuzzjoni hija l-awtorità kompetenti għall-emissjoni ta' deċiżjoni u prosekuturi pubbliċi jieħdu ħsieb l-eżekuzzjoni tagħhom. Awtorità ċentrali għal fini tat-transmissjoni tad-dokumenti hija assenjata fi CZ, HU, LT, LV u SI (il-Ministru tal-Ġustizzja). Il-Finlandja għandha assenjata ċ-Ċentru tar-Reġistru Legali bħala awtorità kompetenti taħt l-Artikolu 2. L-Artikolu 3 – Drittijiet fundamentali Skont l-Artikolu 3 id-Deċiżjoni Qafas m'għandhiex ikollha l-effett li temenda l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u tal-prinċipji legali fundamentali kif imnaqqxa fl-Artikolu 6 tat-Trattat. Skont diversi Stati Membri dan l-Artikolu ma tirrikjedix transpożizzjoni (il-DK, FR, NL). L-AT u l-HU implimentawh bħala bażi obligatorja għar-rifjut ta' eżekuzzoni. Xi Stati Membri invokaw leġiżlazzjoni nazzjonali f'dan ir-rigward (LT, SI). Il-Finlandja trasportat din id-dispożizzjoni billi stabbilixiet il-bażi għar-rifjut ta' eżekuzzjoni ta' deċiżjoni jekk hemm raġunijiet konkreti biex wieħed jissospetta li l-ġaranziji tal-poċessi dovuti ġew vjolati fil-proċeduri li jwasslu għad-deċiżjoni. L-Artikolu 4 -Trażmissjoni ta’ deċiżjonijiet u rikors għall-awtorità ċentrali Skont dan l-Artikolu d-deċiżjoni konċernata flimkien ma’ ċertifikat, jistgħu jiġu trasmessi lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru li fih għandha l-proprjetà jew dħul il-persuna fiżika jew legali, li kontriha ttieħdet deċiżjoni, hija normalment residenti jew, fil-każ ta’ persuna legali, għandha l-uffiċċju reġistrata tagħha. It-transmissjoni tad-dokumenti għandu jsir direttament bejn l-awtoritajiet kompetenti. CZ, FI, HU, LT, LV u NL ttrasponew l-elementi kollha tal-Artikolu 4 fil-leġislazzjoni li timplimenta tagħhom. AT, DK, FR u SI implimentaw din id-dispożizzjoni parzjalment biss. Fl-Estonja l-penali jista' jiġi eżegwit fir-rigward ta' persuni li huma ċittadini jew residenti permanenti tal-Istat Membru emittenti, kif ukoll fir-rigward ta' persuni li huma preżenti fit-territorju ta' dak l-Istat Membru iżda li mhumiex se jiġu estraditi u anke fir-rigward ta' persuni legali li huma reġistrati fit-territorju tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni. Artikolu 5 – L-ambitu Dan l-Artikolu jinkludi lista ta' reati li jwasslu għal rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet mingħajr il-verifika ta' kriminalità doppja jekk huma punibbli fl-Istat Membru emittenti. Kull reat ieħor jista' jkun soġġett għal verfika bħal din mill-Istat Membru ta' eżekuzzjoni. Il-lista tħaddan il-32 reat li diġà ġew elenkati f'Deċiżjonijiet tal-Qafas oħra (pereżempju l-Mandat ta' Arrest Ewropew) u xi wħud oħrajn, jiġifieri: - kondotta li tikser ir-regolamenti tat-traffiku tat-triq, inklużi l-ksur tar-regolamenti dwar il-ħinijiet ta’ sewqan u ta’ mistrieħ u tar-regolamenti dwar merkanzija perikoluża, - kontrabandu ta’ merkanziji, - ksur tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, - theddid u atti ta’ vjolenza kontra persuni, inkluża vjolenza matul attivitajiet sportivi, - ħsara volontarja kriminali, - serq, - reati stabbiliti mill-Istat emittenti u ntiżi sabiex jimplimentaw l-obbligi assunti permezz ta’ strumenti adottati taħt it-Trattat tal-KE jew taħt it-Titolu VI tat-Trattat tal-UE. AT, DK, EE, FI, FR, HU, LT, NL implimentaw il-lista. Fil-każ ta’ CZ, LV u SI parti mill-lista ma kinitx mehmuża. L-Artikolu 6 - Rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet Skont l-Artikolu 6 d-deċiżjoni kkonċernata għandha tkun rikonoxxuta mingħajr il-ħtieġa ta' formalitajiet ulterjuri u l-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tagħha għandhom jittieħdu minnufih. CZ, DK, FI, FR, LV u NL implimentaw din id-dispożizzjoni. AT, EE, HU, LT u SI trasponew b'mod parzjali din id-dispożizzjoni. B'mod ġenerali l-Istati Membri ma indikawx limiti ta' żmien għal eżekuzzjoni. L-Artikolu- Nażijiet għal nuqqas ta’ rikonoxximent u nuqqas ta’ eżekuzzjoni L-Artikolu 7 jipprevedi għal numru ta' bażijiet li jistgħu jikkonstitwixxu bażi għar-rifjut ta' rikonoxximent jew eżekuzzjoni. Il-bażijet kollha stabbiliti f'dan l-Artikolu huma fakultattivi. Dawn huma hekk kif ġej: - Iċ-ċertifikat ma ġiex ppreżentat, mhuwiex komplut jew manifestament ma jikkorispondiex mad-Deċiżjoni (traspost bħala fakultattiv minn: FI, FR, HU; trasportat bħala obligatorja minn: AT, CZ, DK, LT, LV, NL, SI; L-EE trasponietu bħala parzjalment obligatorju, parzjalment fakultattiv) - ne bis in idem (traspost bħala fakultattiv minn: DK, FI: traspost bħala obligatorju minn: AT, CZ, EE, FR, HU, LT, LV, NL, SI): - il-prinċipju ta' kriminalità doppja (traspost bħala fakultattiv minn: DK, FI: traspost bħala obligatorju minn: AT, CZ, EE, FR, HU, LT, LV, NL, SI) - l-eżekuzzjoni hija ostakolata mill-istatut (trasposta bħala fakultattiva: DK, FI: trasportat bħala obligatorju minn: AT, CZ, EE, FR, HU, LT, LV, NL, SI) - il-prinċipju tat-territorjalità (trasportat bħala fakultattiv: FI, FR, HU, NL; traspost bħala obligatorju minn: AT, CZ, DK, LV, SI; mhux traspost mill-EE u LT) - l-immunità (trasposta bħala fakultattiva minn: FI trasposta bħala obligatorja minn: AT, CZ, DK, EE, FR, HU, LT, LV, NL, SI) - l-eta' li fiha wieħed huwa meqjus responsabbli għal kriminalità (trasposta bħala fakultattiva minn: FI trasportata bħala obligatorja minn: AT, CZ, DK, EE, FR, HU, LT, LV, NL, SI) - drittijiet tal-persuna kkonċernata fil-każ (trasposti bħala fakultattivi minn: FI trasposti bħala obligatorji minn: AT, CZ, DK, EE, FR, LT, LV, NL, SI: mhux trasposti mill-HU) - Il-penali huwa taħt 70 EUR (traspost bħala fakultattiv minn: FI, FR, NL; traspost bħala obligatorju minn: AT, CZ, EE (1000 kroon), DK, HU, LT, LV, SI) Bażijiet adizzjonali stabbiliti minn sitt Stati Membri: - Skont id-dikjarazzjoni tas-CZ, peress illi l-leġiżlazzjoni tagħha ma tirrikonoxxix ir-responsabilità ta' persuni legali, l-eżekuzzjoni ta' talbiet relatati magħhom se tkun rifjutata[5] - Bażijiet adizzjonali għal kopertura tal-EE: deċiżjoni min-naħa ta' qorti jekk għadha ma daħlitx fis-seħħ deċiżjoni li ttieħdet minn qorti li mhijiex kkunsidrata bħala indipendenti (l-EE tagħmel differenza bejn każijiet taċ-ċittadini tagħha u ċittadini tal-UE); - L-FI żiedet bażi adizzjonali obbligatorja: jekk hemm bażijiet raġjenevoli biex wieħed jissuspetta li l-garanziji tal-proċedimenti dovuti ġew vjolati fil-proċeduri li jwasslu għal deċiżjoni; - L-Ungerija semmiet xi bażijiet obbligatorji oħrajn: Ir-reat li fuqu d-deċiżjoni tal-Istat Membru huwa bbażat jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni Ungeriża (Artikoli 3 u 4 tal-Kodiċi Kriminali); U r-reat kriminali huwa koprut minn amnestija taħt il-liġi Ungeriża. Ċirkostanzi oħra huma dawk fejn tkun għaddiet sena mid-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni barranija u jekk il-perjodu ta' limitazzjoni diġà tkun għaddiet. Dan m'għandux għalfejn ikun ta' ostakolu għall-eżekuzzjoni li bdiet matul il-perjodu ta' limitazzjoni; - LV żiedet bħala bażi obbligatorja: raġunijiet biex temmen li penali ġie impost bħala kundanni fir-rigward ta’ reati relatati mar-razza, mal-assoċjazzjoni reliġjuża, mal-etniċità, mas-sessi jew mal-opinjonijiet politiċi u anke meta d-deċiżjoni ma tistax tiġi infurzata fil-LV; - SL żiedet żewġ bażi adizzjonali: jekk jeżistu raġunijiet biex temmen li l-penali ġie impost bħala kundanna għal reati relatati mar-razza, mal-assoċjazzjoni reliġjuża, mal-etniċità, mas-sessi jew mal-opinjonijiet politiċi u anke meta l-infurzar tad-deċiżjoni jmur kontra l-kostituzzjoni Slovena. L-Artikolu 8 -Determinazzjoni tal-ammont li għandu jitħallas Dan l-Artikolu huwa relatat ma' sitwazzjoni fejn atti msemmijin fid-deċiżjoni ma twettqux fuq it-territorju tal-Istat Membru emittenti. F'każ bħal dan l-Istat ta' eżekuzzjoni jista' jiddeċiedi li jnaqqas l-ammont tal-penali infurzat għall-ammont massimu previst għal atti tal-istess għamla taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat ta' eżekuzzjoni, meta l-atti jaqgħu fi ħdan il-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat. Fejn ikun meħtieġ, l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha ssarraf il-penali għall-munita tal-Istat ta’ eżekuzzjoni bir-rata tal-kambju applikabbli fiż-żmien meta l-penali ġie impost. AT, CZ, DK, FI, FR, HU, LT, NL, SI implimentaw din id-dispożizzjoni. EE ma implimentathiex. LV semmiet biss il-konverżjoni tal-munita Artikolu 9- il-liġi li tirregola l-infurzar Skont l-Artikolu 9 l-infurzar tad-deċiżjoni għandu jkun regolat mill-liġi tal-Istat ta’ eżekuzzjoni bl-istess mod kif penali finanzjarju għandu jkun regolat f'Stat ta’ eżekuzzjoni. F'każijiet fejn il-penali jkun tħallas totalment jew parzjalment għandu jitnaqqas kompletament mill-ammont li għandu jiġi nfurzat fl-Istat ta’ eżekuzzjoni. Fi kwalunkwe każ penali finanzjarju impost fuq persuna legali għandu jiġi nfurzat anki jekk l-Istat ta’ eżekuzzjoni ma jirrikonoxxix il-prinċipju tar-responsabbiltà kriminali tal-persuni legali. AT, FI, FR, NL and SI implimentaw dan l-Artikolu. DK, EE, HU, LT u LV implimentawh b'mod parzjali biss. L-implimentazzjoni parzjali ta' dan l-Artikolu kien riżultat tan-nuqqas ta' traspożizzjoni tal-paragrafu 3 li jikkonċerna l-persuni legali. Xi Stati Membri invokaw leġiżlazzjoni nazzjonali f'dan ir-rigward (AT, FR, NL). Fis-CZ leġiżlazzjoni nazzjonali ma tirrikonoxxix ir-responsabbilità tal-persuni legali[6] Artikolu 10 - Priġunerija jew sanzjoni alternattiva oħra bħala sostitut għal nuqqas ta’ rkupru tal-penali finanzjarja Fejn mhuwiex possibbli li deċiżjoni tiġi nfurzata, totalment jew parzjalment, jistgħu jiġu applikati sanzjonijiet alternattivi, inkluż sanzjonijiet ta’ priġunerija, mill-Istat ta’ esekuzzjoni jekk il-liġijiet tiegħu jipprovdu għal dan f’tali każijiet u l-Istat emittenti ppermetta l-applikazzjoni ta’ tali sanzjonijiet alternattivi fiċ-ċertifikat msemmi fl-Artikolu 4. Is-severità tas-sanzjoni alternattiva għandha tiġi determinata skont il-liġi tal-Istat ta’ esekuzzjoni, iżda m'għandhiex teċċedi kwalunkwe livell massimu stipulat fiċ-ċertifikat trasmess mill-Istat emittenti. AT, CZ, HU, LT u SI trasportaw din id-dispożizzjoni. Fil-każ tal-LV xi wħud mill-proviżjonijiet mhumiex mehmuża L-EE provdiet għall-iskambju tal-penali finanzjarju f'priġunerija jew servizz komunitarju. Ċerti Stati Membri ddikkjaraw li ma hemm l-ebda possibilità biex penali alternattivi jiġu applikati taħt is-sistema nazzjonali tagħhom kemm fit-territorju tagħhom jew 'il barra minnu (FI, FR), jew fit-territorju tagħhom biss (DK). NL trasponiet din il-dispożizzjoni L-imħallef Olandiż jista' jippermetti priġunerija taħt iċ-ċirkustanzi li ġejjin: l-awtorità kompetenti li mponiet il-penali finanzjarju indikat ukoll fid-deċiżjoni tagħha li l-priġunerija hija possibbli jekk ma kienx hemm eżekuzzjoni tas-sanzjoni il-penali finanzjarju ma tħallasx mill-persuna li nstabu ħatja u l-ezekuzzjoni tal-penali ma tistax issir mod ieħor; U l-awtorità emittenti qabblet ma' priġunerija bħala alternattiva possibbli għall-penali finanzjarju. Artikolu 11 -Amnestija, maħfra, reviżjoni ta’ sentenza Skont dan l-Artikolu kemm l-amnestija kif ukoll l-maħfra jistgħu jingħataw mill-Istat emittenti kif ukoll mill-Istat ta' eżekuzzjoni iżda l-Istat emittenti biss jista' jiddetermina l-applikazzjoni għar-reviżjoni tad-deċiżjoni. Ċerti Stati Membri implementaw dan l-Artikolu (FI, FR), Id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tas-CZ u d-DK huma relatati biss ma' maħfra mogħtija fit-territorju tagħhom. LT trasponiet din id-dispożizzjoni fir-rigward l-amnestija u l-maħfra iżda l-ebda referenza ma saret biex issir reviżjoni. Skont il-leġiżlazzjoni tal-amnestija tal-EE, il-maħfra u r-reviżjoni tad-deċiżjoni se jsiru fl-Istat emittenti. LV għamlet referenza għas-sitwazzjoni li fiha d-deċiżjoni għal amnestija u maħfra li ttieħdet fl-Istat Membru emittenti torbot fil-LV. AT u SI trasponew id-dispożizzjoni relatata mal-amnestija u l-maħfra bħala bażi obbligatorja għal rifjut (barra minn hekk SI invokat liġi nazzjonali f'dan ir-rigward). Fir-rigward ir-reviżjoni l-AT ddikjarat li din id-dispożizzjoni m'għandhiex bżonn traspożizzjoni. HU ma trasponietx dan l-Artikolu. Lanqas Franza iżda d-dispożizzjonijiet relevanti li jeżistu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali ġew invokati. Artikolu 12 - Tmiem l-infurzar Dan l-Artikolu jipprevedi l-obbligazzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti li tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni jew miżura li bħala riżultat tagħha d-deċiżjoni ma tibqax infurzabbli jew tiġi rtirata mill-Istat ta’ eżekuzzjoni għal kwalunkwe raġuni oħra. Bħala riżultat ta' informazzjoni bħal din l-Istat ta' eżekuzzjoni huwa obbligat li jwaqqaf l-infurzar tad-deċiżjoni AT, CZ, DK, FI, FR, HU, LT, LV, NL u SI trasponew din id-dispożizzjoni bis-sħiħ. EE ma ttrasponietx dan l-Artikolu. Artikolu 13 - L-attribuzzjoni ta’ flejjes li ġejjin mill-infurzar ta’ deċiżjonijiet Dan l-Artikolu jiddikjara li l-flejjes li nġabru mid-deċiżjonijiet ta' infurzar għandhom jitħallsu lill-Istat ta' eżekuzzjoni sakemm ikun hemm ftehim mod ieħor, speċjalment f'każijiet fejn hemm vittmi li mhumiex partijiet għal proċeduri ċivili. Dan l-Artikolu ġie implimentat AT, CZ, DK, FI, FR, HU, LT, NL, SI. L-EE u l-LV ma implimentawx din id-dispożizzjoni Artikolu 14 -Informazzjoni mill-Istat ta’ eżekuzzjoni Skont dan l-Artikolu l-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni se tinforma l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti mingħajr dewmien bid-deċiżjonijiet li ttieħdu fir-rigward ta' rikonoxximent jew eżekuzzjoni. L-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, il-Finlandja, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Latvja, l-Olanda s-Slovenja implimentaw dan l-Artikolu. Franza implimentat dan l-Artikolu apparti mill-każ ta' konverżjoni tal-penali li ma ġewx stabbiliti mill-liġi nazzjonali fi Franza. EE ma trasponietx din id-dispożizzjoni. Id-Danimarka ddikjarat li din d-dispożizzjoni ma tinħtieġ l-ebda trasportazzjoni Artikolu 15 - Konsegwenzi ta’ trażmissjoni ta’ deċiżjoni Dan l-Artikolu jittratta ma' każi fejn l-Istat emittenti, permezz ta' eċċezzjoni, jistgħu jipproċedu bl-eżekuzzjoni. Apparti mill-Estonja l-Istati Membri kollha li bagħatu notifikazzjonijiet implimentaw dan l-Artikolu. Artikolu 16- Il-lingwi Artikolu 16 jiddikkjara li ċ-ċertifikat għandu jiġi tradott fl-ilsien uffiċjali jew f'wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-Istat ta' eżekuzzjoni. Madanakollu kwalunkwe Stat Membru jista' f'xi ħin jew ieħor jiddikjara li se jaċċetta traduzzjoni f'wieħed jew iżjed mill-lingwi uffiċjali. Il-maġġoranza tal-Istati Membri jitolbu għal traduzzjoni fil-lingwa uffiċjali tagħhom (AT, CZ, DK, FR, HU). Oħrajn se jaċċettaw l-Ingliż ukoll (EE, LT, LV, NL, SI). Il-Finlandja se taċċetta ċertifikati bil-Finlandiż, bl-Iżvediż jew bl-Ingliż jew fl-lingwi oħra jekk ma hemm l-ebda impediment għall-approvazzjoni taċ-ċertifikat. Artikolu 17 – Spejjeż Dan l-Artikolu jiddikjara li l-Istati Membri m'għandhomx jitolbu minn għand xulxin ir-rimborż ta’ spejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan l-istrument. AT, CZ, FI, NL, SI implimentaw dan l-Artikolu. EE, HU u LV ma implimentawhx. . DK, FR u LT ddikjaraw li din d-dispożizzjoni ma tirrikjedix traspożizzjoni. KONKLUŻJONIJIET Il-grad ta’ eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/214/JHA tal-24 ta' Frar 2005 fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea ma jistax jiġi evalwat f'dan l-istadju. It-transportazzjoni mhijiex sodisfaċenti peress illi 11-il notifikazzjoni tressqu mill-Istati Membri. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw b'mod ġenerali jaqqblu mad-Deċiżjoni Qafas, speċjalment fir-rigward il-kwistjonijiet l-aktar importanti bħal pereżempju t-tneħħija ta' kontrolli ta' kriminalità doppja u r-rikonoxximent tad-deċiżjonijiet mingħajr formalità ulterjuri. Sfortunatament l-analiżi tal-bażijiet għar-rifjut tar-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni huma prova għal darba oħra li filwaqt li kważi l-Istati Membri kollha trasponewhom, ġew implimentati l-aktar bħala bażijiet obligatorji. Barra minn hekk, xi bażijiet adizzjonali ġew miżjuda. Din il-prattika mhijiex b'mod ċar fi qbil mad-Deċiżjoni Qafas. Il-Kummissjoni tistieden il-Membri kollha biex jikkunsidraw dan ir-Rapport u jieħdu l-opportunità biex jipprovdu kull informazzjoni relevanti ulterjuri lill-Kummissjoni u lis-Segretarjat tal-Kunsill, sabiex jissodisfaw l-obbligazzjonjiet tagħhom taht l-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni Qafas. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinkoraġixxi dawk l-Istati Membri li wrew li qegħdin jippreparaw il-leġiżlazzjoni relevanti biex jieħdu u jinnotifikaw dawn il-miżuri nazzjonali kemm jista' jkun malajr. [1] Li tressqu mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-UE [2] idem [3] Is-Sentenza mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropew, Pupino, Każ-105/03 (16 ta' Ġunju 2005), ĠU C 193, 6.08.2005, p.3 [4] L-ebda dikjarazzjoni bbażata fuq l-Artikolu 20(2)(b) ma tressqet s'issa b'rabta mal-limitazzjoni tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijet kkonċernati mar-responsabbilità tal-persuni legali għall-perjodu sa 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Qafas. [5] L-ebda dikjarazzjoni bbażata fuq l-Artikolu 20(2)(b) ma tressqet s'issa b'rabta mal-limitazzjoni tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijet kkonċernati mar-responsabbilità tal-persuni legali għall-perjodu sa 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni Qafas. [6] L-ebda dikjarazzjoni bbażata fuq l-Artikolu 20(2)(b) ma tressqet s'issa b'rabta mal-limitazzjoni tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijet kkonċernati mar-responsabbilità tal-persuni legali għall-perjodu sa 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni Qafas.