EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008BP0242

L-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 3/2008 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 5 ta' Ġunju 2008 dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 3/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III — Kummissjoni u Taqsima VI — Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (9903/2008 — C6-0206/2008 — 2008/2095(BUD))

ĠU C 285E, 26.11.2009, p. 70–71 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/70


Il-Ħamis, 5 ta' Ġunju 2008
L-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 3/2008

P6_TA(2008)0242

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 3/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III — Kummissjoni u Taqsima VI — Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (9903/2008 — C6-0206/2008 — 2008/2095(BUD))

2009/C 285 E/13

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, kif ġie adottat b'mod definittiv fit-13 ta' Diċembru 2007 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3),

wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 3/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, ippreżentat mill-Kummissjoni fl-14 ta' April 2008 (COM(2008)0201),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 3/2008, imħejji mill-Kunsill fis-26 ta' Mejju 2008 (9903/2008 — C6-0206/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0204/2008),

A.

billi l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 3 għall-baġit ġenerali 2008 jkopri l-punti li ġejjin:

l-ibbaġitjar tad-dħul dovut mill-każ tal-Microsoft (il-multa u l-interessi, total ta' EUR 849 200 000),

l-ibbaġitjar tat-tifdil li ġie miż-żieda anqas mill-estimi għas-salarji u l-pensjonijiet tal-uffiċjali fl-2007,

it-tisħiħ tal-fond tal-emerġenza għal miżuri veterinarji minħabba l-kriżi tal-marda tal-ilsien ikħal (bluetongue) b'EUR 130 000 000 f'approprijazzjonijiet ta' impenn, u b'EUR 63 950 000 f'approprijazzjonijiet ta' ħlas,

il-ħolqien ta' punti baġitarji biex ikunu akkomodati s-sussidji għal erba' Intrapriżi Konġunti: l-Inizjattiva għal Mediċini Innovattivi (IMI), is-Sema Nadif (Clean Sky), l-ARTEMIS (l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta għal Sistemi tal-Kompjuters Inkorporati) u l-ENIAC (il-Pjattaforma Teknoloġika Ewropea tan-Nanoelettronika),

il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE b'total ta' EUR 98 000 000 f'approprijazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlas marbuta man-nirien tal-foresti fil-Greċja f'Awissu 2007 u l-għargħar fis-Slovenja f'Settembru 2007,

il-modifika għall-pjan ta' stabiliment tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza Bejn is-Sessi, jiġifieri l-grad ta' AD 13 jogħla għal grad ta' AD 14,

il-modifiki għall-pjan ta' stabiliment tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

B.

billi l-iskop tal-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 3/2008 huwa li dawn l-aġġustamenti baġitarji jiddaħħlu b'mod formali fil-baġit tal-2008,

C.

billi l-Kunsill fl-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 3/2008 inkluda t-tifdil li sar mis-salarji u l-pensjonijiet u l-iffinanzjar ta' dak li hu magħruf bħala l-mekkaniżmu ta' monitoraġġ tal-Microsoft,

1.

Ifakkar li l-approprijazzjonijiet għall-Intrapriżi Konġunti jitħallsu mill-baġit operattiv tal-programm ikkonċernat;

2.

Jiġbed l-attenzjoni li l-mekkaniżmu ta' monitoraġġ tal-Microsoft huwa ffinanzjat mit-tifdil li sar mis-salarji u l-pensjonijiet fl-Intestatura 5;

3.

Jiddispjaċh li l-Kunsill bla mistenni naqqas il-linja baġitarja 26 02 01, u b'hekk daħħal element ġdid, bla ebda diskussjoni mal-Parlament; jistenna li dan it-tifdil jintuża biex jiġu iffinanzjati l-prijoritajiet tal-Parlament fl-Intestatutra 1a;

4.

Jitlob lill-Kummissjoni biex fil-ġejjieni tevita li tinkludi l-finanzjament marbut ma' strumenti bħall-Fond ta' Solidarjetà tal-EU jew il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni fl-abbozzi tal-baġits ta' emenda, flimkien ma' kwistjonijiet oħra, biex ikun evitat kull dewmien fid-deċiżjonijiet u fit-twettiq;

5.

Jadotta bla emendi l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 3/2008;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex iressaq din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).

(2)  ĠU L 71, 14.3.2008.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Il-Ftehima kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2008/371/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 128, 16.5.2008, p.8).


Top