This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008AP0294
Internal market in electricity ***I European Parliament legislative resolution of 18 June 2008 on the proposal for a directive of the European Parliament and of the Council amending Directive 2003/54/EC concerning common rules for the internal market in electricity (COM(2007)0528 — C6-0316/2007 — 2007/0195(COD))#P6_TC1-COD(2007)0195 Position of the European Parliament adopted at first reading on 18 June 2008 with a view to the adoption of Directive 2008/…/EC of the European Parliament and of the Council amending Directive 2003/54/EC concerning common rules for the internal market in electricity
Il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/54/KE dwar regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 18 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/54/KE dwar regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (COM(2007)0528 — C6-0316/2007 — 2007/0195(COD))
P6_TC1-COD(2007)0195 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit- 18 ta' Ġunju 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/54/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku
Il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/54/KE dwar regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 18 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/54/KE dwar regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (COM(2007)0528 — C6-0316/2007 — 2007/0195(COD))
P6_TC1-COD(2007)0195 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit- 18 ta' Ġunju 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/54/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku
ĠU C 286E, 27.11.2009, pp. 106–135
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
27.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 286/106 |
L-Erbgħa, 18 ta' Ġunju 2008
Il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/54/KE dwar regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku ***I
P6_TA(2008)0294
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/54/KE dwar regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (COM(2007)0528 — C6-0316/2007 — 2007/0195(COD))
2009/C 286 E/43
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0528),
wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55 u 95 tat-Trattat tal-KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0316/2007),
wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0191/2008),
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
L-Erbgħa, 18 ta' Ġunju 2008
P6_TC1-COD(2007)0195
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Ġunju 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/54/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-l-Artikoli 47(2), 55 u 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ║,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),
Billi:
|
(1) |
Is-suq intern tal-elettriku, li ilu jiġi implimentat progressivament madwar il-Komunità mill-1999, għandu l-mira li jipprovdi għażla reali lill-konsumaturi kollha ta' ║l-Unjoni Ewropea, kemm jekk huma ċittadini kemm negozji, kif ukoll opportunitajiet ġodda ta' negozju u aktar kummerċ transkonfinali sabiex jiġu żgurati gwadanji f'termini ta' effiċjenza, standards ogħla ta' servizz, kif ukoll sabiex jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista u għas-sostennibbiltà. |
|
(2) |
Id-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku ║ (4) għamlet kontribut sinifikanti lejn il-ħolqien ta' suq intern tal-elettriku. |
|
(3) |
Madankollu, bħalissa, id-dritt li jinbiegħ l-elettriku fi kwalunkwe Stat Membru fuq termini ugwali u mingħajr diskriminazzjoni jew żvantaġġ ma jista’ jiġi ggarantit lil kumpaniji kollha fl-Istati Membri kollha. B'mod partikolari, aċċess mhux diskriminatorju għan-netwerk, u livell ugwalment effikaċi ta' superviżjoni regolatorja f'kull Stat Membru, għad ma jeżistux minħabba li l-qafas ġuridiku kurrenti mhuwiex suffiċjenti. |
|
(4) |
Provvista sigura ta' elettriku hija ta' importanza essenzjali għall-iżvilupp tas-soċjetà Ewropea, għall-implimentazzjoni ta' politika sostenibbli għall-bidla fil-klima, kif ukoll sabiex tinkoraġġixxi l-kompetittivitá fi ħdan is-suq intern. Għal dan il-għan għandhom jiġu żviluppati aktar interkonnessjonijiet transkonfinali sabiex tiġi żgurata l-provvista tas-sorsi kollha ta' enerġija bl-irħas prezz possibbli kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-industrija fl-Unjoni Ewropea. |
|
(5) |
Suq intern tal-elettriku li jiffunzjona sew għandu jipprovdi kemm lill-produtturi bl-inċentivi xierqa għall-investiment f'ġenerazzjoni ġdida tal-enerġija, kif ukoll lill-konsumaturi b'miżuri xierqa biex tiġi promossa aktar effiċjenza fl-użu tal-enerġija, u l-provvista sigura tal-enerġija tkun il-prekundizzjoni għal dan. |
|
(6) |
Billi sorsi ta' enerġija li jiġġeddu huma sorsi kontinwi ta' enerġija, huwa essenzjali li tiġi żviluppata l-kapaċità ta' interkonnessjoni ta' elettriku fil-livellKommunitarju, waqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-pajjiżi u lir-reġjuni l-aktar iżolati tas-suq tal-enerġija tal-Kommunità sabiex l-Istati Membri jingħatawlhom il-mezzi meħtieġa biex jilħqu l-mira ta' 20 % ta' enerġija li tiġġedded sa l-2020. |
|
(7) |
In-negozju u l-fluss tal-elettriku transkonfinali għandu jżid fis-suq intern sabiex jiżgura l-aħjar użu tal-ġenerazzjoni ta' enerġija disponibbli u l-aktar prezzijiet baxxi. Madankollu, din m'għandhiex tkun skuża sabiex l-Istati Membri jew il-produtturi ma jkomplux jinvestu f'teknoloġija ġdida u moderna għall-ġenerazzjoni tal-elettriku. |
|
(8) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Jannar 2007 intitolata “Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa” ║ saħqet fuq l-importanza li s-suq intern tal-elettriku jiġi kkompletat kif ukoll li jinħoloq ambjent ekwu għall-impriżi kollha tal-elettriku stabbiliti fil-Komunità. Il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-istess data dwar prospetti għas-suq intern tal-gass u l-elettriku u f'relazzjoni ║ mar-Rapport finali dwar l-inkjesta settorjali skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 dwar is-swieq tal-gass u tal-elettriku wrew li r-regoli u l-miżuri preżenti ma jipprovdux il-qafas meħtieġ biex jinkiseb l-għan ta' suq intern li jiffunzjona tajjeb. |
|
(9) |
Sabiex jiġu żgurati l-kompetizzjoni u l-provvista tal-elettriku bl-aktar prezz baxx possibbli, filwaqt li fl-istess ħin tiġi evitata dominanza tas-suq minn parteċipanti kbar, l-Istati Membri u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiffaċilitaw aċċess transkonfinali għall-fornituri ġodda ta' sorsi differenti ta' enerġija, kif ukoll għall-fornituri ġodda ta' ġenerazzjoni ta' enerġija. |
|
(10) |
Mingħajr separazzjoni effettiva tan-netwerks minn attivitajiet ta' ġenerazzjoni u forniment, hemm ir-riskju inerenti ta' diskriminazzjoni mhux biss fl-operat tan-netwerk iżda wkoll fl-inċentivi għal kumpaniji integrati vertikalment biex jinvestu b'mod adegwat fin-netwerks tagħhom. |
|
(11) |
Ir-regoli dwar is-separazzjoni (unbundling) legali u funzjonali li bħalissa huma fis-seħħ ma wasslux għas-separazzjoni effettiva tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni Fil-laqgħa li kellu fi Brussell fit-8 u d-9 ta' Marzu 2007, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni tiżviluppa proposti leġiżlattivi għas-separazzjoni effettiva tal-attivitajiet tal-forniment u l-ġenerazzjoni mill-operazzjonijiet tan-netwerk. |
|
(12) |
It-tneħħija tal-inċentiv inerenti għall-impriżi integrati vertikalment li jiddiskriminaw kontra kompetituri fir-rigward tal-aċċess għan-netwerk u l-investiment hija l-unika ħaġa li tista’ tiżgura separazzjoni effettiva. Is-separazzjoni tas-sjieda, li timplika li sid in-netwerk jinħatar bħala l-operatur tan-netwerk u jkun indipendenti minn kull interess ta' forniment u ġenerazzjoni, hija b'mod ċar l-aktar mod effettiv u stabbli sabiex jiġi solvut il-kunflitt ta' interess inerenti u tkun żgurata s-sigurtà tal-provvista. Għal din ir-raġuni, il-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Lulju 2007 dwar prospetti għas-suq intern tal-gass u tal-elettriku ║ irrefera għas-separazzjoni tas-sjieda fil-livell tat-trażmissjoni bħala l-aktar għodda effettiva sabiex jiġu promossi l-investiment fl-infrastrutturi b'mod mhux diskriminatorju, l-aċċess ġust għan-netwerk għall-kompetituri ġodda u t-trasparenza fis-suq. L-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu obbligati jiżguraw li l-istess persuna jew persuni ma jkollhomx id-dritt li jeżerċitaw il-kontroll, inkluż permezz ta' drittijiet minoritarji tal-imblukkar fuq deċiżjonijiet ta' importanza strateġika, fuq impriża ta' ġenerazzjoni jew forniment u, fl-istess ħin, ma jkollhomx interessi fi, jew jeżerċitaw ebda dritt fuq, operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jew f'sistema ta' trażmissjoni. Bil-kontra, il-kontroll fuq operatur ta' sistema ta' trażmissjoni għandu jipprekludi l-possibbiltà li dan ikollu xi interess jew jeżerċita xi dritt fuq impriża tal-forniment. |
|
(13) |
Kull sistema ta' separazzjoni għandha tkun effettiva fit-tneħħija ta' kull kunflitt ta' interess bejn il-ġeneraturi u l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, u m'għandhiex toħloq sistema regolatorja tqila jew ta' tfixkil għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li tkun diffiċli jew għalja biex tiġi implimentata. |
|
(14) |
Billi s-separazzjoni tas-sjieda teħtieġ, f'xi każi, ir-ristrutturar tal-impriżi, l-Istati Membri għandhom jingħataw żmien addizzjonali biex japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti. Fi-dawl tar-rabtiet vertikali bejn is-setturi tal-gass u l-elettriku, id-dispożizzjonijiet dwar is-separazzjoni għandhom japplikaw, barra minn hekk, għaż-żewġ setturi. |
|
(15) |
Sabiex tkun żgurata l-indipendenza sħiħa tal-operat tan-netwerk mill-interessi tal-forniment u l-ġenerazzjoni u sabiex ma jkun hemm skambju tal-ebda informazzjoni kunfidenzjali, l-istess persuna ma għandhiex tkun membru tal-bordijiet tal-amministrazzjoni ta' kemm operatur ta' sistema ta' trażmissjoni u impriża li twettaq kwalunkwe mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni u forniment. Għall-istess raġuni, l-istess persuna ma għandhiex tkun intitolata taħtar membri tal-bordijiet ta' ġestjoni ta' operatur tas-sistema ta' trażmissjoni u jkollha kwalunkwe interess f'impriża ta' provvista. ▐ |
|
(16) |
Meta l-impriża li jkollha s-sjieda ta' sistema ta' trażmissjoni tkun parti minn impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri għandhom ║ jingħataw għażla bejn separazzjoni tas-sjieda u, bħala deroga, l-istabbiliment ta' operaturi tas-sistema li jkunu indipendenti mill-interessi ta' forniment u ġenerazzjoni. L-effettività sħiħa tas-soluzzjoni ta' operatur ta' sistema indipendenti trid tiġi assigurata permezz ta' regoli speċifiċi addizzjonali. Sabiex l-interessi tal-azzjonisti tal-impriżi integrati vertikalment jinżammu bis-sħiħ, l-Istati Membri għandu jkollhom ukoll l-għażla li jimplimentaw separazzjoni tas-sjieda, jew permezz ta' żvestiment dirett, jew inkella billi jinqasmu l-ishma tal-kumpanija integrata f'ishma tal-kumpanija tan-netwerk u f'ishma tan-negozju li jkun baqa’ ta' forniment u ta' ġenerazzjoni, sakemm dan ikun konformi mar-rekwiżiti li jirriżultaw mis-separazzjoni tas-sjieda. |
|
(17) |
L-implimentazzjoni ta' separazzjoni effettiva għandha tirrispetta l-prinċipju li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat. Għal dan il-għan, l-istess persuna ma għandhiex tkun tista’ teżerċita kwalunkwe influwenza, weħida jew b'mod konġunt, fuq il-kompożizzjoni, il-votazzjoni jew id-deċiżjoni tal-korpi sew tal-aoperaturi tas-sistema ta' trażmissjoni sew tal-impriżi ta' forniment. Dejjem sakemm l-Istat Membru kkonċernat jista’ juri li dan ir-rekwiżit qed jiġi osservat, żewġ korpi pubbliċi distinti jistgħu jikkontrollaw minn naħa l-attivitajiet ta' ġenerazzjoni u forniment u mill-oħra attiviatjiet ta' trażmissjoni. |
|
(18) |
Is-separazzjoni sħiħa tal-attivitajiet tan-netwerk u tal-forniment għandha tapplikaw madwar il-Komunità, sabiex kwalunkwe operatur ta' netwerk fil-Komunità jew il-kumpaniji affiljati tagħha jinżammu milli jkollhom kwalunkwe attività ta' forniment jew ġenerazzjoni fi kwalunkwe Stat Membru. Dan għandu japplika b'mod ugwali għall-impriżi kemm ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll ta' pajjiżi terzi. Sabiex jiġi żgurat li l-attivitajiet ta' netwerk u ta' forniment madwar il-Komunità jinżammu separati, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa jirrifjutaw iċ-ċertifikazzjoni lil operaturi ta' sistema ta' trażmissjoni li ma jikkonformawx mar-regoli tas-separazzjoni. Sabiex tkun żgurata applikazzjoni konsistenti madwar il-Komunità u r-rispett tal-obbligi internazzjonali tal-Komunità, l-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“l-Aġenzija”) imwaqqfa bir-Regolament (KE) Nru…/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għandu jkollha d-dritt tisħarreġ id-deċiżjonijiet dwar iċ-ċertifikazzjoni meħuda mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. |
|
(19) |
Is-salvagwardja tal-forniment tal-enerġija hija element essenzjali tas-sikurezza pubblika u hija għalhekk intrinsikament marbuta mat-tħaddim effiċjenti tas-suq tal-Unjoni Ewropea tal-elettriku u mal-eliminazzjoni tal-iżolament ġeografiku tas-suq . L-elettriku jista’ ║ jilħaq liċ-ċittadini ta' l-Unjoni biss permezz tan-netwerk. Swieq ta' elettriku li jaħdmu kif xieraq u b'mod partikolari n-netwerks u assi oħra assoċjati mal-provvista tal-elettriku huma essenzjali għas-sigurtà pubblika, għall-kompetittività tal-ekonomija u għall-benessri taċ-ċittadini tal-Unjoni. Bla ħsara għall-obbligi internazzjonali tal-Komunità, il-Komunità tqis li s-settur tas-sistema ta' trażmissjoni tal-elettriku huwa ta' importanza kbira għall-Komunità u b'hekk huma meħtieġa salvagwardji addizzjonali fir-rigward tal-influwenza ta' pajjiżi terzi sabiex jiġu evitati theddidiet għall-ordni pubbliku Komunitarju u s-siġurtà pubblika u l-benessri taċ-ċittadini tal-UE. Miżuri bħal dawn huma meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli dwar is-separazzjoni effettiva. |
|
(20) |
L-aċċess mhux diskriminatorju għan-netwerk ta' distribuzzjoni jiddetermina l-aċċess mill-qiegħ għall-klijenti fuq il-livell tal-bejgħ bl-imnut. L-ambitu għad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-aċċess u l-investiment ta' parti terza huwa madankollu inqas snifikanti fuq livell ta' distribuzzjoni milli fuq livel ta' trażmissjoni minħabba li fuq il-livell ta' distribuzzjoni il-konġestjoni u l-influwenza tal-interessi tal-ġenerazzjoni huma ġeneralment inqas importanti milli huma fuq il-livell tat-trażmissjoni. Barra minn hekk, is-separazzjoni funzjonali tal-operaturi ta' sistema ta' distribuzzjoni, skond id-Direttiva 2003/54/KE, saret obbligatorja biss mill-1 ta' Lulju 2007 u l-effetti tagħha fuq is-suq intern għad iridu jiġu evalwati. Ir-regoli dwar is-separazzjoni legali u funzjonali li bħalissa huma fis-seħħ għalhekk jistgħu jwasslu għal separazzjoni effettiva sakemm dawn jiġu definiti b'mod aktar ċar, implimentati sewwa u sorveljati mill-qrib. Sabiex jinħoloq ambjent ekwu fil-livell tal-bejgħ bl-imnut, l-attivitajiet ta' operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għandhom ukoll jinżammu milli japprofittaw ruħhom mill-integrazzjoni vertikali tagħhom fir-rigward tal-pożizzjoni kompettitiva tagħhom fis-suq, b'mod partikolari fir-relazzjoni tagħhom mal-klijenti żgħar domestiċi u mhux domestiċi. |
|
(21) |
Sabiex tiġi żviluppata l-kompetizzjoni fis-suq intern tal-elettriku, klijenti mhux ta' residenzi għandhom ikunu jistgħu jagħżlu l-fornituri tagħhom kif ukoll jikkonkludu kuntratti biex jiżguraw il-ħtiġijiet tagħhom tal-elettriku ma' diversi fornituri. Tali-klijenti għandhom ikunu mħarsa kontra klawsoli esklussivi f'kuntratti li l-effett tagħhom huwa li jeskludu offerti kumplimentari u/jew kompetittivi. |
|
(22) |
Id-Direttiva 2003/54/KE daħħlet rekwiżit għall-Istati Membri biex jistabbilixxu awtoritajiet regolatorji b'kompetenzi speċifiċi. Madankollu, l-esperjenza turi li l-effettività tar-regolamentazzjoni ħafna drabi tkun limitata bin-nuqqas ta' indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji mill-gvern, kif ukoll minħabba n-nuqqas ta' setgħat u diskrezzjoni. Għal din ir-raġuni, fil-laqgħa tiegħu fi Brussell imsemmija hawn fuq ║, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa proposti leġiżlattivi li jipprovdu għal aktar armonizzazzjoni tas-setgħat u t-tisħiħ tal-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. |
|
(23) |
Kwalunkwe armonizzazzjoni tas-setgħat tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandha tinkludi inċentivi li jistgħu jiġu offruti u sanzjonijiet li jistgħu jintużaw kontra l-kumpaniji tal-elettriku. L-Aġenzija għandha tingħata s-setgħat xierqa biex tkun minn tal-ewwel li tassigura li jkun hemm parità fl-inċentivi u s-sanzjonijiet fl-Istati Membri kollha, u biex tipprovdi linji gwida dwar miżuri bħal dawn. |
|
(24) |
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għalhekk jeħtieġ li jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet fuq il-kwistjonijiet regolatorji rilevanti kollha għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, u li jkunu indipendenti bis-sħiħ minn kwalunkwe interess pubbliku jew privat. |
|
(25) |
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa li joħorġu deċiżjonijiet li jorbtu fuq l-impriżi tal-elettriku u li jimponu sanzjonijiet effettivi, xierqa u disswassivi fuq l-impriżi tal-elettriku li ma jikkonformawx mal-obbligi tagħhom. Għandhom ukoll jingħataw is-setgħat biex jiddeċiedu, tkun xi tkun l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni, dwar kwalunkwe miżura xierqa li tiżgura benefiċċji għall-konsumatur permezz tal-promozzjoni ta' kompetizzjoni effettiva meħtieġa għall-operat xieraq tas-suq; kif ukoll jiżguraw standards għoljin ta' servizzi universali u pubbliku f'konformità mal-ftuħ tas-suq, il-ħarsien ta' klijenti vunnerabbli, u li l-miżuri tal-ħarsien tal-konsumatur jkunu effettivi għal kollox. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu bla ħsara sew għas-setgħat tal-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni inkluż l-eżaminazzjoni tal-fużjonijiet (mergers) b'dimensjoni Komunitarja, sew għar-regoli dwar is-suq intern, bħall-moviment liberu tal-kapital. |
|
(26) |
Is-suq intern tal-elettriku qed ibati minn nuqqas ta' likwidità u trasparenza li jxekkel l-allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi, il-kopertura tar-riskju tal-kreditu, u d-dħul ta' kompetituri ġodda. Għandhom għalhekk jiżdiedu l-fiduċja fis-suq, il-likwidità tiegħu u n-numru ta' parteċipanti fis-suq ▐. |
|
(27) |
L-awtoritajiet regolatorji tal-enerġija u tas-suq finanzjarju għandhom jikkoperaw sabiex jagħmluha possibbli lil xulxin li jkollhom deskrizzjoni ġenerali tas-swieqrispettivi. Huma għandu jkollhom is-setgħa li jiksbu tagħrif relevanti mingħand l-impriżi tal-elettriku permezz ta' investigazzjonijiet xierqa u suffiċjenti, ir-riżoluzzjoni ta' tilwim, u sanzjonijiet effettivi. |
|
(28) |
Qabel l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' linji gwida li jiddefnixxu aktar ir-rekwiżiti taż-żamma tar-reġistri, l-Aġenzija ║ u l-Kumitar tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli Finanzjarji (CESR) għandhom jikkooperaw biex jinvestigaw u jagħtu parir lill-Kummissjoni dwar il-kontenut tal-linji gwida. L-Aġenzija u s-CESR għandhom ukoll jikkooperaw biex jinvestigaw aktar fil-fond u jagħtu konsulenza dwar il-kwistjoni ta' jekk it-tranżazzjonijiet fil-kuntratti tal-forniment tal-ettriku u d-derivattivi tal-elettriku għandhomx ikunu soġġetti għal rewiżiti ta' trasparenza ta' qabel u/jew ta' wara n-negozju u jekk iva, liema għandu jkun il-kontenut ta' dawn ir-rekwiżiti. |
|
(29) |
Sabiex jiġi evitat li l-fornituri inkarigati dominanti jżommu l-ftuħ tas-suq milli jseħħ, jeħtieġ li jkun possibbli l-iżvilupp ta' mudelli tan-negozju ġodda, pereżempju l-possibilitá li wieħed jagħmel kuntratti simultanji ma' diversi fornituri. |
|
(30) |
Ir-rekwiżiti universali u tas-servizz pubbliku u l-istandards komuni minimi li jitnisslu minnhom, jeħtieġ li jissaħħu aktar biex jiġi żgurat li l-konsumaturi kollha, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli, ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-kompetizzjoni u minn prezzijiet aktar ġusti. Ir-rekwiżiti tas-servizz pubbliku għandhom jiġu definiti fuq bażi nazzjonali, filwaqt li jittieħed kont taċ-ċirkustanzi nazzjonali. Madankollu, fl-istess ħin, l-Istati Membri jridu jirrispettaw il-liġi Komunitarja u l-istandards minimi komuni. Iċ-ċittadini tal-Unjoni kif ukoll l-impriżi żgħar u ta' daqs medju, għandhom ikunu jistgħu igawdu garanziji ta' servizz pubbliku, b'mod partikulari rigward is-sigurtà tal-provvista u ta' tariffi raġonevoli. Aspett prinċipali fil-forniment lill-konsumaturi huwa l-aċċess għad-data objettiva u trasparenti dwar il-konsum; ║ il-konsumaturi jrid ikollhom id-dritt li jaċċessaw id-data tal-konsum tagħhom u l-prezzijiet assoċjati kif ukoll l-ispejjeż tas-servizz sabiex ikunu jistgħu jistiednu l-kompetituri biex jagħmlu offerta bbażata fuq dik id-data. Il-konsumaturi għandu jkollhom ukoll id-dritt li jiġu infurmati sewwa dwar il-konsum tal-enerġija tagħhom u l-ħlasijiet minn qabel għandhom ikunu adegwati u jirriflettu l-konsum tal-elettriku attwali tagħhom. Tagħrif ipprovdut lill-konsumaturi mill-inqas kull tliet xhur u bbażat fuq kriterji komuni dwar l-ispejjeż tal-enerġija għandu joħloq inċentivi għat-tfaddil fl-enerġija għaliex jagħti lura lill-klijenti informazzjoni diretta dwar l-effetti tal-investiment fl-użu effiċjenti tal-enerġija u fil-bidla fl-imġiba. |
|
(31) |
Il-konsumaturi għandhom ikunu fiċ-ċentru ta' din id-Direttiva. Id-drittijiet eżistenti tal-konsumaturi jeħtieġ li jiġu msaħħa u ggarantiti, u għandhom jinkludu aktar trasparenza u rappreżentazzjoni. Il-ħarsien tal-konsumatur għandu jassigura li l-konsumaturi kollha jibbenefikaw minn suq kompetittiv. Id-drittijiet tal-konsumaturi għandhom jiġu infurzati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali billi jinħolqu inċentivi u jiġu imposti sanzjonijiet fuq kumpaniji li ma jikkonformawx mal-ħarsien tal-konsumaturi u mar-regoli tal-kompetizzjoni. |
|
(32) |
Tagħrif ċar u komprensibbli għandu jsir magħmul disponibbli lill-konsumaturi dwar id-drittijiet tagħhom fil-konfront tas-settur tal-enerġija. Wara l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Lulju 2007 bit-titlu “Lejn l-adozzjoni ta' Karta Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Konsumaturi tal-Enerġija”, il-Kummissjoni għandha tressaq, wara li tikkonsulta il-partijiet konċernati relevanti li jinkludi l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u l-imsieħba soċjali, karta aċċessibbli u faċli biex tintuża li telenka d-drittijiet tal-konsumaturi tal-enerġija li diġà hemm fil-liġi Komunitarja eżistenti inkluża din id-Direttiva. Il-fornituri tal-enerġija għandhom jiżguraw li l-konsumaturi kollha jirċievu kopja ta' din il-karta u jiżguraw li tkun disponibbli b'mod pubbliku. |
|
(33) |
Il-faqar fl-enerġija huwa problema dejjem tikber fl-Unjoni Ewropea. L-Istati Membri għandhom għaldaqstant jiżviluppaw pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali biex jitrattaw din il-problema u jiżguraw il-provvista tal-enerġija meħtieġa għall-konsumaturi vulnerabbli. Waqt li jsir dan, hi meħtieġa strateġija integrata kif ukoll miżuri li għandhom jinkludu politiki soċjali, politiki tat-tariffi u titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija għad-djar. Din id-Direttiva għandha, mill-inqas, tippermetti politiki ta' nazzjonali favur konsumaturi vulnerabbli, f'termini ta' mudelli ta' prezzijiet. |
|
(34) |
Miżuri ta' rikors effiċjenti u aċċessibbli għal kulħadd jiggarantixxu ħarsien akbar tal-konsumaturi. L-Istati Membri għandhom jintroduċu proċeduri rapidi u effettivi ta' arbitraġġ. |
|
(35) |
Il-prezzijiet tas-suq għandhom jagħtu l-inċentivi t-tajba għall-iżvilupp ta' network ta' distribuzzjoni u għall-investiment f' ġenerazzjoni ta' elettriċità ġdida. |
|
(36) |
Il-promozzjoni tal-kompetizzjoni u ta' aċċess faċli għal fornituri differenti kif ukoll l-għoti tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni ta' elettriċità ġdida għandha tkun ta' importanza massima għall-Istati Membri sabiex jippermettu lill-konsumaturi li jaħtfu l-opportunitajiet ta' suq intern liberalizzat tal-elettriku. Fl-istess ħin, l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-iżvilupp ta' pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali u ta' politiki soċjali. |
|
(37) |
▐ Fil-ħolqien ta' suq intern tal-elettriku, is-swieq reġjonali tal-enerġija jistgħu jkunu l-ewwel pass . L-Istati Membri għandhom għalhekk irawmu, fuq livell Kommunitarju kif ukoll fejn possibbli, fuq livell reġjonali , l-integrazzjoni tas-swieq nazzjonali tagħhom u l-kooperazzjoni tal-operaturi tan-network fil-livell Kommunitarju kif ukoll nazzjonali. Inizjattivi għall-integrazzjoni reġjonali huma pass intermedjarju essenzjali għall-kisba ta' integrazzjoni fis-swieq tal-enerġija Komunitarji, li tibqa’ l-għan aħħari. Il-livell reġjonali jgħin sabiex jaċċelera l-proċess ta' integrazzjoni billi jagħmilha possibbli għall-atturi konċernati, u b'mod partikulari l-Istati Membri, l-awtoritajiet regulatorji nazzjonali u l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni, li jikkoperaw fuq kwistjonijiet speċifiċi. |
|
(38) |
L-iżvilupp ta' network ta' distribuzzjoni tassew pan-Komunitarju għandu jkun wieħed mill-għanijiet prinċipali ta' din id-Direttiva u għalhekk kwistjonijiet regolatorji dwar l-interkonnessjonijiet bejn il-fruntieri u s-swieq reġjonali għandhom ikunu r-responsabilità tal-Aġenzija. |
|
(39) |
Il-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati (b’mod partikulari l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u l-Aġenzija), għandha tevalwa l-fattibilità tal-ħolqien ta' operatur tas-sistema ta' trażmissjoni Ewropew uniku u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji rigward l-integrazzjoni tas-suq kif ukoll it-tħaddim effettiv u sigur tan-netwerk ta' trażmissjoni. |
|
(40) |
L-iżgurar ta' regoli komuni għal suq intern li jopera tajjeb u l-provvista wiesgħa ta' enerġija aċċessibbli għal kulħadd għandhom ikunu fost l-għanijiet ewlenin ta' din id-Direttiva. Għal dan l-għan, prezzijiet tas-suq mingħajr distorsjoni jistgħu jipprovdu l-aqwa inċentivi għal interkonnessjonijiet transkonfinali u għal investimenti fil-ġenerazzjoni ta' enerġija ġdida filwaqt li jwasslu, fl-aħħar mill-aħħar, għall-konverġenza fil-prezzijiet. |
|
(41) |
Koperazzjoni reġjonali akbar għandha tkun l-ewwel pass lejn l-iżvilupp ta' network ta' distribuzzjoni Ewropew għall-elettriku totalment integrata, li finalment jinkorpora l-“gżejjer” tal-elettriku li jippersistu fl-Unjoni. |
|
(42) |
L-awtoritajiet regolatorji għandhom jipprovdu informazzjoni lis-suq sabiex jippermettu lill-Kummissjoni teżerċita l-irwol tagħha ta' osservazzjoni u sorveljanza tas-suq Ewropew tal-elettriku u l-evoluzzjoni tiegħu fuq terminu ta' żmien qasir, medju u fit-tul, inklużi aspetti bħall-kapaċità ta' ġenerazzjoni, għejun differenti ta' ġenerazzjoni tal-elettriku, infrastrutturi ta' trażmissjoni u distribuzzjoni, il-kwalità tas-servizz u tal-provvista, negozju transkonfinali, il-ġestjoni tal-konġestjoni , investimenti, prezzijiet bl-ingrossa u għall-konsumaturi, likwidità tas-suq, titjib ambjentali u fl-effiċjenza. |
|
(43) |
Peress li l-għan ta' din id-Direttiva, partikolarment il-ħolqien ta' suq intern tal-elettriku mħaddem b'mod sħiħ, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk, permezz tal-bilanċ u l-effetti tal-azzjoni, ikunu jistgħu jintlaħqu aħjar fuq livell ta' Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Bi qbil mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif iddikjarat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. |
|
(44) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 dwar kundizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku (6) jipprovdi lill-Kummissjoni bil-possibbiltà li tadotta linji gwida biex tikseb il-grad ta' armonizzazzjoni meħtieġ. Dawn il-linji gwida, li ║ huma miżuri ta' implimentazzjoni li jorbtu, huma għodda siewja li tista’ tiġi adattata malajr fejn meħtieġ. ▐ |
|
(45) |
Id-Direttiva 2003/54/KE għandha tiġi emendata skond dan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 2003/54/KE
Id-Direttiva 2003/54/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej: “ Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli komuni għall-ġenerazzjoni, it-trasmissjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista tal-elettriku, flimkien ma' dispożizzjonijiet għall-ħarsien tal-konsumatur, bil-għan li jsiru aħjar u jiġu integrati s-swieq tal-enerġija kompetittivi, permezz ta' network ta' distribuzzjoni komuni, fl-Unjoni Ewropea. Din tistabbilixxi wkoll ir-regoli li jikkonċernaw l-organizzazzjoni u t-tħaddim tas-settur tal-elettriku, l- aċċess miftuħ għas-suq, il-kriterji u l-proċeduri applikabbli għal sejħat ta' offerti u l-għoti ta' awtorizzazzjonijiet, kif ukoll it-tħaddim ta' sistemi. Hija tiddefinixxi wkoll l-obbligi ta' servizz universali u d-drittijiet tal-konsumaturi tal-elettriku u tiċċara l-obbligi tal-kompetizzjoni. ” |
|
(2) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(4) |
l-Artikolu 4, għandu jinbidel b'dan li ġej: “ L-Istati Membri għandhom jiżguraw is-sorveljanza tas-sigurtà fi kwistjonijiet ta' provvista. Fejn l-Istati Membri jkunu jikkunsidraw bħala xieraq, huma jistgħu jiddelegaw dan il-kompitu lill-awtoritajiet regolatorji li hemm imsemmija fl-Artikolu 22(a). Din is-sorveljanza għandha, b'mod partikolari, tkopri l-bilanċ tal-provvista/domanda fuq is-suq nazzjonali, inkluża l-previżjoni dettaljata tad-domanda mistennija fil-futur u l-provvisti disponibbli, il-kapaċità addizzjonali kontemplata li tkun qed tiġi ppjanata jew f'fażi ta' kostruzzjoni, u l-kwalità u l-livell ta' żamma tan-networks, l-aċċess għall-ġenerazzjoni distribwita u mikro, kif ukoll miżuri li jkopru domanda għolja biex dawn ikunu jistgħu jlaħħqu man-nuqqas ta' wieħed mill-fornituri jew aktar. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw[ … ], sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju ta' kull sena, rapport li jkun juri fil-qosor it-tisjib li jkun ġej mis-sorveljanza ta' dawn il-kwistjonijiet, kif ukoll kwalunkwe miżuri meħuda jew kontemplati li jkunu indirizzati; dawn għandhom jgħaddu dan ir-rapport lill-Kummissjoni minnufih. ” |
|
(5) |
Fl-Artikolu 5 il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal qabel il-paragrafu eżistenti: “ L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li kriterji tekniċi operattivi ikunu definiti u li regoli tekniċi li jistabbilixxu affidabilità xierqa u rekwiżiti operattivi għat-tħaddim ta' impjanti ta' ġenerazzjoni, sistemi ta' distribuzzjoni, tagħmir għall-konsumaturi mqabbad direttament, ċirkwiti interkonnetturi u linji diretti jkunu żviluppati u jsiru pubbliċi. Dawn ir-regoli tekniċi għandhom jiżguraw l-interoperabiltà tas-sistemi u għandhom ikunu oġġettivi u mhux diskriminatorji. Fejn l-Aġenzija tqis li l-armonizzazzjoni ta' dawn ir-regoli hija meħtieġa, hija għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rispettivi. ” |
|
(6) |
L-artikolu li ġej għandu jiddaħħal: “Artikolu 5a Promozzjoni ta' Kooperazzjoni Reġjonali 1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkoperaw bejniethom bil-għan li jarmonizzaw l-istruttura tas-suq u jintegraw is-swieq nazzjonali tagħhom għall-inqas fuq livell jew livelli reġjonali , bħala l-ewwel pass lejn suq intern tal-eletrriku liberalizzat għal kollox. B'mod partikolari, huma għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni tal-operaturi tan-network fil-livell reġjonali u jiffaċilitaw l-integrazzjoni tagħhom f'dak il-livell bl-għan li jinħoloq suq Ewropew kompetittiv u titħaffef l-armonizzazzjoni bejn l-oqsfa legali, regolatorji u tekniċi tagħhom u, fuq kollox, ikun integrati il-“gżejjer” tal-elettriku li jippersistu fl-Unjoni Ewropea. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni transkonfinali u fil-livell reġjonali fost l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali . 2. L-Aġenzija għandha tikkoopera mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni skond il-Kapitolu IV biex tassigura l-konverġenza ta' oqfsa regolatorji bejn ir-reġjuni bil-għan li jinħoloq suq Ewropew kompetittiv. Fejn l-Aġenzija tikkunsidra li hemm bżonn regoli li jorbtu dwar kooperazzjoni bħal din, għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa. Fi swieq reġjonali, l-Aġenzija għandha ssir l-awtorità kompetenti fl-oqsma speċifikati fl-Artikolu 22d. ” |
|
(7) |
l-Artikolu 6(2), għandu jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(8) |
Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej: “ 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ġeneraturi deċentralizzati u/jew ġeneraturi distribwiti jibbenefikaw minn proċeduri simplifikati ta' awtorizzazzjoni. Dawk il-miżuri simplifikati għandhom japplikaw għall-faċilitajiet kollha li jiġġeneraw anqas minn 50 MW u għall-ġeneraturi kollha. ” |
|
(9) |
Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej: “ 5. L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità jew entità pubblika jew entità privata li tkun indipendenti mill-ġenerazzjoni, it-trasmissjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista tal-elettriku, li tista' tkun awtorità regolatorja nazzjonali kif hemm imfisser fl-Artikolu 22a(1), biex tkun responsabbli mill-organizzazzjoni, is-sorveljanza u l-kontroll tal-proċedura għall-offerti imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4. Din l-awtorità jew entità għandha tieħu l-miżuri neċessarji kollha biex tiżgura l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jkun hemm fl-offerti. ” |
|
(10) |
L-Artikolu 8 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 8 Separazzjoni tas-sistemi ta' trażmissjoni u tal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li minn [id-data ta' traspożizzjoni biż-żieda ta' sena waħda] ’il quddiem:
2. L-interessi u d-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 1(b) għandhom jinkludu, b'mod partikolari:
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1(b), it-terminu“impriża li twettaq kwalunkwe mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew forniment” għandha tkopri “impriża li twettaq kwalunkwe mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew forniment” fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2003/55/KE ║ u t-termini “operatur tas-sistema ta' trażmissjoni” u “sistema ta' trażmissjoni” għandhom ikopru “operatur tas-sistema ta' trażmissjoni” u “sistema ta' trażmissjoni” fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2003/55/KE. 4. L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-proċess biex jiġu separati l-impriżi integrati vertikalment u għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar il-progress li jkun sar. 5. L-Istati Membri għandhom jippermettu derogi mill-paragrafi 1(b), 1(c) u 1(d) sa [id-data ta' traspożizzjoni biż-żieda ta' sentejn], sakemm l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ma jkunux jiffurmaw parti minn impriża integrata vertikalment. 6. L-obbligu stipulat fil-paragrafu 1(a) jitiqes imwettaq f'sitwazzjoni fejn bosta impriżi sidien ta' sistemi tat-trażmissjoni jkunu ħolqu impriża konġunta li taġixxi bħala operatur ta' sistema ta' trażmissjoni f'bosta Stati Membri għas-sistemi ta' trażmissjoni kkonċernati. ▐ 7. Meta l-persuna msemmija fil-paragrafi 1 (b) sa (e) tal-paragrafu 1 tkun l-Istat Membru jew entità pubblika oħra, żewġ entitajiet pubbliċi li jeżerċitaw kontroll fuq operatur ta' sistema ta' trażmissjoni jew fuq sistema ta' trażmissjoni u fuq impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew forniment, mhix meqjusa li hi l-istess persuna jew persuni. 8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tkun kummerċjalment sensittiva msemmija fl-Artikolu 12 miżmuma minn operatur ta' sistema ta' trażmissjoni li kienet tifforma parti minn impriża integrata vertikalment u mill-persunal tagħha ta' dan l-operatur ta' sistema ta' trażmissjoni, ma tiġix trasferita lil impriżi li jwettqu kwalunkwe mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni u ta' forniment.” |
|
(11) |
Għandhom jiddaħħlu l-artikolu li ġejjin: “Artikolu 8a Kontroll fuq propjetarji ta' sistema ta' trażmissjoni u operaturi ta' sistema ta' trażmissjoni 1. Bla ħsara għall-obbligi internazzjonali tal-Komunità, sistemi ta' trażmissjoni jew operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni m'gaħndhomx ikunu kkontrollati minn persuna jew persuni minn pajjiżi terzi. 2. Ftehim konkluż ma' pajjiż terz jew aktar li l-Komunità hija parti minnu jista' jippermetti deroga mill-paragrafu 1. Artikolu 8b Ħatra u ċertifikazzjoni ta' operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni 1. Impriżi proprjetarji ta' sistema ta' trażmissjoni u li ġew iċċertifikati mill-awtorità regolatorja nazzjonali bħala li kkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 8a, skond il-proċedura ta' ċertifikazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu, għandhom jiġu approvati u maħtura bħala operaturi ta' sistema ta' trażmissjoni mill-Istati Membri. Il-ħatra tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni u ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. 2. Bla ħsara għall-obbligi internazzjonali tal-Komunità, meta tintalab ċertifikazzjoni minn proprjetarju ta' sistema ta' trażmissjoni jew operatur ta' sistema ta' trażmissjoni kkontrollata minn persuna jew persuni minn pajjiżi terzi skond l-Artikolu 8a, din għandha tkun miċħuda sakemm is-sid tas-sistema ta' trażmissjoni jew operatur ta' sistema ta' trażmissjoni ma jurix li mhemmx possibbiltà għall-entità kkonċernata li tkun influwenzata, bi ksur tal-Artikolu 8(1), direttament jew indirettament, minn kwalunkwe operatur attiv fil-produzzjoni jew il-forniment ta' gass jew elettriku jew minn pajjiż terz. 3. Operaturi ta' sistema ta' trażmissjoni għandhom jinnotfikaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali bi kwalunkwe tranżazzjoni ppjanata li jkollha mnejn teħtieġ valutazzjoni mill-ġdid tal-konformità tagħha mal-Artikoli 8(1) jew l-Artikolu 8a. 4. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw il-konformità kontinwa tal-operaturi ta' sistema ta' trażmissjoni mal-Artikoli 8(1) u l-Artikolu 8a. Għandhom jiftħu proċedura ta' ċertfikazzjoni sabiex jiżguraw din il-konformità:
5. L-awtoritajiet regolatorji għandhom jadottaw deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' operatur ta' sistema ta' trażmissjoni fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika mill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jew mid-data tat-talba tal-Kummissjoni. Wara li jiskadi dan il-perjodu, iċ-ċertifikazzjonii titqies bħala mogħtija. Id-deċiżjoni espliċita jew taċita tal-awtorità regolatorja tista' ssir effettiva biss wara l-konklużjoni tal-proċedura stipulata fil-paragrafi 6 sa 9 u biss jekk il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet kontriha. 6. Id-deċiżjoni espliċta jew taċita dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' operatur ta' sistema ta' trażmissjoni għandha tkun innotifikata mingħajr dewmien lill-Kummissjoni mill-awtorità regolatorja, flimkien mal-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward ta' din din id-deċiżjoni. 7. Il-Kummissjoni għandha teżamina n-notifika hekk kif tirċeviha. Fi żmien xahrejn mill-wasla tan-notifika, meta l-Kummissjoni ssib li d-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mal-Artikoli 8(1), l-Artikolu 8a jew l-Artikolu 8b(2), għandha tiddeċiedi li tibda l-proċeduri. F'dan il-każ, għandha tistieden lill-awtorità regolatorja nazzjonali u lill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni kkonċernat biex iressqu l-kummenti. Meta titfittex informazzjoni addizzjonali mill-Kummissjoni, il-perjodu ta' xahrejn jista' jiġi estiż b'xahrejn żejda minn meta tkun waslet l-informazzjoni sħiħa. 8. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tibda l-proċeduri, fi żmien ║ erba’ xhur mid-data ta' dik id-deċiżjoni, għandha toħroġ deċiżjoni finali
9. Meta l-Kummissjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni biex tibda l-proċeduri jew deċiżjoni finali fil-perjodu ta' żmien stipulat fil-paragrafi 7 u 8 rispettivament, għandu jitqies li ma qajmitx oġġezzjonijiet kontra d-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali. 10. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex temenda jew tirtira d-deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni fi żmien erba’ ġimgħat, u għandha tinforma lill-Kummissjoni skond dan. 11. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jitolbu lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u lill-impriżi li jwettqu kwalunkwe mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew ta' forniment kwalunkwe tagħrif rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħha skond dan l-Artikolu. 12. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jippreservaw il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva.” ▐ |
|
(12) |
L-Artikolu 9 ║ għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(13) |
L-Artikolu 10 għandu jitħassar. ▐ |
|
14) |
l-Artikolu 11 għandu jinbdiel kif ġej:
|
|
(15) |
L-Artikolu 12 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 12 Kontroll fuq proprjetarji ta' sistema ta' trażmissjoni u operaturi ta' sistema ta' trażmissjoni 1. Bla ħsara għall-Artikolu 18 jew kwalunkwe obbligu legali biex l-informazzjoni tiġi żvelata, kull operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni għandu jippreserva l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva miksuba fil-kors tat-twettiq tal-kummerċ tiegħu, u għandu jipprevjeni informazzjoni dwar l-attivitajiet proprji li tista' tkun kummerċjalment vantaġġuża milli tiġi żvelata b'mod diskriminatorju, u b'mod partikolari ma għandux jikxef informazzjoni kummerċjalment sensittiva lill-partijiet li jkun baqa’ tal-kumpanija, ħlief jekk dan ikun meħtieġ għat-twettiq ta' tranżazzjoni ta' negozju. Sabiex tkun żgurata l-osservanza sħiħa tar-regoli dwar is-seperazzjoni tal-informazzjoni, għandu jkun żgurat ukoll l-proprjetarju tat-trażmissjoni jew il-parti li jkun baqa’ tal-kumpanija ma jużawx servizzi konġunti, minbarra minn funzjonijiet purament amministrattivi jew tal-IT (eż. l-ebda servizzi legali konġunt). 2. Operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni ma għandhomx, fil-kuntest ta' bejgħ jew xiri tal-gass naturali minn impriżi relatati, jabbużaw minn informazzjoni kummerċjalment sensittiva miksuba minn terzi fil-kuntest tal-fornitura jew in-negozjar tal-aċċess għas-sistema. 3. Informazzjoni kummerċjali ta' importanza essenzjali għall-kompetizzjoni fis-suq, b'mod partikulari għal informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tal-punt ta' tqassim, l-informazzjoni dwar il-kapaċità installata u l-informazzjoni dwar il-kapaċità tar-reġistranti, għandha tkun aċċessibbli għall-fornituri kollha tal-elettriku fis-suq. Fejn ikun meħtieġ, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha titlob lill-operaturi li huma responsabbli sabiex jgħaddu din l-informazzjoni lill-persuni kkonċernati. ” |
|
(16) |
l-Artikolu 14 għandu jkun emendat kif ġej:
|
|
(17) |
L-Artikolu 15 għandu jkun emendat kif ġej:
▐ |
|
(18) |
L-Artikolu 17 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Din id-direttiva ma għandhiex tipprevjeni l-operazzjoni ta' operatur ta' sistema magħquda ta' trażmissjoni u distribuzzjoni dejjem sakemm, għal kull waħda mill-attivitajiet tagħha, jikkonforma mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Artikoli 8, 10b u 15(1).” |
|
(19) |
Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej: “ 3. L-impriżi tal-elettriku għandhom, fis-sistema interna tagħhom ta' kif jinżammu l-kontijiet, iżommu kontijiet separati għal kull waħda mill-attivitajiet ta' trasmissjoni u distribuzzjoni li huma jwettqu daqs li kieku kellhom jagħmlu hekk jekk l-attivitajiet in kwistjoni kellhom jitwettqu minn impriżi separati, bil-ħsieb li jkunu evitati d-diskriminazzjoni, l-inter-sussidjarjetà u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Dawn għandhom iżommu wkoll il-kontijiet, li jistgħu jkunu konsolidati, għal kull attività tal-elettriku li ma tkunx marbuta mat-trasmissjoni jew id-distribuzzjoni. Sa l-1 ta' Lulju 2007, dawn għandhom iżommu kontijiet separati dwar attivitajiet ta' provvista għall-klijenti eliġibbli u dwar attivitajiet ta' provvista għall-klijenti li ma jkunux eliġibbli. L-introjtu mill-pusses tas-sistema tat-trasmissjoni/distribuzzjoni għandu jkun speċifikat fil-kontijiet. Fejn ikun xieraq, dawn għandhom iżommu kontijiet konsolidati għal attivitajiet oħra li ma jkunux tal-elettriku. Il-Il-kontijiet interni għandhom jinkludu karta bilanċjanti u kont tal-qligħ u t-telf għal kull attività. ” |
|
(20) |
Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej: “ 2. L-operatur ta' sistema ta' trasmissjoni jew distribuzzjoni jista' jirrifjuta l-aċċess fejn dan tkun tonqsu l-kapaċità disponibbli fiżikament neċessarja. Għal rifjut bħal dan għandhom jingħataw raġunijiet sostanzjati, ibbażati fuq kriterji oġġettivi u ġustifikabbli teknikament u ekonomikament. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiżgura li dawn il-kriterji huma applikati b'mod konsistenti u li l-utent tas-sistema li ġie rifjutat aċċess għandu jkollu d-dritt li jappella. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiżgura, fejn ikun xieraq u meta jseħħ dan ir-rifjut tal-aċċess, li l-operatur tas-sistema tat-trasmissjoni jew distribuzzjoni jipprovdi l-informazzjoni relevanti fuq miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-infurzar tan-networks. Il-parti li tagħmel talba għal tali informazzjoni tista' tiġi ċċarġjata miżata raġonevoli li tkun tirrifletti n-nefqa biex tkun ipprovduta din l-informazzjoni. ” |
|
(21) |
Fl-Artikolu 21, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “ 2a. Klijenti eliġibbli għandu jkollhom id-dritt għal kuntratt simultanju ma' bosta fornituri. “2b. L-Aġenzija għandha timmoniterja fil-ħin reali s-swieq ta' bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku organizzati kollha stabbiliti fl-Unjoni, fiż-Żona Ekonomika Ewropea u fil-pajjiżi ġirien sabiex jidentifikaw abbużi mill-enerġija jew nuqqasijiet tas-suq u jippromwovu titjib fl-effiċjenza tas-suq intern. ”.” |
|
(22) |
Il-Kapitolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 22: “KAPITOLU VIIa AWTORITAJIET REGOLATORJI NAZZJONALI Artikolu 22a Ħatra u indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali 1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità regolatorja nazzjonali waħda. 2. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza tal-awtorità regolatorja nazzjonali u jiżguraw li teżerċita l-poteri tagħha b'mod imparzjali u trasparenti. Għal dan il-għan, Stat Membru għandu jiżgura li, meta twettaq il-kompiti regolatorji kkonferiti fuqha permezz ta' din id-Direttiva u leġiżlazzjoni relevanti oħra, l-awtorità regolatorja:
3. Sabiex titħares l-indipendenza tal-awtorità regolatorja nazzjonali, l-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jiżguraw li:
Artikolu 22b L-għanijiet ta' politika tal-awtorità regolatorja nazzjonali Fit-twettiq tal-kompiti regolatorji speċifikati f'din id-Direttiva, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tieħu l-miżuri kollha raġonevoli għall-ksib ta' dawn l-għanijiet:
Artikolu 22c Dmirijiet u setgħat tal-awtorità regolatorja nazzjonali 1. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandu jkollha d-dmirijiet li ġejjin li hija għandha twettaq, fejn ikun xieraq, f'konsultazzjoni mill-qrib ma' korpi Komunitarji jew nazzjonali rilevanti oħra, operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u partijiet interessati fis-suq oħra u bla ħsara għall-kompetenzi speċifiċi tagħhom:
2. Jekk Stat Membru hekk jipprovdi, id-doveri tas-sorveljanza msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jitwettqu minn awtorità oħra barra l-awtorità regolatorja nazzjonali. F'każ bħal dan, l-informazzjoni li tirriżulta minn dan il-monitoraġġ għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali kemm jista' jkun malajr. Skond il-prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar, l-awtorità regolatorja nazzjonaligħandha, kif xieraq, tikkonsulta ma' operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u tikkopera mill-qrib ma' awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra fit-twettiq tad-doveri msemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li tippreserva l-indipendenza tagħhom mingħajr preġudizzju tal-kompetenzi speċifiċi tagħhom. 3. Minbarra l-kompiti kkonferiti fuqu skond il-paragrafu 1, meta operatur tas-sistema indipendenti jkun inħatar skond l-Artikolu 10, l-awtorità regolatorja għandha:
4. Fis-sorveljanza tas-swieq nazzjonali tal-elettriku skond il-paragrafu 1(1), inkluż is-sorveljanza tal-prezzijiet bl-ingrossa u bl-imnut, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jadottaw metodoloġiji armonizzati li sar qbil fuqhom u li ġew approvati mill-Aġenzija. 5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jingħatawlhom is-setgħat li jippermettulhom iwettqu d-dmirijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 b'mod effiċjenti u mingħajr dewmien. Għal dan il-għan, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandu jkollha ║is-setgħa li:
6. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu responsabbli għall-istabbiliment jew l-approvazzjoni qabel ma jidħlu fis-seħħ tat-termini u l-kundizzjonijiet għal:
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom il-poter li jeħtieġu li l-operaturi ta' sistemi ta' trasmissjoni jimmodifikaw dawk it-termini u l-kundizzjonijiet. 7. Meta jiffissaw jew japprovaw it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji ta t-tariffi, u s-servizzi ta' bbilanċjar, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-operaturi tan-network jingħataw inċentiva tajbabiżżejjed, kemm fit-tul kif ukoll fiż-żmien qasir, biex iżidu l-effiċjenzi, jinkoraġġixxu l-integrazzjoni tas-suq, jiżguraw is-sigurtà tal-provvista, u jappoġġjaw l-attivitajiet ta' riċerka. 8. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmoniterjaw l-immaniġġjar tal-konġestjoni fis-sistemi nazzjonali tal-elettriku u fl-interkonnetturi. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jissottomettu l-proċeduri tagħhom tal-immaniġġjar tal-konġestjoni, inkluża l-allokazzjoni tal-kapaċità, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għall-approvazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jitolbu emendi għal dawn il-proċeduri qabel ma japprovawhom. 9. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom l-awtorità li jirrikjedu lil operaturi tat-trasmissjoni u tad-distribuzzjoni, jekk meħtieġ, li jimmodifikaw it-termini u l-kundizzjonijiet, inklużi t-tariffi msemmija f'dan l-Artikolu, biex jaċċertaw li huma proporzjonati u applikati b'mod mhux diskriminatorju. F'każ ta' dewmien rigward l-istabbiliment tat-tariffi ta' trażmissjoni u distribuzzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa li jiffissaw tariffi ta' trażmissjoni u distribuzzjoni provizorji u jiddeċiedu dwar il-miżuri xierqa ta' kumpens fil-każ li t-tariffi finali jiddevjaw minn dawn it-tariffi provviżorji. 10. Kwalunkwe parti li jkollha lment kontra operatur tas-sistema tat-trasmissjoni jew distribuzzjoni b' relazzjoni mal-obbligi ta' dak l-operatur skond din id-Direttiva , tista' tirreferi l-ilment lill-awtorità regolatorja nazzjonali li, waqt li tkun qed taġixxi bħala awtorità li ssolvi t-tilwim, għandha tagħti deċiżjoni fi żmien xahrejn minn wara li din tkun irċeviet l-ilment. Dak il-perjodu jista' jiġi estiż b'xahrejn fejn tintalab aktar informazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Dan il-perjodu jista' jiġi estiż bil-qbil tal-persuna li tkun għamlet l-ilment. ║ Id-deċiżjoni tal-aworità regolatorja nazzjonali għandha tkun vinkolanti sakemm ma tiġix irrevokata b'appell, u sal-waqt li sseħħ din ir-revoka. 11. Kwalunkwe parti li tkun affettwata u li jkollha d-dritt li tressaq ilment dwar deċiżjoni fuq metodoloġiji meħuda skond dan l-Artikolu jew, fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali jkollha l-obbligu li tikkonsulta ruħha dwar it-tariffi jew il-metodoloġiji proposti, din tista', minn talanqas fi żmien xahrejn, jew f'perjodu iqsar kif deċiż mill-Istati Membri, wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni jew il-proposta għad-deċiżjoni, tissottometti l-ilment għall-istħarriġ. Tali lment ma għandux iwassal għal xi sospensjoni. 12. L-Istati Membri għandhom joħolqu mekkaniżmi xieraq u effiċjenti għar-regolament, kontroll u trasparenza sabiex jiġi evitat abbuż ta' posizzjoni dominanti, b'mod partikolari bi żvantaġġ għall-konsumaturi, u kwalunkwe aġir predatorju. Dawn il-mekkaniżmi għandhom iqisu d-disposizzjonijiet tat-Trattat, u b'mod partikolari l-Artikolu 82 tiegħu. 13. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom joħolqu servizz indipendenti għall-ilmenti jew skema ta' reparazzjoni alternattivi bħall-ombudsman indipendenti tal-enerġija jew korp tal-konsumaturi. Dak is-servizz jew skema għandu jkun responsabbli għall-itrattar effiċjenti tal-ilmenti u għandhom ikunu konformi mal-kriterji tal-aħjar prattika. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tistipula standards u linji gwida dwar kif il-produtturi u l-operaturi tan-netwerk għandhom jitrattaw l-ilmenti. 14. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li jittieħdu l-passi xierqa, inklużi azzjoni amministrativa jew proċeduri kriminali b'mod konformi mal-liġi nazzjonali tagħhom, kontra l-persuni naturali jew legali responsabbli fejn ir-regoli tal-kunfidenzjalità imposti minn din id-Direttiva ma jkunux ġew rispettati. 15. L-ilmenti msemmija fil-paragrafi 10 u 11 għandhom ikunu bla ħsara għall-eżerċitu tad-drittijiet tal-appell taħt il-liġijiet Komunitarji u nazzjonali. 16. Id-Deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu kompletament motivati u disponibbli għall-pubbliku biex jingħata spazju għall-iskrutinju legali. 17. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mekkaniżmi xierqa fuq livell nazzjonali li bihom parti affettwata minn deċiżjoni ta' awtorità regolatorja nazzjonali jkollha d-dritt għall-appell lil entità ġudizzjarju nazzjonali j ew awtorità indipendenti nazzjonali oħra , li hija indipendenti mill-partijiet involuti u minn kull gvern. ▐ Artikolu 22d Reġim regolatorju għal kwistjonijiet transkonfinali 1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkooperaw mill-qrib u jikkonsultaw ma' xulxin, u għandhom jipprovdu 'l xulxin u l-Aġenzija b'kull informazzjoni meħtieġa għat-twettiq ta' dmirijiethom skond id-Direttiva. Dwar l-informazzjoni li tiġi skambjata, l-awtorità li tirċievi għandha tiżgura l-istess livell ta' kunfidenzjalità bħal tal-awtorità li tibgħat l-informazzjoni kkonċernata. 2. Sabiex ikun żgurat li, fejn ikun hemm swieq reġjonali tal-elettriku, l-integrazzjoni tagħhom tkun riflessa bi strutturi regolatorji xierqa. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati għandhom jiżguraw li, b'koperazzjoni mill-qrib ma' u taħt it-tmexxija tal-Aġenzija, jitwettqu mill-anqas id-dmirijiet regolatorji li ġejjin rigward is-swieq reġjonali:
3. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikollhom id-dritt li jagħmlu ftehimiet bejniethom biex irawwmu koperazzjoni regolatorja, u l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jitwettqu, kif xieraq, b'konsultazzjoni mill-qrib ma' awtoritajiet nazzjonali kkonċernati oħra u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi speċifiċi tagħhom. 4. L-Aġenzija għandha tiddeċiedi dwar ir-reġim regolatorju għall-infrastruttura li tgħaqqad mill-inqas żewġ Stati Membri:
▐ Artikolu 22e Konformità mal-Linji Gwida 1. Il-Kummissjoni jew kwalunkwe awtorità regolatorja nazzjonali ║ jistgħu jitolbu l-opinjoni tal-Aġenzija dwar il-konformità ta' deċiżjoni meħuda minn awtorità regolatorja b'linji gwida msemmija f'din id-Direttiva jew fir-Regolament (KE) Nru 1228/2003. 2. L-Aġenzija għandha tagħti l-opinjoni tagħha lill-Kummissjoni jew lill-awtorità regolatorja li tkun talbitha ║, rispettivament, u lill-awtorità regolatorja nazzjonali li tkun ħadet id-deċiżjoni kkonċernata fi żmien erba’ xhur mid-data tat-talba. 3. Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali li tkun ħadet id-deċiżjoni in kwistjoni ma tikkonformax mal-opinjoni tal-Aġenzija fi żmien erba’ xhur mid-data tal-wasla, l-Aġenzija għandha tgħarraf lill-Kummissjoni b'dan. 4. Kwalunkwe awtorità regolatorja nazzjonali tista' tinforma lill-Kummissjoni fejn tqis li deċiżjoni meħuda minn awtorità regolatorja nazzjonali ma tikkonformax ma' linji ta' gwida msemmija f'din id-Direttiva jew fir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 fi żmien xahrejn mid-data ta' dik id-Deċiżjoni. 5. Meta l-Kummissjoni, fi żmien xahrejn minn meta tkun ġiet infurmata mill-Aġenzija skond il-paragrafu 3 jew minn awtorità regolatorja skond il-paragrafu 4, u fuq l-inzjattiva tagħha stess fi żmien tliet xhur mid-data tad-deċiżjoni, issib li d-deċizjoni ta' awtorità regolatorja nazzjonali tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mal-linji gwida msemmija f'din id-Direttiva jew fir-regolament (KE) Nru 1228/2003, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tibda l-proċeduri. Fdan il-każ, għandha tistieden lill-awtorità regolatorja nazzjonali u lill-partijiet għall-proċeduri quddiem l-awtorità regolatorja nazzjonali biex iressqu l-kummenti tagħhom. 6. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tibda l-proċeduri, fi żmien ║ erba’ xhur mid-data ta' din id-deċiżjoni, għandha toħroġ deċiżjoni finali:
7. Meta l-Kummissjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni biex tibda l-proċeduri jew deċiżjoni finali fil-perjodu ta' żmien stipulat fil-paragrafi 5 u 6 rispettivament, għandu jitqies li ma qajmitx oġġezzjonijiet kontra d-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali. 8. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex temenda jew tħassar id-deċiżjoni fi żmien xahrejn u għandha tinforma lill-Kummissjoni skond dan. ▐ Artikolu 22f Żamma ta' reġistri 1. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-impriżi jżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali, l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni u l-Kummissjoni, għal talanqas ħames snin, id-dejta rilevanti fir-rigward tat-tranżazzjonijiet kollha fil-kuntratti tal-forniment tal-elettriku u d-derivattivi elettriċi ma' klijenti bl-ingrossa u operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni. 2. Id-dejta għandha tinkludi dettalji dwar karatteristiċi finanzjarji, bħal tul ta' żmien, regoli dwar il-forniment u l-għeluq tat-tranżazzjonijiet rilevanti, il-kwantità, id-dati u l-ħinijiet tal-eżekuzzjoni u l-prezzijiet tat-tranżazzjoni, u l-mezzi għall-identifikazzjoni tal-klijent bl-ingrossa kkonċernat, kif ukoll dettalji speċifiċi dwar il-pożizzjonijiet kollha miftuħin fil-kuntratti tal-forniment tal-elettriku u tad-derivattivi tal-elettriku. 3. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tħejji rapport dwar ir-riżultati tal-investigazzjonijiet tagħha jew it-talba tagħha lill-parteċipanti fis-suq waqt li tiżgura li ma tiġix rilaxxata xi informazzjoni li tkun kummerċjalment sensittiva dwar atturi individwali fis-suq jew dwar tranżazzjonijiet individwali. ▐ ▐ 4. ║Dan l-Artikolu ma għandux joħloq obbligi addizzjonali fil-konfront tal-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għal entitajiet li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2004/39/KE. 5. Fil-każ li l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikollhom bżonn l-aċċess għad-dejta miżmuma minn entitajiet li jidħlu fl-ambitu tad-Direttiva 2004/39/KE, l-awtoritajiet responsabbli skond dik id-Direttiva għandhom jipprovdu lil dawk l-awtoriatjiet ║ fil-paragrafu 1 bid-dejta meħtieġa.” |
|
(23) |
L-Artikolu 23 għandu jitħassar. |
|
(24) |
l-Artikolu 26, għandu jiġi emendat b'dan li ġej:
▐ |
|
(25) |
L-Anness A għandu jkun emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
It-traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jiġu konformi ma' din id-Direttiva sa… (17) ║ []. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet minn … (17).
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-[…] ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi ║
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 211, 19.8.2008, p. 23.
(2) ĠU C 172, 5.7.2008, p. 55.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2008.
(4) ĠU L 176, 15.7.2003, p. 37.
(5) ĠU L… .
(6) ĠU L 176, 15.7.2003, p. 1.
(7) ĠU L 24, 29.1.2004, p.1; .”
(8) ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.
(9) ĠU L… ”
(10) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.: ”
(11) Sentejn wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva …/…/KE [li temenda d-Direttiva 2003/54/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fl-elettriku] .”
(12) Sena mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva …/…/KE [li temenda d-Direttiva 2003/54/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku] .
(13) Għaxar snin mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva …/…/KE [li temenda d-Direttiva 2003/54/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku] .
(14) Sentejn mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva …/…/KE [li temenda d-Direttiva 2003/54/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku]. .”
(15) ĠU L 115, 17.4.1998, p. 31 .”
(16) 10 snin mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva …/…/KE [li temenda d-Direttiva 2003/54/KE dwar ir-regoli komuni għall-suq intern ta'l-elettriċità]. .”
(17) 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.