Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008DC0482

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill - Implimentazzjoni tal-Programm dwar is-Saħħa Pubblika fl-2007

/* KUMM/2008/0482 finali */

52008DC0482

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill - Implimentazzjoni tal-Programm dwar is-Saħħa Pubblika fl-2007 /* KUMM/2008/0482 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 23.7.2008

KUMM(2008) 482 finali

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL

Implimentazzjoni tal-Programm dwar is-Saħħa Pubblika fl-2007

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL

Implimentazzjoni tal-Programm dwar is-Saħħa Pubblika fl-2007

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

DAĦLA

Taħt l-Artikolu 12(1) tad-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li jaddotta programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008)[1], il-Kummissjoni għandha regolarment timmonitorja l-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet taħt il-programm fid-dawl ta’ l-għanijiet. Dan ir-rapport jimmira biex jinforma l-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq l-implimentazzjoni tal-Programm fuq is-Saħħa Pubblika fl-2007. Rapport fuq l-ewwel erba’ snin tal-Programm jista’ jinsab fuq il-websajt Europa[2].

POLITIKA FUQ IS-SAĦĦA FL-2007

L-2007 kienet sena ta’ akkwisti ta’ importanza akbar fil-politika għad-Direttorat Ġenerali tas-Saħħa u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, minħabba li kienet ikkaratterizzata bl-adozzjoni tat-Tieni Programm ta’ Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-Saħħa (2008-13) u tal-White Paper “Flimkien għas-Saħħa, Approċċ Strategiku għall-UE 2008-2013”.

It-Tieni Programm ta’ Azzjoni Kommunitarja fil-Qasam tas-Saħħa (2008-13)

It-Tieni Programm ta’ Azzjoni Kommunitarja fil-Qasam tas-Saħħa (2008-13) [3] ġie addottat mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fit-23 ta’ Ottubru 2007. Huwa strutturat fuq tliet linji ta’ żvilupp (intejbu s-sigurtà tas-saħħa ta’ l-anzjani, nippromwovu is-saħħa, niġġeneraw u nippropagaw informazzjoni u tagħrif fuq is-saħħa) u għandu pakkett finanzjarju ta’ EUR 321 500 000. Huwa intenzjonat li jikkomplementa, li jappoġġa u li jżid fil-valur lill-politiki ta’ l-Istati Membri u jikkontribwixxi għall-solidarjetà ogħla u prosperità fl-Unjoni Ewropea billi jipproteġi u jippromwovi l-ħajja umana u s-sigurtà u billi jtejjeb is-saħħa pubblika.

L-Istrateġija tas-saħħa ta’ l-UE

Il- White Paper “Flimkien għas-Saħħa, Approwċ Strateġiku għall-UE 2008-2013”[4] ġiet addottata fit-23 ta’ Ottubru 2007. Tgħaqqad flimkien f’qafas koerenti u komprensiv sensiela ta’ politiki ta’ l-UE li jħallu impatt fuq is-saħħa. Il-miri tagħha huma li tinkuraġġixxi li wieħed ikun f’saħħtu kemm jista’ jkun f’Ewropa ta’ popolazzjoni li qed tixjiħ billi tippromwovi li l-bniedem tul ħajtu jkun f’saħħtu kemm jista’ jkun, biex tipproteġi ċ-ċittadini mit-theddid għas-saħħa u dan jinkludi mard li jittieħed u sigurtà tal-pazjent, u biex tappoġġa sistemi ta’ saħħa dinamiċi u teknoloġiji ġodda.

Tniżżel prinċipji li tappoġġa politika għas-saħħa: il-bżonn għall-approċċ imsejjes fuq valur, saħħa u għana, u b’hekk issaħħaħ il-vuċi ta’ l-UE fis-saħħa dinjija u l-integrazzjoni tas-saħħa fil-politiki kollha. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tiżgura li jkun hemm valutazzjoni ta’ l-impatt li l-politika u l-azzjonijiet prinċipali żviluppati jkollhom fuq is-saħħa.

PJAN GĦALL-BAĠIT GĦAS-SENA 2007

Il-baġit totali tal-programm għall-2003-2008 kien ta’ EUR 354 milljun. Il-baġit għall-2007 kien stmat li laħaq EUR 41 870 000 fid-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 2007/102/KE tat-12 ta’ Frar 2007 li addottat il-pjan tax-xogħol għall-2007 għall-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika (2002-2008), u dan jinkludi l-programm annwali tax-xogħol għas-sussidji[5]. Il-baġit operatorju u dak amministrattiv kienu stmati li laħqu rispettivament EUR 40 638 000 u EUR 1232 000.

SUSSIDJI

Is-sejħa għall-proposti

L-unika sejħa għall-proposti, li tkopri l-attivitajiet kollha għax-xogħol għall-2007, kienet ippubblikata fis-16 ta’ Frar 2007 u għalqet fl-20 ta’ Mejju 2007. Kienet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali[6], fuq il-websajt ta’ l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika (PHEA)[7] u l-websajt Europa[8].

Ġurnata ta’ Informazzjoni seħħet fil-Lussemburgu fit-28 ta’ Frar għal dawk il-partijiet interessati u professjonisti tas-saħħa pubblika interessati biex jissottomettu proposti taħt il-Programm tas-Saħħa Pubblika (2003-2008). Ġranet għall-għoti ta’ Informazzjoni fuq bażi nazzjonali, seħħew ukoll, f’Vilnius, Varsavia, Madrid, Sevilja, Ruma, Sofija u Liżbona.

L-ammont indikattiv għas-sejħa tal-proposti kien ta’EUR 33 888 000.

Total ta’ 222 applikazzjoni ġew sottomessi għat-tliet linji ta’ żvilupp (93 għall-Informazzjoni fuq is-Saħħa, 17 fuq theddid għas-Saħħa u 112 għad-Determinanti tas-Saħħa). Seba’ applikazzjonijiet ġew eliminati waqt il-fażi ta’ l-iskrinjar u selezzjoni, minħabba li l-proposti ma kinux ġew sottomessi fil-ħin jew inkella kellhom id-dettalji kollha mitluba. Il-bqija tal-215-il proposta ġew sottomessi għall-reviżjoni ta’ esperti fil-qasam, iffurmati minn esperti indipendenti biex jevalwaw il-kriterji kollha li jaqgħu taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/103/KE li tniżżel prinċipji ġenerali għall-għażla u l-issussidjar ta’ l-azzjonijiet taħt il-Programm tas-Saħħa Pubblika (2003-2008)[9], u ukoll ta’ uffiċjali mid-Direttorat Ġenerali tas-Saħħa u l-Protezzjoni tal-Konsumatur responsabbli biex jevalwaw il-kriterji rilevanti għall-politika.

Kumitat għall-valutazzjoni, li jikkonsisti minn rappreżentanti tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u għar-riċerka, id-Direttorat Ġenerali Eurostat u l-PHEA, ipproduċew lista finali ta’ proposti rakkomandati għall-iffinanzjar għal kull linja ta’ żvilupp u lista waħda ta’ riżervi kkonsolidati, u qablu fuq il-proposti li kellhom jiġu rrifjutati.

Il-lista finali ta’ proponimenti rrakkomandati biex jiġu ffinanzjati, il-lista ta’ riżervi kkonsolidata, u proponimenti biex jiġu rifjutati ġew sottomessi lil 39 evalwaturi esterni. B’riżultat tal-proċess tal-valutazzjoni, ġiet maħruġa lista ta’ 63 projett (23 għall-Informazzjoni dwar is-Saħħa, 11 għat-theddid tas-Saħħa u 29 għad-determinanti tas-Saħħa) u lista oħra ta’ riżerva ta’ 11-il proġett (8 għall-Informazzjoni dwar is-Saħħa u 3 għad-determinanti tas-Saħħa) li rispettivament ammontaw għal EUR 37 575 948 u EUR 4 523 107.

Informazzjoni ppruvata bl-istatistika fuq is-sejħa għall-proposti għall-2007 hija disponibbli fl-“Analiżi ppruvata bl-Istatistika ta’ l-2007 Sejħa għall-Proposti fil-Programm tas-Saħħa Pubblika”, ippublikat fil-websajt tal-PHEA[10].

F’Settembru ta’ l-2007, il-Kumitat għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ l-azzjoni għall-Komunità dwar is-Saħħa pubblika (2003-2008) ta opinjoni favur li jiġu ffinanzjati l-proposti magħmula mill-proċedura evalwattiva.

Is-Sejħiet għal offerti.

Numru ta’ azzjonijiet ġew inizjati jew billi nħarġu sejħiet għal offerti jew billi ntużaw il-kuntratti tal-qafas eżistenti. Dawk l-iktar sinifikanti huma nnumerati hawn taħt:

- Produzzjoni ta’ programm tat-TV fuq in-nutriment li kien ġie muri waqt il-partiti tal-futbol tal-lig tal-kampjonat tal-UEFA. L-ispejjeż ta’ l-inizzjar sofriethom l-aġenzija tar-reklamar li rebħet kuntest u l-Kummissjoni kopriet l-ispejjeż tal-produzzjoni.

- Kontinwazzjoni ta’ manutenzjoni, żvilupp u promozzjoni tal-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea[11].

- Żvilupp ta’ għodda ta’ informazzjoni li hija bbażata fuq il-web dwar il-kwalità ta’ l-arja ta’ ġewwa b’koperazzjoni maċ-Ċentru għar-Riċerka Konjunta (JRC).

- Qbil amministrattiv ma’ l-JRC dwar dak li jrid jiġi wara il-Konvenzjoni ta’ Qafas dwar il-Kontroll tat-Tabakk tad-WHO, għall-appoġġ xjentifiku u għall-analiżi ta’ l-ingredjenti tat-tabakk.

- Iktar żvilupp fis-Sistema Ġenerika ta’ Alert Rapidu u softwer għall-Faċiliatjiet ta’ Operar għall-Emerġenza għas-Saħħa ta’ l-UE. Iktar żvilupp ta’ l-infrastruttura ta’ l-immaniġjar bi kriżi ta’ l-UE.

- Linji gwida għall-applikazzjoni ta’ l-Istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tal-Komunità relatati ma’ sistemi ta’ kwalità għall-komponenti tad-demm u tessuti u ċelloli.

- Diversi gruppi tax-xogħol u konferenzi li ressqu flimkien xjentisti, partijiet interessati u awtoritajiet pubbliċi.

- Diversi valutazzjonijiet ta’ l-impatt, li jinkludu wieħed fuq is-Servizzi tas-Saħħa u l-istrateġija tas-Saħħa.

Il-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet interni.

Il-Kummissjoni kompliet ittejjeb il-kollaborazzjoni tagħha mal- World Health Organisation (WHO) , minħabba li f’Marzu tal-2007 ffirmat kuntratti għal seba’ projetti ġodda mseħbin li għandhom valur totali ta’ EUR 4 242 963, li 60 % tagħhom jiġu ffinanzjati mill-Programm tal-Komunità dwar is-Saħħa Pubblika (2003-2008). Il-kuntratti jkopru prijoritajiet fuq il-politika tas-saħħa ta’ l-UE dwar l-ambjent u s-saħħa, ferimenti, ekwità fis-saħħa, sigurtà tas-saħħa, servizzi tas-saħħa, alkoħol u servizzi ta’ emerġenza. Il-proġetti jiġu implimentati mid-WHO Ewrope tul perjodu ta’ tliett snin.

Laqgħa ta’ livell għoli bejn Dr Margaret Chan, Direttur Ġenerali tad-WHO, il-President tal-Kummissjoni Barroso u l-Kummissarji Kyprianou u Potočnik saru fit-12 ta’ Ġunju 2007 biex jiġu diskussi prijoritajiet tas-saħħa strateġiċi, bħalma huma il-konsegwenzi tas-saħħa fuq il-kambjament tal-klima, sigurtà tas-saħħa globali, u t-titjib tal-konsegwenzi tas-saħħa fl-Afrika. Laqgħa għall-Uffiċjali Superjuri bejn id-WHO u l-Kummissjoni ġiet organizzata fit-18 ta’ Ottubru 2007.

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ koperazzjoni ma’ l- Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku (OECD), kuntratti bejn l-OECD u l-Kummissjoni ġew iffirmati f’Ġunju ta’ l-2007, u waqt il-Forum ta’ l-Ewropa dwar is-Saħħa li sar f’Gastein f’Ottubru 2007 l-OECD organizzat grupp ta’ ħidma fuq “Skarsezza u emigrazzjoni fost il-forza tax-xogħol li taħdem fis-settur tas-saħħa”. Fost laqgħat oħrajn ta’ l-OECD, il-Kummissjoni attendit il-laqgħa tal-korrispondenti f’Pariġi f’Ottubru 2007. Meta bbażat fuq ir-riżultati tal-kollezzjoni sperimentali ta’ data fuq l-emigrazzjoni ta’ professjonisti fil-qasam tas-saħħa taħt “il-Proġett dwar il-Forza tax-Xogħol u l-Emigrazzjoni fil-qasam tas-Saħħa”[12], is-segretarjat ta’ l-OECD ipproponit li kollezzjoni ta’ data ġdida fuq bażi regolari fuq l-emigrazzjoni ta’ professjonisti fis-settur tas-saħħa taħt id-Data dwar is-Saħħa ta’ l-OECD għandha tiffoka kemm jista’ jkun fuq tobba mħarrġa barra, bħala l-ewwel element fil-valutazzjoni tar-rwol u l-impatt taċ-ċaqliq internazzjonali tat-tobba. Xogħol bi sħab ma’ l-Eurostat u d-WHO kompla fuq is-Sistema tal-Kontabilità tas-Saħħa, u ukoll taħt il-qafas tal-ftehim dirett.

Is-Sotto-delegazzjoni għall-Eurostat

B’konkordanza mas-Sezzjoni 2.5, Anness I, tal-Pjan tax-Xogħol għall-2007[13], baġit ta’ EUR 400 000 ġie mwarrab biex ikun sotto-delegat lill-Eurostat għal skopijiet ta’ appoġġ:

(1) awtoritajiet nazzjonali ta’ l-istatistiċi fl-implimentazzjoni bejn l-2007-2008 ta’ l-Servej Ewropew dwar is-Saħħa (EHIS) moduli bażiċi (kif iddefiniti fil-Programm ta’ l-Istatistiċi għall-2007);

(2) awtoritajiet nazzjonali ta’ l-istatistiċi fl-implimentazzjoni u iktar espansjoni fis-Sistema tal-Kontabilità tas-Saħħa fl-UE (b’koperazzjoni ma’ l-OECD u d-WHO).

Għall-ewwel fost dawn l-attivitajiet, EUR 200 000 kienu sotto-delegati. F’Ġunju ta’ l-2007 il-Eurostat ħarġet sejħa għall-proposti li kienu ristretti għall-istituzzjonijiet li jappartjenu għas-Sistema Ewropea ta’ l-Istatistiċi u rċeviet 13-il applikazzjoni. Il-valutazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet – li fihom ipparteċipa rappreżentant tad-Direttorat Ġenerali tal-Protezzjoni tas-Saħħa u l-Konsumatur – irriżultat fl-aċċettar ta’ 11-il applikazzjoni. Il-baġit ta’ EUR 200 000 sotto-delegat flimkien ma’ EUR 555 716.15 mill-baġit ta’ l-Eurostat innifsu ppjanat għall-implimentazzjoni ta’ l-EHIS irriżulta f’ammont ġenerali ta’ EUR 755 716.15, li intuża għal 11-il għotja mogħtija lill-Istati Membri ta’ l-UE. Il-baġit sotto-delegat ta’ EUR 200 000 kien ġie totalment ikkunsmat (marbuta ma’ l-għotjiet għal żewġ pajjiżi: Ċipru u l-Latvja).

Għat-tieni, EUR 200 000 kienu sotto-delegati. F’Lulju ta’ l-2007 l-Eurostat ħarġet sejħa għall-proposti ristretti għall-istituzzjonijiet li jappartjenu għas-Sistema Ewropea ta’ l-Istatistiċi u seba’ pajjiżi applikaw għall-għotja għal dan il-proġett speċifiku. Il-valutazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet irriżultat f’kull waħda mis-seba’ applikazzjonijiet jiġu aċċettati u s-somma ta’ EUR 165 160.31 kienet ivvutata, li tammonta għal 82.6 % tal-baġit ikkalkulat għal dan il-proġett.

APPOĠĠ STRUTTURALI

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika

Assistenza teknika, xjentifika u amministrattiva bżonjuża biex tiġi implimentata is-sejħa għall-proposti ta’ l-2007 ġiet ipprovduta mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika (PHEA), li kienet imwaqqfa mid-Deċiżjoni 2004/858/KE[14]. Kienet hi li organizzat is-sejħa tal-2007 għal-proposti, ikkoordinat il-valutazzjoni tal-proġetti sottomessi, u nnegozjat u ffirmat l-għotja ta’ ftehim li għandha x’taqsam magħhom.

PROGRAMM TA’ SAĦĦA PUBBLIKA 2003-2008: VALUTAZZJONI TEMPORANJA

Kif inhu rikjest mill-Artikolu 12(3) tad-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE[15] , seħħet il- valutazzjoni esterna ta’ l-implimentazzjonijiet u l-akkwisti ta’ l-ewwel tliet snin ta’ l-programm. Ir-Rapport Finali ġie finalizzat u ppubblikat fl-2007 u magħmul aċċessibbli fuq is-Websajt Europa[16]. Għalkemm l-valutazzjoni aktar kellha konklużjonijiet pożittivi, xi rakkomandazzjonijiet ġew proposti u meqjusa għall-pjan ta’ azzjoni diġà parzjalment implimentat. Il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni ġew ikkomunikati fl-2008 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

L-ATTIVITAJIET PRINċIPALI FL-2007

L-informazzjoni dwar is-saħħa

Il-preparazzjoni tar- rapport ta’ l-implimentazzjoni fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2003 dwar it-tfitxija bir-reqqa[17] għall-kanċer bdiet fi Frar ta’ l-2007. Kwestjonarju ntbagħat lill-Istati Membri fis-sajf u kien hemm risposti minn 18-il Stat Membru. Il-kwestjonarju jipprovdi wieħed mill-kolonni tar-rapport. Iżjed data hija pprovduta mill-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC) fil-qafas ta’ diversi proġetti tal-Programm tas-Saħħa Pubblika. Ir-rapport mistenni jiġi ppublikat fit-tieni kwart ta’ l-2008.

Il-preparazzjoni għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar azzjoni Ewropea fil-qasam ta’ mard rari bdiet fil-ħarifa ta’ l-2007. Il-Konferenza Ewropea dwar Mard Rari kienet saret ġo Liżbona taħt il-Presidenza Portugiża, u l-konsultazzjoni[18] pubblika għall-komunikazzjoni tħabbret waqt il-konferenza.

It-theddid għas-saħħa

L-iktar inċidenti tal-mard importanti li ġew mgħarrfa fl-2007 mis-Sistema ta’ Twissija Bikrija u Reazzjoni (EWRS), li ġew imwaqqfa bid-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE[19], kienu jirrelataw ma’: id-deni msejjaħ Chicungunya li faqqa’ fl-Italja, deni emorraġiku kkawżat mill-Virus Ebola fil-Uganda, vaċċin HBV ta’ reazzjoni negattiva fil-Vjetnam, l-inċident tat-tuberkolożi reżistenti għall-kura varjata li minnu ġie effettwat ċittadin ta’ l-Istati Uniti li kien qed jivvjaġġja mill-Istati Uniti għall-UE, każ ta’ Salmonella fl-Istat ta’ Tennessee, u każ ta’ tip ta’ pulmonite msejħa legionnaire li qabad turisti mill-UE fit-Tajlandja. Flimkien ma’ dawn l-inċidenti, ġew imwassla numru ta’ messaġġi li għandhom x’jaqsmu ma’ informazzjoni dwar il-miżuri ppjanati jew implimentati fl-Istati Membri biex jaġixxu kontra attakki ta’ influwenza tat-tjur li faqqgħu sew ġewwa kemm barra l-UE. L-operazzjoni ta’ l-għodda ta’ l-informatika ta’ l-EWRS ġiet ittrasferita b’suċċess liċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC). Wara li ġiet ippruvata, l-applikazzjoni ġiet imxandra elettronikament fis-17 ta’ Novembru 2007 bil-Kummissjoni tkompli tiżgura koordinazzjoni ta’ miżuri nazzjonali, bħal kif previst fil-leġiżlazzjoni tal-Komunjoni fuq il-mard li jittieħed.

Il-valutazzjoni tal-Pjan ta’ Preparazzjoni ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE huwa proċess ta’ sentejn. Dan ix-xogħol inbeda fl-ewwel kwart tas-sena 2005 u spiċċa f’Ottubru ta’ l-2007. Fl-2007, id-Direttorat Ġenerali tal-Protezzjoni tas-Saħħa u l-Konsumatur ħa parti attiva fit-tîm konġunt għall-valutazzjoni ECDC-WHO-EC fiż-żjara ta’ seba’ Stati Membri: Malta, l-Finlandja, Ċipru, is-Slovenja, il-Bulgarija, l-Estonja u r-Rumanija. Dak li ġie nnutat kien li l-Istati Membri kien għamlu sforzi sinifikanti biex itejbu il-pjanijiet tagħhom ta’ preparazzjoni u kull pajjiż spikka f’xi qasam partikolari ta’ kompetenza. F’dan ir-rigward, diversi Stati Membri kienu mistoqsija biex jippreżentaw il-prattiċi tagħhom u biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom fir-raba’ grupp tax-xogħol ta’ l-imsieħbin EC-ECDC-WHO dwar il-preparament għall-Influwenza Pandemika [20] , li saret fil-Lussemburgu fl-2007. Din ressqet flimkien mhux biss rappreżentanti mis-27 pajjiż ta’ l-UE, imma mit-53 pajjiż li jaqgħu taħt il-kappa ta’ l-Uffiċċju tad-WHO fl-Ewropa. Esperti ta’ reputazzjoni internazzjonali ġew mistiedna biex jippreżentaw l-aħħar żviluppi tagħhom fir-riċerki xjentifiċi fuq l-influwenza, l-influwenza tat-tjur u l-influwenza pandemika. Il-grupp tax-xogħol ipprovda l-opportunità biex ikun hemm bdil ta’ esperjenzi bejn pajjiżi fis-sessjonijiet iddedikati għall-prattiċi tajbin u waqt iż-żewġ eżerċizzji fuq il-komunikazzjoni u l-preparazzjonijiet ta’ l-isptarijiet.

Matul l-2007, il-Kumitat tas-Sigurtà tas-Saħħa rċieva mandat imġedded u żviluppa r-regoli ta’ proċedura u l-istruttura tiegħu. L-appoġġ għall-prijoritajiet tas-sigurtà tas-saħħa tal-kumitat, identifikat fil-pjan tax-xogħol tiegħu multi-annwali ikun miftuħ għall-appoġġ mill-Programm ta’ l-UE għas-Saħħa Pubblika.

Ġiet maħruġa sejħa għall-offerti biex jiġi stabbilit kuntratt qafas għall-kitba, ippjanar, tmexxija u valutazzjoni ta’ eżerċizzi relatati ma’ kwistjonijiet ta’ saħħa pubblika. Il-ħames oġġettivi li mistennija jintlaħqu huma studji fuq każijiet, eżerċizzji ta’ simulazzjoni, eżerċizzji fuq impieg direttorali, eżerċizzji u taħriġ skedati, kollha b’iffukar speċifiku fuq immaniġġjar b’riskju ġdid fil-qasam ta’ theddid għas-saħħa u li għadu qed jitfaċċa, bħalma huma theddid kemikali, bijoloġiku u radjunukleari, u mard pandemiku u dak li jittieħed.

Id-determinanti tas-saħħa

L-iskopijiet tal-Kummissjoni “Kumunikazzjoni dwar il-ġlieda kontra l- HIV/AIDS fl-Unjoni Ewropea u fil-pajjiżi ġirien, 2006-2009”[21] komplew jiġu segwiti permezz ta’ kooperazzjoni u konsultazzjoni regolari ma’ Stati Membri u partijiet interessati, speċjalment permezz ta’ l-Grupp ta’ Riflessjoni fuq l-HIV/AIDS u l-Forum tas-Soċjetà Ċivili għall-HIV/AIDS. Konferenza fuq “id-djalogu bejn UE-Russja dwar HIV/AIDS” kompliet issaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-ġirien tal-Lvant. Inizjattivi ta’ l-ġurnata dinjija ta’ l-Aids inkludew żjajjar fi skejjel mill-Kummissarju Kyprianou u l-Ministri tas-Saħħa fl-Istati Membri rispettivi, kif ukoll esebizzjoni fuq l-attivitajiet tal-Kummissjoni biex tingħeleb id-diffikultà ta’ l-HIV/AIDS. Il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill ta’ Mejju ta’ l-2007 talbu l-Kummissjoni biex tkompli taħdem għall-prevenzjoni ta’ l-HIV/AIDS u għall-aċċess iktar faċli għall-medikazzjoni antiretrovirali fl-Ewropa. Dan il-proċess ta’ wara Bremen jinvolvi kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Presidenza bejn tlieta, l-industrija farmaċewtika u s-soċjetà ċivili.

Fir-rigward ta’ l-alkoħol , is-sena 2007 kienet ikkaratterizzata bit-twaqqif ta’ l-istruttura ta’ l-implimentazzjoni għall-Kummissjoni “Komunikazzjoni dwar strateġija ta’ l-UE biex tappoġġja l-Istati Membri biex inaqqsu l-ħsara marbuta ma’ l-alkoħol”[22], addottata f’Ottubru tat-2006. Il-miżuri li ġejjin ġew meħuda bi pjan għall-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija:

- il-ħolqien ta’ l-Forum dwar l-Alkoħol u s-Saħħa fl-Ewropa u żewġ Task Forces li ġew stabbiliti wara (“Aspetti ta’ l-akoħol li huma speċifikament irrelatati maż-żgħażagħ” u “tqegħid fis-suq tal-Komunikazzjoni”). L-iskop prinċipali tal-Forum hu li tiġi stimulata azzjoni konkreta li timmira biex tnaqqas il-ħsara ta’ l-alkoħol mill-partijiet interessati kollha li huma rilevanti. Sa l-aħħar tas-sena 2007, il-membri tal-Forum laħqu introduċew 75 inpenn għall-azzjoni.

Il-kontenut u l-implimentazzjoni ta’ dawn l-impenji jista’ jiġi eżaminat fuq il-websajt elettroniku tal-Kummissjoni[23]

- it-twaqqif tal-Kumitat għall-Politika Nazzjonali u l-Azzjoni, magħmul mir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri. Dan il-kumitat huwa ikkonċernat l-iktar ma’ l-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-politika ta’ l-alkoħol.

- Preparazzjoni għat-twaqqif tal-Kumitat tal-Ġbir ta’ Data , Indikaturi u Definizzjonijiet, li se jaħdem biex tiġi pprovduta data komparabbli u regolarment aġġornata dwar il-konsum ta’ l-alkoħol, il-modi kif jiġi kkunsmat l-alkoħol u ħsara relatata ma’ l-alkoħol, kif ukoll fuq indikaturi li jkunu komuni u definizzjonijiet.

F’Mejju ta’ l-2007 il-Kummissjoni addottat White Paper fuq strateġija għall-Ewropa dwar in-Nutrizzjoni, u kwistjonijiet[24] tas-saħħa relatati ma’ Piż Żejjed u Obeżità, bbażati fuq analiżi tar-reazzjonijiet tal-Green Paper li “Tippromwovi dieti tajbin għas-saħħa u attività fiżika: dimensjoni Ewropea għall-prevenzjoni ta’ piż żejjed, obeżità u mard kroniku”[25] u bbażati wkoll fuq valutazzjoni ta’ l-impatt. Bil-ħsieb li tiġi implimentata l-Istrateġija, il-Kummissjoni waqqfet Grupp ta’ Livell Għoli għan- Nutrizzjoni u Attività (li se jiltaqa’ l-ewwel darba fid-29 ta’ Novembru). F’Diċembru ta’ l-2007 il-konklużjonijiet tal-Kunsill biex jibda jħaddem l-Istrateġija ta’ l-UE dwar in-Nurrizzjoni, il-Piż żejjed u kwistjonijiet tas-saħħa relatati ma’ l-Obeżità uffiċjalment approvaw il-punti prinċipali mqajma fil-White Paper tal-Kummissjoni, bħal pereżempju li jkompli l-iżvilupp tal-Pjattaforma ta’ l-UE, li jitwaqqaf Grupp ta’ Livell Għoli dwar in-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika u li jqis bħala l-iktar suġġett ta’ importanza t-tnaqqis fil-konsum tal-melħ. Il-Pjattaforma Ewropea għall-Azzjoni dwar id-dieta, Attività Fiżika u s-Saħħa[26] ltaqgħet ħames darbiet f’sessjonijiet plenarji u kkontribwixxiet għal żewġ gruppi ta’ xogħol (wieħed dwar in-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika fuq il-post tax-xogħol u ieħor dwar l-Attività Fiżika). Membri tal-Pjattaforma komplew jimplimentaw iktar minn 200 impenn għall-azzjonijiet biex jitwaqqfu u jitreġġgħu lura tendenzi għall-ħxuna kif jeżistu fil-preżent.

Il-kampanja ta’ bejn l-2005-2008 ta’ l-UE għal kontra t-tipjip baqgħet sejra. Bl-għajta ta “GĦINUNA: Għal Ħajja mingħajr Tabakk” li timmira l-iktar l-adoloxxenti (minn 15 sa 18-il sena) u adulti ta’ età żgħira (18 sa 30 sena). Tul perjodu ta’ 30 xahar iktar minn 46 000 programm tat-TV, li nqdew b’96 kanal nazzjonali tat-TV u l-Internet, akkwistaw iktar minn 3.2 billjun kuntratt fil-grupp immirat ta’ żgħażagħ. B’mod simili, il-websajt elettroniku[27] tal-UE “HELP” ġab iktar minn 4.2 miljun suċċess u kien hemm ’l fuq minn 5 000 Artikolu li dehru fl-istampa u li ngħataw spinta fil-gazzetti Ewropej. Il-kampanja tal-miżura CO imnedija f’Marzu 2006 irnexxielha twettaq iktar minn 200 000 test u ’l fuq minn 600 avveniment nazzjonali ġew organizzati fl-UE. U fl-aħħar nett il-Manifest ta’ kontra t-tabakk taż-Żgħazagħ Ewropej[28], li kien ddraftjat minn żgħażagħ stess fuq bażi ta’ 25 konsultazzjoni nazzjonali, gie rreklamat fl-Istati Membri permezz ta’ attivitajiet nazzjonali.

Bħala dak li jmiss mill-konsultazzjoni pubblika estensiva[29] fuq bażi tal-Green Paper “Nippromwovu is- saħħa mentali tal-populazzjoni: Lejn strateġija ta’ saħħa mentali ta’ l-UE”[30] ta’ Ottubru 2005, fil-laqgħa tal-Kunsill ta’ l-EPSCO f’Diċembru ta’ 2007, il-Kummissjoni ħabbret l-organizzazzjoni ta’ konferenza ta’ livell għoli fuq is-saħħa mentali bl-għan li jiġi stabbilit Patt Ewropew għas-Saħħa Mentali.

Il-Kummissjoni kkollaborat mill-viċin mal-Presidenza Portugiża billi enfasizzat is-saħħa tal-migranti bħala prijorità. Il-Programm dwar is-Saħħa Pubblika (2003-2008) ipprovda appoġġ finanzjarju għall-konferenza “ Saħħa u Migrazzjoni fl-UE: Saħħa aħjar għal kulħadd f’soċjetà inklużiva”, li saret fl-Liżbona f’Settembru 2007. Il-konferenza kienet indirizzata mill-Kummissarju Kyprianou.

Fit-18 ta’ April 2007, il-Kummissjoni addottat, rapport dwar l-implimentazzjoni fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2003 dwar il-prevenzjoni u t-tnaqqis ta’ ħsara relatata mas-saħħa assoċjata mad-dipendenza fuq id-droga[31]. Ir-rapport jinkludi, partikolarment, li l-intervenzjonijiet għar-reduzzjoni ta’ ħsara fil-ħabsijiet fl-Unjoni Ewropea għad m’humiex skond il-prinċipju ta’ l-ekwivalenza bejn is-servizzi tas-saħħa u l-kura (dan jinkludi it-tnaqqis ta’ ħsara) ġo l-ħabs u dawk aċċessibbli għas-soċjetà barra l-ħabs, kif imniżżel fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ l-2003 u ta’ l-istituzzjonijiet rilevanti tan - NU. Fl-10 ta’ Diċembru ta’ l-2007 il-Kummissjoni addottat Komunikazzjoni dwar ir-Reviżjoni tal-Progress ta’ l-2007 ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-pjan ta’ l-azzjoni ta’ l-UE dwar id-drogi (2005-2008)[32].

Numru ta’ miżuri baqgħu għaddejjin biex jissodisfaw l-impenji li jirriżultaw mill-Pjan ta’ Azzjoni ta’ l-UE għall-Ambjent u s-Saħħa 2004-2010. Il-grupp ta’ esperti dwar il- kwalità ta’ l-arja ta’ ġewwa ltaqa’ darbtejn fl-2007 biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar il-programmi u l-politika ta’ l-UE relatati ma’ l-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u fuq azzjonijiet immirati biex jitnaqqsu l-emissjonijiet/l-konċentrazzjonijiet relatati ta’ tniġġis.

Il-Kalkolu ta’ Riskju

Il-Kumitati Xjentifiki rilevanti għal Programm tas-Saħħa Pubblika (2003-2008) kienu [33]ffinanzjati kif imniżżla fis-Sezzjoni 2.4, Anness I, tal-Pjan tax-Xogħol għall-2007

Tul l-2007, it-tliett Kumitati Xjentifiki[34], jiġifieri il-Kumitat Xjentifiku għall-Prodotti tal-Konsumaturi (SCCP), il-Kumitat Xjentifiku tas-Saħħa u Riskji ta’ l-Ambjent (SCHER), u l-Kumitat Xjentifiku dwar il-Preżenza u l-Identifikazzjoni ta’ Riskji Ġodda (SCENIHR), addottaw sensiela vasta ta’ opinjonijiet fuq assessjar xjentifiku tas-saħħa u/jew ta’ riskji ambjentali. Dawn kienu jirrelataw ma’ ċerti żebgħa tax-xagħar użati fl-Ewropa (bħala parti minn kunsiderazzjoni sistematika ta’ riskji ta’ kanċer li huma possibbli sabiex tiġi stabbilita lista pożittiva ta’ dawn is-sustanzi), nanomaterja fi prodotti kosmetiċi, sustanzi perikolużi (ċerti “sustanzi eżistenti” assessjati taħt ir-Regolament 793/93), sorsi ta’ tniġġis ta’ l-arja ta’ ġewwa sabiex jipprovdu l-Kummissjoni b’bażi soda xjentifika għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politika ta’ arja ta’ ġewwa (minħabba li dan huwa wieħed mill-punti tas-saħħa ta’ l-ambjent mill-aktar inkwetanti għall-Ewropa), amalgami dentali u l-alternattivi tagħhom, u kif ukoll l-effetti ta’ prodotti tat-tabakk li ma jarmux duħħan.

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ kampi elettromanjetiċi, id-Direttorat Ġenerali tas-Saħħa u l-Protezzjoni tal-Konsumatur beda jipprepara rapport fuq l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE dwar kemm il-pubbliku ġenerali jista’ jesponi ruħu fit-tul għall-kampi elettromanjetiċi. Grupp tax-Xogħol ta’ esperti tal-gvern mill-Istati Membri kien stabbilit biex jappoġġja l-preparazzjoni tar-rapport, mistenni li jkun ippublikat fl-ewwel nofs tas-sena 2008.

L-ewwel laqgħa tal-Grupp tax-Xogħol Anwali dwar in-Nanoteknoloġiji (“Safety for Success Dialogue”) iddedikata għan- nanoteknoloġiji fi prodotti għall-konsumaturi li jinkludu l-ikel, kosmetiċi u applikazzjonijiet mediċi seħħet fi Brussell f’Ottubru 2007[35].

[1] ĠU L 271, 9.10.2002, p. 1.

[2] http://europa.eu.int/comm/health/ph_programme/keydo_programme_2003_2008_en.htm.

[3] Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 li tistabbilixxi t-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-13). ĠU L 301, 20.11.2007, p.3

[4] COM (2007) 630 finali, 23.10.2007.

[5] ĠU L 46, 16.2.2007. p. 27

[6] ĠU C 34, 16.02.2007, p. 11.

[7] http://ec.europa.eu/phea/documents/Call_text_2007.pdf.

[8] http://ec.europa.eu/health/dyna/whatsnew/whatsnew_en.cfm.

[9] ĠU L 46, 16.2.2007, p. 45.

[10] http://ec.europa.eu/phea/documents/10_QAbis.pdf.

[11] http://health.europa.eu.

[12] http://www.oecd.org/document/47/0,3343,en_2649_33931_36506543_1_1_1_1,00.html.

[13] ĠU L 46, 16.2.2007, p. 27.

[14] ĠU L 369, 16.12.2004, p. 73.

[15] ĠU L 271, 9.10.2002, p. 1.

[16] http://ec.europa.eu/health/ph_programme/documents/evaluation/PHP_evaluation_en.pdf.

[17] ĠU L 327, 16.12.2003, p. 34.

[18] http://ec.europa.eu/health/ph_threats/non_com/cons_rare_dis_en.htm.

[19] Id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Settembru 1998 li waqqfet netwerk għas-sorveljanza ta’ l-epidermide u l-kontroll tal-mard li jittieħed fil-Komunità, ĠU L 268, 3.10.1998, p. 1-7.

[20] http://ec.europa.eu/health/ph_threats/com/Influenza/ev_20070925_en.htm.

[21] http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2005:0654:FIN:EN:PDF.

[22] http://ec.europa.eu/health/ph_determinants/life_style/alcohol/documents/alcohol_com_625_en.pdf.

[23] http://ec.europa.eu/health/ph_determinants/life_style/alcohol/Forum/alcohol_forum_en.htm.

[24] COM (2007) 279 final, 30.5.2007.

[25] http://ec.europa.eu/health/ph_determinants/life_style/nutrition/documents/nutrition_gp_en.pdf.

[26] http://ec.europa.eu/health/ph_determinants/life_style/nutrition/platform/platform_en.htm.

[27] http://www.help-eu.com/.

[28] http://ec.europa.eu/health/ph_determinants/life_style/Tobacco/help/manifesto_en.htm.

[29] http://ec.europa.eu/health/ph_determinants/life_style/mental/green_paper/consultation_en.htm.

[30] http://ec.europa.eu/health/ph_determinants/life_style/mental/green_paper/mental_gp_en.pdf.

[31] COM(2007) 199.

[32] COM(2007) 781.

[33] ĠU L 46, 16.2.2007, p. 27.

[34] http://ec.europa.eu/health/ph_risk/committees/committees_en.htm.

[35] http://ec.europa.eu/health/ph_risk/ev_20071025_en.htm.

Top