This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007SC1662
Commission staff working document - Accompanying document to the Proposal for a DECISION OF the European Parliament and the Council on the European Year for combating poverty and social exclusion (2010) - Executive summary of the impact assessment {COM(2007) 797 final} {SEC(2007) 1661}
Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni - Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010) - Sinteżi Eżekuttiva ta’ l-istima ta' l-impatt {COM(2007) 797 final} {SEC(2007) 1661}
Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni - Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010) - Sinteżi Eżekuttiva ta’ l-istima ta' l-impatt {COM(2007) 797 final} {SEC(2007) 1661}
/* SEK/2007/1662 finali */
Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni - Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010) - Sinteżi Eżekuttiva ta’ l-istima ta' l-impatt {COM(2007) 797 final} {SEC(2007) 1661} /* SEK/2007/1662 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 12.12.2007 SEG(2007) 1662 DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010) Sinteżi Eżekuttiva ta’L-ISTIMA TA' L-IMPATT{COM(2007) 797 final}{SEC(2007) 1661} DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010) 1. IL-KUNTEST U L-KONSULTAZZJONI TAL-PARTIJIET INTERESSATI Tmienja u sebgħin miljun ruħ jgħixu fir-riskju ta' faqar fl-Unjoni Ewropea. Il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali hija waħda mill-għanijiet ċentrali ta’ l-UE u l-Istati Membri tagħha. Fit-tnedija ta' l-Istrateġija ta’ Liżbona f’Marzu 2000, l-Istati Membri u l-Kummissjoni kienu mistiedna mill-Kunsill Ewropew biex jieħdu passi biex jagħmlu “impatt deċiżiv fuq il-qerda tal-faqar sa l-2010”. Il-Kunsilli Ewropej sussegwenti affirmaw mill-ġdid dan l-għan. Il-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni (MMK) għall-Ħarsien Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali[1] — imniedi mill-istess Kunsill ta’ Liżbona — kien sa mill-bidunett għodda importanti għall-appoġġ ta’ dan l-impenn politiku u għat-tisħiħ tal-kapaċità ta' l-UE fl-appoġġ tagħha lejn l-Istati Membri fl-isforz tagħhom għal aktar koeżjoni soċjali fl-Ewropa. Minkejja dawn il-kisbiet, għad hemm partijiet sinifikanti mill-popolazzjoni fl-Istati Membri kollha li għadhom qed ibatu minn ċaħda u aċċess limitat għal servizzi bażiċi jew li jħossuhom esklużi mis-soċjetajiet tagħhom. Din is-sitwazzjoni tidher biċ-ċar li tinsab f’kunflitt mal-valuri komuni ewlenin ta’ l-Unjoni Ewropea. Fl-Aġenda Soċjali tagħha 2005-2010, il-Kummissjoni għalhekk ħabbret proposta biex tiddedika l-2010 bħala s-Sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali. Il-valutazzjonijiet tas-Snin Ewropej ta’ qabel juru li s-Snin Ewropej: Urew li huma strument effiċjenti fit-tqegħid tal-kwistjonijiet politiċi Ewropej fl-ewwel post fuq l-aġenda ta' l-UE. Il-livell ta' sehem fi ħdan perjodu ta’ żmien limitat kien ta' għajnuna biex jinkiseb l-appoġġ politiku u jwitti t-triq għal impenji politiċi usa' . Huma mfassla biex jinvolvu firxa ta’ partijiet interessati bil-ħsieb li jippubblikaw, jiddibattu, u jiskambjaw il-fehmiet dwar suġġett speċifiku. Dawn huma għalhekk għodda effettivi biex iqajjmu l-għarfien . Huma strumenti effiċjenti fil- ħolqien ta’ sinerġiji bejn l-oqsma differenti ta’ intervent u f’livelli (ta’ l-UE, l-Istati Membri u reġjonali/lokali) differenti; X'aktarx li għandhom iżjed valur miżjud meta mqabbla ma' l-interventi individwali mill-Istati Membri. Dan kien ukoll importanti fil-ħolqien ta’ momentum politiku u fil- kontribut lejn bidla fil-politika. Fl-ewwel semestru ta’ l-2007, il-Kummissjoni talbet il-fehmiet tal-partijiet interessati rilevanti rigward l-orjentazzjoni u l-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea. Waslu 58 risposta mill-atturi ewlenin involuti f’livell ta’ l-UE, nazzjonali u reġjonali. Ir-riżultati servew ta’ indikaturi ta’ valur għat-tħejjija ta’ l-evalwazzjoni u għall-abbozz ta’ Deċiżjoni li għandu jiġi adottat. 2. ID-DEFINIZZJONI TAL-PROBLEMA 2.1 L-analiżi tal-problema Min qed jiġi affettwat u sa fejn Il-faqar u l-esklużjoni soċjali jieħdu forom kumplessi u multi-dimensjonali. Id- dimensjoni tad-dħul fir-rigward tal-faqar hija l-aktar aspett ovvju ta' dak li nirreferu b'mod komuni għalih bħala "faqar". Id-differenzi ġeografiċi jagħmlu differenza mhux biss minn pajjiż għall-ieħor iżda wkoll fil-pajjiż stess (id-diviżjoni urbana/rurali u/jew żoni Fl-Istati Membri kollha għad hemm differenzi fl-istatus tas-saħħa u inugwaljanzi għall-aċċess għall-kura bejn il-gruppi soċjo-ekonomiċi. Billi l-impjieg jibqa' l-aħjar salvagwardja kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, il-qgħad fit-tul huwa ċertament assoċjat b'mod ċar mal-faqar soċjali. Xi gruppi huma vulnerabbli b’mod partikolari: il-migranti u l-minoritajiet etniċi, in-nisa, l-anzjani, it-tfal u ż-żgħażagħ, persuni b’diżabilità. L-isfidi ewlenin Fir-Rapport Konġunt ta' l-2007 ta' dan l-aħħar dwar il-Ħarsien Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali, it-tkissir tat-trażmissjoni tal-faqar minn ġenerazzjoni għall-oħra permezz tat-trattament tal-faqar fit-tfal u l-promozzjoni ta’ l-inklużjoni attiva kienu identifikati bħala sfidi ewlenin fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni. It-tħassib u l-aspettativi tal-pubbliku Skond żewġ stħarriġiet ta’ l-Ewrobarometru ppubblikati fl-2007[2], il-faqar u l-esklużjoni soċjali huma realtajiet soċjali li jiffaċċa għadd konsiderevoli ta' ċittadini ta' l-UE. L-Ewropej jidentifikaw il-qgħad bħala l-fattur l-aktar importanti li jwassal għal faqar. 2.2 L-intervent ta’ l-UE Ir-rwol ta’ l-UE u tal-Kummissjoni Ewropea mhuwiex li jieħdu post il-gvernijiet nazzjonali, reġjonali u lokali fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-linji politiċi, iżda pjuttost li jitħaffu l-isforzi biex wieħed jasal għal approċċ strateġiku mqassam f'dak li għandu x'jaqsam mat-trattament tal-faqar u l-esklużjoni. Fi ħdan il-qafas tal-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni, l-Istati Membri ressqu rapporti nazzjonali ta’ l-2006 li jfasslu l-istrateġija tagħhom għat-traduzzjoni ta’ l-għanijiet komuni miftiehma fi programmi strateġiċi. Ġew stabbiliti indikaturi komuni b’żewġ livelli għall-kejl tal-progress. Ir-rapporti ta' l-Istati Membri ġew evalwati b'mod konġunt mill-Kummissjoni u l-Kunsill fir-Rapport Konġunt 2007 ta' l-Inklużjoni Soċjali u l-Ħarsien Soċjali. Fl-2008 l-Istati Membri se jressqu Rapporti Nazzjonali fid-dettall dwar l-Istrateġija għall-Ħarsien Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali, filwaqt li fl-2009 u l-2010 il-punt fokali se jkun, bħal fl-2007, fuq suġġetti speċifiċi. 2.3 Il-ħtieġa għat-titjib fuq livell ta’ l-UE Jeħtieġu aktar sforzi fuq livell ta’ l-UE u nazzjonali biex isir użu sħiħ mill-potenzjal tal-metodu Miftuħ ta’ koordinazzjoni. Il-koordinazzjoni bejn il-linji politiċi nazzjonali u sotto-nazzjonali għalhekk ta’ sikwit tibqa’ mhux ċara. Is-sehem ta’ persuni li jbatu minn esklużjoni, kemm fl-implimentazzjoni kif ukoll fis-sorveljanza ta’ l-istrateġija u t-tmexxija ta' l-iżvilupp tal-politika futura, huwa kruċjali biex jiżgura konsultazzjoni ġenwina u miżuri effettivi u pertinenti.. L-MMK huwa ta' sikwit meqjus bħala eżerċizzju fl-livell ta’ l-UE aktar milli sforz ġenwin biex jinforza l-kooperazzjoni reċiprokament fil-livelli kollha biex isir progress fuq għanijiet miftiehma komuni. Il-ħidma biex tiddaħħal iktar l-inklużjoni soċjali fi ħdan żoni ta' linji politiċi oħra tibqa' sfida. Filwaqt li hemm koordinazzjoni aħjar bejn l-implimentazzjoni tal-politika ta’ l-inklużjoni soċjali u tal-kura tas-saħħa u l-użu tal-Fondi Strutturali, b’mod notevoli l-Fond Soċjali Ewropew, il-viżibilità ta’ din ta’ l-aħħar f’dan il-qasam tista’ titjieb. Minkejja xi żieda fl-użu ta’ l-indikaturi u l-miri, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għadhom ma qablux dwar qafas sistematiku u trasparenti għar-rappurtar f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-implimentazzjoni u l-impatt tal-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali. Ħafna Stati Membri huma nieqsa mill-mekkaniżmi xierqa biex jissorveljaw u jivvalutaw il-prijoritajiet definiti fil-pjanijiet tagħhom. Dawn il-pjanijiet jeħtieġ li jkunu aktar iffukati milli fl-imgħoddi. Din idealment tinvolvi d-definizzjoni ta’ għadd żgħir ta’ għanijiet ewlenin imsejsa fuq analiżi rigoruża tal-qagħda tal-faqar/l-esklużjoni soċjali, l-istabbiliment ta’ riżultati ċari u kwantifikati u miri ta’ riżultati, u d-definizzjoni ta’ sensiela preċiża ta’ azzjonijiet biex jinkiżbu dawn l-għanijiet. 2.4 Kif għandha tinżamm l-implimentazzjoni effettiva ta’ l-azzjoni ta’ l-UE F’konformità ma’ l-analiżi li twettqet u l-prijoritajiet iddefiniti fir-Rapport Konġunt tal-Ħarsien Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali, is-Sena Ewropea għandha tiffoka madwar dawn is-suġġetti li ġejjin: il-faqar fost it-tfal u t-trażmissjoni tal-faqar bejn il-ġenerazzjonijiet; suq tax-xogħol inklussiv; l-iżvantaġġi fl-edukazzjoni u t-taħriġ; l-aċċess għas-servizzi bażiċi, inkluża l-akkomodazzjoni diċenti; id-diskriminazzjoni u l-promozzjoni ta’ l-integrazzjoni ta’ l-immigranti u l-inklużjoni soċjali u fis-suq tax-xogħol tal-minoritajiet etniċi; il-ħtiġijiet ta’ persuni b’diżabilità u ta’ gruppi oħra vulnerabbli. 3. L-GħANIJIET 3.1 Għanijiet ġenerali Il-proposta biex is-sena 2010 tkun iddedikata bħala s-Sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali hija maħsuba biex tafferma mill-ġdid u ssaħħaħ l-impenn politiku inizjali ta’ l-UE fit-tnedija ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona biex isir “impatt deċiżiv fuq il-qirda tal-faqar” fuq il-bażi ta’ l-valutazzjonijiet u l-istimi ta’ linji politiċi eżistenti u azzjonijiet li jiġġieldu l-faqar u l-esklużjoni soċjali. Is-Sena Ewropea tista’ turi li l-faqar iħarbat l-iżvilupp soċjali u ekonomiku b'implikazzjonijiet serji għall-individwi, għas-soċjetà b'mod ġenerali u għall-ekonomija. Din għandha tgħin fl-isfida tal-viżjoni li l-glieda kontra l-faqar mhijiex aktar minn spiża għas-soċjetà u tafferma mill-ġdid il-kunċett ta’ responsabilità kollettiva, li tinvolvi mhux biss lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, iżda wkoll lill-atturi pubbliċi u privati u liċ-ċittadini u r-residenti ta' l-UE. Fuq perspettiva aktar fit-tul, is-Sena għandha tgħin lill-MMK biex ikollu aktar impatt fuq l-art u jippromwovi rabta aktar b’saħħitha mal-valuri soċjali ta’ l-UE. 3.2 Il-messaġġi ewlenin u l-għanijiet speċifiċi L-għanijiet speċifiċi għandhom jissejsu madwar il-messaġġi ewlenin. Dawn il-messaġġi ewlenin jimmiraw mhux biss biex ikabbru l-għarfien tal-prevalenza tal-faqar, iżda wkoll biex juru li s-soluzzjonijiet jeżistu u biex jiġbdu l-attenzjoni għal passi ġodda li għandhom jittieħdu. Ir-rikonoxximent — Ir-rikonoxximent tad-drittijiet tal-persuni f’qagħda ta’ faqar u esklużjoni soċjali biex jgħixu fid-dinjità u biex ikollhom parti sħiħa fis-soċjetà. L-aċċettazzjoni pubblika — Iż-żieda fl-aċċettazzjoni pubblika ta’ linji politiċi ta' l-inklużjoni soċjali u l-azzjonijiet, l-enfażi fuq ir-responsabilità ta' kulħadd fit-trattament tal-faqar u l-marġinalizzazzjoni. Is-Sena Ewropea għandha trawwem l-għarfien, is-sehem u l-impenn, u toħloq opportunitajiet ġodda għal ċittadini normali biex jikkontribwixxu. Il-Koeżjoni — Il-promozzjoni ta’ soċjetà aktar koeżiva permezz ta’ żieda fl-għarfien pubbliku tal-benefiċċji għal kulħadd f'soċjetà fejn il-faqar jinqered u ħadd ma jkun ikkundannat li jgħix fil-marġni. L-impenn — Li jittenna l-impenn politiku qawwi ta' l-UE fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u l-promozzjoni ta' dan l-impenn fil-livelli kollha ta' tmexxija. 4. L-GħAżLIET TA' POLITIKA Tqiesu erba’ għażliet ta' politika: Xenarju bla ebda tibil; Sena Ewropea kkoordinata u ċċentralizzata mill-Kummissjoni; Sena Ewropea totalment deċentralizzata; Sena Ewropea li hija kemm koordinata kif ukoll deċentralizzata. Din l-għażla ta’ l-aħħar għandha tiżgura impatt aħjar f’dak li għandu x’jaqsam ma’ impenn politiku fil-livelli kollha u appoġġ effettiv għall-MMK. Din l-istrateġija tidher li hija l-aktar waħda effiċjenti kemm f’li tilħaq l-atturi u l-linji politiċi “fuq l-art” kif ukoll f’li tiżgura rabta qawwija bejn l-azzjonijiet differenti u l-livelli differenti ta' intervent. Il-koordinazzjoni effettiva ta’ l-azzjonijiet differenti żgurati mill-Kummissjoni għandu jkollha l-impenn l-aktar effettiv fil-viżibilità ta’ l-eżerċizzju kollu kemm hu u fl-opportunitajiet ta’ l-isfruttar tas-sinerġiji. Dan għandu jiżgura azzjoni effettiva madwar il-prijoritajiet kollha identifikati għas-Sena Ewropea inklużi: il-ġlieda kontra l-isterjotipi u l-istigmatizzazzjoni; id-debattitu dwar il-mudelli l-aktar xierqa għas-sehem tal-persuni li qegħdin jesperjenzaw il-faqar fil-proċess tat-tfassil ta’ politika; u l-provvediment ta’ qafas għat-tagħlim u t-taħriġ effettiv. 5. L-IMPLIMENTAZZJONI TA' L-AZZJONIJIET TAħT L-GħAżLIET LI TTIEħDU 5.1 Il-koordinazzjoni u t-tmexxija ta' l-attivitajiet Ir-rwol u l-funzjonament ta' l-istrutturi ta' koordinazzjoni għandhom ikunu fattur ewlieni għas-suċċess tas-Sena Ewropea. F’livell ta’ l-UE, għandu jinħatar Kumitat li jiġbor fih rappreżentanti ta’ l-Istati Membri biex jgħinu lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet tas-Sena Ewropea. Il-Kumitat għandu jissorvelja l-implimentazzjoni ta’ l-attivitajiet fuq il-bażi ta’ linji ta' gwida komuni żviluppati mill-Kummissjoni (Qafas ta’ Dokument Strateġiku) biex jiżgura l-konsistenza mar-Rapport Konġunt dwar l-Inklużjoni Soċjali. Dan il-QDS għandu jservi bħala punt ta’ referenza għall-Istati Membri, u jistabbilixxi l-prijoritajiet ewlenin għas-Sena Ewropea, flimkien ma’ l-għanijiet iddefiniti għas-Sena. F’livell nazzjonali, kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ l-attivitajiet f’livelli nazzjonali, reġjonali u lokali. Kull Stat Membru għandu jressaq quddiem il-Kummissjoni Programm Nazzjonali għall-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea. Kull programm għandu jkun imfassal, adottat u implimentat f’kooperazzjoni stretta ma’ u taħt is-sorveljanza tal-Korpi ta’ Implimentazzjoni Nazzjonali maħtura mill-pajjiżi li jkunu qed jieħdu sehem fis-Sena Ewropea. Fl-istabbiliment u t-twettiq ta’ l-istrateġiji nazzjonali tagħhom, kull korp għandu jikkonsulta u jikkoopera mill-qrib ma’ Grupp Konsultattiv Nazzjonali magħmul minn firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jirrappreżentaw l-interessi ta’ persuni fil-faqar, rapprezżentanti tal-parlamenti nazzjonali, l-imsieħba soċjali, u l-awtoritajiet reġjonali u lokali. 5.2 Il-kumplementarjetà u s-sinerġiji Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-koerenza bejn l-attivitajiet tas-Sena Ewropea u azzjonijiet u inizjattivi oħra tal-Komunità, b'mod partikolari fil-programmi fis-setturi li ġejjin: l-impjieg, is-solidarjetà soċjali (inkluża l-ugwaljanza bejn is-sessi), id-diżabilità u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni (il-programm PROGRESS); il-Fondi Strutturali (inkluż il-Fond Soċjali Ewropew); l-edukazzjoni u t-taħriġ; iċ-ċittadinanza; iż-żgħażagħ; l-immigrazzjoni; u r-riċerka. 5.3 Azzjonijiet fuq skala Komunitarja Fuq skala Komunitarja, azzjonijiet ippjanati jinkludu: l-organizzazzjoni ta’ inizjattivi varji ta’ solidarjetà għat-tnaqqis tal-faqar u għall-inklużjoni soċjali biex jagħtu liċ-ċittadini komuni l-opportunità li jikkontribwixxu direttament jew permezz ta’ l-organizzazzjonijiet tagħhom, anki b’mod modest u fi kwalunkwe forma; kampanji ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni tal-massa, inklużi bħala appoġġ għall-operazzjonijiet ta’ ġbir ta’ fondi; l-organizzazzjoni ta’ laqgħat u avvenimenti f’livell Komunitarju biex jiżdied l-għarfien dwar kwistjonijiet marbuta mas-Sena Ewropea u mal-faqar u l-esklużjoni soċjali u biex jinħoloq forum għall-iskambji ta’ l-idejat; l-iżvilupp ta’ logo u ta’ slogans għas-Sena Ewropea. 5.4 Il-kofinanzjament ta’ l-azzjonijiet fuq skala Komunitarja Xi avvenimenti għandhom jiġu organizzati f'livell Komunitarju, inklużi avvenimenti għall-ftuħ u għall-għeluq tas-Sena Ewropea. 5.5 Il-kofinanzjament ta’ l-azzjonijiet f’livell nazzjonali Dawn l-azzjonijiet għandhom iqisu l-ħtieġa li jinħolqu opportunitajiet għall-finanzjament li jiżguraw l-aċċess għall-organizzazzjonijiet "fl-art" u għal proġetti li jinvolvu l-gruppi l-aktar marġinalizzati. Azzjonijiet f’livell lokali, reġjonali jew nazzjonali jistgħu jikkwalifikaw għal finanzjament mill-baġit tal-Komunità sa massimu ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż totali eliġibbli għal kull pajjiż li qed jieħu sehem. L-azzjonijiet ko-finanzjati jistgħu jinkludu laqgħat u avvenimenti, seminars ta' tagħlim reċiproku f'livell nazzjonali, reġjonali u lokali; tagħrif, kampanji edukattivi u promozzjonali, stħarriġ u studji, opportunitajiet ta’ taħriġ, kooperazzjoni mal-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-massa; l-iżvilupp ta’ pjanijiet pilota ta’ azzjoni kemm reġjonali kif ukoll lokali għall-inklużjoni soċjali. 5.6 L-implikazzjonijiet ta’ l-ispejjeż għall-azzjoni: 17-il miljun euro Miljuni ta’ euro Azzjonijiet | Tip ta’ riżultat | 2009 | 2010 | TOTAL | Nru | Spiża totali | Nru | Spiża totali | Spiża totali | Skala Komunitarja (100 %) | Laqgħat u avvenimenti | 1 | 0.400 | 0.400 | Għajnuna teknika | 1 | 0.600 | 0.600 | Kampanji ta' informazzjoni u promozzjoni | 1 | 6.150 | 6.150 | Attivitajiet ta' evalwazzjoni | 1 | 0.150 | 0.150 | Kofinanzjament ta’ azzjonijiet fuq Skala Komunitarja (80 %) | Azzjonijiet emblematiċi fuq skala Ewropea (avvenimenti ta’ ftuħ/għeluq) | 1 | 0.350 | 1 | 0.350 | 0.700 | Il-kofinanzjament ta’ azzjonijiet f’livell nazzjonali (50 %) | Fondi lill-Korpi ta’ Implimentazzjoni Nazzjonali | 30 | 9.000 | 9.000 | SPIŻA TOTALI | 5 | 7.650 | 31 | 9.350 | 17.000 | 6. SORVELJANZA U VALUTAZZJONI Għandu jitnieda eżerċizzju ta’ valutazzjoni esterna fl-2009 biex jiġbor data ta’ bażi għas-sorveljanza ta’ l-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea u l-kisba ta’ riżultati temporanji jekk meħtieġa. Ir-riżultati finali ta' valutazzjoni għandhom ikunu disponibbli sa nofs l-2011. [1] Il-paġna ta’ referenza fuq l-Europa websajt: http://ec.europa.eu/employment_social/index_en.html [2] Dawn l-Ewrobarometri huma disponibbli fuq http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/ebs/ebs_273_en.pdf u http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/ebs/ebs_279.pdf