This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008DC0626
Communication from the Commission to the Council, the European Parliament and the European Economic and Social Committee and Committee of the Regions - Local authorities: actors for development {SEC(2008)2570}
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Awtorijajiet lokali: atturi għall-iżvilupp {SEG(2008) 2570}
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Awtorijajiet lokali: atturi għall-iżvilupp {SEG(2008) 2570}
/* KUMM/2008/0626 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 8.10.2008 KUMM(2008) 626 finali Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni AWTORIJAJIET LOKALI: ATTURI GĦALL-IŻVILUPP {SEG(2008) 2570} KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOċJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REġJUNI AWTORIJAJIET LOKALI: ATTURI GĦALL-IŻVILUPP 1. AWTORIJAJIET LOKALI: DIMENSJONI EMERġENTI TAL-POLITIKA TAL-IżVILUPP Fil-qafas ta’ inizjattiva għar-rikostruzzjoni tas-suq tal-belt ta’ Majunga fil-Madagaskar, il-belt Franċiża ta’ Mulhouse qed tipprovdi għarfien u konsulenza lill-belt sieħba tagħha dwar il-ġestjoni u l-organizzazzjoni tal-attivitajiet tas-suq, sakemm idumu għaddejjin ix-xogħlijiet ta’ riskostruzzjoni. Muniċipalità żgħira Taljana - Santa Croce Sull'Arno (Popolazzjoni ta’ 13,000) – kienet strumentali fl-iżvilupp tal-kapaċità, li qabel ma kinitx teżisti, li jiġi rreġistrat it-twelid f'ħames muniċipalitajiet tal-Burkina Faso. Bl-għajnuna tal-Ministeru għall-Amministrazzjoni Lokali u d-Deċentralizzazzjoni tal-Burkina Faso, din l-esperjenza se tiġi introdotta f’reġjuni oħra. Sa mis-snin disgħin l-awtoritajiet lokali aktar u aktar bdew jitqiesu bħala atturi fil-politika tal-iżvilupp[1]. Fi żmien aktar reċenti, il-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp, il-Ftehim rivedut ta’ Cotonou u għadd ta’ Konklużjonijiet, Riżoluzzjonijiet u Opinjonijiet tal-Istituzzjonijiet tal-UE[2] jisħqu dwar il-kompetenza esperta sinifikanti tal-awtoritajiet lokali mhux biss f’termini ta’ twettiq ta' servizz iżda wkoll bħala katalisti favur il-bidla, il-prevenzjoni ta' kunflitti, id-deċentralizzazzjoni u t-trawwim tal-fiduċja fil-proċess ta' żvilupp. L-Awtoritajiet Lokali (AL) f’xi Stati Membri tal-UE jallokaw riżorsi finanzjarji konsiderevoli għall-iżvilupp (li pereżempju, fi Spanja jirrapreżentaw kważi 15% tal-ODA), u żviluppaw strumenti speċifiċi għall-għoti tal-għajnuna (programmi, strumenti ta' kofinanzjament, rabtiet bejn belt u oħra (, ftehimiet ta' kooperazzjoni diretta). Fl-istess ħin, fuq il-livell tal-UE jonqos approċċ strateġiku maħsub bir-reqqa li jiffaċilita u jirrikonoxxi d-diversi aspetti taż-żieda fl-involviment tal-AL fil-politika tal-iżvilupp tal-UE. Din iż-żieda fil-parteċipazzjoni, il-volumi ta' riżorsi finanzjarji mobilizzati u d-diversità u l-għadd dejjem jikber tal-atturi involuti turi l-ħtieġa li din l-evoluzzjoni tkun ikkwalifikata u kkwantifikata u li jitressaq il-bażi ta' approċċ koordinat għall-involviment organizzat tal-AL fil-politika tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp. Approċċ strateġiku fuq il-livell tal-UE jiffaċilita involviment aktar koordinat min-naħa tal-AL fil-politika tal-iżvilupp tal-UE, filwaqt li jkun rikonoxxut il-prinċipju tas-sussidjarjetà[3]. Għalhekk, l-għanijiet ta' din il-Komunikazzjoni huma tnejn. Fuq naħa, tfittex li tirrikonoxxi l-importanza ta' dan il-fenomenu li ħareġ fid-dieher dan l-aħħar. Fuq in-naħa l-oħra, tipprova tfassal l-ewwel elementi ta’ strateġija ta’ rispons li se tippermetti l-kapitalizzazzjoni u l-aħjar użu tal-esperjenza tal-AL bħala sħab fil-politika tal-iżvilupp. Hija tfittex li tniedi proċess li se jsaħħaħ il-parteċipazzjoni tagħhom fit-tiswir u l-implimentazzjoni ta' attivitajiet tal-iżvilupp, b'manjiera koordinata u strateġika. 2. AWTORIJAJIET LOKALI: għaliex huma importanti? 2.1. Awtoritajiet Lokali fl-Ewropa It-terminu “awtorità lokali” jiġbor fih bosta atturi differenti f’livelli differenti. L-AL fl-Ewropa jinkludu aktar minn 91,000 awtorità fil-livell lokali (muniċipalitajiet), 1,150 organizzazzjoni fil-livell intermedjarju (distretti, kontej) u aktar minn 100 entità reġjonali[4]. Filwaqt li xi awtoritajiet lokali kisbu devoluzzjoni reali tas-setgħat tal-gvern ċentrali fir-rigward tal-politika tal-iżvilupp, l-involviment ta’ oħrajn huwa sforz addizzjonali għal dak tal-gvernijiet ċentrali. Għal xi AL il-Kooperazzjoni Deċentralizzata tinsab fil-qalba tal-istrateġiji tar-relazzjonijiet esterni tagħhom, filwaqt li għal oħrajn, din toħroġ miż-żieda tal-preżenza tagħhom fix-xena internazzjonali. Ħafna drabi l-kooperazzjoni deċentralizzata ssir f’koordinazzjoni ma’ atturi lokali oħrajn (eż. NGOs, universitajiet) iżda tinkludi wkoll t-twettiq dirett jew permezz ta’ sħab multilaterali (eż NU). F’din il-Komunikazzjoni t-terminu Awtorità Lokali jintuża fl-aktar sens wiesa’ tiegħu biex jinkludi fih livelli u fergħat subnazzjonali ta’ gvern, jiġifieri muniċipalitajiet, komunitajiet, distretti, kontej, provinċji, reġjuni eċċ. Fir-rigward tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp teżisti eteroġeneità sostanzjali fil-mandat, finanzi u funzjonijiet f’kull livell u fi ħdan kull livell. Hawnhekk, it-terminu Kooperazzjoni Deċentralizzata tintuża biex tfisser l-għajnuna ffinanzjata kemm mis-settur pubbliku kif ukoll minn dak privat u permezz tal-awtoritajiet u netwerks lokali u atturi lokali oħra. Billi l-kontribut tal-AL għall-proċess ta’ żvilupp qiegħed jiġi rrikonoxxut dejjem aktar mill-fassala tal-politika u mid-donaturi fil-livell tal-UE, wasal iż-żmien li ssir riflessjoni dwar kif jista’ jiġi kkapitalizzat dan l-għarfien u biex jiġu żgurati komunikazzjoni u kooperazzjoni aktar effettivi bejn l-atturi. L-AL introduċew diversità kbira ta’ mekkaniżmi biex jorganizzaw lilhom infushom bil-għan li jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom, joħolqu ekonomiji ta’ skala, iwettqu ħidma effiċjenti u jinstemgħu fil-livell subnazzjonali, nazzjonali, Ewropew u internazzjonali. Dawn jinkludu assoċjazzjonijiet, fora, osservatorji reġjonali u nazzjonali, netwerks tematiċi u reġjonali eċċ. 2.2. L-Awtoritajiet Lokali fl-iżvilupp Filwaqt li l-involviment tal-awtoritajiet lokali fil-kooperazzjoni esterna u fil-politika tal-iżvilupp, speċjalment permezz tal-ġemellaġġ ta’ bliet, għandu storja twila, f’dawn l-aħħar għaxar snin dan għadda mnn bidla radikali fin-natura tiegħu. Il-Kooperazzjoni Deċentralizzata tfaċċat bħala dimensjoni ġdida u importanti tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp. Saret aktar komprensiva u professjonalizzata; tistrieħ fuq netwerks istitutizzjonalizzati involuti f'pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp; tuża’ diversità ta' għodod fir-reġjuni kollha tad-dinja u b'żieda esponenzjali fl-allokazzjonijiet finanzjarji (ara l-Kaxxa 1). Kaxxa 1 – Dimensjoni emerġenti – il-Katalunja, Spanja L-Aġenzija Katalana għall-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, imwaqqfa fl-2003, hija responsabbli mill-ġestjoni tal-kooperazzjoni tal-iżvilupp tal-Gvern tal-Katalunja msejsa fuq pjan ġenerali kompersiv ta’ 4 snin bi 11-il pajjiż prijoritarju f’oqsma bħall-aċċess għal servizzi tas-saħħa u ilma tajjeb għax-xorb; edukazzjoni, kapaċitajiet produttivi u sovranità tal-ikel; trawwim il-paċi; sessi; governanza u drittijiet tal-bniedem; u l-ambjent. Il-baġit taal-Katalunja għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp irdoppja f’dawn l-aħħar tliet snin minn total ta’ 30.5 Miljuni Euro fl-2004 għal ftit anqas minn 60 Miljun fl-2007. Il-mira hija li sal-2012 jintlaħqu allokazzjonijiet baġitarji ta’ 0.7 % tad-dħul taxxabbli li t-total tagħhom ikun ta’ ftit anqas minn 80 Miljun Euro. Istituzzjonalment, l-AL għandhom livell għoli ta’ koordinazzjoni. Ħafna awtoritajiet lokali Katalani huma involuti f’kooperazzjoni diċentralizzata u ħolqu l-Fond Katalan ta' Kooperazzjoni, magħmul minn 290 AL, fil-biċċa l-kbira tagħhom muniċipalitajiet iżda wkoll kunsilli, deputazzjonijiet, entitajiet lokali oħrajn jew NGOs u entitajiet soċjali. L-awtoritajiet lokali qegħdin ikunu valur miżjud uniku għall-proċessi ta’ żvilupp (Kaxxa 2). Minbarra l-azzjonijiet konkreti f’pajjiżi fil-fażi ta’ żvilupp, l-awtoritajiet lokali huma fundamentali biex jimmobilizzaw lil partijiet interessati differenti biex jaħdmu flimkien, u b’hekk jiġġeneraw approċċi kollaborattivi biex jintlaħqu l-għanijiet komuni għall-iżvilupp u huma komunikaturi ħerqana favur l-iżvilupp (iżidu s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u jsejħu għal sostenn addizzjonali favur l-iżvilupp). Minħabba l-viċinanza u l-preżenza territorjali tagħhom, kif ukoll l-għarfien tal-ħtiġijiet lokali u l-kompetenza esperta tagħhom f’setturi tradizzjonali li jwasslu għal tnaqqis fil-faqar – urbanizzazzjoni, ilma u sanità, għajnuna lil gruppi vulnerabbli u lil popolazzjonijiet foqra f’postijiet imbiegħda – l-AL jistgħu jipparteċipaw bil-kbir sabiex jinksibu l-aħjar effetti tal-għajnuna għall-iżvilupp permezz ta’ istituzzjonijiet ta’ donaturi bilaterali u multilaterali (Kaxxa 3). L-AL għandhom esperjenza diretta u kapaċitajiet ta' siwi fl-iżviluppi territorjali, fid-deċentralizzzzjoni u fit-tisħiħ tal-governanza demokratika. L-evoluzzjoni fil-kunċett u t-twettiq tal-għajnuna għall-iżvilupp żiedet aktar l-enfasi fuq il-governanza tajba u d-demokratizzazzjoni, li huma proċessi fejn l-awtoritajiet lokali għandhom rwol ċentrali. Dan mexa id f’id ma’ żieda fir-rappreżentanza tal-awtoritajiet lokali tal-UE fix-xena politika internazzjonali u fl-attivitajiet tagħhom ta' għajnuna. KAXXA 2: Il-Valur miżjud tal-AL Qasam wiesa’ ta’ azzjoni: Is-Settur soċjali: kooperazzjoni bejn il-belt ta' Barċellona u Puebla (fil-Messiku) dwar il-vjolenza marbuta mas-sessi. Azzjonijiet li twettqu fi Puebla jistgħu jintużaw ukoll f’Barċellona fil-ġlieda kontra l-vjolenza marbuta mas-sessi fost il-komunitajiet ta’ immigranti mill-Amerika Latina f'Barċellona. Riabilitazzjoni taż-żoni urbani jew tal-għajxien: Is-Sassonja ta’ Isfel (flimkien mal-Fondazzjoni Jayawickreme) tappoġġja l-familji ta’ sajjieda f’Weligama, fis-Sri Lanka fejn fl-2006 tsunami kkważa devastazzjoni, qered kemm id-djar kif ukoll l-għajxien tal-popolazzjoni (dgħajjes u xbieki). Saħħa: sħubija bejn ir-Reġjun ta’ Rhône-Alpes u r-reġjun ta’ Khammouane / LAOS fis-sejba ta’ tipi differenti ta’ sħab bħal NGOs u universitajiet. Il-Parteċipazzjoni tal-Katalonja fi SWAP fis-settur tas-saħħa tal-Możambik. Solidarjetà umanitarja: Übach-Palenberg u donatur industrijali ewlieni qed jaħdmu flimkien fuq il-bini ta' skola fin-Nofsinhar tas-Sri Lanka, u jipprovdu taħriġ skolastiku b'xejn lill-bniet mir-reġjun milqut mit-tsunami. Katalist favur il-bidla : waqt l-implimentazzjoni tal-proġett tagħha li għandu l-għan tal-urbanizzazzjoni ta' żona mill-belt ta' Gaża, il-Belt ta' Barċellona ppromwoviet approċċ parteċipattiv u rnexxielha twettaq ħidma flimkien mal-awtoritajiet muniċipali Palestinjani u rappreżentanti tal-viċinat. Twaqqaf netwerk li jiġbor il-bliet differenti b'azzjonijiet ta' kooperazzjoni f'Gaża (EuroGaza) u jiltaqa’ tal-anqas darba fis-sena biex jikkoordina l-attivitajiet. Sħubijiet u ġemellaġġi dejjiema : Leipzig stabilixxiet sħubija mar-reġjun ta’ Ambalangoda (fin-Nofsinjar tas-Sri Lanka) li bdiet b'kampanja ta' ġbir ta' fondi għal għajnuna ta' emerġenza għal ilma tax-xorb u elettriku u ġiet żviluppata ulterjorment fi proġetti ta' edukazzjoni u rikostruzzjoni ta' infrastruttura teknika u soċjali. Sensibbiltà għall-ħtiġijiet lokali : Ir-Reġjun tat-Toskana stabbilixxa qafas ta’ kooperazzjoni fuq perjodu twil ta' żmien fejn kooperattivi mill-Burkina Faso jikkollaboraw fuq il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-provvista ta' fażola ħadra fis-supermarkits Taljani mingħajr il-bżonn ta’ strutturi paralleli tas-suq. Sħubijiet b’diversi atturi : Il-kuntatt City-to-City bejn Nueva Guinea fin-Nikaragwa u Sint-Truiden fi Flanders, fil-Belġju oriġina minn gruppi tas-soċjetà ċivili fi Sint-Truiden u Nueva Guinea. Il-kunsill muniċipali ta’ Nueva Guinea kompla jibni fuq dan il-ġemellaġġ biex jistimula proġetti taż-żgħażagħ, proġetti ambjentali, edukattivi, ta’ ppjanar ta’ żoni u ta’ ġestjoni, u jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fi kwistjonijiet tal-awtoritajiet lokali. Sensibilizzazzjoni : ir-Reġjun ta’ Rhône Alpes qed jappoġġja diversi netwerks differenti bil-għan tal-promozzjoni tal-kummerċ ġust, il-belt ta’ Barċellona qiegħda taħdem mad-dipartiment reġjonali tal-edukazzjoni tar-reġjun ta’ Cataluña bil-għan li tiżviluppa kurrikula dwar l-iżvilupp. Eżempji bħal dawn jiftħu baħar ta’ opportunitajiet fir-rigward tar-rwol potenzjali tal-AL fil-politika tal-iżvilupp. Iżda fl-istess ħin, l-għadd kbir ta’ atturi, flimkien mal-iskop settorjali estensiv, jikkumplikaw ulterjorment il-qasam filwaqt li jtuh diversi livelli. Is-sħubijiet b’diversi atturi huma sinifikanti f’dan ir-rigward, għaliex ilaqqgħu l-valuri miżjuda rispettivi tal-AL u tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili, u t-trawwim ta’ dawn it-tipi ta’ sħubijiet għandu potenzjal qawwi li jħalli effetti pożittivi fuq il-kontribut tal-AL. Biex issir lieva fuq il-potenzjal ta’ din id-diversità u jiġi evitat ir-riskju ta’ frammentazzjoni ulterjuri tal-għajnuna għall-iżvilupp, trid tingħata kunsiderazzjoni għall-kontributi tal-AL fil-qasam tal-effettività tal-għajnuna u fuq l-impatt tal-azzjonijiet għall-iżvilupp. Dan jiftaħ opportunitajiet għall-bini ta’ sħubijiet aktar strateġiċi b’viżjoni twila fl-isfond ta’ proċessi usa’. Dan huwa ta’ importanza kbira, speċjalment bħalissa, meta l-impenji tal-komunità internazzjonali għall-iffinanzjar tal-iżvilupp u l-kisba tal-MDGs jidhru skoraġġanti. Il-Kummissjoni ilha involuta b’mod estensiv fl-għajnuna lill-awtoritajiet lokali fl-UE u fil-pajjiżi sħab, b’mod aktar speċifiku permezz ta’ appoġġ dirett għad-deċentralizzazzjoni bl-użu ta’ programmi ġeografiċi, kif ukoll, bil-kooperazzjoni deċentralizzata permezz tal-programmi tematiċi ‘Atturi Mhux Statali u Awtoritajiet Lokali’[5]. Ir-raġunament wara t-tisħiħ tar-rwol tal-awtoritajiet lokali bħala atturi għall-iżvilupp fi ħdan il-kooperazzjoni tal-KE huwa, l-ewwel nett, il-kontribut effettiv biex jitnaqqas il-faqar u l-kisba tal-MDGs u, fit-tieni nett, l-integrazzjoni tal-governanza demokratika fil-livell lokali. Fil-fatt xi AL jimmobilizzaw riżorsi finanzjarji sinifikanti għall-iżvilupp (ara l-kaxxa 3). Għalkemm huwa diffiċli li tinġabar dejta, joħroġ biċ-ċar li dawn l-ammonti qegħdin jiżdiedu kif jidher, pereżempju, mill-ammonti allokati għal dawn it-tip ta’ attivitajiet mill-awtoritajiet lokali Ġermaniżi, li żdiedu minn EUR 607 miljuni fl-2003 għal EUR 764 miljun fl-2006. KAXXA 3: PIŻ FINANZJARJU IMPORTANTI[6] Baġits mal-UE kollha għal kooperazzjoni deċentralizzata jindikaw allokazzjonijiet sostanzjali li qegħdin jiżdiedu b’ritmu mgħaġġel. Ma teżisti l-ebda informazzjoni komprensiva, aggregata u aġġornata dwar il-piż finanzjarju tal-azzjonijiet tal-AL fil-kooperazzjoni internazzjonali. Din l-informazzjoni hija frammentata u diffiċli biex tinġabar u għalhekk l-għan ta’ din il-kaxxa huwa li tingħata idea tal-importanza ta’ tali fenomenu. Din hija r-raġuni għaliex l-azzjonijiet previsti taħt il-paragrafu 3.3.2. huma essenzjali. 4 Stati Membri tal-UE – Spanja, il-Ġermanja, il-Belġju, u Franza – jipprovdu volumi sinifikanti ta’ għajnuna għall-iżvilupp. Stati Membri oħra tal-UE jew ma jirrapportawx l-għajnuna għall-iżvilupp tal-AL jew inkella mhumiex involuti f’attivitajiet regolari. AWTORITAJIET LOKALI SPANJOLI FAVUR L-IżVILUPP Fl-2006, l-LA kkontribwew EUR 442.8 miljuni f’ODA, ammont li jirrapreżenta 14,8 % tal-ODA Spanjola u li tindika żieda netta sostanzjali fuq dawn l-aħħar 5 snin. Pereżempju, fuq il-livell reġjonali matul il-perjodu 2004-2006: Il-Katalunja rdoppjat l-fondi tal-kooperazzjoni deċentralizzata minn EUR 18,9 miljuni għal EUR 44 miljun; Navarra minn EUR 15,5 miljuni għal EUR 16,4 miljuni; u, Kantabrija minn EUR 3,2 miljuni għal EUR 4,4 miljuni. Barra minn hekk, 5 komunitajiet adottaw il-mira interazzjonali ta’ 0.7% ta-DGN (sal-2012). AWTORITAJIET LOKALI ġERMANIżI FAVUR L-IżVILUPP L-AL Ġermaniżi kien responsabbli mill-10% tal-ODA Ġermaniża fl-2006. Il-finanzjament tal-LA għall-kooperazjoni deċentralizzata żdiedet sostanzjalment għal 764 miljun fl-2006 minn EUR 607 miljun fl-2003[7]. AWTORITAJIET LOKALI BELġJANI FAVUR L-IżVILUPP Fil-Belġju hemm xejriet simili. L-AL Belġjani huma responsabbli mill-4% tal-ODA tal-Belġju. L-AL żiedu l-allokazzjonijiet finanzjarji għall-kooperazzjoni deċentralizzata. EUR 53.5 miljuni fl-2003; EUR 58.2 miljuni fl-2004; EUR 63.5 miljuni fl-2005; għal EUR 64.9 miljuni fl-2006. AWTORITAJIET LOKALI FRANċIżI FAVUR L-IżVILUPP Franza rat żieda fl-allokazzjonijiet finanzjarji għall-kooperazzjoni deċentralizzata minn EUR 115 miljun fl-2005 għal EUR 150 miljun fl-2007 tal-ODA netta[8] jew 1.5% tal-ODA ta' Franza. Dan jinkludi l-attivitajiet ta’ 3250 AL (reġjuni, dipartimenti, komuni u strutturi interkomunali) li jistabbilixxu kważo 6 000 relazzjoni ta’ kooperazzjoni (li minnhom 1983 jinvolvu kooperazzjoni għall-iżvilupp) f’115-il pajjiż. Pereżempju, ir-Reġjun ta’ Rhône–Alpes ħareġ EUR 5.7 miljuni fl-2003 u EUR 6.3 miljuni fl-2005; ir-Reġjun ta’ Ile de France minn EUR 4.3 miljuni għal EUR 5miljuni matul l-istess perjodu ta’ żmien. | 3. L-AWTORITAJIET LOKALI FAVUR L-IżVILUPP: LEJN RISPONS MILL-UE Fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi fil-fażi ta’ żvilupp, l-UE għandha tiffaċilita l-elaborazzjoni ta’ qafas għall-awtoritajiet lokali bħala atturi favur l-iżvilupp . Dan ikun jirrikonoxxi s-sinifikat u l-importanza ta’ din id-dimensjoni emerġenti tal-iżvilupp, jibni fuq l-evoluzzjoni reċenti fl-arkittettura tal-għajnuna, jirrikomoxxi l-valur tal-għajnuna deċentralizzata, u jiċċelebra l-istorja twila u l-importanza tal-attivitajiet tal-AL fil-qasam tal-iżvilupp. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tal-AL fuq il-livell Ewropew u nazzjonali, biex jimpenjaw ruħhom fil-politika tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tagħha. Permezz ta’ dan, il-qafas għandu jiffoka fuq il-prinċipji ġenerali adottati fil-livell internazzjonali fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp u t-traduzzjoni operattiva tagħhom għall-attivitajiet tal-AL, bħal: il-partikolarità tal-pajjiż, li timplika appoġġ speċifiku skont il-kuntest partikolari tal-pajjiż; l-appartenenza u s-sħubija, b’kunsiderazzjoni għall-proċessi tal-pajjiż u għall-oqfsa ta’ deċentralizzazzjoni nazzjonali; il-flessibbiltà u l-prammatiżmu, li l-azzjonijiet jiġu adattati għad-dinamiċi tal-proċessi ta' riforma u li jirrispondi għal sfidi u prijoritajiet ġodda; il-konformtià u l-armonizzazzjoni, inkluż il-komplementarjetà tad-donatur; il-bini ta’ alleanzi strateġiċi biex jitnaqqsu l-ispejjeż u l-piżijiet tat-tranżazzjonijiet fuq l-amministrazzjonijiet tal-imsieħba; u li dan se jkun proċess fuq terminu twil u gradwali, li jirrekjedi appoġġ komprensiv u li jiżdied. 3.1. Awtoritajiet Lokali: Djalogu Strutturat Meta wieħed jikkunsidra l-preżenza u l-attivitajiet tagħhom, l-AL bħala atturi subnazzjonali għandhom ikollhom rappreżentanza aħjar fix-xena tal-UE. L-AL fl-UE u f’pajjiżi sħab jistgħu jorganizzaw irwieħhom sabiex isemmgħu leħinhom fid-diversi gruppi internazzjonali, bilaterali u multilaterali ta' donaturi. Jeħtieġ li l-LA jippromwovu l-valur miżjud li huma jistgħu jagħtu fid-diversi oqsma, bħal fil-ġlieda kontra t-tibdil tal-klima, fir-riżoluzzjoni ta’ kunflitti jew fil-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju (MDGs), izda wkoll biex jipparteċipaw f’ċerti dibattiti/azzjonijiet minn fejn s’issa kienu għadhom esklużi, speċjalment dwar l-effikaċja tal-għajnuna. Dan għandu jkun il-każ, pereżempju, fl-użu tad-Dokumenti dwar l-Istrateġija tal-Pajjiżi, jew rapporti ta' missjonijiet li diġà jeżistu, u fil-parteċipazzjoni fil-qsim tax-xogħol fil-livell lokali eċċ. Fil-livell tal-UE, il-Kummissjoni tippropponi l-ħolqien ta' djalogu strutturat dwar il-politika tal-iżvilupp mal-AL. Dan jista’ jitpoġġa taħt il-patroċinju tal-Kumitat tar-Reġjuni (COR), minħabba r-rwol tiegħu li jipprovdu lill-awtoritajiet lokali b’vuċi fil-livell tal-UE, u jinkludi AL u Netwerks ta’ AL. Dan id-djalogu jista’ jieħu l-forma ta' assembleji annwali, li jinvolvu d-dawk l-attivitajiet kollha f’din is-sistema ta’ kooperazzjoni sabiex jissaħħu dawn in-netwerks, titejjeb l-effettività tal-għajnuna u tiġi żgurata s-sostenibbiltà ta’ azzjonjiet ta' darba u azzjonijiet pilota. Dan id-djalogu privileġġjat mal-Kumitat tar-Reġjuni ma jeskludix li jsir djalogu bilaterali ad hoc mal-AL jew l-assoċjazzjoni tagħhom dwar fuq kwistjonijiet speċifiċi. F’dan il-kuntest, l-UE tista’ tiżviluppa għodod speċifiċi li jippermettu lill-AL jipparteċipaw f’tali djalogu strutturat u ddaħħal fis-seħħ bażi aktar effettiva, koerenti, koordinata, influwenti u kumplimentari għall-azzjonijiet tagħhom. Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni tipproponi linji gwida operattivi elaborati biex jittejjeb l-involviment tal-AL fl-ipprogrammar u l-għoti tal-għajnuna u d-djalogu dwar il-politika fil-livell tal-pajjiż sieħeb, f’dak reġjonali u fil-livell tal-UE, u b’hekk jikkompleta l-attivitajiet tal-Kummissjoni[9]. 3.2. L-Awtoritajiet Lokali fil-Pajjiżi fil-fażi ta’ Żvilupp L-awtoritajiet lokali fil-Pajjiżi Msieħba huma wkoll tal-akbar importanza għax jistgħu jkunu atturi fundamentali għal titjib fil-governanza lokali u fit-twettiq ta' servizzi pubbliċi, partikolarment fil-kuntest tad-deċentralizzazzjoni. Fil-fatt bħalissa għadd kbir ta’ pajjiżi msieħba huma involuti f’xi forma jew oħra ta’ deċentralizzazzjoni. Dawn il-proċessi jħabbtu wiċċhom ma’ ħafna sfidi li jkunu jistgħu jingħelbu permezz ta’ relazzjonijiet aktar b’saħħithom ma’ AL fi Stati Membri tal-UE. L-oqsma fejn l-AL jista' jkollhom vantaġġ komparattiv ivarjaw mill-implimentazzjoni tad-demokrazija lokali (li tiġbor fiha d-devoluzzjoni tas-setgħat lil entitajiet lokali eletti b'awtonomija relattiva) u l-governanza lokali (li tinvolvi bidla minn responsabbiltà vertikali biss għal responsabbiltà orizzontali u responsabbiltà minn fuq għal isfel, marbuta mal-prinċipji tal-parteċipazzjoni, it-trasparenza u r-responsabbiltà, fejn is-soċjetà ċivili għandha rwol kruċjali) għal mudell ġdid ta’ żvilupp (ekonomiku) lokali (fejn il-gvernijiet lokali jkollhom rwol ta’ katalisti) u ppjanar territorjali (reġjonali) li jintegra l-iżvilupp lokali f'kuntest usa' ta' spazju u jistimola sinerġiji bejn atturi differenti mis-settur privat u minn dak pubbliku. B’riżultat tar-rwol potenzjali tagħhom fl-iżvilupp lokali u l-isfidi li għandhom iħabbtu wiċċhom magħhom, l-awtoritajiet lokali fil-pajjiżi msieħba jibbenefikaw minn djalogu aktar strutturat u permanenti mal-kontraparti fl-UE dwar dawn is-suġġetti u kif ukoll minn attivitajiet ta’ kooperazzjoni bħala appoġġ lil governanza lokali. 3.3. L-Awtoritajiet Lokali f’Kooperazzjoni: Inrawmu l-Komprensjoni tagħna Dan li ġej jista’ jsawwar il-bażi tal-approċċ ġejjieni Ewropew: 3.3.1. Atturi lokali – L-Effikaċja tal-Għajnuna u l-Awtoritajiet Lokali tal-UE Il-governanza kumplessa u fuq diversi livelli deskritta hawn fuq, li tinvolvi għadd kbir ta’ atturi mill-UE u s-sħab tagħha, tpoġġi kunsiderazzjoni ta ’ effikaċja fil-qalba tad-dibattitu dwar l-AL bħala atturi għall-iżvilupp. Il-ħtieġa għal kunsiderazzjonijiet bħal dawn tiżdied minħabba l-fatt li ftit huma dawk l-awtoritajiet lokali li jaderixxu ma’ għanijiet u prinċipji gwida stabbiliti fil-livell internazzjonali fir-rigward tat-twettiq koordinat tal-għajnuna għall-iżvilupp. Xi reġjuni u bliet tal-UE kkommettew ruħhom għad-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna (id-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi), iżda l-maġġoranza kbira tagħhom għadhom jagħmlu użu mill-kompetenzi u l-prerogattivi tagħhom bħala l-bażi li fuqha jfasslu l-attivitajiet tal-iżvilupp. Għal dan il-għan, huwa meħtieġ progress fuq aspetti ewlenin tal-aġenda tad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi, li huma essenzjali għall-kooperazzjoni tal-iżvilupp permezz ta' atturi lokali daqs kemm huma għar-relazzjonijiet bejn id-donatur u l-pajjiż imsieħeb. Dawn jinkludu t-tnaqqis tal-frammentazzjoni billi jitħaddmu u jiġu implimentati l-prinċipji tal- Kodiċi ta ’ Konditta tal-UE dwar il-Kumplementarjetà u d-Diviżjoni tax-Xogħol , u bl-użu aħjar ta’ sistemi tal-pajjiżi, u bil-promozzjoni tal-appartenenza demokratika, oqsma fejn l-awtoritajiet lokali għandhom rwol importanti. Għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li l-atturi lokali jtejbu l-kooperazzjoni għall-iżvilupp b ’ appoġġ għall-governanza lokali , inkluż l-AL, fil-livell tal-UE. L-għan ikun żieda fil-koerenza, fil-kumplementarjetà u fl-effikaċja tad-diversi atturi lokali. Il-prinċipji u l-modalitajiet ewlenin li huma jistgħu jissottoskrivu għalihom volontarjament jinkludu l-applikazzjoni, fil-livell lokali, tal-prinċipji tad-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna, appoġġ għall-governanza demokratika lokali, it-tisħiħ tal-oqfsa nazzjonali bħala l-bażi għal governanza lokali u l-promozzjoni ta' żvilupp soċjali u ekonomiku. Bħalissa l-atturi kkonċeranti qegħdin jelaboraw test f’dan ir-rigward, li l-aħħar abbozz tiegħu jinsab bħala dokument anċillari ma’ din il-Komunikazzjoni. Ir-riżultati ta’ inizjattiva simili li għaddejja fl-Afrika tista’ tinqasam permezz tad-djalogu previst fil-qafas tas-Sħubija Strateġika bejn l-Afrika u l-UE dwar il-Governanza Demokratika u d-Drittijiet tal-bniedem. 3.3.2. L-identifikazzjoni tal-atturi u l-attivitajiet Il-kooperazzjoni għall-iżvilupp li qed issir mill-AL huwa kunċett li qed jevolvi mal-isfida ta' nuqqas ta' dejta. Sabiex l-atturi u l-attivitajiet involuti jkunu jistgħu jiġu identifikati aħjar, bil-għan tal-identifikazzjoni tal-koordinazzjoni jew ta’ ħtiġijiet oħra u li jiġu proposti soluzzjonijiet, għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi li jirrapportaw b ’ mod aktar effettiv dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-AL. Dan jista’ jinkludi Atlas tal-Kooperazzjoni Deċentralizzata għal attivitajiet ta' mapep; kompendju dwar l-aħjar prattika; jew osservatorju mibni fuq il-kapaċitajiet eżistenti. 3.3.3. “Borża” – il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda Ħafna drabi, il-frammentazzjoni, id-duplikazzjoni u n-nuqqas ta’ informazzjoni huma l-ostakli ewlenin li jnaqqsu l-impatt u l-opportunitajiet tal-attivitajiet tal-AL. Jeżisti l-iskop li tinħoloq sistema li tifrex l-informazzjoni u tqabbel l-offerti u d-domandi għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-AL – li tqabbel l-għarfien espert u l-finanzi, issaħħaħ in-netwerk tal-AL tal-UE involuti f’kooperazzjoni territorjali, u toħloq sħubijiet. Il-Kummissjoni tipproponi li l-UE tappoġġja l-implimentazzjoni ta ’ pjattaforma ta ’ skambju ta ’ informazzjoni – “Borża” – taħt il-patroċinju tal-Kumitat tar-Reġjuni, li tinvolvi netwerks ewlenin ta' AL fl-UE u fil-pajjiżi sħab. L-għan ta’ din il-“Borża” jkun li taġixxi ta’ punt ta’ kuntatt għal AL fl-UE u fil-pajjiżi sħab u bħala strument li jiffaċilita l-ħolqien ta’ sħubijiet ġodda bejn l-awtoritajiet lokali fl-UE li qed ifittxu sħab fit-twettiq ta’ azzjonijiet ta’ kooperazzjoni deċentralizzati. Barra minn hekk din is-sistema li tgħin fl-iffiltrar ta’ duplikazzjonijiet u tikkonċentra l-kooperazzjoni fejn l-aktar tkun ta’ valur miżjud. 3.3.4. Netwerks fl-UE u f’pajjiżi sħab – it-tisħiħ tas-sħubijiet / Ġemellaġġi ta’ Awtoritajiet Lokali It-tisħiħ tal-ġemellaġġ kulturali u istituzzjonali bejn l-AL fl-UE u l-pajjiżi sħab għandha storja twila ta' ksib ta' sħubijiet ta' suċċess. Bosta mis-sħubijiet li fuqhom hija msejsa l-Kooperazzjoni Deċentralizzata oriġinaw minn proċessi ta’ ġemellaġġ. Il-Kummissjoni tipproponi li l-UE tappoġġja b ’ mod aktar estensiv l-użu ta ’ dawn is-sħubijiet għall-iżvilupp (ġemellaġġ) , biex issaħħaħ l-iskambju ta ’ esperjenza u tibni sħubijiet għall-iżvilupp fuq medda twila ta' żmien. L-UE u l-AL tal-UE għandhom jappoġġjaw ir-rwol ta’ assoċjazzjonijiet nazzjonali ta’ AL f’pajjiżi sħab , sabiex dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw fid-djalogu politiku nazzjonali tagħhom (pereżempju matul l-elaborazzjoni, mal-Kummissjoni Ewropea, ta’ Dokumenti ta’ Strateġija tal-Pajjiżi) konformi mal-prinċipji ta’ appartenenza u responsabbiltà reċiproċi. L-appoġġ ta’ assoċjazzjonijiet nazzjonali ta’ AL fl-UE u f’pajjiżi sħab huwa importanti wkoll sabiex titressaq ’il quddiem ir-responsabbiltà reċiproka interna bejn il-gvernijiet lokali u dawk ċentrali. 4. Il-passi li jmiss Din il-Komunikazzjoni tfittex li tenfasizza l-importanza tat-tfaċċar reċenti tal-awtoritajiet lokali bħala atturi ewlenin favur l-iżvilupp, kif ukoll li tidentifika l-ewwel elementi ta’ strateġija ta’ rispons fil-livell tal-UE. Hija tfittex li tniedi proċess li se jsaħħaħ il-parteċipazzjoni tagħhom fit-tiswir u l-implimentazzjoni ta' attivitajiet tal-iżvilupp, b'manjiera koordinata u strateġika. Għalhekk il-Kummissjon tistieden lill-Kunsill, lill-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, il-Kumitat tar-Reġjuni, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, biex jagħtu l-appoġġ tagħhom għall-iżvilupp ta’ approċċ ħolistiku għall-awtoritajiet lokali bħala atturi favur l-iżvilupp, fil-livell globali, Ewropew u kif ukoll fil-livell nazzjonali, permezz ta’ strumenti bħal dawn imsemmija hawn fuq. [1] Il-Konfernezi tan-NU (Rio de Janeiro 1992, Istanbul 1996) dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp u Insedjamenti Umani, is-Samit tal-Millennju fl-2000 u s-Samit Dinji ta’ Johannesburg dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fl-2002 formalment irrikonoxxew ir-rwol tagħhom. [2] Komunikazzjoni dwar il-Governanza u l-Iżvilupp COM 2003, 615 finali, Opinjonijiet tal-Kmitat tar-Reġjuni dwar il-Kooperazzjoni Deċentralizzata fir-riforma tal-Politika tal-Iżvilupp tal-UE 2006/C115/09. Opinjoni dwar il-Governanza fil-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp 2007/C197/09. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2007 dwar l-Awtoritajiet lokali u l-Koperazzjoni għall-Iżvilupp 2006/2235 INI. Strateġija Konġunta bejn l-UE u l-afrika u l-Pjan ta’ Azzjoni 2007. Komunikazzjoni tal-KE dwaqt l-Istrateġija tal-UE għall-Afrika: Lejn Patt Ewro-Afrikan biex jiġi Aċċellerat l-Iżvilupp tal-Afrika COM 2005, 489 finali. [3] Is-sussidjarjetà huwa prinċipju ta’ organizzazzjoni li permezz tiegħu l-kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati mill-aktar livell xieraq. [4] Kunsill tal-Muniċipalitajiet u r-Reġjuni Ewropej: L-istat tal-gvern lokali u reġjonali fl-Ewropa fl-2006/Edizzjoni tal-2007 [5] Atturi Mhux Statali u Awtoritajiet Lokali COM 2006 19. [6] Huwa diffiċli li jingħata kont tas-settijiet globali ta’ ammonti mmobilizzati mill-AL favur il-kooperazzjoni għall-iżvilupp, minħabba d-diversità tal-atturi involuti, in-natura varjata u dinamika tal-inizjattivi, u l-mezzi u l-għodod għal dawn, u fil-fatt in-nomenklatura u l-kategorizzazzjoni internazzjonali eżistenti (jiġifieri OECD/DAC) mhumiex adattati għall-ispeċifiċitajiet ta’ din is-sura ta’ kooperazzjoni deċentralizzata. [7] 90% ta’ dawn l-ammonti relatati ma’ spejjeż attribwiti tal-istudenti [8] 60 miljun Euro ġew iddikjarati lill-OECD/DAC, madankollu d-'Délégation pour l'action extérieur des collectivités locales' (DAECL) tistma li ċ-ċifra globali tammonta għal 115 miljun euro. [9] L-appoġġ Komunitarji ġie dirett l-aktar permezz ta’ programmi ġeografiċi u permezz ta’ programmi tematiċi u b’mod aktar speċifiku bil-programm “Atturi Mhux Statli u Awtoritajiet Lokali”