Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0614

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 918/83 li jwaqqaf sistema Komunitarja ta' eżenzjoniiet minn dazju doganali

/* KUMM/2007/0614 finali */

52007PC0614

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 918/83 li jwaqqaf sistema Komunitarja ta' eżenzjoniiet minn dazju doganali /* KUMM/2007/0614 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 17.10.2007

KUMM(2007) 614 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 918/83 li jwaqqaf sistema Komunitarja ta' eżenzjoniiet minn dazju doganali

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1) KUNTEST TAL-PROPOSTA |

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Bl-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2007/ /KE ta’ [ ] dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju tas-sisa fuq oġġetti importati minn persuni li qed jivvjaġġaw minn pajjiżi terzi, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jwaqqaf sistema Komunitarja ta' eżenzjoniiet minn dazju doganali għandu jiġi emendat sabiex jiżgura ċertu paralleliżmu bejn l-eżenzjoni mill-VAT u l-ħelsien mid-dazju ta' l-importazzjoni. Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 għadu ma ġiex mibdul b’mod sinifikanti għal aktar minn ħmistax-il sena, il-ħtieġa li tinbidel id-dispożizzjoni dwar l-importazzjoni ta’ oġġetti fil-bagalji personali ta’ vjaġġaturi hija opportunità tajba biex jiġu emendati xi dispożizzjonijiet. Dawn il-bidliet - itejbu ċ-ċarezza u t-trasparenza ta’ dan ir-Regolament, - itejbu l-paralleliżmu bejn l-eżenzjoni mill-VAT u l-ħelsien mid-dazju, - jarmonizzaw l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet doganali fl-Istati Membri, u - jissimplifikaw l-approvazzjoni doganali għal ċerti oġġetti. |

Il-kuntest ġenerali Wieħed irid jara r-reviżjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fil-kuntest ta’ l-isforzi tal-Kummissjoni biex ittejjeb iċ-ċarezza u t-trasparenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, kif ukoll biex tiffaċilita l-kummerċ ma’ pajjiżi terzi u biex tissimplifika l-kontrolli doganali. |

Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Id-Direttiva tal-Kunsill 2007/ /KE ta’ [ ] dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju tas-sisa fuq oġġetti importati minn persuni li qed jivvjaġġaw minn pajjiżi terzi Id-Direttiva tal-Kunsill 83/181/KEE tat-28 ta' Marzu 1983 li tiddetermina l-iskop ta' l-Artikolu 14(1)(d) tad-Direttiva 77/388/KEE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta' ċerti oġġetti |

Il-konsistenza ma' politiki u għanijiet oħra ta' l-Unjoni L-emendi proposti huma konformi ma’ l-għanijiet tal-Kummissjoni li tiffaċilita l-kummerċ u tissimplifika l-kontrolli doganali. |

2) KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT |

Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

Metodi ta' konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta' dawk li wieġbu Ġew ikkonsultati bil-miktub il-membri tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali – Leġislazzjoni Ġenerali. Sinteżi tat-tweġibiet u kif tqiesu Il-membri tal-Kumitat ma qajmu ebda oġġezzjoni |

Il-ġbir u l-użu ta’ għarfien espert |

L-oqsma ta’ għarfien xjentifiku/espert involuti Mhux applikabbli Il-metodoloġija użata Mhux applikabbli L-organizzazzjonijiet/esperti ewlenin ikkonsultati Mhux applikabbli Sinteżi tal-pariri miksuba u użati Mhux applikabbli Mezzi użati biex l-għarfien espert isir disponibbli pubblikament Mhux applikabbli |

Valutazzjoni ta’ l-impatt 1. L-emendi proposti għandhom jeliminaw għadd ta’ inċertezzi fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar ħelsien mid-dazju. Dan jirrigwardja l-fatt li dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu japplikaw biss għal oġġetti importati li huma soġġetti għal dazji ta' importazzjoni barra dawk li huma “eżentati”. Jiġi ċċarat ukoll li oġġetti importati li jibbenefikaw minn ħelsien mid-dazju skond id-dispożizzzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 ma għandhomx ikunu soġġetti għal miżuri ta’ difiża tal-kummerċ imposti abbażi ta' l-Artikolu 133 tat-Trattat. 2. Il-ħelsien mid-dazju għal affarijiet tad-dar użati biex jgħammru residenza sekondarja ma huwiex replikat fid-dispożizzjonijiet dwar eżenzjonijiet mill-VAT. L-eliminazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għandha mhux biss ittejjeb il-paralleliżmu bejn ħelsien mid-dazju u eżenzjoni mill-VAT iżda għandha tissimplifika wkoll l-approvazzjoni doganali u l-kontrolli ta’ oġġetti li jiġu importati minħabba t-trasferiment ta’ residenza ta’ persuna naturali lejn il-Komunità, peress li l-awtoritajiet tad-dwana jistgħu jikkonċentraw il-kontrolli tagħhom fuq propjetà għal dawk il-każijiet fejn hemm riskju għall-ġbir tad-dazji doganali u l-VAT. 3. L-emenda proposta biex tbiddel id-dispożizzjonijiet dwar ħelsien mid-dazju għal importazzjonijiet kummerċjali ta' oġġetti ta’ valur żgħir ħafna b’dispożizzjoni li tiddetermina ammont zgħir ħafna ta’ dazju doganali li ma għandux bżonn jinġabar għandha jkollha effett sinifikanti ta’ simplifikazzjoni ta’ l-approvazzjoni doganali ta' konsenji żgħar. Sa issa, minħabba n-natura kummerċjali ta’ dawn l-importazzjonijiet, konsenji żgħar ta’ valur intrinsiku ta’ aktar minn € 22 għandhom jiġu kklassifikati skond id-dispożizzjonijiet tat-Tariffa Doganali Komuni (TDK). Minħabba l-fatt li dan il-limitu ta’ valur ma ġiex immodifikat għal aktar minn 15-il sena u billi kiber l-użu ta’ xiri permezz ta’ azjendi li jbiegħu permezz ta’ ordni bil-posta flimkien ma’ l-użu akbar ta’ l-internet, l-operaturi ekonomiċi kif ukoll l-awtoritajiet tad-dwana inkarigati mill-approvazzjoni ta’ dawn l-oġġetti laħqu l-limitu tal-kapaċità tagħhom biex jikkonformaw ma’ ħidmiet rikjesti mil-leġiżlazzjoni doganali. Is-soluzzjoni proposta, madankollu, se jkollha l-effett li għadd akbar ta’ konsenji żgħar, jiġifieri sa valur ta’ madwar € 60, li fihom oġġetti li ma jaqgħux fl-ambitu tal-PAK ma jkollhomx jiġu kklassifikati minħabba l-fatt li r-rata massima ta’ dazju għal dawn l-oġġetti ma tkunx taqbeż is-16% u għalhekk tiżdied b’mod sinifikanti l-effiċjenza ta’ l-approvazzjoni doganali għal dawn l-konsenji. Barra minn hekk, l-emenda proposta se twassal għal armonizzazzjoni ta’ l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali billi xi Stati Membri s’issa diġa bidlu l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 għas-soluzzjoni de minimis fil-ġbir ta’ dazji doganali stipulata fl-Artikolu 868 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93. |

3) ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA |

Sinteżi ta' l-azzjoni proposta Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jwaqqaf sistema Komunitarja ta' eżenzjonijiet minn dazju doganali |

Bażi ġuridika Art. 26 |

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għalhekk ma japplikax. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Mhux applikabbli |

L-għażla ta’ l-istrumenti |

Strumenti proposti: Regolament. |

Mezzi oħra ma jkunux adattati għar-raġuni(jiet) li ġejja(in). Bis-saħħa ta' l-Artikolu 26 tat-Trattat tal-KE dazji tat-Tariffi Doganali Komuni għandhom ikunu stabbiliti mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni. |

4) IMPLIKAZZJONI GħALL-BAġIT |

Dazji doganali li ma jinġabrux ta' ammont stmat għal € 286.1 miljun |

5) INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI |

Simplifikazzjoni |

Il-proposta tipprovdi wkoll għas-simplifikazzjoni ta’ l-approvazzjoni doganali ta’ oġġetti importati - fil-kuntest tat-trasferiment tar-residenza normali għal persuni naturali, u - f’konsenji żgħar ta’ valur żgħir ħafna. |

Telimina wkoll il-ħtieġa għall-użu ta’ kontrolli ta’ użu aħħari għal oġġetti li huma biss soġġetti għar-rata ta' dazju TDK "eżentati". |

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 918/83 li jwaqqaf sistema Komunitarja ta' eżenzjoniiet minn dazju doganali

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1],

Billi:

(1) Oġġetti importati b’eżenzjoni mid-dazji tat-Tariffi Doganali Komuni (TDK) kif provdut mir-Regolament (KEE) Nru 918/83 tat-28 ta’ Marzu 1983 li jwaqqaf sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet minn dazju doganali[2], huma normalment soġġetti għal restrizzjonijiet dwar l-użu tagħhom u/jew għal kontrolli doganali wara l-importazzjoni. Dawk ir-restrizzjonijiet u kontrolli huma maħsuba biex jevitaw li oġġetti importati li jibbenefikaw minn eżenzjoni ta' dazju jkollhom impatt ekonomiku negattiv fuq is-suq Komunitarju. Huwa għalhekk xieraq li jiġi pprovdut li dan ir-Regolament japplika biss għal importazzjonijiet ta’ oġġetti li għalihom ir-rata ta’ dazju konvenzjonali jew awtonoma, stipulata mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni[3], ma tkunx indikata bħala “eżentata” u li jħassar id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 918/83 li jirreferu għal prodotti speċifiċi fir-rigward ta’ liema r-rata konvenzjonali ta’ dazju TDK hija “eżentata”.

(2) Importazzjonijiet ta’ affarijiet tad-dar biex jgħammru residenza sekondarja huma soġġetti għall-istess restrizzjonijiet u kontrolli bħall-istess oġġetti importati minn persuni naturali li jitrasferixxu l-post ta’ residenza normali tagħhom minn pajjiż terz. Għalkemm jinħoloq l-istess piż amministrattiv għall-persuni li jimpurtaw u l-amministrazzjonijiet doganali fl-Istati Membri, il-forom ta' importazzjonijiet ta' qabel ma jibbenefikawx mill-eżenzjoni fuq taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) waqt dawk ta' l-aħħar jibbenefikaw. Barra minn hekk, il-benefiċċji ekonomiċi ta’ ħelsien mid-dazju fuq importazzjonijiet ta’ affarijiet tad-dar biex jgħammru residenza sekondarja huma żgħar meta mqabbla ma' l-infiq supplimentari tal-kontrolli. Huwa għalhekk xieraq li jitħassru d-dispożizzjonijiet dwar il-ħelsien mid-dazju doganali għal dawk l-oġġetti.

(3) Hemm regoli dwar każijiet de minimis kemm fl-Artikolu 868 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali[4] u fl-Artikoli 27 u 28 tar-Regolament (KEE) Nru 918/83. Il-kriterji ta’ dawn ir-regoli jvarjaw, sabiex jagħtu lok għal komplikazzjonijiet u inkonsistenzi sussegwenti. Għalhekk, huwa xieraq li l-Artikoli 27 u 28 tar-Regolament (KEE) Nru 918/83 jinbidlu b’dispożizzjoni li għandha kriterji konformi ma’ dawk ta’ l-imsemmi Artikolu 868 u li tistabbilixxi ammont de minimis għal dazju doganali li jeħtieġ li jinġabar fuq l-importazzjoni ta’ oġġetti.

(4) Sabiex jiġi żgurat li ebda importazzjoni ta’ oġġetti eżentati mill-VAT li jinsabu fil-bagalji personali ta’ vjaġġaturi ma tkun soġġetta għal dazji doganali, id-dispożizzjonijiet għal dawk l-importazzjonijiet tar-Regolament (KEE) 918/83 għandhom jiġu emendati biex iqisu d-Direttiva tal-Kunsill 2007/ /KE ta' [ ] dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju tas-sisa fuq oġġetti importati minn persuni li qed jivvjaġġaw minn pajjiżi terzi[5]. Huwa għalhekk xieraq li tingħata eżenzjoni minn dazji doganali fejn il-liġi nazzjonali tal-VAT implimentata skond id-Direttiva 2007/.../..., tipprovdi għal eżenzjoni mill-VAT. F’dan il-kuntest jeħtieġ li jkun żgurat li l-istess dispożizzjonijiet għal ħelsien mid-dazju japplikaw fit-territorji stipulati fl-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud[6].

(5) L-importazzjoni ta’ oġġetti skond ħelsien mid-dazju aktarx li ma jkollhiex effetti inġurjużi sinifikanti fuq l-industrija Komunitarja. Huwa għalhekk xieraq li l-importazzjonijiet ta’ oġġetti li jibbenefikaw minn ħelsien mid-dazju jkunu esklużi mill-applikazzjoni ta’ miżuri favur il-kummerċ imposta abbażi l-Artikolu 133 tat-Trattat.

(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 għandu għalhekk jkun emendat kif xieraq.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 918/83 huwa emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"1. Dan ir-Regolament jistipula dawk il-każijiet li fihom, minħabba ċirkustanzi speċjali, ħelsien minn dazji ta’ importazzjoni u esportazzjoni u miżuri adottati abbażi l-Artikolu 133 tat-Trattat għandhom jingħataw rispettivament meta oġġetti jitpoġġew f’ċirkolazzjoni jew jiġu esportati mit-territorju doganali tal-Komunità.

Ma għandux japplika għal oġġetti li għalihom ir-rata ta’ dazju konvenzjonali jew awtonoma stipulata fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 hija indikata bħala “eżentata”. Madankollu, għandu japplika għal oġġetti indikati f’dak ir-Regolament bħala “eżentati” meta dawk l-oġġetti huma soġġetti għal dazji ta’ importazzjoni jew restrizzjonijiet kwantittativi skond il-miżuri adottati abbażi l-Artikolu 133 tat-Trattat.”

(2) Fil-Kapitolu I, it-Titolu IV għandu jitħassar;

(3) Fil-Kapitolu I, l-intestatura tat-Titolu VI għandha tinbidel b’dan li ġej:

“AMMONTI ŻGĦAR ĦAFNA TA’ DAZJU DOGANALI”

(4) L-Artikolu 27 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 27

Għandu jingħata ħelsien minn dazju doganali meta l-ammont tad-dazju huwa anqas minn EUR 10.”

(5) L-Artikolu 28 għandu jitħassar;

(6) L-Artikolu 45 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 45

Oġġetti li jinstabu fil-bagalji personali ta’ vjaġġaturi li ġejjin minn pajjiż terz għandhom jiddaħlu ħielsa minn dazji ta’ importazzjoni, sakemm dawn l-importazzjonijiet huma eżentati minn taxxa fuq valur miżjud (VAT) skond id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottata skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2007/ /KE (*).

Oġġetti importati f’territorji elenkati fl-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (**) għandhom ikunu soġġetti għall-istess dispożizzjonijiet dwar ħelsien mid-dazju bħall-oġġetti importati fi kwalunkwe parti tat-territorju ta’ l-Istat Membru kkonċernat.”

(*) ĠU L [ ], [ ], p. [ ].

(**) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2006/138/KE (ĠU L 384, 29.12.2006, p.92)

(7) L-Artikoli 46 sa 49, 70, 92 u 93 għandhom jitħassru;

(8). Fil-Kapitolu I, it-Titolu XXIII għandu jitħassar;

(9) L-Artikolu 109 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 109

Dawn li ġejjin għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni:

(a) oġġetti li ser jiġu ppreżentati bħala prova jew għal skopijiet simili għal qrati jew aġenziji uffiċjali ta’ l-Istati Membri;

(b) midja rrekordjata, inkluż kards ippanċjati, reġistrazzjonijiet awdjo, u mikrofilms, użata fit-trażmissjoni ta’ informazzjoni mibgħuta b’xejn lid-destinatorju, sakemm id-dħul bla dazju ma jikkawżax abbużi jew distorsjonijiet serji fil-kompetizzjoni."

(10) Fl-Artikolu 127, għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

"3. Oġġetti li jistgħu jiġu importati taħt ħelsien minn dazji skond dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu soġġetti għal restrizzjonijiet kwantitattivi applikati skond il-miżuri adottati abbażi l-Artikolu 133 tat-Trattat.”

(11) L-Anness I għandu jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(12) L-Anness II għandu jinbidel bit-test li jidher fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

(13) L-Anness III għandu jitħassar.

(14) L-Anness IV għandu jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, [...]

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS I

“ANNESS I

Materjali edukattivi, xjentifiċi u kulturali msemmija fl-Artikolu 50

Kodiċi NM | Deskrizzjoni |

3705 | Pjanċi u film fotografiċi, meħudin u żviluppati, ħlief film ċinematografiku: |

ex 3705 10 00 | Films għar-riproduzzjoni offset għall-produzzjoni ta’ kotba |

ex 3705 90 10 | Mikrofilms ta’ kotba, kotba tat-tfal bl-istampi u biex ipinġu jew ipittru, kotba ta’ ħidma ta’ l-iskola (workbooks), kotba ta’ tislibiet, gazzetti u perjodiċi, dokumenti jew rapporti stampati ta’ natura mhux kummerċjali, u ta' stampi sfużi, paġni stampati u provi għar-riproduzzjoni għall-produzzjoni ta’ kotba |

ex 3705 90 90 | Films għar-riproduzzjoni oħra għall-produzzjoni ta’ kotba |

9023 | Strumenti, apparat u mudelli, maħsubin għal għanijiet ta’ wiri (per eżempju, fl-edukazzjoni jew esibizzjonijiet), mhux tajbin għal użi oħrajn: |

ex 9023 00 80 | Mapep u ċarts b’riljiev ta' interess għal oqsma xjentifiċi bħall- ġeoloġija, żooloġija, botanija, mineroloġija, paleontoloġija, arkeoloġija, etnoloġija, meteoroloġija, klimatoloġija u ġeofiżika |

Kodiċi NM ta’ l-Anness II | Oġġetti elenkati fl-Anness II prodotti min-Nazzjonijiet Uniti jew xi aġenzija speċjalizzata tagħha" |

ANNESS II

" ANNESS II

Materjali edukattivi, xejntifiċi u kulturali msemmija fl-Artikolu 51

Kodiċi NM | Deskrizzjoni |

3705 | Pjanċi u film fotografiċi, meħudin u żviluppati, ħlief film ċinematografiku: |

ex 3705 10 00 | Għar-riproduzzjoni offset ta' natura edukattiva, xjentifika jew kulturali (1) |

ex 3705 90 10 | Mikrofilms ta' natura edukattiva, xjentifika jew kulturali (1) |

ex 3705 90 90 | Pjanċi u film fotografiċi, meħudin u żviluppati ta’ natura edukattiva, xjentifika jew kulturali (1) |

3706 | Film ċinematografiku, meħud u żviluppat, b’kolonna sonora inkorporata jew mingħajrha jew magħmulin biss minn kolonna sonora: |

ex 3706 10 99 ex 3706 90 99 | Pożittivi ta' film ċinematografiku oħra, meħudin u żviluppati, ta' wiesa' ta' 10 mm jew aktar ta' natura edukattiva, xjentifika jew kulturali (1) |

8523 | Diski, tejps, strumenti li jaħżnu l-memorja li mhumiex volatili u li huma fi stat solidu, u midja oħra għar-reġistrazzjoni tal-ħoss jew fenomeni oħra, kemm jekk irreġistrati u kemm jekk mhumiex, inklużi matriċi u masters għall-produzzjoni tad-diski, iżda esklużi l-prodotti tal-Kapitolu 37. |

ex 8523 21 00 ex 8523 29 39 ex 8523 29 90 | Midja manjetika rreġistrata ta' natura edukattiva, xjentifika jew kulturali (1) |

ex 8523 40 31 ex 8523 40 39 ex 8523 40 51 ex 8523 40 59 ex 8523 40 99 | Midja ottika rreġistrata ta' natura edukattiva, xjentifika jew kulturali (1) |

ex 8523 51 99 ex 8523 52 10 ex 8523 59 99 | Midja bis-semikundutturi rreġistrata ta' natura edukattiva, xjentifika jew kulturali (1) |

ex 8523 80 99 | Diski tal-gramofonui ta' natura edukattiva, xjentifika jew kulturali (1) |

9023 | Strumenti, apparat u mudelli, maħsubin għal għanijiet ta’ wiri (per eżempju, fl-edukazzjoni jew esibizzjonijiet), mhux tajbin għal użi oħrajn: |

ex 9023 00 10 ex 9023 00 80 | Disinji (patterns), mudelli u ċarts li jitwaħħlu mal-ħajt ta' natura edukattiva, xjentifika jew kulturali, disinjati sabiex jintużaw biss f'wirjiet u għall-edukazzjoni, (1) |

ex 9023 00 10 ex 9023 00 80 | Mock-ups jew viżwalizzazzjonijiet ta’ kunċetti astratti bħal strutturi molekulari jew formoli matematiċi ta’ natura edukattiva, xjentifika jew kulturali (1) |

(1) L-applikazzjoni għal ħelsien minn dazju għal dan l-oġġett hija suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati fil-provvedimenti tal-Komunità rilevanti (ara Artikli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1) " |

ANNESS III

" ANNESS IV

Artikoli ddisinjati speċjalment għal titjib edukattiv, xjentifiku jew kulturali ta’ persuni għomja kif imsemmi fl-Artikolu 71

Kodiċi NM | Deskrizzjoni |

ex 6602 00 00 | Bsaten tal-mixi, bsaten siġġu, swat, frosti u bħalhom: - Għesieleġ bojod għall-għomja u dawk li neqsin mill-vista |

ex 8469 00 91 ex 8469 00 99 | Tajprajters: - adattati għall-użu mill-għomja u dawk li neqsin mill-vista |

ex 8519 | Tagħmir ta' reġistrazzjoni tal-ħoss jew ta' riproduzzjoni tal-ħoss: - Record-players u cassette players disinjati b'mod speċjali jew adattati għall-għomja u dawk li neqsin mill-vista |

ex 8523 | Diski, tejps, strumenti li jaħżnu l-memorja li mhumiex volatili u li huma fi stat solidu, “smart cards” u midja oħra għar-reġistrazzjoni ta’ ħoss jew fenomeni oħra, kemm jekk irreġistrati u kemm jekk mhumiex, inklużi matriċi u mastersgħall-produzzjoni ta’ diski, iżda esklużi l-prodotti tal-Kapitolu 37: - Kotba li jitkellmu - Tapes manjetiċi u kasetts għall-produzzjoni ta' Braille u kotba li jitkellmu |

9013 | Mezzi ta’ kristall likwidu li ma humiex oġġetti stipulati iktar speċifikament f’titoli oħrajn; lejżers, ħlief dajowds tal-lejżer; tagħmir u strumenti oħrajn ottiċi, mhux speċifikati jew inklużi band’ oħra f’dan il-kapitolu: |

ex 9013 80 90 | - Apparat, tagħmir u strumenti oħra: - Apparat li jkabbar it-televixin għall-għomja u dawk li neqsin mill-vista |

9023 | Strumenti, apparat u mudelli, disinjati bil-ħsieb li jintużaw bħala dimostrazzjoni (per eżempju, fl-edukazzjoni jew f'wirjiet), u li ma jkunux tajbin għal użi oħra: |

ex 9023 00 80 | - Oħrajn: - Għajnuniet għat-tagħlim u apparat imfasslin speċifikatament għall-użu mill-għomja u dawk li neqsin mill-vista |

ex 9102 | Arloġġi ta’ l-idejn, tal-but u oħrajn, inkluż stopwatches, ħlief dawk ta’ l-intestatura 9101: - Arloġġi tal-braille b'kaxex li mhumiex ta' metalli prezzjużi |

Varji | L-oġġetti kollha l-oħra li huma mfasslin b'mod speċjali għal-tijib edukattiv, xjentifiku jew kulturali ta' l-għomja jew dawk li neqsin mill-vista” |

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI LI GĦANDHA IMPATT BAĠITARJU ESKLUSSIVAMENT RISTRETT GĦAN-NAĦA TAD-DĦUL

1. ISEM IL-PROPOSTA:

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jwaqqaf sistema Komunitarja ta' eżenzjonijiet minn dazju doganali

2. LINJI TAL-BAĠIT:

Kapitolu u Artikolu: Kap. 12 art. 120

It-telf għas-snin li ġejjin imsemmi fil-kolonna "perjodu ta' validità" għandu jiġi kkalkolat għalih fuq dawn ir-regolamenti li ġejjin.

Ammont allokat għas-sena finanzjarja 2008: € 16 431 900 000

3. IMPATT FINANZJARJU

( Il-proposta m'għandha l-ebda impatt finanzjarju

X Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq in-nefqa iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul – l-effett huwa kif ġej:

(Miljuni ta’ EUR sa post deċimali wieħed)

Linja tal-baġit | Dħul[7] | perjodu ta' 12-il xahar, b'bidu mill-jj/xx/ssss | [Sena 2008] |

Artikolu 120 | Impatt fuq ir-riżorsi proprji | 1/01/2008 | - 286.1 |

4. MIŻURI KONTRA L-FRODI

5. RIMARKI OĦRA

Spiża stmata ta' din l-operazzjoni

Għall-kalkolu ta’ l-istima tat-telf fid-dħul kien assumat li 30 miljun vjaġġatur bl-ajru u bil-baħar ser jagħmlu użu mill-ammont addizzjonali bla dazju ta’ € 155 kull persuna u 50 miljun vjaġġaturi oħra ta’ l-ammont addizzjonali bla dazju ta’ € 125 kull persuna li jirriżulta għal ammont bla dazju ta’ € 10,900 miljun * 3.5% ta’ rata standard ta’ dazju għall-vjaġġaturi = € 381.5 miljun dazju doganali – 25% ħlas għal SM = € 286.1 miljun.

Impatt ta’ l-operazzjoni

1. L-emendi proposti għandhom jeliminaw għadd ta’ inċertezzi fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar ħelsien mid-dazju.

2. L-emendi għandhom itejbu l-paralleliżmu bejn ħelsien mid-dazju u eżenzjoni mill-VAT u jissimplifikaw l-approvazzjoni doganali u kontrolli ta' oġġetti li huma importati minħabba t-trasferiment ta' residenza ta' persuna naturali lejn il-Komunità.

3. L-emenda għandha żżid sinifikament l-effiċjenza ta’ l-approvazzjoni doganali għal konsenji żgħar ta’ valur żgħir ħafna.

4. L-emenda għandha twassal għal armonizzazzjoni aħjar ta’ l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni doganali mill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri.[pic][pic][pic]

[1] ĠU C , , p. .

[2] ĠU L 105, 23. 4. 1983, p.1, ir-Regolament kif l-aħħar emendat mill-Att ta' Adeżjoni ta’ l-2003

[3] ĠU L 256, 7.9.1987, p.1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 733/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p.1).

[4] ĠU L 253, 11.10.1993, p.1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p.6).

[5] ĠU L [ ], [ ], p. [ ].

[6] ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2006/138/KE (ĠU L 384. 29.12.2006, pġ. 92)

[7] F'dak li għandu x'jaqsam ma' riżorsi proprji tradizzjonali (dazji agrikoli, imposti fuq iz-zokkor, dazji doganali) jeħtieġ li l-ammonti indikati jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta' 25% ta' l-ispejjeż tal-ġbir.

Top