This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007PC0667
Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council on the establishment of the European Environment Agency and the European Environment Information and Observation Network (Codified version)
Proposta għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n- Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni ta’ l-Ambjent (Verżjoni kkodifikata)
Proposta għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n- Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni ta’ l-Ambjent (Verżjoni kkodifikata)
/* KUMM/2007/0667 finali - COD 2007/0235 */
Proposta għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n- Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni ta’ l-Ambjent (Verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2007/0667 finali - COD 2007/0235 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 31.10.2007 KUMM(2007) 667 finali 2007/0235 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment ta’ l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n- Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni ta’ l-Ambjent (Verżjoni kkodifikata) (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunità sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih. Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti. Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunità tkun ċara u trasparenti. 2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunità huma ċari u jinftiehmu malajr. 3. Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli. Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunità. Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni. 4. L-għan ta’ din il-proposta hi li sseħħ il-kodifikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 tas-7 ta’ Mejju 1990 dwar l-istabbiliment ta’ l-Aġenzija ta’ l-Ambjent Ewropew u n-netwerk ta’ l-informazzjoni u l-osservazzjoni ta’ l-ambjent Ewropew[3]. Ir-Regolament il-ġdid jissupera lill-atti varji inkorporati fih[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu. 5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet a bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tar-Regolament (KEE) Nru 1210/90 u ta’ l-atti li jemendawh, magħmula mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness III tar-Regolament kkodifikat. ê 1210/90 (adattat) 2007/0235 (COD) Proposta għal REGOLAMENT (KE) Nru .../... TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL ta’ […] dwar l-istabbiliment ta’ l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n- Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni ta’ l-Ambjent IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu Ö 175 Õ tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[6], Ö Filwaqt li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita Õ fl-Artikolu 251 tat-Trattat[7] Billi: ê 1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 tas-7 ta’ Mejju 1990 dwar l-istabbiliment ta’ l-Aġenzija ta’ l-Ambjent Ewropew u n-netwerk ta’ l-informazzjoni u l-osservazzjoni ta’ l-ambjent Ewropew[8] ġie emendat kemm-il darba[9] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. ê 1210/90 premessa 1 2. It-Trattat jipprovdi għall-iżvilupp u l-implementazzjoni ta’ politika tal-Komunità dwar l-ambjent, u jistabbilixxi l-għanijiet u l-prinċipji li għandhom jirregolaw din il-politika. ê 1210/90 premessa 2 3. Il-ħtiġiet ta’ protezzjoni ta’ l-ambjent għandhom ikunu komponent tal-politika l-oħra tal-Komunità. ê 1210/90 premessa 3 (adattat) 4. Skond l-Artikolu Ö 174 Õ tat-Trattat, fit-tħejjija ta’ l-azzjoni tagħha li għandha x’taqsam ma’ l-ambjent, il-Komunità għandha tagħti kas, inter alia , Ö tad-dejta Õ xjentifika u teknika disponibbli. ê 1210/90 (adattat) 5. Il-ġbir, l-ipproċessar u l-analiżi Ö tad-dejta ambjentali fuq livell Õ Ewropew huma meħtieġa sabiex tigi pprovduta, informazzjoni oġġettiva, ta’ min joqgħod fuqha u kumparabbli li tgħin lill-Komunità u lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jipproteġu l-ambjent, biex jiġu stmati r-riżultati ta’ dawk il-miżuri u biex jiżguraw li l-pubbliku jkun infurmat tajjeb dwar l-istat ta’ l-ambjent. 6. Fil-Komunità u fl-Istati Membri diġà jeżistu faċilitajiet li jipprovdu informazzjoni u servizzi bħal dawn. 7. Dawn għandhom jagħmlu parti mill-bażi Ö għan–netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni ta’ l-Ambjent ikkoordinat fuq livell Komunitarju Õ minn Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. ê 1641/2003 premessa 2 (adattat) 8. Il-prinċipji ġenerali u l-limiti li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt ta' l-aċċess għad-dokumenti, previsti fl-Artikolu 225 tat-Trattat, ġew stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, Ö tal-Kunsill Õ u tal-Kummisjoni[10]. ê 1210/90 premessa 8 (adattat) 9. L-Aġenzija għandha tikkopera ma’ l-istrutturi eżistenti fil-livell tal-Komunità biex Ö tippermetti Õ lill-Kummissjoni ħalli tiżgura l-applikazzjoni bis-sħiħ tal-leġislazzjoni tal-Komunità dwar l-ambjent. ê 1210/90 premessa 9 10. L-istatus u l-istruttura ta’ Aġenzija bħal din għandhom jikkorrespondu mal-karattru oġġettiv tar-riżultati li hija maħsuba li tipproduċi u għandhom jippermettula li twettaq il-funzjonijiet tagħha b’koperazzjoni mill-qrib mal-faċilitajiet nazzjonali u internazzjonali eżistenti. ê 1210/90 premessa 10 11. L-Aġenzija għandha tingħata awtonomija legali waqt li żżomm rabta mill-qrib ma’ l-istituzzjonijiet tal-Komunità u l-Istati Membri. ê 1210/90 premessa 11 12. Huwa mixtieq li jkun hemm disposizzjoni għall-Aġenzija sabiex din tkun miftuħa għal pajjiżi oħra li jaqsmu l-istess interessi tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri għall-għanijiet ta’ l-Aġenzija taht il-ftehim li għandu jiġi konkluż bejniethom u l-Komunità, ê 1210/90 (adattat) ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, Ö minn hawn 'il-quddiem msejħa bħala l-Aġenzija Õ u għandu l-għan li jistabbilixxi Netwerk Ö Ewropew Õ ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni ta’ l-Ambjent. ê 933/1999 Art. 1 pt. 1 (adattat) 2. Biex jintlaħqu l-għanijiet tal-ħarsien u t-titjib Ö ta' l-ambjent Õ imsemmija fit-Trattat u bi programmi suċċessivi ta' azzjoni mill-Komunità dwar l-ambjent, kif ukoll dwar żvilupp sostenibbli, l-objettiv Ö ta’ l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni ta’ l-Ambjent Õ għandu jkun li jipprovdi lill-Komunità u lill-Istati Membri b'-: ê 1210/90 (adattat) (a) informazzjoni oġġettiva, ta’ min joqgħod fuqha u kumparabbli f’livell Ewropew li tippermetti li jittieħdu l-miżuri meħtieġa għall-protezzjoni ta’ l-ambjent, biex jiġu stmati r-riżultati ta’ dawk il-miżuri u biex jiżguraw li l-pubbliku jkun infurmat tajjeb bl-istat ta’ l-ambjent Ö u Õ għal dak il-għan, (b) l-appoġġ tekniku u xjentifiku meħtieġ. Artikolu 2 Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1, Ö il-kompiti Õ ta’ l-Aġenzija għandhom ikunu: (a) li tistabbilixxi, b’koperazzjoni ma’ l-Istati Membri, u tikkoordina in-netwerk li hemm referenza għalih fl-Artikolu 4. F’dan il-kuntest, l-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-ġbir, ipproċessar u analiżi tad-dejta, b’mod partikolari fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 3. ê 933/1999 Art. 1 pt. 2(a) (adattat) (b) li jipprovdi lill-Komunità u lill-Istati Membri b'informazzjoni objettiva meħtieġa għat-tħejjija u l-implimentazzjoni soda u effettiva ta' l-istrateġiji ambjentali; għal dak il-għan, b'mod partikolari biex tipprovdi lill-Kummissjoni b'informazjoni li tkun tinħtieġ biex twettaq b'suċċess id-doveri tagħha biex tidentifika, tħejji u tagħmel valutazzjoni ta' miżuri u leġislazzjoni fil-qasam ta' l-ambjent; (c) li tgħin fis-sorveljar ta' miżuri ambjentali permezz ta' sostenn xieraq għall-ħtiġijiet ta' rappurtaġġ (inkluż permezz ta' involviment fl-iżvilupp tal-kwestjonarji, l-ipproċessar ta' rapporti minn Stati Membri u tad-distribuzzjoni ta' riżultati), bi qbil ma’ l-programm ta' xogħol tagħha multi-annwali u mal-għan ta' koordinament ta' rappurtaġġ; (d) li tagħti pariri lill-Istati Membri individwali, wara t-talba tagħhom u meta din tkun konsistenti mal-programm ta' xogħol annwali ta' l-Aġenzija, dwar l-iżvilupp, it-twaqqif u l-espansjoni tas-sistemi tagħhom għal sorveljar ta' miżuri ambjentali, basta li attivitajiet bħal dawn ma jipperikolawx it-twettiq bis-sħiħ tad-doveri l-oħra stabbiliti b'dan l-Artkolu. Parir bħal dan jista' jinkludi wkoll reviżjonijiet ugwali minn esperti fuq talba speċifika minn Stati Membri; (e) li tirreġistra, tiġbor u tistudja d-dejta dwar il-qagħda ta' l-ambjent, tħejji rapporti minn esperti dwar il-kwalità, is-sensittività u l-pressjoni fuq l-ambjent fit-territorju tal-Komunità, biex tipprovdi kriterja ta' studju uniformi għall-informazjoni ambjentali li għandha tkun applikata fl-Istati Membri kollha, sabiex aktar ikun żviluppat u mantenut iċ-ċentru ta' referenza dwar dejta fuq l-ambjent. Il-Kummissjoni għandha tuża din l-informazzjoni fit-twettiq tad-doveri tagħha biex tassigura l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Komunità dwar l-ambjent; ê 1210/90 (f) tgħin biex tiżgura li d-dejta dwar l-ambjent fil-livell Ewropew tkun kumparabbli u, jekk meħtieġ, biex tinkorraġixxi b’mezzi xierqa, armonizzazzjoni mtejjba ta’ metodi ta’ kejl; (g) tippromwovi l-inkorporazzjoni ta’ l-informazzjoni Ewropea ambjentali fil-programmi internazzjonali ta’ sorveljar ambjentali bħal dawk stabbiliti mill-Ġnus Magħquda u l-aġenziji speċjalizzati tagħha; ê 933/1999 Art. 1 pt. 2(a) (h) li tippubblika rapport dwar l-istat ta', tendenzi fi u prospetti dwar l-ambjent kull ħames snin, issupplimentati b'rapporti indikaturi li jiffukaw dwar suġġetti speċifiċi; ê 1210/90 (i) li tistimula l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ tekniċi ta’ tbassir ambjentali sabiex jkunu jistgħu jittieħdu miżuri ta’ prevenzjoni adekwati fil-waqt it-tajjeb; (j) li tistimula l-iżvilupp tal-metodi ta’ stima ta’ l-ispejjeż tal-ħsara għall-ambjent u l-ispejjeż tal-politika għall-prevenzjoni, protezzjoni u restawr ambjentali; (k) li tistimula l-iskambju ta’ nformazzjoni dwar l-aħjar teknoloġiji disponibbli għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis tal-ħsara għall-ambjent; (l) li tikkopera mal-korpi u l-programmi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 15; ê 933/1999 Art. 1 pt. 2(b) (m) biex tassigura d-disseminazzjoni wiesgħa ta' informazzjoni ambjentali ta' min joqgħod fuqha u komparabbli, b’mod partikolari fil-qagħda ta' l-ambjent, lill-publiku ġenerali u, għal dan il-għan, biex tkabbar l-użu ta' teknoloġija telematika ġdida għal dan l-iskop; (n) biex tkun ta' sostenn għall-Kummissjoni fil-proċess ta' tpartit ta' informazzjoni dwar l-iżvilupp ta' Metodoloġija ta' Studju Ambjentali u l-aħjar prattiċi; (o) biex tgħin lill-Kummissjoni fit-tixrid ta' informazzjoni dwar ir-riżultati tar-riċerka ambjentali rilevanti u fil-għamla li tista’ tkun l-aħjar strateġija ta' għajnuna għall-iżvilupp. ê 1210/90 è1 933/1999 Art. 1 pt. 3(a) Artikolu 3 1. L-oqsma prinċipali ta’ l-attività ta’ l-Aġenzija għandhom, sakemm ikun possibbli, jinkludu l-elementi kollha li jippermettulha li tiġbor l-informazzjoni biex tagħmilha possibbli li tiddeskrivi l-istat preżenti u dak imbassar ta’ l-ambjent mill-opinjonijiet li ġejjin: (a) il-kwalità ta’ l-ambjent; (b) il-pressjonijiet fuq l-ambjent; (c) is-sensittività ta’ l-ambjent; è1 inklużi tqegħied ta' dawn fil-kuntest ta' żvilupp sostenibbli. ç 2. L-Aġenzija għandha tforni informazzjoni li tista’ tintuża direttament fl-implementazzjoni tal-politika ambjentali tal-Komunità. Għandha tingħata prijorità għall-oqsma ta’ xogħol li ġejjin: (a) il-kwalità ta’ l-arja u l-emmissjonijiet atmosferiċi, (b) il-kwalità ta’ l-ilma, affarijiet li jniġġsu u riżorsi ta’ l-ilma, (c) l-istat tal-ħamrija, tal-fawna u tal-flora, u tal-bijotipi, (d) l-użu ta’ l-art u tar-riżorsi naturali, (e) immaniġġar ta’ l-iskart, (f) emmissjonijiet tal-ħsejjes, (g) sostanzi kimiċi li huma ta’ ħsara għall-ambjent, ê 933/1999 Art. 1 pt. 3(b) (h) ħarsien kostali u marittimu. ê 1210/90 B’mod partikolari, fenomini li jaffettwaw aktar minn pajjiż wieħed, fenomeni plurinazzjonali u fenomeni globali għandhom ikunu koperti wkoll. Id-dimensjoni soċjo-ekonomika għandha titqies ukoll. ê 933/1999 Art. 1 pt. 3(ċ) (adattat) 3. L-Aġenzija għandha wkoll tikkopera fl-iskambjar ta' informazzjoni ma’ korpi oħra, inkluż mal-qafas Ö tan-Netwerk ta' l-Unjoni Ewropeja għall-Implimentazzjoni u l-Infurzar tal-Liġi ta’ l-Ambjent Õ (IMPEL). Fl-attivitajiet tagħha l-Aġenzija għandha tevita li tidduplika l-attivitajiet eżistenti ta' xi istituzzjonijiet u korpi oħra. ê 1210/90 Artikolu 4 1. In-netwerk għandu jinkludi: (a) l-elementi prinċipali komponenti tan-netwerks ta’ informazzjoni nazzjonali, (b) il-punti fokali nazzjonali, (c) iċ-ċentri topiċi. ê 933/1999 Art. 1 pt. 4(a) u 1210/90 Art. 4(2) l-ewwel subparagrafu (adattat) 2. Stati Membri għandhom iżommu lill-Aġenzija infurmata bil-komponenti prinċipali ta' elementi tal-qafas nazzjonali tagħhom dwar informazjoni ambjentali Ö , b’mod speċjali fiż-żoni ta’ prijorità msemmija fl-Artikolu 3(2), inklużi kwalunkwe istituzzjonijiet li fil-fehma tagħhom ikunu jistgħu jikkontribwixxu għax-xogħol ta’ l-Aġenzija, waqt li titqies il-ħtieġa li tkun żgurata kemm jista’ jkun l-akbar kopertura ġejografika possibbli tat-territorju tagħhom Õ. Stati Membri għandhom, kif xieraq, jikkooperaw ma’ l-Aġenzija u jikkontribwixxu għax-xogħol tan-Netwerk Ewropew għal Ö Informazzjoni u Osservazzjoni ta' l-Ambjent skond il-programmi Õ tax-xogħol ta' l-Aġenzija bil-ġbir, tqabbil u l-analiżi ta' informazjoni min-nazzjon kollu. L-Istati Membri jistgħu wkoll jissieħbu biex jikkoperaw f'dawn l-attivitajiet fuq livell transnazzjonali. ê 1210/90 3. L-Istati Membri jistgħu b’mod partikolari jaħtru minn fost l-istituzzjonijiet msemmija fil-paragrafu 2 jew minn fost organizzazzjonijiet oħra stabbiliti fit-territorju tagħhom bħala “punt fokali nazzjonali” għall-koordinament u/jew it-trasmissjoni ta’ l-informazzjoni li għandha tkun fornuta f’livell nazzjonali lill-Aġenzija u lill-istituzzjonijiet jew korpi li jiffurmaw parti min-netwerk, inklużi ċentri topiċi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 4. ê 1210/90 (adattat) 4. L-Istati Membri jistgħu wkoll jidentifikaw l-istituzzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet l-oħra stabbiliti fit-territorju tagħhom li jistgħu speċifikament jiġu fdati bil-biċċa xogħol li jikkooperaw ma’ l-Aġenzija f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti suġġetti ta’ interess partikolari. Istituzzjoni Ö identifikata b'dan il-mod Õ għandha tkun f’qagħda li tikkonkludi ftehim ma’ l-Aġenzija sabiex taġixxi bħala ċentru topiku tan-netwerk- għal ħidmiet speċifiċi. Dawn iċ-ċentri għandhom jikkooperaw ma’ istituzzjonijiet oħra li jifformaw parti min-netwerk. ê 933/1999 Art. 1 pt. 4(ċ) 5. Iċ-ċentri topiċi għandhom ikunu nominati mill-bord tal-ġestjoni kif definit fl-Artikolu 8(1), għal perjodu li ma jeċċedix it-tul ta' kull programm ta' xogħol multi-annwali msemmi fl-Artikolu 8(4). Kull desinjazzjoni tista’, b'danakollu, tkun imġedda. ê 1210/90 6. L-allokazzjoni ta’ ħidmiet speċifiċi għaċ-ċentri topiċi għandha tidher fil-programm tax-xogħol multi-annwali ta’ l-Aġenzija msemmi fl-Artikolu 8(4). 7. Fid-dawl b’mod partikolari tal-programm tax-xogħol multiannwali, l-Aġenzija għandha b’mod perjodiku teżamina mill-ġdid l-elementi komponenti tan-netwerk kif hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 u għandha tagħmel tibdil bħal dan kif jista’ jiġi deċiż mill-bord ta’ tmexxija, billi jingħata kas ta’ ħatriet ġodda magħmula mill-Istati Membri. Artikolu 5 L-Aġenzija tista’ taqbel ma’ l-istituzzjonijiet jew korpi li jiffurmaw parti minn netwerk, msemmija fl-Artikolu 4, ma’ l-arranġamenti meħtieġa, b’mod partikolari kuntratti, għat-twettieq b’suċċess tal-ħidmiet li hija tista’ tafda lilhom. Stat Membru jista’ jipprovdi, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet nazzjonali fit-territorju tiegħu, li arranġamenti bħal dawn ma’ l-Aġenzija għandhom isiru bi qbil mal-punt fokali nazzjonali. ê 1641/2003 Art. 1 pt. 1 (adattat) Artikolu 6 1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Aġenzija. 2. Id-Deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jiffurmaw is-suġġett ta' lment lill-Ombudsman jew ta' azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej Ö , skond Õ il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 195 u 230 tat-Trattat rispettivament. ê 1210/90 Artikolu 7 L-Aġenzija għandu jkollha personalità legali. Għandha tgawdi fl-Istati Membri kollha l-kapaċità legali l-aktar estensiva mogħtija lill-persuni legali skond il-liġijiet tagħhom. Artikolu 8 ê 933/1999 Art. 1 pt. 5(a) 1. L-Aġenzija għandha jkollha bord ta' ġestjoni li jikkonsisti minn rappreżentant wieħed ta' kull Stat Membru u żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni. B’żieda, jista’ jkun hemm ukoll rappreżentant wieħed għal kull pajjiż li jipparteċipa fl-Aġenzija, bi qbil mad-dispożizzjonijiet relevanti. ê 1210/90 Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew jista’ jaħtar, bħala membri fil-bord ta’ tmexxija, żewġ personalitajiet xjentifiċi b’mod partikolari kkwalifikati fil-qasam tal-protezzjoni ta’ l-ambjent, li għandhom jiġu magħżula fuq il-bażi tal-kontribuzzjoni personali li huma aktarx li jagħtu lix-xogħol ta’ l-Aġenzija. Kull membru tal-bord ta’ tmexxija jista’ jkun irrappreżentat minn membru alternattiv. 2. Il-bord ta’ tmexxija għandu jeleġġi il-president tiegħu minn fost il-membri tiegħu għal perjodu ta’ tlett snin u għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu. Kull membru tal-bord ta’ tmexxija għandu jkollu vot. ê 933/1999 Art. 1 pt. 5(b) Il-bord ta' ġestjoni għandu jeleġġi bureau li jista’ jiddelegalu deċiżjonijiet eżekuttivi, skond ir-regoli li hu għandu jadotta. ê 933/1999 Art. 1 pt. 5(ċ) (adattat) 3. Deċiżjonijiet tal-bord ta' ġestjoni għall-adozzjoni tagħhom għandhom jinħtieġu maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tal-bord. 4. Il-bord tal-ġestjoni għandu jadotta programm ta' xogħol multi-annwali bażat fuq iż-żoni ta' prijorità msemmija fl-Artikolu 3(2), juża bħala bażi l-abbozz sottomess mid-Direttur Eżekuttiv msemmi fl-Artikolu 9, wara li jikkonsultaw lill-kumitat xjentifiku, msemmi fl-Artikolu 10, u jirċevi l-opinjoni tal-Kummissjoni. Il-programm ta' xogħol multi-annwali għandu, mingħajr preġudizzju għall-proċedura Ö tal-baġit annwali tal-Komunità, jinkludi estimi baġitarji ta' nfiq multi-annwali Õ. ê 1210/90 5. Taħt il-programm multi-annwali, il-bord ta’ tmexxija għandu kull sena jadotta il-programm ta’ xogħol ta’ l-Aġenzija fuq il-bażi ta’ abbozz sottomess mid-Direttur Eżekuttiv wara li jikkonsulta lill-kumitat xjentifiku u wara li jirċievi l-opinjoni tal-Kummissjoni. Il-programm jista’ jiġi aġġustat matul is-sena permezz ta’ l-istess proċedura. ê 1641/2003 Art. 1 pt. 2(a) 6. Il-Bord ta' Ġestjoni għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet ta' l-Aġenzija u jibagħtu l-iktar tard sal-15 ta' Ġunju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-Istati Membri. ê 1641/2003 Art. 1 pt. 2(b) (adattat) 7. L-Aġenzija għandha tibgħat kull sena lill-awtorità Ö baġitarja Õ l-informazzjoni kollha rilevanti dwar ir-riżultat tal-proċeduri tal-valutazzjoni. ê 1210/90 (adattat) Artikolu 9 1. L-Aġenzija għandha tkun immexxija minn Direttur Eżekuttiv maħtur mill-bord ta’ tmexxija fuq proposta mill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin, u jista’ jerġa’ jiġi maħtur mill-ġdid. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentat legali ta’ l-Aġenzija. Ö Id-Direttur Eżekuttiv Õ għandu jkun responsabbli: (a) għat-tħejjija xierqa u għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-programmi adottati mill-bord ta’ tmexxija; (b) għat-tmexxija ta’ kuljum ta’ l-Aġenzija; (c) għat-twettieq tal-ħidmiet definiti fl-Artikoli 12 u 13; (d) għat-tħejjija u l-pubblikazzjoni tar-rapporti speċifikati fl-Artikolu 2(h), ê 933/1999 Art. 1 pt. 6(a) (e) għas-suġġetti kollha dwar l-impjegati, għat-twettiq tad-doveri li hemm referenza dwarhom fl-Artikoli 8(4) u 5. ê 1210/90 Għandu jikseb l-opinjoni tal-kumitat xjentifiku, msemmi fl-Artikolu 10, għall-għanijiet ta’ l-impjegar tal-persunal xjentifiku ta’ l-Aġenzija. 2. Id-Direttur Eżekuttiv għandhu jagħti rendikont ta’ l-attivitajiet tiegħu lill-bord ta’ tmexxija. Artikolu 10 1. Il-bord ta’ tmexxija u d-Direttur Eżekuttiv għandhom jiġu megħjuna minn kumitat xjentifiku li għandu jagħti opinjoni meta hemm provdut għaliha f’dan ir-Regolament u dwar kull materja xjentifika li jkollha x’taqsam ma’ l-attività ta’ l-Aġenzija li l-bord ta’ tmexxija jew id-Direttur Eżekuttiv jista’ jissottomettilu. L-opinjonijiet tal-kumitat xjentifiku għandhom jiġu ppubblikati. ê 933/1999 Art. 1 pt. 7 2. Il-kumitat xjentifiku għandu jkun magħmul minn membri b'mod partikolari kwalifikati fil-qasam ta' l-ambjent, innominati mill-bord ta' ġestjoni għal termini ta' erba' snin li jiġġeddu darba, billi tittieħed konjizzjoni, inter alia , ta' l-oqsma xjentifiċi meħtieġa biex ikunu rappreżentati fil-kumitat sabiex jassistu lill-Aġenzija fl-oqsma ta' l-attività tagħha. Għandu jiffunzjona skond kif iddeterminat bir-regoli tal-proċedura skond id-dispożizzjoni fl-Artikolu 8(2). ê 1210/90 (adattat) Artikolu 11 1. Għandhom jiġu mħejjija stimi dwar id-dħul u l-infiq ta’ l-Aġenzija għal kull sena finanzjarja, li għandha tikkorrespondi għas-sena kalendarja, u għandhom jiġu inklużi Ö fil-baġit Õ ta’ l-Aġenzija. 2. Id-dħul u l-infiq murija fil-baġit għandhom jibbilanċjaw. 3. Id-dħul ta’ l-Aġenzija għandu, mingħajr preġudizju għal riżorsi oħra, jkun magħmul minn sussidju mill-Komunità Ö mdaħħal fil-baġit Õ ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u Ö mill-pagamenti Õ għas-servizzi mwettqa. 4. L-infiq ta’ l-Aġenzija għandu jinkludi, inter alia , ir-rimunerazzjoni tal-persunal, l-ispejjeż amministrattivi u infrastrutturali, l-ispejjeż tat-tħaddim u l-ispiża marbuta ma’ kuntratti konklużi ma’ istituzzjonijiet jew korpi li jifformaw parti min-netwerk- n u ma’ partijiet terzi. ê 1641/2003 Art. 1 pt. 3 (adattat) Artikolu 12 1. Kull sena l-Bord ta' Ġestjoni, fuq il-bażi ta' abbozz imfassal mid-Direttur Eżekuttiv, għandu jfassal prospett ta' l-estimi tad-dħul u n-nefqa ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara. Dan il-prospett dwar l-estimi finanzjarji, li għandu jinkludi abbozz tal-pjan ta' l-istabbiliment, għndu jintbagħat mill-Bord ta' Ġestjoni lill-Kummissjoni l-iktar tard sal-31 ta' Marzu. 2. Il-prospett dwar l-estimi għandu jintbagħat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (minn issa' l quddiem imsemmija bħala l-awtorità Ö baġitarja) Õ flimkien ma' l-abbozz preliminari ta' l-estimi finanzjarji ġenerali Ö tal-Komunitajiet Ewropej. Õ 3. Fuq il-bażi tal-prospett dwar l-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari Ö tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej Õ l-estimi li jidhrilha meħtieġa għall-pjan ta' l-istabbiliment u l-ammont tas-sussidju li jrid jiġi impost fuq Ö il-baġit Õ ġenerali, li l-Kummissjoni għandha tqiegħed quddiem Ö l-awtorità baġitarja Õ skond l-Artikolu 272 tat-Trattat. 4. L-awtorità Ö baġitarja Õ għandha tawtorizza l-approprijazzjonijiet għas-sussidju lill-Aġenzija. L-awtorità Ö baġitarja Õ għandha tadotta l-pjan ta' l-istabbiliment għall-Aġenzija. 5. Ö Il-baġit għandu jiġi adottat Õ mill-Bord ta' Ġestjoni. Għandhom isiru finali wara l-adozzjoni finali ta' l-estimi finanzjarji ġenerali Ö tal-Komunitajiet Ewropej. Õ Meta xieraq, għandhom jiġu aġġustati kif jixraq. 6. Il-Bord ta' Ġestjoni għandu, malajr kemm jista' jkun, jinnotifika lill-awtorità ta' l-estimi finanzarji dwar l-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kull proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-finanzjament ta' l-estimi finanzjarji, b'mod partikolari kull proġett li jkollu x'jaqsam mal-proprjetà bħalma huma l-kiri jew ix-xiri tal-bini. Għandu jgħarraf b'dan lill-Kummissjoni. Meta fergħa ta' l-awtorità Ö baġitarja Õ tkun innotifikat l-intenzjoni tagħha li tagħti opinjoni, għandha tibgħat l-opinjoni tagħha lill-Bord ta' Ġestjoni f'perjodu taż-żmien ta' sitt ġimgħat mid-data tan-notifika tal-proġett. ê 1641/2003 Art. 1 pt. 4 (adattat) Artikolu 13 1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu Ö jimplimenta l-baġit Õ ta' l-Aġenzija. 2. L-iktar tard sa' l-1 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet ta' l-Aġenzija għandu jikkomunika l-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni flimkien ma' rapport dwar il-ġestjoni Ö finanzjarja u baġitarja Õ għal dik is-sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet proviżorji ta' l-istituizzjonijiet u tal-korpi deċentralizzati skond l-Artikolu 128 Ö tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru. 1605/2002.[11] Õ 3. L-iktar tard sal-31 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji ta' l-Aġenzija lill-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien ma' rapport dwar il- Ö ġestjoni finanzjarja u baġitarja għal dik is-sena finanzjarja. Ir-rapport dwar il-ġestjoni finanzjarja u baġitarja Õ għas-sena finanzjarja għandhom ukoll jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 4. Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji ta' l-Aġenzija skond l-Artikolu 129 tar-Regolament Ö (KE, Euratom) Nru. 1605/2002, Õ id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal il-kontijiet finali ta' l-Aġenzija fuq ir-responsabbiltà tiegħu nnifsu u jissottomettihom lill-Bord ta' Ġestjoni għal opinjoni. 5. Il-Bord ta' Ġestjoni għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali ta' l-Aġenzija. 6. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat, l-iktar tard sa' l-1 ta' Lulju wara kull sena finanzjarja, il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien ma' l-opinoni tal-Bord ta' Ġestjoni. 7. Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati. 8. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti ta' l-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet tagħha l-iktar tard sat-30 ta' Settembru. Għandhu jibgħat it-tweġiba tiegħu lill-Bord ta' Ġestjoni wkoll. 9. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti lill-Parlament Ewropew, fuq it-talba ta' dan ta' l-aħħar, l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tiġi applikata bla xkiel il-proċedura ta' l-iskarigu għas-sena finanzjarja fil-kwisjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 146(3 Ö ) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru. 1605/2002. Õ 10. Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill huwa u jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, għandu, qabel it-30 ta' April tas-sena N +2 , jagħti l-iskarigu lid-Direttur Eżekuttiv rigward l-implimentazzjoni Ö tal-baġit Õ għas-sena N . ê 1641/2003 Art. 1 pt. 5 (adattat) Artikolu 14 Ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-Aġenzija għandhom jiġu adottati mill-Bord ta' Ġestjoni wara li tkun ġiet ikkonsultata l-Kummissjoni. Ma jistgħux jitilqu mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom ) Nru 2343/2002 [12] għajr jekk dan it-tluq huwa meħtieġ speċifikament għall-ħidma ta' l-Aġenzija u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha bil-quddiem. ê 1210/90 (adattat) Artikolu 15 1. L-Aġenzija għandha tfittex b’mod attiv il-kooperazzjoni ta’ korpi u programmi oħra tal-Komunità, u l-aktar taċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka, l-Uffiċċju ta’ l-Istatistika Ö tal-Komunitajiet Ewropej (Eurostat) Õ u l-programmi tar-riċerka u ta’ l-iżvilupp ambjentali tal-Komunità. B’mod partikolari: (a) kooperazzjoni maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għandha tinkludi l-ħidmiet stabbiliti f-Anness taħt A, (b) il-kordinament ma’ Eurostat u Ö l-programm statistiku Õ tal-Komunitajiet Ewropej għandhom isegwu l-linji ta’ gwida stabbiliti fl-Anness I taħt B. ê 1210/90 2. L-Aġenzija għandha tikkopera wkoll b’mod attiv ma’ korpi oħra bħalma huma l-Aġenzija Ewropea ta’ l-Ispazju, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD), il-Kunsill ta’ l-Ewropa u l-Aġenzija Internazzjonali ta’ l-Enerġija kif ukoll il-Ġnus Magħquda u l-aġenziji speċjalizzati tagħhom, b’mod partikolari il-Programm Ambjentali tal-Ġnus Magħquda (UNEP), l-Organizzazzjoni Metereoloġika Dinjija u l-Awtorità Internazzjonali ta’ l-Enerġija Atomika. ê 933/1999 Art. 1 pt. 8(a) 3. L-Aġenzija tista' tikkoopera fl-oqsma ta' interess komuni ma' dawk l-istituzzjonijiet f'pajjiżi li ma humiex membri tal-Komunità li jistgħu jipprovdu dejta, informazzjoni u esperjenza, metodoloġiji ta' ġbir ta' dejta, analiżi u studju li jkunu ta' interess reċiproku u li huma meħtieġa għat-twettiq b'suċċess tax-xogħol ta' l-Aġenzija. ê 933/1999 Art. 1 pt. 8(b) 4. Il-kooperazjoni msemmija f'paragrafi 1, 2 u 3 għandhom b'mod partikolari jieħdu konjizzjoni tal-ħtieġa li tkun evitata xi duplikazzjoni ta' l-isforzi. ê 1210/90 Artikolu 16 Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għall-Aġenzija. Artikolu 17 Il-persunal ta’ l-Aġenzija għandu jkun suġġett għar-Regolamenti u għar-Regoli applikabbli għall-uffiċjali u l-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej. L-Aġenzija għandha teżerċita f’dak li għandu x’jaqsam mal-persunal tagħha, il-poteri devoluti mill-Awtorità ta’ Ħatra. Il-bord ta’ tmexxija għandu, bi qbil mal-Kummissjoni, jadotta r-regoli implimentattivi x-xierqa. Artikolu 18 1. L-impenni kuntrattwali ta’ l-Aġenzija għandhom jiġu rregolati bil-liġi applikabbli għall-kuntratt imsemmi. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġurisdizzjoni li tagħti verdett bis-saħħa ta’ klawsola ta’ arbitraġġ li tinsab f’kuntratt konkluż mill-Aġenzija. 2. Fil-każ ta’ impenn mhux kuntrattwali, l-Aġenzija għandha, bi qbil mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet ta’ l-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal xi danni mwettqa mill-Aġenzija jew mill-impjegati tagħha fit-twettieq tal-ħidmiet tagħhom. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha jkollha l-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu ma’ kumpens għal danni bħal dawn. 3. Ir-responsabilità personali ta’ l-impjegati lejn l-Aġenzija għandha tkun irregolata bid-disposizzjonijiet li japplikaw għall-persunal ta’ l-Aġenzija. Artikolu 19 L-Aġenzija hija miftuħa għal pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità iżda li jaqsmu t-tħassib tal-Komunità għall-għanijiet ta’ l-Aġenzija taħt il-ftehim konkluż bejniethom u l-Komunità bis-saħħa tal-proċedura fl-Artikolu 300 tat-Trattat. ê Artikolu 20 Ir-Regolament (KEE) Nru 1210/90 hu mħassar. Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III. ê 1210/90 (adattat) Artikolu 21 ê Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, […] Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President […] […] ê 1210/90 (adattat) ANNESS I A. KOPERAZZJONI MAċ-ĊENTRU KONġUNT TAR-RIċERKA - Armonizzazzjoni tal-metodi ta’ kejl ambjentali[13]. - Interkalibrar ta’ l-istrumenti1. - L-istandardizzazzjoni tal-format tad-dejta. - L-iżvilupp ta’ metodi ġodda ta’ kejl u ta’ strumenti ambjentali. - Ħidmiet oħra kif mifthiema bejn id-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija u d-Direttur Ġenerali taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka. B. KOPERAZZJONI MA’ L-EUROSTAT ê 933/1999 Art. 1 pt. 10 (adattat) 1. L-Aġenzija għandha tuża, sakemm huwa possibli, informazzjoni miġbura permezz tas-servizzi ta' l-istatistika uffiċjali tal-Komunità. Dan jirriżulta mix-xogħol ta' l- Eurostat u s-servizzi nazzjonali ta' statistika fil-ġbir, ivvalidar u disseminazzjoni ta' l-istatistiċi soċjali u ekonomiċi, inklużi l-kontijiet nazzjonali l-informazzjoni marbuta magħhom. ê 1210/90 2. Il-programm statistiku fil-qasam ta’ l-ambjent għandu jsir qbil fuqu bejn id-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija u d-Direttur Ġenerali tal-Eurostat u għandu jiġi sottomess għall-approvazzjoni tal-bord ta’ tmexxija ta’ l-Aġenzija u l-Kumitat tal-Programm Statistikali. 3. Il-programm statistikali għandu jinftiehem u jiġi implimentat fi ħdan il-qafas stabbilit mill-korpi statistikali internazzjonali, bħall-Kummissjoni Statistikali tal-UN, il-Konferenza ta’ l-Istatistiki Ewropej u l-OECD. ____________ é ANNESS II Regolament imħassar flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tiegħu Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 | (ĠU L 120, 11.5.1990, p. 1) | Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 933/1999 | (ĠU L 117, 5.5.1999, p. 1) | Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1641/2003 | (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 1) | _____________ ANNESS III TABELLA TA’ KORRELAZZJONI Regolament (KEE) Nru 1210/90 | Dan ir-Regolament | Artikolu 1(1) | Artikolu 1(1) | Artikolu 1(2), sentenza ta’ introduzzjoni | Artikolu 1(2), sentenza ta’ introduzzjoni | Artikolu 1(2), l-ewwel inċiż | Artikolu 1(2)(a) | Artikolu 1(2), it-tieni inċiż | Artikolu 1(2)(b) | Artikolu 2, sentenza ta’ introduzzjoni | Artikolu 2, sentenza ta’ introduzzjoni | Artikolu 2(i) | Artikolu 2(a) | Artikolu 2(ii) l-ewwel inċiż | Artikolu 2(b) | Artikolu 2(ii) it-tieni inċiż | Artikolu 2(c) | Artikolu 2 (ii) it-tielet inċiż | Artikolu 2(d) | Artikolu 2(iii) | Artikolu 2(e) | Artikolu 2(iv) | Artikolu 2(f) | Artikolu 2(v) | Artikolu 2(g) | Artikolu 2(vi) | Artikolu 2(h) | Artikolu 2(vii) | Artikolu 2(i) | Artikolu 2(viii) | Artikolu 2(j) | Artikolu 2(ix) | Artikolu 2(k) | Artikolu 2(x) | Artikolu 2(l) | Artikolu 2(xi) | Artikolu 2(m) | Artikolu 2(xii) | Artikolu 2(n) | Artikolu 2(xiii) | Artikolu 2(o) | Artikolu 3(1), kliem tal-bidu | Artikolu 3(1), kliem tal-bidu | Artikolu 3(1)(i) | Artikolu 3(1)(a) | Artikolu 3(1)(ii) | Artikolu 3(1)(b) | Artikolu 3(1)(iii) | Artikolu 3(1)(ċ) | Artikolu 3(1), kliem ta’ l-aħħar | Artikolu 3(1), kliem ta’ l-aħħar | Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu | Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu | Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż | Artikolu 3(2) it-tieni subparagrafu (a) | Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż | Artikolu 3(2) it-tieni subparagrafu (b) | Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, it-tielet inċiż | Artikolu 3(2) it-tieni subparagrafu (ċ) | Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, ir-raba’ inċiż | Artikolu 3(2) it-tieni subparagrafu (d) | Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, il-ħames inċiż | Artikolu 3(2) it-tieni subparagrafu (e) | Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, is-sitt inċiż | Artikolu 3(2) it-tieni subparagrafu (f) | Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, is-seba’ inċiż | Artikolu 3(2) it-tieni subparagrafu (g) | Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, it-tmien inċiż | Artikolu 3(2) it-tieni subparagrafu (h) | Artikolu 3(2), it-tielet subparagrafu | Artikolu 3(2), it-tielet subparagrafu | Artikolu 3(2), ir-raba’ subparagrafu | Artikolu 3(2), ir-raba’ subparagrafu | Artikolu 3(3) | Artikolu 3(3) | Artikolu 4(1), kliem tal-bidu | Artikolu 4(1), kliem tal-bidu | Artikolu 4(1), l-ewwel inċiż | Artikolu 4(1)(a) | Artikolu 4(1), it-tieni inċiż | Artikolu 4(1)(b) | Artikolu 4(1), it-tielet inċiż | Artikolu 4(1)(c) | Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, minn “Sabiex” sa “netwerks” | ________ | Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, minn “B’mod speċjali” sa “tagħhom” | Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu kliem ta' l-aħħar | Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu | Artikolu 4(2), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi | Artikolu 4(3) | Artikolu 4(3) | Artikolu 4(4) | Artikolu 4(4), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafu | Artikolu 4(5), l-ewwel subparagrafu | _________ | Artikolu 4(5), it-tieni subparagrafu | Artikolu 4(5) | Artikolu 4(6) u (7) | Artikolu 4(6) u (7) | Artikolu 5 | Artikolu 5, l-ewwel u t-tieni subparagrafu | Artikolu 6(1) | Artikolu 6(1) | Artikolu 6(2) | _______ | Artikolu 6(3) | Artikolu 6(2) | Artikoli 7 u 8 | Artikoli 7 u 8 | Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza | Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza | Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu | Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu | Artikolu 9(1), it-tielet subparagrafu, kliem tal-bidu | Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż | Artikolu 9(1), it-tielet subparagrafu, punt (a) | Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż | Artikolu 9(1), it-tielet subparagrafu punt (b) | Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż | Artikolu 9(1), it-tielet subparagrafu punt (c) | Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu, ir-raba' inċiż | Artikolu 9(1), it-tielet subparagrafu punt (d) | Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu, il-ħames inċiż | Artikolu 9(1), it-tielet subparagrafu, punt (e) | Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu | Artikolu 9(1), ir-raba' subparagrafu | Artikolu 9(2) | Artikolu 9(2) | Artikolu 10 | Artikolu 10 | Artikolu 11 | Artikolu 11 | Artikolu 12 | Artikolu 12 | Artikolu 13 | Artikolu 13 | Artikolu 14 | Artikolu 14 | Artikolu 15(1), kliem ta’ introduzzjoni | Artikolu 15(1), kliem ta’ introduzzjoni | Artikolu 15(1), l-ewwel inċiż | Artikolu 15(1)(a) | Artikolu 15(1), it-tieni inċiż | Artikolu 15(1)(b) | Artikolu 15(2) | Artikolu 15(2) | Artikolu 15(2a) | Artikolu 15(3) | Artikolu 15(3) | Artikolu 15(4) | Artikolu 16 | Artikolu 16 | Artikolu 17 | Artikolu 17 | Artikolu 18 | Artikolu 18 | Artikolu 19 | Artikolu 19 | Artikolu 20 | _______ | ________ | Artikolu 20 | Artikolu 21 | Artikolu 21 | Anness | Anness I | ________ | Anness II | ________ | Anness III | _____________ [1] COM(87) 868 PV. [2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet. [3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, COM(2001) 645 finali. [4] Ara l-Anness II għal din il-proposta. [5] ĠU C [...], [...], p. [...]. [6] ĠU C [...], [...], p. [...]. [7] ĠU C [...], [...], p. [...]. [8] ĠU L 120, 11.5.1990, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament Nru 1641/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 1). [9] Ara l-Anness II. [10] ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43. [11] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. [12] ĠU L 357, tal-31.12.2002, p. 72. [13] Koperazzjoni f’dawn l-oqsma għandha tagħti kas ukoll tax-xogħol imwettaq mill- Ö Istitut ta’ Materjali ta' Referenza u Kejl Õ.