This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007PC0485
Opinion of the Commission pursuant to Article 251 (2), third subparagraph, point (c) of the EC Treaty, on the European Parliament's amendments to the Council's common position regarding the proposal for a Decision of the European Parliament and of the Council establishing a second Programme of Community action in the field of Health (2007-2013) amending the proposal of the Commission pursuant to Article 250 (2) of the EC Treaty
Opinjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi t-tieni Programm ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-Saħħa (2007-2013) li temenda l-proposta tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE
Opinjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi t-tieni Programm ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-Saħħa (2007-2013) li temenda l-proposta tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE
/* KUMM/2007/0485 finali - COD 2005/0042A */
Opinjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi t-tieni Programm ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-Saħħa (2007-2013) li temenda l-proposta tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE /* KUMM/2007/0485 finali - COD 2005/0042A */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 30.8.2007 KUMM(2007) 485 finali 2005/0042A (COD) OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi t-tieni Programm ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-Saħħa (2007-2013) LI TEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONIskond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE 2005/0042A (COD) OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi t-tieni Programm ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-Saħħa (2007-2013) Proċedura ta' Kodeċiżjoni It-Tieni Qari 1. Daħla L-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat tal-KE jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tressaq opinjoni dwar l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari. Il-Kummissjoni tistipula l-opinjoni tagħha dwar l-emendi proposti mill-Parlament f'dan li ġej. 2. Sfond Il-proposta COM (2005)115 finali[1] ntbagħtet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-15 ta' April 2005 skond il-proċedura tal-kodeċiżjoni skond l-Artikolu 251 tat-Trattat tal-KE. Il-Kumitat tar-Reġjuni ta l-opinjoni tiegħu fis-16 ta' Frar 2006[2]. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta l-Opinjoni tiegħu fl-14 ta' Frar 2006[3]. Il-Parlament Ewropew ta l-opinjoni tiegħu ma' l-ewwel qari fis-16 ta' Marzu 2006. Il-proposta emendata COM (2006)234 finali[4] skond l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat tal-KE ntbagħtet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-24 ta' Mejju 2006. Wara l-opinjoni tal-Parlament Ewropew u skond l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE, wara ftehim politiku tat-30 ta' Novembru 2006, il-Kunsill adotta Pożizzjoni Komuni fit-22 ta' Marzu 2007[5]. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pożizzjoni Komuni COM(2007) 150 ġiet adottata fit-23 ta’ Marzu 2007. Il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu mat-tieni qari fl-10 ta' Lulju 2007. 3. L-għan tal-proposta Il-programm għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-ħarsien u s-sikurezza taċ-ċittadini permezz ta' azzjonijiet speċifiċi fil-qasam tas-saħħa. Huwa jippermetti lill-UE li tikkomplementa, tappoġġja u żżid il-valur lill-politiki ta' l-Istati Membri u għalhekk jikkontribwixxi għal aktar solidarjetà u prosperità fl-UE billi jħares u jippromwovi s-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem u jtejjeb is-saħħa pubblika. Il-programm għall-2007-2013 se jkollu tliet għanijiet ewlenin: li jtejjeb is-sikurezza tas-saħħa taċ-ċittadini, li jippromwovi s-saħħa u li jiġġenera u jxnadar it-tagħrif u l-għarfien dwar is-saħħa. Dawn l-għanijiet għandhom jinkisbu permezz ta' taħlita ta' azzjonijiet u strumenti, skond il-prijoritajiet stipulati fil-pjanijiet annwali ta' ħidma. 4. L-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi mill-Parlament Ewropew 4.1. Ġenerali Fl-10 ta' Lulju 2007, il-Parlament Ewropew adotta pakkett ta' kompromess li dwaru kien hemm qbil mal-Kunsill bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim fit-tieni qari. Instabu mezzi sabiex tingħata reazzjoni għal dak li esprima ruħu dwaru l-Parlament fir-rigward tat-test tal-Programm, billi saru modifiki għat-test, filwaqt li baqa' rifless l-ispirtu tal-proposta modifikata tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni taċċetta l-emenda kollha. Il-konklużjoni tal-pakkett tal-kompromess ġie ffaċilitat b'dikjarazzjoni trilaterali li tikkwota r-regoli ta' flessibilità baġitarja għal programmi ta' l-UE skond il-Ftehim Interistituzzjonali (l-Artikolu 37) favur il-programm ta' saħħa (ara l-Anness). 4.2 Proposta Emendata Skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni temenda l-proposta tagħha kif stabbilit hawn fuq. ANNESS DIKJARAZZJONI TRILATERALI FIR-RIGWARD TAT-TIENI PROGRAMM TAS-SAĦĦA TAL-KOMUNITÀ 2007-2013 Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill u l-Kummissjoni: - jaqblu fil-fehma li t-tieni Programm ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-Saħħa (2007-2013) irid jingħata mezzi finanzjarji li jippermettu bis-sħiħ għall-implimentazzjoni tiegħu; - jirtiraw l-Artikolu 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja sana[6] filwaqt li ddikjaraw li l-awtorità baġitarja u l-Kummissjoni jintrabtu li ma jiskorrux b'aktar minn 5 % mill-baġit sakemm ma jinqalgħux ċirkustanzi ġodda, oġġettivi u li jifirxu fit-tul ta' żmien li għalihom jingħataw raġunijiet speċifiċi. Kull żieda li tirriżulta minn varjazzjoni tali trid tibqa' fi ħdan il-limitu massimu ta' l-intestatura kkonċernata; - jassiguraw ir-rieda tagħhom li jivvalutaw f'mod korrett il-ħtiġijiet u ċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-Programm tas-Saħħa fil-proċedura baġitarja annwali. [1] ĠU C 172, 12.7.2005 [2] ĠU C 192, 16.08.2006 [3] ĠU C 88, 11.04.2006 [4] ĠU C 303, 13.12.2006 [5] ĠU C 103E, 08.05.2007 [6] ĠU C 139 14.6.2006