Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0776

Proposta għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità rigward is-setgħat ta' implimentazzjoni mgħoddija lill-Kummissjoni - Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju

/* KUMM/2007/0776 finali - COD 2007/0272 */

52007PC0776

Proposta għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità rigward is-setgħat ta' implimentazzjoni mgħoddija lill-Kummissjoni - Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju /* KUMM/2007/0776 finali - COD 2007/0272 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 6.12.2007

KUMM(2007) 776 finali

2007/0272 (COD)

Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità rigward is-setgħat ta' implimentazzjoni mgħoddija lill-Kummissjoni

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1. Kuntest tal-Proposta

1.1 Reforma tal-proċeduri tal-komitoloġija

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet ta' l-eżerċizzju ta' kompetenzi fl-eżekuzzjoni mgħoddija lill-Kummissjoni [1] kienet emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE tas-17 ta' Lulju 2006 [2] .

L-Artikolu 5(a) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE emendata daħħal proċedura regolatorja ġdida bi skrutinju għall-miżuri ta' ambitu ġenerali li għandhom l-għan li jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' strument bażiku adottat skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inkluża t-tneħħija ta' wħud minn dawn l-elementi jew billi jissuplimentawh biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali.

1.2. Allinjament ta' prijorità u allinjament ġenerali

F'dikjarazzjoni konġunta[3], il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni stabbilew lista ta' strumenti bażiċi li kien urġenti li tkun addattata mad-deċiżjoni emendata bil-għan li ddaħħal il-proċedura regolatorja ġdida bi skrutinju (allinjament ta' prijorità). Fil-każ li l-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għal atti oħra adottati b'kodeċiżjoni li jkunu diġà fis-seħħ fil-mument li tkun daħlet fis-seħħ id-Deċiżjoni 2006/512/KE, id-dikjarazzjoni konġunta tappella wkoll għall-addattament ta' dawn l-atti, b'konformità mal-proċeduri applikabbli (allinjament ġenerali).

Il-Kummissjoni tinsab impenjata li tgħaddi għal eżami ta' l-atti kollha, bil-għan li tippreżenta, qabel l-aħħar ta' l-2007, il-proposti leġiżlattivi bil-ħsieb li jkunu adattati, jekk ikun meħtieġ, mal-proċedura regolatorja ġdida bi skrutinju[4].

1.3. Metodu osservat

Kif imsemmi fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ta' (…), il-Kummissjoni għaddiet għal eżami bir-reqqa ta' l-istrumenti kollha adottati bil-kodeċiżjoni, bil-għan li tidentifika dawk li jawtorizzaw lill-Kummisjoni biex tadotta miżuri ta' ambitu ġenerali li jkollhom l-għan li jemendaw elementi mhux essenzjali ta' l-istrument bażiku kkonċernat. Il-Kummissjoni setgħet ukoll tidentifika aktar minn 200 att qabel ma dawn kienu soġġetti għal adattament.

Fost dawn l-istrumenti wħud minnhom kienu fil-programm ta' kodifikazzjoni tal-Kummissjoni. Hekk kien il-każ tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità[5]. L-adattament għal proċedura ġdida għandu jsir, skond il-progress tal-proċess ta' kodifikazzjoni, sew bil-konverżjoni tal-proposta kodifikata li tkun qed tiġi riveduta, sew bħal fil-każ attwali, b'emenda leġiżlattiva.

2. ELÉMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

L-adattament għandu bħala għan li tiddaħħal proċedura regolatorja bi skrutinju, bħal dik organizzata bl-Artikolu 5(a) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE emendata.

F’dan il-każ, ir-Regolament (KE) Nru 2223/96, jistipula li l-Kummissjoni tkun awtorizzata li temenda l-metodoloġija tas-sistema Ewropea dwar il-kontijiet ta' l-1995 u tadatta (tabelli ġodda, pajjiżi u/jew reġjuni konċernati) l-informazzjoni mitluba mill-Istati Membri. Dawn il-miżuri ladarba jkollhom ambitu ġenerali u ladarba jkollhom bħala għan li jemendaw elementi mhux essenzjali tar-regolament imsemmi jew li jissuplimentawh biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5(a) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Ladarba l-istrument bażiku huwa regolament, l-adattament għandu jsir b'att ekwivalenti.

2007/0272 (COD)

Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità rigward is-setgħat ta' implimentazzjoni mgħoddija lill-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 285 (1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [6],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[7],

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità[8] jipprevedi li ċerti miżuri għandhom ikunu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar ta' setgħat ta' implimentazzjoni mgħoddija lill-Kummissjoni[9].

(2) Id-Deċiżjoni 1999/468/KE kienet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li introduċiet proċedura regolatorja bi skrutinju għal miżuri ta' ambitu ġenerali mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' strument bażiku adottat skond il-proċedura li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 251 tat-Trattat, fosthom billi tħassru wħud minn dawk l-elementi jew billi l-istrument kien supplementat biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali.

(3) Skond l-istqarrija bi sħab tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni[10]dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, biex din il-proċedura l-ġdida tkun applikabbli għal strumenti adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat li huma diġà fis-seħħ, dawk l-istrumenti jridu jkunu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli.

(4) Għar-rigward ir-Regolament (KE) Nru 2223/96, għandhom ikunu mgħoddija setgħat lill-Kummissjoni b'mod partikolari biex ikunu adottati emendi tal-metodoloġija tas-Sistema Ewropea tal-Kontijiet 1995 u biex ikunu deċiżi tibdiliet fid- data mitluba mill-Istati Membri. Minħabba li dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 2223/96, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju skond l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(5) Ir-Regolament (KE) Nru 2223/96 għandu għaldaqstant jiġi emendat skond dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2223/96 huwa emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'li ġej:

"2. Emendi għall-metodoloġija ESA 95 li huma intenzjonati li jiċċaraw u jtejbu l-kontenut tiegħu, għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni ladarba huma ma jbiddlux il-kunċetti bażiċi tagħha, ma jeħtiġux riżorsi addizzjonali għall-implimentazzjoni tagħhom u ma jikkawżawx żieda fir-riżorsi proprji. Dawn il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia , billi jissuplimentawh, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 4(2)."

(2) Fl--Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu hija sostitwita b'li ġej:

"Fil-limiti mniżżla fl-Artikolu 2(2), kull bidla — tabelli ġodda, pajjiżi u/jew reġjuni konċernati — fid- data mitluba mill-Istati Membri għandha tkun adottata mill-Kummissjoni. Dawn il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia , billi jissupplimentawh, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li għaliha hemm riferenza fl-Artikolu 4(2)."

(3) L-Artikolu 4 hu sostitwit b'li ġej:

Artikolu 4

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika, (minn hawn 'il quddiem "il-Kumitat").

2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, [...]

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[…] […]

[1] ĠU L 184 tas-17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200 tat-22.7.2006, p. 11

[2] ĠU L 200 tat-22.7.2006, p. 11.

[3] ĠU Ċ 255 tal-21.10.2006, p. 1.

[4] PE 376.314v01-00 – A6-0236/2006 (dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa mar-rapport tal-Parlament)

[5] ĠU L 310 tat-30.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1267/2003 (ĠU L 180 tat-18.7.2003, p. 1)

[6] ĠU C […], […], p. […].

[7] ĠU C […], […], p. […].

[8] ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1. Ir-Regolament hekk kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1267/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 180, 18.7.2003, p. 1).

[9] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

[10] GU L 255, 21.10. 2006, p. 1.

Top