This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007PC0636
Recommendation for a Council Decision on the European Capital of Culture event for the year 2011
Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill Dwar l-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2011
Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill Dwar l-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2011
/* KUMM/2007/0636 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 23.10.2007 KUMM(2007) 636 finali Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL Dwar l-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2011 (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Id-deċiżjoni 1622/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi azzjoni tal-Komunità għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin 2007 sa l-2019[1], tistipula l-proċedura tan-nomina tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura. Skond l-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni, mill-2009 ’l quddiem, żewġt ibliet ta' żewġ Stati Membri se jkunu innominati Kapitali Ewropej tal-Kultura, skond min imissu, fl-ordni kronoloġika stipulata fl-Anness tad-Deċiżjoni. Skond l-Artikolu 14, in-nomina għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-sena 2011 qed titressaq għad-dispożizzjonijiet transitorji, kif ġej: In-nomini huma nnotifikati lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Kumitat tar-Reġjuni mill-Istati Membri kkonċernati mhux inqas minn erba' snin qabel l-avveniment in kwistjoni jkun se jibda. Il-Kummissjoni tifforma bord ta' l-għażla li joħroġ rapport dwar in-nomini li ġew iġġudikati kontra l-objettivi u l-karatteristiċi ta’ din l-azzjoni. Il-bord ta’ l-għażla huwa magħmul minn personalitajiet indipendenti ewlenin li huma esperti fis-settur kulturali. Il-bord ta' l-għażla jressaq ir-rapport tiegħu lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Parlament Ewropew jista' jwassal fehma lill-Kummissjoni dwar in-nomini mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-wasla tar-rapport. Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni mfassla fid-dawl tar-rapport tal-bord ta’ l-għażla, iddeżinja uffiċjalment il-bliet in kwistjoni għas-sena li huma ġew nominati għaliha. Skond l-Artikolu 2 u l-Anness, il-Finlandja nnotifikat in-nomina ta’ Turku u l-Estonja nnominat il-belt ta’ Tallinn għat-titolu ta’ l-2011 qabel tmiem l-2006. Il-bord ta’ l-għażla ltaqa’ fl-4 ta’ Ġunju 2007 biex jeżamina n-nomini. Dan l-eżami kien jinkludi seduti mir-rappreżentanti għall-bliet kandidati. Il-bord ressaq ir-rapport tiegħu lill-Kummissjoni fil-11 ta’ Ġunju 2007; wara talba tal-bord, il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport lill-Istituzzjonijiet l-oħra. Fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni globali ta’ l-applikazzjonijiet, il-bord – filwaqt li ssuġġerixxa xi titjib – qabel li jirrakkomanda lill-Istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea li Tallinn u Turku jospitaw il-Kapitali Ewropej tal-Kultura fl-2011. Il-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-Kultura u l-Edukazzjoni ressaq ittra lid-DĠ EAC fit-13 ta’ Settembru, bħala segwitu għar-rapport tal-bord li kien wasal, biex jenfasizza l-aspetti rilevanti għall-iskambju ta’ fehmiet li kellu dwar din il-kwistjoni. Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni, b’konformità ma’ l-Artikolu 14 tad-Deċiżjoni 1622/2006/KE qed iressaq lill-Kunsill ir-rakkomandazzjoni mehmuża għan-nomina uffiċjali ta' Turku u ta' Tallinn rispettivament għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2011. Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL Dwar l-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2011 IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin 2007 sa l-2019[2], u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tagħha, Wara li kkunsidra r-rapport tal-Bord ta’ l-Għażla ta’ Settembru 2007 mibgħut lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 14 paragrafu 2 tad-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE, Filwaqt li qies li l-kriterji msemmija fl-Artikolu 14 paragrafu 3 tad-Deċiżjoni 1622/2006/KE intlaħqu għal kollox, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni ta’ 2007, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Turku u Tallinn huma nominati bħala “l-Kapitali Ewropej tal-Kultura 2011” skond l-Artikolu 14 tad-Deċizjoni 1622/2006/KE. Artikolu 2 L-ibliet nominati għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta’ l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 1622/2006/KE. Magħmula fi Brussell, […] Għall-Kunsill Il-President […] [1] ĠU L 304, tat-3.11.2006, p l. [2] ĠU L 304, tat-3.11.2006, p l.