Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008DC0322

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar l-aġenda annotata għall-Kunsill Ministerjali tal-Komunità ta' l-Enerġija (Brussell, is-27 ta' Ġunju 2008)

/* KUMM/2008/0322 finali */

52008DC0322

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar l-aġenda annotata għall-Kunsill Ministerjali tal-Komunità ta' l-Enerġija (Brussell, is-27 ta' Ġunju 2008) /* KUMM/2008/0322 finali */


[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussell, 26.5.2008

COM(2008) 322 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

dwar l-aġenda annotata għall-Kunsill Ministerjali tal-Komunità ta' l-Enerġija (Brussell, is-27 ta' Ġunju 2008)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

dwar l-aġenda annotata għall-Kunsill Ministerjali tal-Komunità ta' l-Enerġija (Brussell, is-27 ta' Ġunju 2008)

Il-Kunsill Ministerjali tal-Komunità ta' l-Enerġija se jiltaqa' fi Brussell fis-27 ta' Ġunju 2008. Il-Kummissjoni tippreżenta lill-Kunsill aġenda annotata b'indikazzjoni tat-tema tad-diversi punti; għal punti ta' l-aġenda dwar l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet li għandhom effetti legali, proposta għal Deciżjoni tal-Kunsill hija mehmuża ma’ l-aġenda annotata.

Din l-aġenda annotata timxi fuq l-abbozz ta' l-aġenda tal-laqgħa tal-Kunsill Ministerjali.

1. Punti mingħajr dibattitu (punti "A": minn 1.1 sa 1.6)

1.1. Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Ħidma tal-Komunità ta' l-Enerġija (Għall-informazzjoni)

Il-Kummissjoni sejra tieħu nota tar-rapport.

1.2. Rapporti Finanzjarji tal-Komunità ta' l-Enerġija 2007 (Għall-informazzjoni)

Il-Kummissjoni sejra tieħu nota tar-Rapport Finanzjarji.

1.3. Deċiżjoni dwar l-Awtorizzazzjoni Finanzjarja tad-Direttur ( Għal deċiżjoni tal-Kunsill )

Il-Kummissjoni se tapprova l-awtorizzazzjoni finanzjarja tad-Direttur skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fil-Kunsill Ministerjali tal-Komunità ta' l-Enerġija[1]

1.4. Id-Deċiżjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2006 li temenda l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1228/2003 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku ( Għal Deċiżjoni mill-Kunsill )

Il-Kummissjoni se tapprova d-Deċiżjoni skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fil-Kunsill Ministerjali tal-Komunità ta' l-Enerġija[2]

1.5. Konklużjonijiet tal-PHLGIt-8 u d-9 laqgħa tal-PHLG) (Għall-informazzjoni)

Il-Kummissjoni se tapprova l-konklużjonijiet.

1.6. Rapport mill-President tat-Task Force għall-Effiċjenza ta’ l-Enerġija dwar azzjonijiet li qegħdin jitwettqu (Għall-informazzjoni)

Il-Kummissjoni sejra tieħu nota tar-rapport.

2. Implimentazzjoni tat-Trattat (Għall-informazzjoni)

Il-Kummissjoni sejra tieħu nota tar-rapporti.

3. riżoluzzjoni tal-kunflitti skond it-trattat (Għal Deċiżjoni mill-Kunsill)

Il-Kummissjoni se tapprova l-Att ta’ Proċedura skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fil-Kunsill Ministerjali tal-Komunità ta' l-Enerġija[3]

4. Sigurtà ta' Provvista (Għall-informazzjoni)

Huwa nnotat li dan il-punt għandu jiġi diskuss u li l-ebda deċiżjoni formali ma hija mistennija f’dan l-istadju.

Fid-diskussjoni, il-Kummissjoni se tenfasizza l-importanza għall-Partijiet Kontraenti li jimplimentaw id-Direttiva 2005/89/KE dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà fil-provvista ta’ l-elettriku u d-Direttiva 2004/67/KE dwar miżuri biex tissalvagwardja is-sigurtà tal-provvista ta’ gas naturali qabel il-31 ta’ Diċembru 2009 kif ġie deċiż. Għal dan il-għan, fil-prinċipju, il-Kummissjoni se tappoġġa t-twaqqif ta’ grupp ta’ kooperazzjoni, li d-dettalji dwar il-kontenut u l-ħidma tiegħu jkunu mniżżla fl-Att ta’ Proċedura li se jkun propost mis-Segretarjat għal deċiżjoni mill-Kunsill Ministerjali f’Diċembru 2008. Dan l-abbozz ta’ l-Att ta’ Proċedura se jipproponi wkoll proċedura għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikoli 44 sa 46 tat-Trattat tal-Komunità ta’ l-Enerġija rigward l-assistenza reċiproka.

5. Dimensjoni għaż-Żejt tal-Komunità ta' l-Enerġija (Għall-informazzjoni)

Huwa nnotat li dan il-punt għandu jiġi diskuss u li l-ebda deċiżjoni formali hija mistennija f’dan l-istadju.

Fid-diskussjoni, il-Kummissjoni se tappoġġa l-iżvilupp ta’ Dimensjoni għaż-Żejt fil-kuntest tal-Komunità ta’ l-Enerġija, b’żewġ komponenti ewlenin.

L-ewwelnett, it-twaqqif ta’ Forum għaż-Żejt għandu jippermetti d-diskussjoni dwar proġetti ta’ infrastruttura għaż-żejt reġjonali u l-promozzjoni tagħhom flimkien ma’ l-iżvilupp ta’ swieq taż-żejt fir-reġjun.

It-tieni ħaġa hija li d-dimensjoni għaż-żejt għandha tippermetti l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ l-UE rigward is-settur taż-żejt. Bosta mid-dispożizzjonijiet eżistenti tat-Trattat u xi leġiżlazzjonijiet ta’ l-UE msemmija fit-Trattat isiru applikabbli fis-settur taż-żejt. Barra minn hekk, jistgħu jintużaw partijiet ġodda tal-leġiżlazzjoni ta' l-UE, bħad-Direttiva 2006/67/KE li timponi obbligu fuq l-Istati Membri li jżommu ħażniet minimi ta' prodotti taż-żejt mhux maħdum u/jew prodotti petroliferi. L-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva iktar riċenti ttejjeb is-sigurtà tal-livell tal-provvista fir-reġjun u tkun pass sinifikanti ta’ tħejjija fil-kuntest ta’ l-adeżjoni jew ta’ qabel l-adeżjoni.

6. Proċess ta’ tkabbir tal-Komunità ta’ l-Enerġija (Għall-informazzjoni)

Soġġett għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja l-modalitajiet ta' l-adeżjoni tal-Moldovja, in-Norveġja, it-Turkija u l-Ukraina mal-Komunità ta' l-Enerġija u l-emendi relatati mat-Trattat li jistabbilixxi Komunità ta' l-Enerġija, il-Kummissjoni Ewropea sejra tressaq rapport dwar il-qagħda li jindika l-passi li jistgħu jwasslu għall-ftuħ tan-negozjati formali.

7. sorsi rinnovabbli ta' l-enerġija (Għall-informazzjoni)

Il-Kummissjoni se tippreżenta l-qagħda tad-diskussjoni dwar il-pakkett ta’ l-Enerġija u l-Klima.[pic][pic][pic]

[1] Deċiżjoni tal-Kunsill XX.

[2] Deċiżjoni tal-Kunsill XX.

[3] Deċiżjoni tal-Kunsill XX.

Top