This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007PC0629
Proposal for a Council Regulation amending Regulation (EEC) No 3491/90 on imports of rice originating in Bangladesh
Proposta ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3491/90 dwar l-importazzjoni ta' ross li joriġina fil-Bangladexx
Proposta ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3491/90 dwar l-importazzjoni ta' ross li joriġina fil-Bangladexx
/* KUMM/2007/0629 finali - ACC 2007/0221 */
Proposta ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3491/90 dwar l-importazzjoni ta' ross li joriġina fil-Bangladexx /* KUMM/2007/0629 finali - ACC 2007/0221 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 23.10.2007 KUMM(2007) 629 finali 2007/0221 (ACC) Proposta ta' REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3491/90 dwar l-importazzjoni ta' ross li joriġina fil-Bangladexx (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA - Motiv u għanijiet tal-proposta L-għan ta' din il-proposta hu li jiġu adattati d-dispożizzjonijiet tar-Regolameant tal-Kunsill (KEE) Nru 3491/90 sabiex jiġi stabbilit b'mod ċar liema huma l-aspetti li għandhom jiġu kkunsidrati għall-kalkolu tad-dazji ta' importazzjoni applikabbli għar-ross li joriġina mill-Bangladexx importat fl-ambitu ta' dan ir-Regolament. - Kuntest ġenerali Mill-adozzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3491/90 saru bosta emendi tar-regoli orizzontali applikabbli għall-kalkolu tad-dazji applikabbli għall-importazzjonijiet previsti fl-Artikolu 1 tar-Regolament imsemmi, mingħajr madankollu ma wasslu għall-emenda ta' dan ir-Regolament, li jwassal għar-riskju li jsiru interpretazzjonijiet diverġenti. - Dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam tal-proposta Ir-Regolament (KEE) Nru 3491/90 dwar l-importazzjoni ta' ross li joriġina fil-Bangladexx[1] jipprevedi fl-Artikolu 1 tiegħu tnaqqis għat-tariffi li ġejjin: " 1. Għall-importazzjonijiet li joriġinaw fil-Bangladexx u fil-limiti tal-kwantitajiet stipulati f'Artikolu 2, l-imposta ta' l-importazzjoni fuq ir-ross li jaqa' taħt il-kodiċi NM 1006 10 (eskluż il-kodiċi NM 1006 10 10), 1006 20 u 1006 30 tkun daqs l-imposta applikabbli fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, imnaqqsa bi: a) għar-ross għadu fil-ħliefa li jaqa' taħt il-kodiċi NM 1006 10, eskluż il-kodiċi NM 1006 10 10, - 50 %, u bi - EKU 3,6; b) għar-ross bla ħliefa li jaqa' taħt il-kodiċi NM 1006 20 - 50 %, u bi - EKU 3,6; c) għar-ross parzjalment mitħun jew mitħun kollu li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 1006 30, - l-ammont tal-protezzjoni ta' l-industrija msemmi fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1418/76 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1806/89 [3], fil-każ ta' ross parzjalment mitħun, skond ir-rata tal-konverżjoni għar-ross mitħun kollu u ross parzjalment mitħun kif imsemmi fit-tielet inċiż ta' Artikolu 19(a) ta' dak ir-Regolament, 50 % u - EKU 5.4." Il-modalitajiet ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ġew stabbiliti bir-Regolament (KEE) Nru 862/91[2], li l-Artikolu 1 tiegħu kien oriġinalment miktub hekk: "L-ammonti tad-dazji msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3491/90 għandu jiġi kkalkolat kull ġimgħa mill-Kummissjoni fuq il-bażi tad-dazji mniżżlin stabbiliti skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru 1418/76." Dan l-Artikolu 1 nbidel bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2123/95[3] ta' l-1 ta' Lulju 1995 fit-30 ta' Ġunju 1996 bit-test li ġej: " L-ammonti tad-dazji tad-dwana indikati fl-Artikolu 1(1), tar-Regolament (KEE) Nru 3491/90 huma determinati kull ġimgħa mill-Kummissjoni skond il-kriterji li ġejjin: - id-dazji applikabbli għall-importazzjoni għar-ross għadu fil-ħliefa li jiddependi mill-kodiċijiet NM 1006 10, ħlief għan-NM 1006 10 10, hu l-istess bħad-dazji tad-dwana fissi bit-tariffa komuni tad-dwana, imnaqqsa b'50 % u ta' ammont ta' EKU 4.34, - id-dazji applikabbli għall-importazzjoni tar-ross bla ħliefa li jiddependi min-NM 1006 20 hu l-istess bħad-dazji ffissati bl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 12 (2), tar-Regolament (KEE) Nru 1418/76, imnaqqsa b'50 % u b'ammont ta' EKU 4.34, - id-dazji applikabbli għall-importazzjoni tar-ross mitħun kollu li jiddependi min-NM 1006 30 hu l-istess bħad-dazji ffissati bl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 12 (2), tar-Regolament (KEE) Nru 1418/76, imnaqqsa b'ammont ta' EKU 16.78, imbagħad imnaqqsa b'50 % u b'ammont ta' EKU 6.52. " Din l-emenda ġiet imbagħad ripetuta kull sena permezz tar-Regolamenti (KE) Nru 1373/96[4], (KE) Nru 1407/97[5] u fl-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1482/98[6], b'bażi ġuridika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3290/94, tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar l-aġġustamenti u l-arranġamenti tranżitorji meħtieġa fis-settur agrikolu sabiex jiġi implimentat ftehim konkluż matul ir-Round Urugwajan tan-negozjati kummerċjali multilaterali[7]. Madankollu din il-bażi ġuridika ppermettiet biss li jittieħdu l-miżuri tranżitorji sat-30 ta' Ġunju 1999. Madankollu, mill-1 ta' Jannar 1999, l-ammonti tad-dazji tad-dwana indikati mir-Regolament (KEE) Nru 3491/90 komplew jiġu kkalulati skond it-test ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 862/91 kif emendat bir-Regolamenti (KE) Nru 2123/95, (KE) Nru 1373/96, (KE) Nru 1407/97 u (KE) Nru 1482/98. L-aspetti li ġejjin tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, għalkemm mhumiex s'issa inkorporati b'mod espliċitu fir-Regolament (KEE) Nru 3491/90, huma applikabbli: a) skond ir-Regolament (KE) Nru 3290/94, il-miżuri kollha li jillimitaw l-importazzjoni tal-prodotti agrikoli, inklużi d-dazji varjabbli fuq l-importazzjoni, ġew konvertiti f'dazji tad-dwana mill-1 ta' Lulju 1995; b) sabiex ma jsirx dannu għall-interessi tal-Bangladexx, l-ammont ta' protezzjoni għall-industrija indikata fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 3491/90 kien sostitwit b'ammont fiss ta' EKU 16.78 skond ir-Regolament (KE) Nru 2123/95 u dawk segwenti. Barra minn hekk, mill-1 ta' Lulju 2006 tneħħiet in-nozzjoni ta' "ammont ta' protezzjoni ta' l-industrija" skond l-emenda tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross[8] introdotta bir-Regolament (KE) Nru 797/2006[9]; c) il-mekkaniżmu ta' switch-over (jew ta' l-eku aħdar) introdott fl-1984 fis-sistema agrimonetarja Komunitarja tneħħa fl-1 ta' Frar 1995. F'dak il-mument il-prezzijiet u l-ammonti tal-Politika Agrikola Komuni espressi f'eku żdiedu bl-applikazzjoni ta' fattur ta' korrezzjoni ta' l.207509, b'mod li jiġi newtralizzat ir-ritorn għal livell reali tar-rati ta' kambju fil-munità nazzjonali użati fl-agrikultura. Dawn id-dispożizzjonijiet ġew adottati skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 150/95[10] li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3813/92 dwar l-unità ta' akkont u r-rati ta' kambju li għandhom jiġu applikati fl-ambitu tal-politika agrikola komuni[11], li tneħħa u ġie sostitwit mill-1 ta' Jannar 1999 mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 li jistabbilixxi arranġamenti agrimonetarji għall-euro[12]. Konsegwentement, l-ammonti previsti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 3491/90 ġew affettwati bil-koeffiċjent 1.207509 mill-1 ta' Frar 1995, li jikkorrispondi ma' l-ammonti previsti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 862/91 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2123/95 u dawk segwenti. Mill-1 ta' Jannar 2007, ir-Regolament (KEE) Nru 862/91 tħassar u ġie sostitwit mir-Regolament (KE) Nru 1964/2006, li ma fih ebda dispożizzjonijiet fuq il-modalitajiet ta' kalkolu tad-dazju applikabbli fuq l-importazzjonijiet tar-ross li joriġina mill-Bangladexx. Konsegwentement meħtieġ li r-Regolament (KEE) Nru 3491/90 jiġi adattat skond dan. - Koerenza mal-politiki l-oħra u l-għanijiet ta' l-Unjoni Bħala kjarifika tal-leġiżlazzjoni, il-proposta hi koerenti ma' l-għanijiet ta' l-Unjoni. 2. KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U STIMA TA' L-IMPATT - Konsultazzjoni tal-partijiet interessati Mhux applikabbli. - Akkwist u użu ta' kompetenza Riferiment għall-kompetenza esterna ma kienx meħtieġ. - Stima ta' l-impatt Id-dispożizzjonijiet proposti jirriflettu eżattament dawk li huma applikabbli attwalment. 3. ASPETTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA - Sommarju tal-miżuri proposti Din il-proposta għandha l-għan li tadatta r-Regolament (KEE) Nru 3491/90 għall-emendi tar-regoli orizzonatali li saru mill-adozzjoni tiegħu fil-rigward tal-kalkolu tad-dazji applikabbli fuq l-importazzjonijiet. - Bażi ġuridika It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu. - Prinċipju tas-sussidjarità Il-proposta tikkonċerna qasam li jiddependi mill-kompetenza esklużiva tal-Komunità. Għalhekk, il-prinċipju ta' sussidjarjetà ma japplikax. - Prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità. - Għażla ta' strumenti L-istrument propost: regolament. Mezzi oħrajn ma jkunux adattati għar-raġuni li ġejja. Regolament eżistenti jeħtieġlu jiġi emendat. 4. IMPATT BAġITARJU Il-proposta ma għandha ebda effett fuq il-baġit tal-Komunità. 2007/0221 (ACC) Proposta ta' REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3491/90 dwar l-importazzjoni ta' ross li joriġina fil-Bangladexx IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi: (1) L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3491/90 dwar l-importazzjoni ta' ross li joriġina fil-Bangladexx[13] jipprevedi għat-tnaqqis ta' dazji ta' importazzjoni applikabbli għall-importazzjonijiet tar-ross li joriġina minn dan il-pajjiż. Dan it-tnaqqis jikkorrispondi fuq naħa ma' ammonti ffissati f'eku u min-naħa l-oħra ma' l-ammont ta' l-aspett ta' protezzjoni ta' l-industrija previst fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1418/76 tal-21 ta' Ġunju 1976 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross[14]. (2) Mill-adozzjoni ta' dan l-arranġament, saru ħafna emendi tar-regoli orizzontali applikabbli fil-qasam, mingħajr madankollu ma wasslu għall-emenda tar-Regolament (KEE) Nru 3491/90. L-aspetti tal-kalkolu tad-dazji applikabbli fuq l-importazzjonijiet previsti fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu applikabbli billi jiġu kkunsidrati dawn ir-regoli orizzontali, dan iwassal li jinħoloq ir-riskju li jistgħu jsiru interpretazzjonijiet diverġenti. (3) Partikularment aktar, id-dazji varjabbli fuq l-importazzjoni kienu konvertiti f'dazji tad-dwana mill-1 ta' Luju 1995, wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3290/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar l-aġġustamenti u l-arranġamenti tranżitorji meħtieġa fis-settur agrikolu sabiex jiġi implimentat ftehim konkluż matul ir-Round Urugwajan tan-negozjati kummerċjali multilaterali[15]. (4) Mill-1 ta' Lulju 2006 tneħħiet in-nozzjoni ta' "ammont ta' protezzjoni ta' l-industrija" wara l-emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta'Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross[16] introdotta bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2006[17]; (5) Il-mekkaniżmu ta' "switch-over" introdott fl-1984 fis-sistema agrimonetarja Komunitarja, li kellha l-għan li jiġi evitat li jiġu żviluppati rati agrikoli ta' kambju bl-istess mod tar-rati monetarji, tneħħa fl-1 ta' Frar 1995 bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3813/92 tat-28 ta' Diċembru 1992 dwar l-unità ta' akkont u r-rati ta' konverżjoni li għandhom jiġu applikati fl-ambitu tal-politika agrikola komuni[18], kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 150/95. Meta ġie sostitwit ir-Regolament (KEE) Nru 3813/92, mill-1 ta' Jannar 1999, mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta' Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agrimonetarji għall-euro[19], il-prezzijiet u l-ammonti previsti mill-politika agrikola komuni (PAK), espress f'eku, żdiedu b'mod parallel bl-applikazzjoni ta' fattur ta' korrezzjoni ta' 1.207509, b'mod li jiġi newtralizzat ir-ritorn għal livell reali tar-rati ta' kambju fil-munità nazzjonali użati fl-ambitu tal-PAK, u l-ammonti previsti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 3491/90 ġew għalhekk affettwati mill-istess koeffiċjent ta' 1.207509 mill-1 ta' Frar 1995. (6) Konsegwentement hu opportun li jiġu adattati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 3491/90 sabiex jiġi stabbilit b'mod ċar liema huma l-aspetti li għandhom jiġu kkunsidrati għall-kalkolu tad-dazji ta' importazzjoni applikabbli għar-ross li joriġina mill-Bangladexx importat fl-ambitu ta' dan ir-Regolament. (7) Ir-Regolament (KE) Nru 3491/90 għandu, għalhekk, jiġi emendat skond dan, IDDEĊIEDA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 3491/90 huwa emendat kif ġej: 1) L-Artikolu 1(1) huwa mibdul bit-test li ġej: "1. Għall-importazzjonijiet li joriġinaw fil-Bangladexx u fil-limiti tal-kwantitajiet previsti f'Artikolu 2, id-dazju ta' l-importazzjoni applikabbli fuq importazzjonijiet ta' ross li jaqa' taħt il-kodiċi NM 1006 10 (eskluż il-kodiċi NM 1006 10 10), 1006 20 u 1006 30 hu l-istess: - għar-ross għadu fil-ħliefa li jaqa' taħt il-kodiċi NM 1006 10, ħlief għall-kodiċi NM 1006 10 10, għad-dazji tad-dwana ffissati fit-tariffa komuni tad-dwana, imnaqqsa b'50 % u ta' ammont fiss ta' 4.34 euro, - għar-ross bla ħliefa li jaqa' taħt il-kodiċi NM 1006 20, għad-dazju ffissat skond l-Artikolu 11a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003”, imnaqqas b'50 % u ta' ammont fiss ta' 4.34 euro, - għar-ross nofsu mitħun jew ross mitħun kollu li jaqa' taħt il-kodiċi NM 1006 30, għad-dazju ffissat skond l-Artikolu 11c tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003, imnaqqas bl-ammont fiss ta' 16.78 euro u mbagħad, b'50 % u ta' ammont fiss ta' 6.52 euro. * ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96." 2) L-Artikolu 2(1) hu emendat kif ġej: a) fl-ewwel sotto-paragrafu, it-terminu "dazju" hu ssostitwit bil-kliem "dazju fuq l-importazzjoni"; b) fit-tieni sotto-paragrafu, jitneħħew it-termini "emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 2325/88". Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament hu obbligatorju fl-elementi tiegħu kollha u japplika direttament f'kull Stat Membru. Magħmul fi Brussell, … Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 337, 4.12.1990, p. 1. [2] ĠU L 88, 9.4.1991, p. 7. [3] ĠU L 212,7.9.1995, p. 8. [4] ĠU L 178, 17.7.1996, p. 5 [5] ĠU L 194, 23.7.1997, p. 13 [6] ĠU L 195, 11.7.1998, p. 14. [7] ĠU L 161, 26.6.1996, p. 1 [8] ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. [9] ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1. [10] ĠU L 22, 31.1.1995, p. 1 [11] ĠU L 387, 31.12.1992, p. 1 [12] ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1. [13] ĠU L 337, 4.12.1990, p. 1. [14] ĠU L 166, 25.6.1976, p. 1. Ir-Regolament imħassar bir-Regolament (KE) Nru 3072/95 (ĠU L 329, 30.12.1995, p. 18) [15] ĠU L 349, 31.12.1994, p. 105. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament Nru 1340/98 (ĠU L 184, 27.6.1998, p. 1) [16] ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 797/2006. [17] ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1. [18] ĠU L 387, 31.12.1992, p. 1 ir-Regolament imħassar mir-Regolament (KE) Nru 2799/98 (ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1). [19] ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.