This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007PC0695
Communication from the Commission to the European Parliament pursuant to the second subparagraph of Article 251 (2) of the EC Treaty concerning the common position of the Council on the adoption of a Directive of the European Parliament and of the Council amending Directive 97/67/EC concerning the full accomplishment of the internal market of Community postal services
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE rigward il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/67/KE rigward l-ikkompletar tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE rigward il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/67/KE rigward l-ikkompletar tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità
/* KUMM/2007/0695 finali - COD 2006/0196 */
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE rigward il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/67/KE rigward l-ikkompletar tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità /* KUMM/2007/0695 finali - COD 2006/0196 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 9.11.2007 KUMM(2007) 695 finali 2006/0196 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE rigward il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/67/KE rigward l-ikkompletar tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità 2006/0196 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE rigward il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/67/KE rigward l-ikkompletar tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità 1 - SFOND Il-proposta trażmessa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (id-dokument COM(2006)594 finali – 2006/0196(COD)) fid-data: | id-19 ta' Ottubru 2006. | L-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew maħruġa fid-data: | is-26 ta' April 2007. | L-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni maħruġa fid-data: | is-6 ta' Ġunju 2007. | L-opinjoni tal-Parlament Ewropew (fl-ewwel qari) maħruġa fid-data: | il-11 ta' Lulju 2007. | Il-pożizzjoni komuni adottata fid-data: | it-8 ta' Novembru 2007. | 2 - L-GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI L-ikkompletar tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità permezz ta' l-abolizzjoni taż-żona riservata fl-Istati Membri kollha; konferma ta' l-ambitu u l-istandard tas-servizz universali; tisħiħ tad-drittijiet tal-konsumaturi u tqawwija tar-rwol ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali; l-offerta ta' lista ta' miżuri li l-Istati Membri jistgħu jieħdu biex jissalvagwardjaw u jiffinanzjaw, f'każ ta' ħtieġa, is-servizz universali. 3 - KUMMENTI DWAR IL-POŻIZZJONI KOMUNI 3.1 Kummenti ġenerali Il-Kummissjoni tappoġġa l-pożizzjoni komuni hekk kif adottata mill-Kunsill b'maġġoranza kwalifikata fit-8 ta' Novembru 2007. L-emendi li saru permezz tal-pożizzjoni komuni, li f'dan ir-rigward isegwu l-emendi rilevanti tal-PE magħmula fl-ewwel qari, b'mod partikolari jikkonċernaw id-data finali għall-implimentazzjoni tad-Direttiva li temenda (il-31 ta' Diċembru 2010), il-possibbiltà għal ċerti Stati Membri li jipposponu l-ftuħ sħiħ tas-suq b'sentejn addizzjonali bħala massimu, u l-inklużjoni ta' klawżola ta' reċiproċità temporanja li tapplika għal dawk l-Istati Membri li jutilizzaw dan il-perjodu tranżizzjonali ta' l-aħħar. Barra minn hekk, u wkoll b'inkorporazzjoni ta' element sostantiv ta' l-ewwel qari fil-PE, il-pożizzjoni komuni ddaħħal Anness I ġdid għad-Direttiva ("Gwida għall-kalkolu ta' l-ispiża netta, jekk ikun hemm, tas-servizz universali"). 3.2 Emendi tal-Parlament inkorporati fil-pożizzjoni komuni Il-pożizzjoni komuni tinkorpora kważi kull emenda magħmula mill-Parlament fl-ewwel qari. L-emendi jikkonċernaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin: il-Premessi 4, 5, 7, 9, 11, 13, 14, 15, 16, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 26, 27, 31, 32, 34, 39, 41, 42, 46, 53, 54 u 55, kif ukoll l-Artikoli 2, 6, 9, 12, 14, 19, 22a, 23 u 23a. Il-Kummissjoni tappoġġa l-emendi li saru f'dawn id-dispożizzjonijiet tal-pożizzjoni komuni, minħabba li huma konformi mal-Proposta tal-Kummissjoni, huma koerenti ma' l- Acquis u/jew huma parti mill-qbil politiku globali bejn l-istituzzjonijiet. Emendi magħmula mill-PE b'rabta mal-Premessa 27 huma riflessi fi stqarrija mill-Kummissjoni, li, fis-sustanza tagħha, tirrifletti l- Acquis (annessa ma' din il-Komunikazzjoni). 3.3 Dispożizzjonijiet riformulati jew ġodda Xi dispożizzjonijiet tfasslu mill-ġdid jew żdiedu mal-pożizzjoni komuni, għal aktar ċarezza; jirrigwardaw: il-Premessi u 51, kif ukoll l-Artikoli 1, 3, 4, 7, 9 u l-Anness I. Id-dispożizzjonijiet huma koerenti ma' l-emendi tal-PE jew jistgħu jitqiesu li jirriflettu t-talbiet tal-PE, pereżempju l-Anness I b'rabta ma' l-Artikolu 23a (l-Emenda 58). L-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva li temenda huma parti integrali tal-qbil politiku globali, u wkoll jinkorporaw is-sustanza ta' l-emendi rispettivi magħmula mill-PE fl-ewwel qari. Il-Kummissjoni tista' tappoġġa d-dispożizzjonijiet kollha msemmija hawn fuq. Huma konformi ma' l-emendi tal-PE, itejbu u jiċċaraw it-test tad-Direttiva, u/jew huma parti mill-qbil politiku globali bejn l-istituzzjonijiet. Fir-rigward tal-kwistjoni tat-tabelli ta' korrelazzjoni, il-Kummissjoni jiddispjaċiha li l-pożizzjoni komuni ma segwietx il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew f'dan ir-rigward (ara wkoll il-Premessa 60). Il-Kummissjoni jidhrilha li l-provvista ta' tabelli ta' korrelazzjoni tikkorrespondi mal-prinċipju tar-Regolamentazzjoni Aħjar, minbarra li ttejjeb il-konformità tar-regoli nazzjonali mad-dispożizzjonijiet tal-Komunità. Għaldaqstant, il-Kummissjoni dwar din il-kwistjoni qiegħda tagħmel stqarrija, li hija annessa ma' din il-Komunikazzjoni. 4 - KONKLUŻJONIJIET Il-Kummissjoni jidhrilha li l-pożizzjoni komuni tirrifletti għal kollox l-elementi ewlenin tal-proposta inizjali u l-emendi tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari. Il-Kummissjoni għaldaqstant tappoġġa l-pożizzjoni komuni hekk kif adottata mill-Kunsill b'maġġoranza kwalifikata. Anness Stqarrija tal-Kummissjoni rigward il-Premessa 27 Il-Kummissjoni tikkonferma li, skond il-Premessa 18 tad-Direttiva 97/67/KE u l-ġurisprudenza konsistenti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (e.g. Kawża C-320/91 [Corbeau]), servizzi express u tal- courier jikkostitwixxu servizzi speċifiċi li huma kkaratterizzati b'li huma essenzjalment differenti mis-servizzi postali universali. Stqarrija tal-Kummissjoni rigward il-Premessa 60 u l-Artikolu 2 Il-Kummissjoni tfakkar fil-pożizzjoni tagħha rigward il-ħolqien mill-Istati Membri ta' tabelli ta' korrelazzjoni li l-miżuri ta' traspożizzjoni meħuda mill-Istati Membri jorbtuhom mad-Direttiva, fl-interess taċ-ċittadini, ir-Regolamentazzjoni Aħjar u t-trasparenza, u jgħinu fl-eżami tal-konformità tar-regoli nazzjonali mad-dispożizzjonijiet tal-Komunità. F'dan il-każ, il-Kummissjoni ma tostakolax qbil fil-Kunsill, bil-għan tal-konklużjoni b'suċċess tal-proċedura interistituzzjonali fuq din il-materja. Madankollu, tistenna li din il-kwistjoni orizzontali titqies b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet.