Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0466

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni {SEC(2007)1062}

/* KUMM/2007/0466 finali - CNS 2007/0016 */

52007PC0466

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni {SEC(2007)1062} /* KUMM/2007/0466 finali - CNS 2007/0016 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 10.8.2007

KUMM(2007)466 finali

2007/0167(CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni

(preżentata mill-Kummissjoni) {SEC(2007)1062}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Kuntest u Għanijiet tal-proposta

Diġà fl-1994, il-Kummissjoni Ewropea kienet saħqet, fl-ewwel komunikazzjoni tagħha dwar il-politika ta' immigrazzjoni u ażil[1], il-valur ta' ħolqien ta' mekkaniżmu għall-ġestjoni tal-flussi migratorji buq bażi komprensiva mifruxa ma' l-UE. B'reazzjoni għal dan, fl-1996 sar studju ta' vijabbiltà[2].

Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Amsterdam fl-1 ta' Mejju 1999 u l-Kunsill Ewropew f'Tampere f'Ottubru 1999, l-Unjoni Ewropea impenjat ruħa biex tiżviluppa politika komuni dwar l-immigrazzjoni u l-ażil biex tiżgura ġestjoni iktar effiċjenti tal-flussi migratorji fl-UE. Dan l-impenn jenfasizza t-trattament ġust ta' ċittadini minn pajjiżi terzi, sħubija mal-pajjiżi ta' oriġini, u strateġija bbilanċjata għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, kif ukoll l-iżvilupp ta' sistema komuni Ewropea ta' ażil.

Fil-konklużjonijiet tiegħu, il-Kunsill Ewropew ta’ Laeken ta’ Diċembru 2001 stieden lill-Kummissjoni ‘biex tistabbilixxi sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar l-ażil, il-migrazzjoni u l-pajjiżi ta l-oriġini. Dwar il-ħtieġa għal aktar informazzjoni u ta' kwalità aħjar dwar kwistjonijiet ta’ migrazzjoni, linja ġdida tal-baġit (linja tal-baġit 18 03 05 (ex B5-814)) ġiet inkluża fil-baġit ta’ l-2002 tal-Komunitajiet Ewropej bħala proġett pilota bil-għan li jitwaqqaf ‘Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ tal-Migrazzjoni’ u biex titjieb l-istatistika fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil. Minħabba d-dewmien biex jitwaqqaf in-netwerk, l-attivitajiet iffinanzjati mill-linja tal-baġit ta’ l-2002 effettivament bdew fl-2003 u minn dak iż-żmien kien hemm differenza ta’ sena bejn is-sena tal-linja tal-baġit u s-sena ta’ l-implimentazzjoni. Il-proġett, li eventwalment ħa l-isem ta’ ‘Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni’, kompla mill-2003 bħala azzjoni preparatorja, sa l-2006 (is-sena tal-linja tal-baġit 2005).

Fil-Kunsill Ewropew ta' Thessaloniki f'Ġunju 2003 il-Kapijiet ta’ Stat u Gvern għarfu l- 'importanza tal-monitoraġġ u l-analiżi tal-fenomenu multidimensjonali tal-migrazzjoni' u approvaw il-ħolqien tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni. Appoġġaw ukoll l-istudju tal-possibbiltà ta' ħolqien ta' struttura permanenti fil-futur.

Il-Programm ta' l-Aja, li ġie approvat mill-Kunsill Ewropew ta' Novembru 2004, jibni fuq il-qafas tal-Programm ta' Tampere biex javvanza aġenda ġdida dwar il-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja fl-UE. Fl-iżvilupp attwali tal-politika Ewropea għall-immigrazzjoni u ażil, il-Programm ta' l-Aja jenfasizza l-importanza ta' 'tisħiħ tal-ġbir, il-proviżjoni, l-iskambju u l-użu effettiv ta' informazzjoni u data aġġornati dwar l-iżviluppi migratorji rilevanti kollha' , kif ukoll il-ħtieġa għall-armonizzazzjoni tad-data u l-informazzjoni fil-livell ta' l-Istati Membri.

L-iżvilupp kontinwu mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Amsterdam ta' politika Ewropea komuni fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil għandha bżonn li tiġi appoġġjata minn informazzjoni u data kumparabbli, affidabbli u oġġettiva, fil-livell nazzjonali u Ewropew. Politika komuni għal ġestjoni aħjar tal-migrazzjoni, titlob analiżi komuni ta' fenomeni migratorji. Kif diġà identifikat mill-istudju ta' vijabbiltà ta' l-1996 u kkonfermat bl-evalwazzjoni 2005 ta' l-EMN[3], fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil għad hemm ħtiġijiet importanti ta' informazzjoni, għal dwak li jfasslu l-politika kemm fil-livell ta' l-UE kif ukoll fil-livell ta' l-Istati Membri, liema ħtiġijiet l-istruttura futura ta' l-EMN għandha tikkontribwixxi biex twieġeb.

L-ewwelnett, għalkemm hemm ammont kbir ta' informazzjoni dwar bosta aspetti tal-migrazzjoni internazzjonali li qed tiġi prodotta, l-aċċess għal din l-informazzjoni ma jinkisibx faċilment, minħabba li hija mxerrda u mhux disponibbli b'mod ċentrali. Punt uniku ta' referenza għall-filtrazzjoni u l-ġbir fil-qosor ta' din l-informazzjoni li tista' sservi bħala clearing house tkun, għalhekk, ta' użu kbir għall-Istituzzjonijiet ta' l-UE u l-Istati Membri, kemm għal dawk li jfasslu l-politika kif ukoll għall-pubbliku in ġenerali.

It-tieni, hemm nuqqas ta' informazzjoni affidabbli, kumparabbli u aġġornata u analiżi legali u żviluppi ta' politika rigward ażil u emigrazzjoni, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll ta' l-UE. Hemm ukoll nuqqas ta' informazzjoni kumparabbli dwar l-effett tal-politika ta' l-UE u dik nazzjonali f'dan il-qasam. Barra minn hekk, hemm ħtieġa dejjem tikber għall-UE u l-Istati Membri tagħha li jiksbu tweġibiet malajr dwar kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-migrazzjoni u l-ażil. Sabiex jimtlew dawn in-nuqqasijiet fl-informazzjoni, hemm bżonn li jkun hemm xi tip ta' struttura ta' netwerk li tkun tista' tilħaq l-Istati Membri kollha, flimkien ma' ċertu livell ta' koordinazzjoni ċentrali.

It-tielet, hemm problema ewlenija fin-nuqqas ta' data ta' statistika preċiża, aġġornata u kumparabbli dwar il-migrazzjoni u l-ażil. Il-proposta tal-Kummissjoni, li ġiet adottata reċentament, għal Regolament dwar l-Istatistika tal-Komunità dwar il-Migrazzjoni u l-Ħarsien Internazzjonali[4] tindirizza din il-problema, imma jibqa' l-bżonn għal analiżi kumparattiva ta' informazzjoni ta' l-istatistika bħal din.

Sabiex tiffaċilita t-tnedija ta' l-azzjoni pilota/preparatorja ta' l-EMN, ġie adottat approċċ f'fażijiet minn isfel għal fuq, billi l-ewwel twaqqaf netwerk ta' Punti ta' Kuntatt Nazzjonali. Dawn il-punti ta' kuntatt, li kienu nnominati mill-Istati Membri, huma fil-qalba ta' l-EMN u jwettqu attivitajiet ta' dokumentazzjoni, analiżi u riċerka. Il-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali huma wkoll mistennija li jwaqqfu netwerks nazzjonali ta' sħab li jikkontribwixxu l-opinjonijiet u l-esperjenzi tagħhom dwar is-suġġetti varji taħt reviżjoni. Id-Direttorat Ġenerali għall-Libertà, Sigurtà u Ġustizzja tal-Kummissjoni Ewropea segwa l-iżvilupp ġenerali ta' l-EMN bl-għajnuna ta' grupp ta' koordinazzjoni xjentifiku u amministrattiv, magħżul minn sejħa miftuħa għall-offerti.

Minħabba l-bżonn li jitkomplew u jissaħħu l-attivitajiet ta' l-EMN sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-Programm ta' the Hague għal 'provvediment effettiv ta' informazzjoni u data aġġornata dwar l-iżviluppi migratorji rilevanti kollha', u li jikkontribwixxu għal tfassil ta' politika u deċiżjoni iktar infurmata dwar l-iżvilupp għaddej ta' politika komuni ta' Immigrazzjoni Ewropea u ażil, issa huwa propost li l-EMN jiġi fformalizzat permezz ta' l-adozzjoni ta' strument legali xieraq (Deċiżjoni tal-Kunsill bbażata fuq Artikolu 66 tat-Trattat tal-KE). Huwa propost li jinżammu bosta elementi ta' l-istruttura eżistenti, għalkemm jiddaħħlu xi tibdiliet sostanzjali biex itejjbu l-ħidma ta' l-EMN. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tiddefinixxi l-elementi ewlenin meħtieġa għall-ħidma ta' l-EMN, jiġifieri l-għanijiet, il-karigi, l-istruttura, is-sistema ta' skambju ta' informazzjoni, l-arranġamenti finanzjari u r-relazzjonijiet ma' organizzazzjonijiet oħra.

2. Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

L-EMN attwali l-ewwel beda bħala proġett pilota imbagħad bħala azzjoni preparatorja, li ma kienx jeħtieġ bażi legali proprja u li kien iffinanzjat minn linja speċifika (linja baġitarja 18 03 05 (ex B5-814)) tal-Baġit tal-Komunità[5]. Skond l-Artikolu 49, paragrafu 2, ittra b) tar-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[6], azzjonijiet preparatorji ma jistgħux idumu iktar minn tliet snin. Għalhekk, it-tkomplija ta' l-attivitajiet ta' l-EMN teħtieġ it-twaqqif ta' strument legali.

3. Konsultazzjoni

Sabiex jiġu kkonsultati l-partijiet interessati dwar il-futur ta' l-EMN il-Kummissjoni adottat fit-28 ta' Novembru 2005 "Green Paper dwar il-futur tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni"[7] li, b'evalwazzjoni tal-ħidma ta' l-EMN matul il-perjodu preparatorju, indirizzat kwistjonijiet bħall-mandat u l-istruttura futura tan-Netwerk.

Il-Green Paper nediet konsultazzjoni miftuħa, li damet sat-28 ta' Jannar 2006, u ntlaqgħu 32 kontribut, nofshom mill-Istati Membri, u l-bqija mill-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali ta' l-EMN, awtoritajiet federali u reġjonali ta' l-Istati Membri u istituzzjonijiet oħra, prinċipalment mid-dinja akkademika[8]

Fis-6 ta’ April 2006 fi Brussell sar smigħ ta’ esperti magħżula dwar in-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni. Matul is-smigħ, il-konklużjonijiet ewlenin mill-konsultazzjoni pubblika ġew ippreżentati mill-Kummissjoni, u għadd ta’ esperti għamlu preżentazzjoni dwar il-mandat u l-istruttura tal-ġejjieni ta' l-EMN.

Il-konsultazzjoni pubblika u s-seduta ta' l-esperti wrew li kien hemm ftehim mifrux dwar il-ħtieġa li jitkomplew l-attivitajiet ta' l-EMN, b'binja fuq il-mandat u l-istruttura attwali tiegħu.

Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni kkonsultat esperti mill-Istati Membri dwar kwistjonijiet relatati mal-futur ta' l-EMN f'żewġ okkażjonijiet (fid-29 ta' April 2005 u fl-20 ta' Ġunju 2006) fil-Kumitat dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil. Fiż-żewġ okkażjonijiet l-Istati Membri appoġjaw l-intenzjonijiet tal-Kummissjoni għall-formalizzazzjoni ta' l-EMN.

4. Ġabra fil-qosor ta’ l-azzjoni proposta

L-għan ewlieni tal-proposta hija li jkun ifformalizzat in-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni u biex tingħata bażi legali xierqa li tiddeskrivi l-għanijiet, il-karigi, l-istruttura tiegħu, kif ukoll elementi importanti oħra għall-ħidma ta' l-EMN, bħall-mod kif jiġi ffinanzjat u t-twaqqif ta' sistema ta' skambju ta' informazzjoni miftuħa għall-pubbliku.

Għan

Il-proposta tiddeskribi l-għan ta' l-EMN kif ġej: 'biex jilħaq il-ħtiġijiet ta' informazzjoni ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità, l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet ta' l-Istati Membri, u l-pubbliku inġenerali dwar il-migrazzjoni u l-ażil, billi jipprovdi informazzjoni aġġornata, oġġettiva, affidabbli u kumparabbli dwar migrazzjoni u ażil, bil-għan li jappoġġja t-tfassil ta' politika u t-teħid tad-deċiżjonijiet fl-Unjoni Ewropea f'dawn l-oqsma'.

Attivitajiet

Sabiex jinkisbu l-għanijiet hawn fuq imsemmija, l-EMN għandu jwettaq għadd ta' attivitajiet , li huma deskritti fl-Artikolu 2, paragrafu 2. Jinkludu, fost affarijiet oħra, dawn li ġejjin: il-ġbir u l-iskambju tad- data u informazzjoni eżistenti aġġornata minn firxa ta' sorsi; it-twettiq ta' analiżi ta' data u informazzjoni bħal din; l-ippubblikar ta' rapporti; il-ħolqien u l-manteniment ta' sistema ta' skambju ta' informazzjoni bbażata fuq l-internet; il-kooperazzjoni ma' korpi Ewropej u internazzjonali oħra.

L-Istruttura

L-EMN hu magħmul minn Punti ta' Kuntatt Nazzjonali, maħtura mill-Istati Membri, kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea .

Sabiex jiżgura parteċipazzjoni attiva mill-Istati Membri u gwida politika fl-EMN, jitwaqqaf Bord ta' Tmexxija , li fih ikunu rappreżentati kull Stat Membru, il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew.

B'mod partikolari, għandu:

- Jipparteċipa fit-tħejjija tal-programm annwali ta' attivitajiet ta' l-EMN;

- Jirrevedi l-progress li jkun sar mill-EMN, filwaqt li jirrakkomanda azzjonijiet meħtieġa fejn ikun il-każ;

- Jipprovdi, ta' l-inqas darba fis-sena, rapport ta' status dwar l-attivitajiet kurrenti ta' l-EMN u riżultati ewlenin ta' l-istudji tiegħu, li għandhom ikunu pprovduti lill-Istituzzjonijiet Ewropej kollha;

- Jidentifika r-relazzjonijiet ta' kooperazzjoni strateġika l-aktar xierqa ma' entitajiet oħra kompetenti fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil;

- Jagħti parir u jgħin lill-Koordinatur u Punti ta' Kuntatt Nazzjonali dwar kif jistgħu jtejbu l-ħidmiet tagħhom.

Il- Punti ta' Kuntatt Nazzjonali għandhom bżonn ċertu numru ta' rekwiżiti, bħal pereżempju l-esperjenza fil-qasam ta' l-ażil u l-migrazzjoni; Ħiliet u tagħmir tat-Teknoloġija ta' l-Informatika; il-kapaċità li jwaqqfu skemi ta' kollaborazzjoni u netwerking ma' organizzazzjonijiet u entitajiet nazzjonali oħra; u l-kapaċità li jaħdmu u jiktbu f'lingwa uffiċjali oħra ta' l-Istituzzjonijiet Ewropej.

Kull Stat Membru jagħżel entità waħda li taġixxi bħala Punt ta' Kuntatt Nazzjonali. Il-Punt ta' Kuntatt Nazzjonali għandu jikkonsisti minn tliet esperti. Wieħed minn dawn l-esperti, li jkun il-koordinatur nazzjonali tal-Punt ta' Kuntatt Nazzjonali, għandu jkun uffiċjal jew impjegat ta' l-entità magħżula. L-esperti l-oħra jistgħu jappartjenu għal din l-entità jew għal organizzazzjonijiet nazzjonali jew internazzjonali oħra, pubbliċi jew privati, ibbażati fl-Istat Membru.

Il-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali jħejju rapporti nazzjonali, jikkontribwixxu d- data nazzjonali għas-sistema ta' skambju ta' informazzjoni ta' l-EMN, jiżviluppaw il-ħila li jagħmlu u jwieġbu malajr rikjesti ad hoc indirizzati lil/minn Punti ta' Kuntatt Nazzjonali oħra u jwaqqfu netwerk nazzjonali ta' migrazzjoni, magħmul minn firxa wiesgħa ta' organizzazzjonijiet u individwi attivi fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil, inkluż ukoll l-aspetti ta' migrazzjoni fl-impjieg u l-edukazzjoni, u jirrappreżentaw il-partijiet involuti kollha.

Ir-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni jinvolvu:

- Koordinazzjoni ġenerali ta' l-EMN;

- l-Adozzjoni tal-programm annwali ta' attivitajiet ta' l-EMN;

- Rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni jkun preżenti fil-Bord ta' Tmexxija u jippresjedih. Hu jew hi jkunu mgħejuna minn żewġ esperti xjentifiċi maħtura mill-Kummissjoni;

- Jiżguraw li x-xogħol ta' l-EMN jirrifletti l-prijoritajiet politiki tal-Komunità fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil;

- Il-ħatra ta' fornitur tas-servizz li jassisti lill-Kummissjoni fit-tmexxija ta' kuljum ta' l-EMN, inkluż is-sistema ta' skambju ta' informazzjoni ta' l-EMN. Il-Kummissjoni se żżomm għajnejha mill-qrib fuq l-attivitajiet ta' dan il-fornitur tas-servizz, u tistabbixxi responsabbiltajiet u prassi tax-xogħol ċari; l-involviment, jekk meħtieġ, ta' gruppi ta' ħidma tal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali biex jaħdmu flimkien mal-fornitur tas-servizz dwar attivitajiet partikolari;

- Il-Kummissjoni tiżgura wkoll li l-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali ikunu kapaċi li jwettqu l-kompiti fdati lilhom. Dan jinkludi l-verifika dwar jekk il-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali proposti mill-Istati Membri jilħqux ir-rekwiżiti meħtieġa u l-proposta ta' azzjonijiet meħtieġa għall-Bord ta' Tmexxija meta dan jidentifika nuqqasijiet persistenti fix-xogħol ta' Punt ta' Kuntatt Nazzjonali, li jista' jkollu konsegwenzi negattivi fil-ħidma ta' l-EMN;

- Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni talloka għotjiet ta' ħidma, bħala kofinanzjament għall-programmi ta' ħidma annwali tal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali li jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa kollha.

Il-ħatra ta' fornitur tas-servizz biex jassisti lill-Kummissjoni hija ġġustifikata min-natura teknika ta' ċerti ħidmiet ta' koordinazzjoni, b'mod partikolari t-twaqqif ta' sistema ta' IT u sit ta' l-Internet, kif ukoll mit-tfassil ta' rapporti ta' sinteżi, u mill-fatt li se tkun ħaġa kumplessa li tkun żgurata l-kooperazzjoni xierqa bejn is-26 Punt ta' Kuntatt Nazzjonali.

Sistema ta' skambju ta' informazzjoni u studji

Huwa essenzjali għall-EMN li jxerred sew l-informazzjoni li jipproduċi fil-forma ta' studji u rapporti permezz tal-mezzi teknoloġikament l-aktar avvanzati, inkluż l-użu ta' websajt iddedikata. Is-sistema ta' skambju informazzjoni hija mmexxija mill-fornitur tas-servizz li għandu jassisti lill-Kummissjoni, taħt is-superviżjoni ta' dan ta' l-aħħar. Hija miftuħa għall-pubbliku u l-informazzjoni li hemm fiha hija, bħala prinċipju, aċċessibbli għal kulħadd; madanakollu, huma possibbli eċċezzjonijiet għal din ir-regola ġenerali jekk tkun kkomunikata informazzjoni sensittiva/kunfidenzjali mill-membri ta' l-EMN.

Is-sistema ta' skambju ta' informazzjoni inter alia jkollha fiha l-istudji u r-rapporti mħejja mill-EMN, teżawru ta' migrazzjoni u ażil u database ta' leġiżlazzjoni Komunitarja dwar migrazzjoni u ażil.

Finanzjament

Il-riżorsi meħtieġa tal-baġit għall-iffunzjonar ta' l-EMN ser jiddaħħlu fl-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Riżorsi bħal dawn jikkofinanzjaw (sa 80%) l-ispejjeż eliġibbli tal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali u jkopru l-ispejjeż tal-fornitur tas-servizz, u spejjeż oħra inlużi l-evalwazzjoni, attivitajiet speċjali u għajnuna għall-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali ġodda maħluqa. L-approprjazzjonijiet annwali disponibbli jkunu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju, li jipprevedi approprjazzjonijiet għall-EMN ta' €59,7 miljun, għall-perjodu 2007-2013. Madanakollu, it-€3 miljun maħsuba għall-2007 mhux ser jintużaw minħabba li l-EMN huwa mistenni li jibda jaħdem biss mill-1 ta' Jannar 2008. Għalhekk, għall-perjodu 2008-2013, huma previsti approprjazzjonijiet ta' €56,7 miljun. Dan ifisser ukoll li ma jkunx hemm iktar dewmien ta' sena bejn il-linja baġitarja u s-sena ta' implimentazzjoni.

Tkun ir-risponsabbiltà tal-Kummissjoni li tagħti għotjiet lill-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali li jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa u li twaqqaf relazzjoni kuntrattwali mal-fornitur tas-servizz.

Fil-valutazzjoni ta' impatt u fl-istqarrija finanzjarja leġiżlattiva hemm iktar informazzjoni dwar il-finanzjament ta' l-EMN.

5. Bażi legali

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill hija bbażata fuq Art. 66 tat-Trattat tal-KE. Mill-1 ta' Mejju 2004, skond il-Protokoll fl-Artikolu 67 tat-Trattat ta' Nizza, dawn il-miżuri jittieħdu b’vot ta’ maġġoranza kkwalifikata fil-Kunsill u b'konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.

L-Artikolu 66 tat-Trattat tal-KE jikkonċerna kooperazzjoni amministrativa bejn id-dipartiment rilevanti ta' l-amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri f'għadd ta' oqsma, inklużi l-immigrazzjoni u l-ażil, kif ukoll bejn dawk id-dipartimenti u l-Kummissjoni. L-amministrazzjonijiet ta' Stati Membri jkollhom rwol importanti permezz ta' għażla ta' Punti ta' Kuntatt Nazzjonali u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-Bord ta' Tmexxija. Minħabba li bosta mill-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali x'aktarx ikunu entitajiet governattivi, ikun hemm ċertament involviment qawwi minn amministrazzjonijiet nazzjonali fil-ħidma ta' l-EMN. Dawn ir-raġunijiet jiġġustifikaw l-għażla ta' Artikolu 66 TKE bħala l-bażi legai għall-proposta.

It-Titolu IV tat-Trattat tal-KE m'huwiex applikabbli għar-Renju Unit u l-Irlanda, sakemm dawn l-Istati Membri ma jiddeċidux mod ieħor skond il-proċedura mfassla fil-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda anness mat-Trattati. Bl-istess mod, it-Titlu IV ma japplikax għad-Danimarka, bis-saħħa tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattati.

6. Is-sussidjarjetà

Din il-proposta hija fil-kuntest tat-twaqqif ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mitluba mit-Trattati u msaħħa mill-Kunsilli Ewropew ta' Tampere u ta' The Hague. B'mod iktar speċifiku, il-miżuri għandhom l-għan li jqarrbu l-awtoritajiet, l-akkademja, ir-riċerkaturi u partijiet interessati oħra fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil fl-Istati Membri sabiex jipprovdu l-Komunità, l-Istati Membri tagħha u l-pubbliku b'informazzjoni oġġettiva, affidabbli u kumparabbli dwar is-sitwazzjoni tal-migrazzjoni u l-ażil fil-livelli Ewropej u nazzjonali. Minħabba li dan l-għan ta' titjib fil-kooperazzjoni u l-produzzjoni ta' data u analiżi madwar l-UE kollha ma tistax tintlaħaq mill-Istati Membri waħedhom, hija meħtieġa azzjoni fil-livell Komunitarju. Id-Deċiżjoni proposta ssegwi l-għan ta' tisħiħ ta' mekkaniżmu ta' informazzjoni koordinat u uniformi relatat mal-fenomeni migratorji mifruxa ma' l-Unjoni.

7. Proporzjonalità

Il-proposta hija limitata għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn amministrazzjonijiet nazzjonali u organizzazzjonijiet oħra attivi fl-oqsma tal-migrazzjoni u l-ażil sabiex jipprovdu lill-Komunità, lill-Istati Membri tagħha u l-pubbliku b'informazzjoni oġġettiva, affidabbli u kumparabbli dwar is-sitwazzjoni tal-migrazzjoni u ażil fil-livelli Ewropej u nazzjonali. Struttura bbażata fuq in-Netwerk ġiet ippreferuta sabiex iżżom struttura federata u biex tiżgura rappreżentanza ta' l-Istati Membri kollha.

Din il-proposta tistabilixxi biss il-miżuri minimi meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet segwiti u ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ għal fini ta' dan. Qed issir mingħajr preġudizzju għal mekkaniżmi u strutturi ta' kooperazzjoni li diġà hemm.

8. Ir-relazzjoni ta' l-EMN ma' strumenti/strutturi oħra ta' skambju ta' informazzjoni fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil

L-għan tal-proposta ta' l-EMN hija li tipprovdi l-Komunità. l-Istati Membri tagħha, u l-pubbliku b'informazzjoni oġġettiva, affidabbli u kumparabbli dwar is-sitwazzjoni tal-migrazzjoni u ażil fil-livelli Ewropej u nazzjonali bil-għan li tappoġġja t-tfassil ta' politika u deċiżjonijiet fl-Unjoni Ewropea f'dawn l-oqsma. Dan huwa ovvjament marbut mar-riċerka u analiżi, maż-żieda fl-għarfien dwar il-fenomeni migratorji fl-aspetti kollha tagħhom, mal-forniment lil dawk li jfasslu l-politika u lill-pubbliku b' data , rapporti u studji li jistgħu jintużaw bħala bażi għal dibattitu infurmat dwar l-ażil u l-migrazzjoni.

L-EMN ma jkunx l-uniku strument/struttura tal-Komunità li jkollu l-għan li jiġbor u jiskambja l-informazzjoni fl-oqsma tal-migrazzjoni u l-ażil. Madanakollu, meta mqabbel ma' dawn l-istrumenti/strutturi l-oħra bħall-ICONet, l-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali (inkluż in-netwerk RAXEN), il-Eurostat, iċ-CIREFI, il-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali dwar Integrazzjoni jew il-Mekkaniżmu ta' Informazzjoni Reċiproka, l-EMN jippreżenta għadd ta' partikolaritajiet li jipprovduh b'profil uniku li jista' jinġabar f'dawn it-tliet aspetti li ġejjin:

- Firxa wiesgħa ta' karigi;

- Attenzjoni qawwija fuq l-analiżi u r-rabtiet mal-komunità akkademika;

- Disponibbiltà wiesgħa ta' l-outputs tiegħu (il-pubbliku inġenerali kif ukoll dawk li jfasslu l-politika).

Il-Kummissjoni tagħmel sforz, safejn ikun possibbli, biex toħloq sinerġiji u tevita r-repetizzjoni bejn ix-xogħol ta' l-EMN u l-attivitajiet ta' strumenti u strutturi oħra relatati. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, il-Kummissjoni tuża l-ħiliet tagħha biex tipproponi l-programm annwali ta' attivitajiet ta' l-EMN, kif maħsub fl-Artikolu 4 (2) (a).

Fl-Anness 1 tal-Valutazzjoni ta' Impatt hemm iktar informazzjoni dettaljata dwar id-differenzi bejn l-EMN u strumenti u strutturi oħra relatati.

2007/0167(CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 66 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[9],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[10],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali[11],

Wara li kunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[12],

Billi:

(1) Fl-2003 il-Kummissjoni waqqfet azzjoni preparatorja ta' tliet snin għat-twaqqif ta' Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni[13], bil-għan li jipprovdi l-Komunità u l-Istati Membri tagħha b'data dwar migrazzjoni li tkun oġġettiva, affidabbli u aġġornata.

(2) Fil-laqgħa tiegħu f'Thessaloniki f'Ġunju 2003, il-Kunsill Ewropew, b'kunsiderazzjoni ta' l-importanza tal-ġestjoni u l-analiżi tal-fenomenu tal-migrazzjoni multidimensjonali, laqa' fil-konklużjonijiet[14] tiegħu t-twaqqif ta' l-EMN u ddikjara li kien ser jeżamina l-possibbiltà li titwaqqaf struttura permanenti fil-futur.

(3) Fl-4 ta' Novembru 2004 il-Kunsill Ewropew approva programm multi-annwali għat-tisħiħ taż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, magħruf bħala l-Programm ta' The Hague[15], favur l-iżvilupp tat-tieni fażi ta' politika komuni fil-qasam ta' l-ażil, il-migrazzjoni, il-visas u l-fruntieri, mill-1 ta' Mejju 2004, ibbażat, inter alia, fuq kooperazzjoni prattika iktar mill-qrib bejn Stati Membri u skambju ta' informazzjoni mtejjeb. Il-Programm ta The Hague jirrikonoxxi li "l-iżvilupp għaddej tal-politika Ewropea ta' ażil u migrazzjoni għandha tkun ibbażata fuq analiżi komuni tal-fenomeni migratorji fl-aspetti kollha tagħhom. It-tisħiħ tal-ġbir, il-proviżjoni, l-iskambju u l-użu effiċjenti ta' informazzjoni u data aġġornata dwar l-iżviluppi migratorji rilevanti kollha hija ta' importanza ewlenija."

(4) Sabiex jiġu kkonsultati l-partijiet interessati dwar il-futur ta' l-EMN il-Kummissjoni adottat fit-28 ta' Novembru 2005 "Green Paper dwar il-futur tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni"[16] li, b'evalwazzjoni tal-ħidma ta' l-EMN matul l-ewwel snin taż-żmien ta' tħejjija, indirizzat kwistjonijiet bħall-mandat u l-istruttura futura ta' l-EMN..

(5) Il-konsultazzjoni pubblika wriet li ħafna mill-partijiet interessati huma favur il-kontinwazzjoni u t-tisħiħ ta' l-attivitajiet ta' l-EMN u li jinżamm l-għan inizjali ta' l-EMN, li huwa l-provvista ta' informazzjoni aġġornata, oġġettiva, affiddabbli u kumparabbli dwar kwistjonijiet ta' migrazzjoni u ażil. Deher ukoll li l-biċċa l-kbira ta' dawk involuti xtaqu li l-EMN jinżamm marbut mal-Kummissjoni.

(6) L-EMN għandu jevita li jidduplika x-xogħol ta' strumenti jew strutturi eżistenti tal-Komunità li għandhom l-għan li jiġbru u jiskambjaw informazzjoni fl-oqsma tal-migrazzjoni u ażil u għandu jipprovdi valur miżjud meta mqabbel magħhom, b'mod partikolari permezz tal-firxa wiesgħa tal-karigi tiegħu, attenzjoni qawwija fuq analiżi, rabtiet mal-komunità akkademika u disponibbiltà pubblika ta' l-outputs tiegħu.

(7) Biex jilħaq l-għanijiet tiegħu, l-EMN għandu bżonn l-appoġġ ta' Punt ta' Kuntatt Nazzjonali f'kull Stat Membru. L-attivitajiet tal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali għandhom ikunu koordinati fil-livell tal-Komunità mill-Kummissjoni, li tkun mgħejjuna minn fornitur tas-servizz biżżejjed kompetenti biex jorganizza x-xogħol ta' rutina ta' l-EMN, inkluża s-sistema ta' skambju ta' informazzjoni tiegħu.

(8) Sabiex ikun żgur li l-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali għandhom l-esperjenża meħtieġa biex jindirizzaw l-aspetti varji ta' kwistjonijiet ta' migrazzjoni u ażil, għandhom ikunu ffurmati minn ta' l-inqas tliet esperti li, individwalment jew flimkien, għandhom kompetenzi fit-tfassil ta' politika, liġi, riċerka u statistika. Dawn l-esperti jistgħu jiġu mill-amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri jew minn kwalunkwe organizzazzjoni oħra.

(9) Kull Punt ta' Kuntatt Nazzjonali għandu jwaqqaf netwerk ta' migrazzjoni nazzjonali, iffurmat minn organizzazzjonijiet u individwi attivi fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil, u li jinkludu, pereżempju, universitajiet, organizzazzjonijiet ta' riċerka u riċerkaturi, organizzazzjonijiet governattivi u non-governattivi u organizzazzjonijiet internazzjonali, sabiex tingħata vuċi lill-partijiet interessati kollha.

(10) Bord ta' Tmexxija għandu jipprovdi gwida politika lill-EMN, inkluż parteċipazzjoni fit-tħejjija tal-programm annwali ta' attivitajiet tan-Netwerk.

(11) Sabiex jiżgura t-tixrid l-iktar wiesa' possibbli ta' informazzjoni prodotta mill-EMN fil-forma ta' studji u rapporti, informazzjoni bħal din għandha tkun disponibbli permezz tal-mezzi teknoloġiċi l-iktar avvanzati, inkluż l-użu ta' websajt iddedikat.

(12) Fejn meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu, l-EMN għandu jkun jista' jwaqqaf relazzjonijiet ta' kooperazzjoni ma' entitajiet oħra attivi fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil. Meta jitwaqqfu relazzjonijiet bħal dawn, għandha tingħata attenzjoni partikolari biex ikun żgurat grad tajjeb ta' kooperazzjoni ma' entitajiet fid-Danimarka, in-Norveġja, l-Islanda, l-Isvizzera, il-pajjiżi kandidati, il-pajjiżi li jiffurmaw parti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat u r-Russja.

(13) L-EMN għandu jkun ikkofinanzjat permezz ta' għotjiet mill-Kummissjoni skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002[17].

(14) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 Ottubru 1995 fuq il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta' data personali u l-moviment liberu ta' din id- data [18]u għar-Regolament (KE) Nru. 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 fuq il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità u l-moviment liberu ta' din id- data[19] għandhom jiġu kkunsidrati fil-kuntest tas-sistema ta' skambju ta' informazzjoni ta' l-EMN.

(15) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, u mhijiex marbuta minnha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

Qiegħed b'dan jiġi stabbilit netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni (minn issa 'l quddiem l-EMN).

L-għan ta' l-EMN għandu jkun li jintlaħqu l-ħtiġijiet ta' informazzjoni ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità, l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet, u l-pubbliku ġenerali dwar migrazzjoni u ażil, billi jipprovdi informazzjoni aġġornata, oġġettiva, affidabbli u kumparabbli dwar migrazzjoni u ażil, bil-għan li jappoġġja t-tfassil ta' politika u deċiżjonijiet fl-Unjoni Ewropea f'dawn l-oqsma.

Artikolu 2

Ħidmiet

Sabiex jintlaħaq l-għan imsemmi fl-Artikolu 1, l-EMN sejjer:

(a) jiġbor u jiskambja data u informazzjoni aġġornata minn firxa ta' sorsi, inkluża d-dinja akkademika;

(b) Janalizza d- data u l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) u jipprovdiha f'format faċilment aċċessibbli;

(c) jiżviluppa metodi għat-titjib tal-kumparabbiltà, l-oġġettività u l-affidabbiltà tad- data fil-livell Komunitarju bit-twaqqif ta' indikatur u kriterji li jtejjbu l-konsistenza ta' l-informazzjoni u jgħinu fl-iżvilupp ta' attivitajiet tal-Komunità relatati ma' l-istatistika migratorja;

(d) jippubblika rapporti perjodiċi dwar is-sitwazzjoni tal-migrazzjoni u ażil fil-Komunità u l-Istati Membri tagħha;

(e) joħloq u jmexxi s-sistema ta' skambju ta' informazzjoni bbażata fuq l-internet li tipprovdi aċċess għad-dokumenti u pubblikazzjonijiet rilevanti fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil;

(f) jżid l-għarfien dwar l-EMN, billi jipprovdi aċċess għall-informazzjoni li jiġbor u jxerred l-output ta' l-EMN;

(g) jikoordina l-informazzjoni u l-kooperazzjoni ma' korpi Ewropej u internazzjonali oħra rilevanti.

Artikolu 3

Kompożizzjoni

L-EMN għandu jkun magħmul minn:

1. Punti ta' Kuntatt Nazzjonali magħżula mill-Istati Membri;

2. Il-Kummissjoni

Artikolu 4

Bord ta' Tmexxija

1. L-EMN għandu jkun immexxi minn Bord ta' Tmexxija magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru, rappreżentat wieħed tal-Parlament Ewropew kif ukoll rappreżentat wieħed mill-Kummissjoni mgħejjun minn żewġ esperti xjentifiċi.

Ir-rappreżentat tal-Kummissjoni jkun il-President tal-Bord ta' Tmexxija.

Kull membru tal-Bord ta' Tmexxija jkollu vot wieħed, inkluż il-President. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-voti mitfuħa.

2. Il-Bord tat-Tmexxija għandu, b'mod partikolari:

(a) jipparteċipa fit-tħejjija tal-programm annwali ta' attivitajiet ta' l-EMN, fuq il-bażi ta' abbozz mill-President;

(b) Jirrevedi l-progress li jkun sar mill-EMN, filwaqt li jirrakkomanda azzjonijiet meħtieġa fejn jingħata l-każ;

(c) jipprovdi rapport ta' status konċiż lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-attivitajiet għaddejjin ta' l-EMN u riżultati ewlenin ta' l-istudji tiegħu, ta' l-inqas darba fis-sena;

(d) jidentifika r-relazzjonijiet ta' kooperazzjoni strateġika l-aktar xierqa ma' entitajiet oħra kompetenti fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil u japprova, fejn meħtieġ, l-arranġamenti amministrativi għal tali kooperazzjoni, skond l-Artikolu 10;

(e) jagħti pariri lill-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali dwar kif jistgħu jtejbu l-ħidma tagħhom, u jgħinhom biex jieħdu azzjonijiet neċessarji, meta jiġu identifikati nuqqasijiet persistenti fix-xogħol ta' Punt ta' Kuntatt Nazzjoni li jista' jkollhom konsegwenzi negativi fuq il-ħidma ta' l-EMN.

3. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jiltaqa', meta msejjaħ mill-President tiegħu, mill-inqas darbtejn fis-sena.

Għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 5

Punit Nazzjonali ta’ Kuntatt

1. Kull Stat Membru jagħżel entità waħda li taġixxi bħala Punt ta' Kuntatt Nazzjonali.

Il-Punt ta' Kuntatt Nazzjonali għandu jikkonsisti minn ta' l-inqas tliet esperti. Wieħed minn dawn l-esperti, li jkollu r-rwol ta' koordinatur nazzjonali, ikun uffiċjal jew impjegat ta' l-entità magħżula. L-esperti l-oħra jistgħu jappartjenu għal din l-entità jew għal organizzazzjonijiet nazzjonali jew internazzjonali oħra, pubbliċi jew privati, ibbażati fl-Istat Membru.

2. Kull Punt ta' Kuntatt Nazzjonali kollettivament ikollu:

(a) esperjenza fil-qasam ta' l-ażil u l-migrazzjoni, li jkopru l-aspetti ta' tfassil ta' politika, liġi, riċerka u statistika;

(b) Ħiliet u tagħmir tat-Teknoloġija ta' l-Informatika;

(c) il-kapaċità li jwaqqfu skemi ta' kollaborazzjoni u netwerking ma' organizzazzjonijiet u entitajiet nazzjonali oħra;

(d) il-ħila li jikkollabora f'livell Ewropew; kif ukoll

(e) il-ħila li jaħdem u jikteb b'lingwa uffiċjali waħda ta' l-Istituzzjonijiet Ewropej, minbarra l-lingwa(i) ta' l-Istat Membru li fih ikun jinsab.

L-Istati Membri jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar l-ismijiet u l-indirizz sħiħ ta' l-esperti li jiffurmaw il-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali, u jispeċifikaw kif dawn ta' l-aħħar iwieġbu r-rekwiżiti mfassla fil-punti (a) sa (e).

3. Il-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali għandhom iwettqu l-karigi ta' l-EMN fil-livell nazzjonali u b'mod partikolari;

(a) iħejju rapporti nazzjonali, inklużi r-rapporti imsemmija fl-Artikolu 9;

(b) jikkontribwixxu data nazzjonali għas-sistema ta' skambju ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8;

(c) jiżviluppaw il-kapaċità li joħorġu rikjesti ad hoc indirizzati lejh u li jwieġbu malajr tali rikjesti minn Punti ta' Kuntatt Nazzjonali oħra;

(d) iwaqqfu netwerk ta' migrazzjoni nazzjonali, iffurmat minn firxa wiesgħa ta' organizzazzjonijiet u individwi attivi fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil u li jirrappreżentaw il-partijiet interessati kollha. Membri tan-netwerk nazzjonali ta' migrazzjoni jistgħu jiġu mitluba jikkontribwixxu għall-attivitajiet ta' l-EMN, b'mod partikolari skond l-Artikoli 8 u 9.

4. L-esperti tal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali għandhom jiltaqgħu regolarment biex jiddiskutu x-xogħol tiegħu, inkluż, kif xieraq, mal-membri tal-netwerk nazzjonali għall-migrazzjoni msemmi fil-paragrafu 3 (d), u biex isir skambju ta' informazzjoni dwar attivitajiet attwali u futuri.

Artikolu 6

Koordinazzjoni

1. Il-Kummissjoni għandha tikkoordina x-xogħol ta' l-EMN u għandha tiżgura li x-xogħol tiegħu ikun jirrefletti b'mod xieraq il-prijoritajiet politiċi tal-Komunità fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil.

2. Għall-organizzazzjoni tax-xogħol ta' l-EMN, il-Kummissjoni tkun megħjuna minn fornitur tas-servizz maħtur abbażi ta' proċedura ta' ħruġ pubbliku ta' l-offerti. Il-fornitur tas-servizz għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 (2), u kull rekwiżit rilevanti ieħor definit mill-Kummissjoni.

Taħt is-superviżjoni tal-Kummissjoni, il-fornitur tas-servizz għandu, fost affarijiet oħra:

3. jorganizza l-ħidma ta' kuljum,

4. iwaqqaf u jmexxi s-sistema ta' skambju ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8;

5. jikkordina l-kontributi mill-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali;

6. jħejji l-laqgħat imsemmiija fl-Artikolu 7;

7. jħejji l-kumpilazzjonijiet u s-sinteżi tar-rapporti u l-istudji msemmija fl-Artikolu 9.

3. Wara konsultazzjoni tal-Bord ta' Tmexxija u l-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali, il-Kummissjoni għandha, fil-limiti ta' l-għan ġenerali u l-karigi definiti fl-Artikoli 1 u 2, tadotta l-programm annwali ta' attivitajiet ta' l-EMN. Il-programm għandu jispeċifika l-għanijiet u prijoritajiet tematiċi. Il-Kummissjoni għandha ssegwi l-eżekuzzjoni tal-programm annwali ta' attivitajiet u tagħti rapport regolari dwar l-eżekuzzjoni tiegħu u l-iżvilupp ta' l-EMN lill-Bord ta' Tmexxija;

4. Wara l-parir mogħti mill-Bord ta' Tmexxija msemmi fl-Artikolu 4 (2) (e), il-Kummissjoni għandha tieħu l-azzjonijiet meħtieġa fuq il-bażi tal-ftehim tal-għotjiet imsemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.

5. Il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tal-programm annwali ta' attivitajiet ta' l-EMN, tiddetermina l-ammonti indikativi disponibbli għal għotjiet u kuntratti fil-qafas ta' deċiżjoni ta' finanzjament skond l-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002.

Il-Kummissjoni għandha tagħti għotjiet ta' ħidma lill-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali li jissodisfaw ir-rekwiżiti mfassla fl-Artikolu 5 (1) u (2) fuq il-bażi ta' applikazzjonijiet ta' għotjiet individwali ppreżentati mill-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali. Il-kofinanzjament Komunitarju massimu huwa stabbilit għal 80% tat-total ta’ l-ispiża eliġibbli.

Skond l-Artikolu 113(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002, l-għotjiet meta jiġġeddu ma jkunux suġġetti għall-prinċipju ta' tnaqqis gradwali.

Artikolu 7

Laqgħat

1. L-EMN għandu jiltaqa' mill-inqas ħames darbiet f'sena.

2. Kull Punt ta' Kuntatt Nazzjonali u l-Koordinatur ikunu rrappreżentati fil-laqgħat ta' l-EMN mill-inqas minn espert wieħed tagħhom. Mhux iktar minn tliet esperti minn kull Punt ta' Kuntatt Nazzjonali jistgħu jattendu l-laqgħat.

3. Il-laqgħat ta' l-EMN għandhom jissejħu u jiġu ppresidjati minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

4. L-għan tal-laqgħat perjodiċi ta' l-EMN għandu jkun:

(a) li jippermetti lill-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali li jiskambjaw tagħrif u esperjenza, b'mod partikolari rigward il-karigi ta' l-EMN;

(b) jirrevedu l-progress fix-xogħol ta' l-EMN, u b'mod partikolari fit-tħejjija tar-rapport u studji msemmija fl-Artikolu 9;

(c) jiskambjaw l-informazzjoni u l-veduti, b'mod partikolari dwar l-istruttura, l-organizzazzjoni u l-kontenut ta' l-aċċess ta' l-informazzjoni disponibbli msemmi fl-Artikolu 8;

(d) jipprovdu bażi soda għad-diskussjoni ta' problemi prattiċi u legali li jiltaqgħu magħhom l-Istati Membri fil-qasam ta' migrazzjoi u ażil, b'mod partikolari d-diskussjoni tar-rikjesti ad hoc imsemmija fl-Artikolu 5 (3) (c);

(e) jikkonsultaw l-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali fl-iżvilupp tal-programm annwali ta' attivitajiet tan-Netwerk imsemmija fl-Artikolu 6 (3).

5. Individwi u entitajiet li mhumiex membri ta' l-EMN jistgħu jkunu mistiedna għal-laqgħat tan-Netwerk jekk il-preżenza tagħhom hija kkunsidrata neċessarja. Jistgħu jiġu organizzati wkoll laqgħat konġunti ma' netwerks jew organizzazzjonijiet oħra.

Artikolu 8

Sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni

1. Għandha titwaqqaf sistema ta' skambju ta' informazzjoni bbażata fuq l-Internet, aċċessibbli permezz ta' websajt apposta, kif stipulat f'dan l-Artikolu.

2. Il-kontenut ta' din is-sistema ta' skambju ta' informazzjoni jkun normalment pubbliku.

L-aċċess għal informazzjoni ta' natura kunfidenzjali tista' tiġi ristretta għall-EMN biss.

3. Is-sistema ta' skambju ta' informazzjoni għandha tikkonsisti ta' l-inqas mill-elementi li ġejjin:

(a) l-aċċess għal-leġiżlazzjoni Komunitarja u nazzjonali, każistika u politika f'dawn l-oqsma tal-migrazzjoni u l-ażil, inkluzi r-reġimi speċifiċi ta' migrazzjoni għal kategoriji partikolari ta' immigranti;

(b) funzjonalità għal rikjesti ad hoc, skond l-Artikolu 5 (3) (c);

(c) teżawru ta' migrazzjoni u ażil;

(d) aċċess dirett għall-pubblikazzjonijiet kollha ta' l-EMN, inklużi r-rapport u l-istudji msemmija fl-Artikolu 9, kif ukoll ċirkolari regolari;

(e) indirizz elettroniku aċċessibbli permezz ta' websajt dedikat fejn il-pubbliku ġenerali jista' jibgħat id-domandi tiegħu dwar kwistjonijiet ta' migrazzjoni u ażil koperti mill-attivitajiet ta' l-EMN;

(f) direttorju ta' riċerkaturi u istituzzjonijiet ta' riċerka fil-qasam tal-migrazzjoni u ażil.

1. Għal raġunijiet ta' aċċess għall-informazzjoni imsemmi fil-paragrafu 3, l-EMN jista', fejn meħtieġ, iżid il-kollegamenti għal siti oħra fejn tinsab informazzjoni oriġinali.

2. Il-websajt dedikat għandu jiffaċilita l-aċċess għal informazzjoni pubblika kumparabbli, inizjattivi fi kwistjonijiet relatati u għal siti li fihom informazzjoni dwar is-sitwazzjoni ta' migrazzjoni u ażil fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi.

Artikolu 9

Ir-rapporti u l-Istudji

1. Kull Punt ta' Kuntatt Nazzjonali kull sena għandu jipproduċi rapport li jiddeskrivi s-sitwazzjoni ta' migrazzjoni u ażil fl-Istat Membru, li jinkludu żviluppi politiċi u data statistika.

2. Il-programm annwali ta' attivitajiet jinkludi t-tħejjija minn kull Punt ta' Kuntatt Nazzjonali ta' studji oħra li jkopru kwistjonijiet speċifiċi dwar migrazzjoni u ażil meħtiġa għall-appoġġ ta' tfassil ta' politika u teħid ta' deċiżjonijiet.

Artikolu 10

Kooperazzjoni ma' entitajiet oħra

1. L-EMN għandu jikkoopera ma' entitajiet fl-Istati Membri jew f'pajjiżi terzi inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, kompetenti fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil.

2. L-arranġamenti amministrattivi għall-kooperazzjoni msemmija fil-para. 1, li jistgħu ikunu jinkludu, meta hekk ikun meħtieġ, il-konklużjoni mill-Kummissjoni ta' ftehimiet f'isem il-Komunità, għandhom ikunu ppreżentati għall-approvazzjoni tal-Bord ta' Tmexxija.

Artikolu 11

Ir-Riżorsi Baġitarji

Ir-riżorsi baġitarji allokati għall-azzjonijiet li hemm dispożizzjoni dwarhom f'din id-Deċiżjoni għandhom jiddaħħlu fl-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. L-approprjazzjonijiet annwali disponibbli għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità tal-baġit fil-limiti tal-qafas finanzjarju.

Artikolu 12

L-implimentazzjoni tal-budget

Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-għajnuna finanzjarja tal-Komunità skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002.

Artikolu 13

Analiżi

Mhux iktar minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, u kull tliet snin wara, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-iżvilupp ta' l-EMN lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Mar-rapport għandhom jintbagħtu, jekk dan ikun meħtieġ, proposti għal emendi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 14

L-istabbiliment ta' l-elementi bażiċi ta' l-EMN

Mhux iktar tard minn tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri jinnotifikaw il-Kummissjoni dwar l-informazzjoni meħtieġa fl-Artikolu 5 (2).

Artikolu 15

Id-data ta' l-applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri skond it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

Dan id-dokument huwa intiż li jakkumpanja u jikkumplimenta l-Memorandum ta' Spjegazzjoni. Għaldaqstant, meta titlesta d-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva, u mingħajr preġudizzju lejn il-legalità tagħha, għandu jsir tentattiv sabiex tiġi evitata repetizzjoni ta' l-informazzjoni inkluża fil-Memorandum ta' Spjegazzjoni. Qabel timtela' din il-formola, jekk jogħġbok irreferi għall-Linji Gwida speċifiċi li ġew abbozzati sabiex ikunu ta' gwida u kjarifika għall-punti ta' hawn taħt.

1. L-ISEM TAL-PROPOSTA:

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni.

2. IL-QAFAS ABM/ABB

Il-Qasam/Oqsma ta' Politika kkonċernati u assoċjati ma' l-Attività/Attivitajiet:

Il-politika ta' l-immigrazzjoni u l-kenn politiku.

3. LINJI TA' BAĠIT

3.1. Il-linji ta' baġit (linji operattivi u linji ta' assistenza teknika u amministrattiva (eż- linji A B)) inklużi l-intestaturi:

18 03 05 – Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tal-Migrazzjoni

3.2. Id-dewmien ta' l-azzjoni u ta' l-impatt finanzjarju:

Id-dewmien ta' l-azzjoni: 2008 -> 'il quddiem. L-impatt finanzjarju ġie stmat biss għall-perjodu finanzjarju bejn l-2008 u l-2013.

3.3. Karatteristiċi tal-baġit (żid ir-ringieli f'każ ta' ħtieġa):

Linja baġitarja | Tip ta' nefqa | Ġdida | Kontribuzzjoni EFTA | Kontribuzzjoni minn pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

18 03 05 | Mhux konformi | Diff[20] | LE | LE | LE | Nru 3A |

4. TAQSIRA TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi Finanzjarji

4.1.1. Taqsira ta' approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ)

Miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

Tip ta' nefqa | Nru tat-Taqsima | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Totali |

Nefqa operattiva [21] |

Approprjazzjonijiet għall-impenji | 8.1. | a | 6,500 | 8,800 | 10,100 | 10,300 | 10,500 | 10,500 | 56,700 |

Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ) | b | 2,790 | 8,110 | 9,450 | 10,200 | 10,400 | 10,500 | 51,450 |

Nefqa amministrattiva fil-limiti ta' l-ammont ta' referenza[22] |

Assistenza teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4. | c |

AMMONT TOTALI TA' REFERENZA |

Approprjazzjonijiet għall-impenji | a+c | 6,500 | 8,800 | 10,100 | 10,300 | 10,500 | 10,500 | 56,700 |

Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet | b+c | 2,790 | 8,110 | 9,450 | 10,200 | 10,400 | 10,500 | 51,450 |

Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta' referenza[23] |

Riżorsi umani u nefqa assoċjata (NDA) | 8.2.5. | d | 0,234 | 0,234 | 0,234 | 0,234 | 0,234 | 0,234 | 1,404 |

Infiq amministrattiv, għajr ir-riżorsi umani u nfiq assoċjat, li mhux inkluż fl-ammont ta' referenza (NDA) | 8.2.6. | e |

It-totali tan-nefqa finanzjarja indikattiva ta' l-intervent |

L-AI TOTALI bl-inklużjoni tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 6,734 | 9,034 | 10,334 | 10,534 | 10,734 | 10,734 | 58,104 |

L-AĦ TOTALI bl-inklużjoni tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 3,024 | 8,344 | 9,684 | 10,434 | 10,634 | 10,734 | 52,854 |

Id-dettalji tal-kofinanzjament

Jekk il-proposta tinvolvi kofinanzjament minn Stati Membri, jew entitajiet oħrajn (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tiġi indikata stima tal-livell ta' dan il-kofinanzjament fit-tabella ta' hawn taħt (linji addizzjonali jistgħu jiġu miżjuda jekk ikunu previsti entitaijiet differenti għall-għoti tal-kofinanzjament):

Miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

L-entità tal-kofinanzjament | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | Nn + 5 u wara | Totali |

26 Stat Membru (bl-esklużjoni tad-Danimarka). L-ammonti jinkludu l-kofinanzjament tas-26 Stat Membru. | f | 1,175 | 1,669 | 1,944 | 1,986 | 1,986 | 1,986 | 10,751 |

L-AI TOTALI bl-inklużjoni tal-kofinanzjament | a+c+d+e+f | 7,909 | 10,703 | 12,278 | 12,520 | 12,720 | 12,720 | 68,850 |

4.1.2. Il-kompatibilità ma' l-Ipprogrammar Finanzjarju

X Il-proposta hija kompatibbli ma' l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

( Il-proposta ser tinvolvi pprogrammar mill-ġdid ta' l-intestaturi relevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta tista' titlob l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[24] (jiġifieri l-flessibilità ta' l-istrument jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. L-impatt finanzjarju fiq id-Dħul

X Il-proposta m'għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul

( Il-proposta tħalli impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul hu kif ġej:

NB: Id-dettalji u l-osservazzjonijiet kollha relatati mal-metodu tal-kalkolu ta' l-effett fuq id-dħul għandhom jintwerew f'anness separat.

Miljuni ta' EUR (sa punt deċimali wieħed)

Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

In-numru totali ta' riżorsi umani | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 |

5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET

Id-dettalji tal-kuntest tal-proposta huma meħtieġa għall-Memorandum ta' Spjegazzjoni. It-taqsima tad-Dikjarazzjoni Leġiżlattiva Finanzjarja għandha tinkludi l-informazzjoni kumplimentari speċifika li ġejja:

5.1. Ħtieġa li trid tintlaħaq f'terminu qasir jew twil ta' żmien

It-tisħiħ tal-ġbir, il-provvediment, l-iskambju u l-użu effettiv ta' informazzjoni u data aġġornata dwar l-iżviluppi migratorji rilevanti kollha

5.2. Il-valur miżjud ta' l-involviment Komunitarju u l-koerenza tal-proposta ma' strumenti finanzjarji u sinerġiji possibbli.

Il-miżura proposta għandha l-għan tan-netwerking ta' l-awtoritajiet, l-akkademja, ir-riċerkaturi u ta' partijiet interessati oħrajn fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil fl-Istati Membri sabiex huma jkunu jistgħu jipprovdu lill-Komunità, lill-Istati Membri u lill-pubbliku b'informazzjoni oġġettiva, affidabbli u kumparabbli dwar is-sitwazzjoni tal-migrazzjoni u l-kenn politiku kemm fuq il-livell Ewropew kif ukoll fuq dak nazzjonali. Billi l-għan tat-titjib tal-kooperazzjoni u tal-produzzjoni ta' data u riċerka fuq bażi wiesa' Ewropea ma tistax tinkiseb mill-Istati Membri waħedhom, hemm bżonn tittieħed azzjoni fuq il-livell Komunitarju.

Is-sinerġiji u r-rabtiet ma' inizjattivi, netwerks oħrajn, eċċ. huma spjegati fil-memorandum ta' spjegazzjoni u fil-valutazzjoni ta' l-impatt.

5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ta' l-ABM

L-għan tal-proposta huwa l-ħolqien ta' struttura li tista' tipprovdi lill-Komunità, lill-Istati Membri tagħha, u lill-pubbliku b'informazzjoni oġġettiva, affidabbli u kumparabbli dwar is-sitwazzjoni tal-migrazzjoni u l-kenn politiku fuq il-livell Ewropew kif ukoll fuq dak nazzjonali. Għalhekk il-proposta tistabbilixxi Netwerk magħmul mill-Kummissjoni u minn Punti Nazzjonali ta' Kuntatt f'kull wieħed mill-Istati Membri. Huma responsabbli mit-twettiq tal-ħidmiet tan-Netwerk deskrititti fl-Artikolu 2, paragrafu 2 tal-proposta u mill-kisba tar-riżultati mniżżla fir-raba' taqsima tal-valutazzjoni ta' l-Impatt.

Ir-riżorsi allokati għan-Netwerk għandhom ikopru żewġ għanijiet operattivi ewlenin: appoġġ dirett lill-Punti Nazzjonali ta' Kuntatt u appoġġ ta' attivitajiet tan-Netwerk li ma jsirux mill-NCP, dawn ta' l-aħħar jinkludu l-attivitajiet li ġejjin:

- Appoġġ lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ħidmiet ta' koordinazzjoni

- Spejjeż ta' evalwazzjoni

- Riżerva għal attivitajiet speċjali/mhux previsti marbuta ma' oqsma koperti mill-EMN

- Relazzjonijiet ma' entitajiet oħrajn

- Appoġġ speċifiku għal punti nazzjonali ġodda ta' kuntatt matul l-ewwel sena ta' implimentazzjoni ta' l-azzjoni

It-tabella fit-taqsima 8.1 tiddeskrivi l-ispiża finanzjarja ta' l-għanijiet imsemmijin hawn fuq.

5.4. Il-Metodu ta' l-Implimentazzjoni (indikattiv)

Hawn isfel uri l-metodu(i)[26] magħżul għall-implimentazzjoni ta' din l-azzjoni.

X Ġestjoni Ċentralizzata

X direttament mill-Kummissjoni

( indirettament permezz ta' delega lil:

( aġenziji eżekuttivi

( entitajiet stabbiliti mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-Art. 185 tar-Regolament Finanzjarju

( entitajiet mis-settur nazzjonali pubbliku/entitajiet b'missjoni ta' servizz pubbliku

( Ġestjoni maqsuma jew deċentralizzata

( ma' Stati Membri

( ma' pajjiżi Terzi

( Ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Kummenti relevanti:

Il-riżorsi meħtieġa tal-baġit għall-iffunzjonar tan-Netwerk ser jiddaħħlu fl-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Dawn ir-riżorsi ser jikkofinanzjaw l-ispejjeż tal-Punti Nazzjonali ta' Kuntatt u ser ikopru l-ispejjeż tal-fornitur tas-servizz magħżul biex jassisti fil-ħidmiet ta' koordinazzjoni, kif ukoll spejjeż oħrajn li jinkludu l-evalwazzjoni, l-attivitajiet speċjali u l-għajnuna għall-punti Nazzjonali ta' kuntatt li jkunu għadhom kemm inħatru. L-approprjazzjonijiet annwali disponibbli għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità tal-baġit fil-limiti tal-qafas finanzjarju.

Il-Kummissjoni ser tkun responsabbli mill-allokazzjoni ta' għotjiet lill-punti nazzjonali ta' kuntatt li jilħqu r-rekwiżiti meħtieġa u għall-ħolqien ta' relazzjoni kuntrattwali mal-fornitur tas-servizzi magħżul biex jassisti lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ħidmiet ta' koordinazzjoni u fornituri oħra tas-servizz.

6. IL-MONITRAĠĠ U L-EVALWAZZJONI

6.1. Is-sistema ta' monitoraġġ

Waħda mill-ħidmiet tal-Bord ta' Tmexxija ser tkun li " jirrevedi l-progress li jsir minn Netwerk' (Artikolu 4, paragrafu 5, ittra b)). Dan ser jirriżulta f'sistema ta' monitoraġġ kontinwu. F'dan il-kuntest, il-koordinatur ukoll ser ikollu rwol importanti ladarba ser " isegwi l-eżekuzzjoni tal-programm annwali ta' l-attivitajiet u jirrapporta regolarment dwar l-eżekuzzjoni u dwar l-iżvilupp tan-Netwerk lill-Bord ta' Tmexxija u lill-Kummissjoni " (Artikolu 6, paragrafu 3).

6.2. L-Evalwazzjoni

6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante

Id-DĠ JLS ikkummissjona evalwazzjoni ta' l-azzjoni ta' tħejjija ta' l-EMN li kienet tinkludi evalwazzjoni ex-ante ta' l-EMN tal-ġejjieni. Din seħħet mill-fornitur ta' servizz (GHK – EPEC) u f'Lulju 2005 intbagħtet evalwazzjoni finali lis-servizzi tal-Kummissjoni.

6.2.2. Miżuri li ttieħdu wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (it-tagħlimiet meħuda fil-passat minn esperjenzi simili)

Is-suċċessi u n-nuqqasijiet ta' l-azzjoni ta' tħejjija attwali ta' l-EMN diġa ġew ikkunsidrati waqt it-tħejjija tal-bażi legali. Eżempji ta' dan jinkludu dan li ġej:

- Din il-proposta tobbliga lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu Punti Nazzjonali ta' Kuntatt; dan sabiex tiġi evitata s-sitwazzjoni attwali fejn bosta Stati Membri m'humiex involuti fil-ħidma ta' l-EMN billi ma ħatrux Punti Nazzjonali ta' Kuntatt (attwalment il-parteċipazzjoni hija fuq bażi volontarja).

- Il-proposta tiddeskrivi b'mod ċar l-irwoli ta' l-atturi differenti (il-punti Nazzjonali ta' Kuntatt, il-Kummissjoni) sabiex tiġi evitata n-nuqqas ta' ċarezza dwar min jagħmel xiex fin-Netwerk.

- Il-proposta tiżgura l-involviment politiku ta' l-Istati Membri permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-Bord ta' Tmexxija. Dan l-involviment kien jonqos matul l-ewwel fażi ta' l-EMN (l-azzjoni ta' tħejjija).

- Il-Punti Nazzjonali ta' Kuntatt ser ikollhom jirrispettaw numru ta' rekwiżiti u jkunu magħmula minn diversi esperti li jkopru oqsma differenti. Dan ser jiżgura li l-Punti Nazzjonali ta' Kuntatt kollha jipprovdu output ta' kwalità għolja.

6.2.3. It-termini u l-frekwenza ta' evalwazzjoni tal-ġejjieni

Il-bażi legali (Artikolu 14) jitlob li l-Kummissjoni tħejji rapport dwar l-iżvilupp ta' l-EMN sa mhux iktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni, u sussegwentment, kull tliet snin. Ir-riżorsi meħtieġa pprovdew għal evalwazzjoni fl-ipprogrammar finanzjarju.

7. MIŻURI KONTRA L-FRODI

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, fejn jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati taħt l-azzjoni preżenti, l-interessi finanzjarji tal-Kummissjoni jitħarsu permezz ta' l-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' verifiki effettivi u bl-irkupru ta' l-ammonti li ma jkunux dovuti u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, permezz ta' penali effettivi, proporzjonali u dissważivi, skond ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 u (Euratom, KE) Nru 2185/96, u mar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Għal azzjonijiet Komunitarji ffinanzjati taħt din l-azzjoni, il-prinċipju ta' irregolarità msemmi fl-Artikolu 1, paragrafu 2 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 għandu jfisser kull ksur ta' dispożizzjoni ta' liġi Komunitarja jew kull ksur ta' obbligu kuntrattwali li jirriżulta minn aġir jew nuqqas minn operatur ekonomiku, li jkollu, jew ikun jista' jkollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali tal-Komunitajiet jew il-baġits ġestiti minnhom, permezz ta' nefqa li ma tkunx ġustifikata.

Il-kuntratti u l-ftehimiet għandhom jipprovdu partikolarment għas-superviżjoni u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni (jew kwalunkwe rappreżentant awtorizzat minnha) u verifiki mill-Qorti ta' l-Awdituri, jekk meħtieġ anke fuq il-post.

8. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. L-għanijiet tal-proposta f'termini ta' l-ispejjeż finanzarji tagħhom[27]

Għan | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | Total 2008-2013 |

1 L-appoġġ ta' attivitajiet speċifiċi tan-Netwerk li mhumiex ta' l-NCP | 1.600.000 | 1.825.000 | 2.125.000 | 2.150.000 | 2.450.000 | 2.450.000 | 12.600.000 |

Azzjoni 1 Assistenza ta' koordinazzjoni lill-Kummissjoni | 1.000.000 | 1.100.000 | 1.500.000 | 1.500.000 | 1.600.000 | 1.700.000 | 8.400.000 |

Azzjoni 4 Relazzjonijiet ma' entitajiet oħrajn | 100.000 | 125.000 | 125.000 | 150.000 | 150.000 | 150.000 | 800.000 |

SPIŻA TOTALI | 6.500.000 | 8.800.000 | 10.100.000 | 10.300.000 | 10.500.000 | 10.500.000 | 56.700.000 |

8.2. In-nefqa amministrattiva

8.2.1. L-ammont u t-tip ta' riżorsi umani

Tipi ta' karigi | Il-persunal li għandu jiġi assenjat għall-ġestjoni ta' l-azzjoni permezz ta' l-użu ta' approprjazzjonijiet eżistenti u/jew addizzjonali (l-ammont ta' karigi/FTEs) |

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 |

Uffiċjali jew persunal temporanju[28](XX 01 01) | A*/AD | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 |

B*, C*/AST | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 |

Persunal iffinanzjat [29] mill-Art. XX 01 02 |

Persunal ieħor [30] |

TOTALI | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 |

8.2.2. Id-deskrizzjoni tal-ħidmiet li joħorġu mill-azzjoni

Il-koordinazzjoni tal-ħidma tan-Netwerk, is-sorveljanza tal-ħidma tal-fornitur tas-servizz magħżul biex jassisti fil-ħidmiet ta' koordinazzjoni, il-kuntatt mal-koordinatur u mal-punti nazzjonali ta' kuntatt, l-iżgurar li l-kuntratti mal-membri tan-Netwerk jiġu ġestiti kif xieraq.

8.2.3. Is-sorsi tar-riżorsi umani (statutorji)

Meta jiġi ddikjarat iktar minn sors wieħed, jekk jogħġbok indika n-numru ta' postijiet li joriġinaw minn kull wieħed mis-sorsi.

X Il-postijiet attwalment allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandhom jiġu mibdula jew estiżi

( Postijiet pre-allokati fl-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

( Postijiet li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

( Postijiet li għandhom jimtlew permezz ta' l-użu ta' riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta' ġestjoni (it-tqassim intern mill-ġdid).

( Postijiet meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju ta' l-APS/PDB tas-sena in kwistjoni

8.2.4. Nefqa amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta' referenza ( XX 01 04/05 – In-nefqa fuq ġestjoni amministrattiva)

Miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

Linja baġitarja (numru u intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTALI |

Assistenza teknika u amministrattiva oħra |

- intra muros |

- extra muros |

Assistenza teknika u amministrattiva totali |

8.2.5. L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta' referenza

Miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

It-tip ta' riżorsa umana | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara |

Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) | 0.234 | 0.234 | 0.234 | 0.234 | 0.234 | 0.234 |

Il-persunal iffinanzjat mill-Art XX 01 02 (awżiljarju, END, persunal b'kuntratt, eċċ.) (il-linja baġitarja speċifika) |

L-ispiża totali ta' Riżorsi Umani u l-ispejjeż assoċjati (MHUX fl-ammont ta' referenza) | 0.234 | 0.234 | 0.234 | 0.234 | 0.234 | 0.234 |

Il-Kalkolu – Uffiċjali u aġenti temporanji

Għandha ssir referenza għall-Punt 8,2,1, jekk applikabbli

2 x 117,000 € = 234,000 €

Kalkolu - Il-persunal iffinanzjat taħt l-art. XX 01 02

Għandha ssir referenza għall-Punt 8,2,1, jekk applikabbli

n/a

8.2.6. Nefqa amministrattiva oħra li mhux inkluża fl-ammont ta' referenza Miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali) |

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTALI |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi |

XX 01 02 11 03 – Kumitati[32] |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta' informazzjoni |

2. It-Totali ta' Nefqa Oħra ta' Ġestjoni (XX 01 02 11) |

Nefqa oħra ta' natura amministrattiva (speċifika bl-inklużjoni ta' referenza għall-linja baġitarja) |

Nefqa amministrattiva totali, ħlief ir-riżorsi umani u infiq relatat (MHUX inkluża fl-ammont ta' referenza) |

Kalkolu – Nefqa amministrattiva oħra li mhux inkluża fl-ammont ta' referenza.

n/a

[1] COM(94)23 - Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar Politika ta' Immigrazzjoni u Ażil

[2] Studju ta' Fattibbiltà 1996 għal Osservatorju Ewropew tal-Migrazzjoni

[3] Evalwazzjoni ta' l-Attivitajiet tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni, 2005.

[4] COM(2005)375

[5] Ara Baġit 2003, Titlu B5-8, Żona ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja

[6] ĠU L 248, 16 ta' Settembru 2002

[7] COM(2005)606

[8] Id-dokumenti kollha marbuta mal-pubblikazzjoni COM(2005)606, inkluż il-kontributi minn dawk involuti, jistgħu jiġu kkonsultati fuq l-internet:http://ec.europa.eu/justice_home/news/consulting_public/emn/news_contributions_emn_en.htm

[9] ĠU C […], […], p. […].

[10] ĠU C […], […], p. […].

[11] ĠU C […], […], p. […].

[12] ĠU C […], […], p. […].

[13] Minn issa 'l quddiem l-EMN

[14] Dokument tal-Kunsill 11638/03

[15] Dokument tal-Kunsill 14292/1/04 REV 1

[16] COM(2005)606

[17] ĠU L 248, 16.09.2002, p.1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1995/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).

[18] ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

[19] ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

[20] Approprjazzjonijiet differenzjati

[21] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

[22] Nefqa fi ħdan l-artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[23] Nefqa fi ħdan il-kapitolu xx 01 għajr l-artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[24] Ara punti 19 u 24 tal-ftehim Interistituzzjonali.

[25] Kolonni addizzjonali għandhom jinżiedu jekk ikun meħtieġ jiġifieri jekk id-dewmien ta' azzjoni jiżboq is-6 snin.

[26] Jekk jiġi indikat iktar minn metodu wieħed jekk jogħġbok ipprovdi dettalji addizzjonali fit-taqsima "Kummenti Relevanti" ta' dan il-punt.

[27] Spjegazzjoni dwar kif se jintużaw ir-riżorsi miżjuda hija inkluża fl-anness 2 tal-Valutazzjoni ta' l-impatt, flimkien ma' kjarifika dwar l- outputs bażiċi li jiġġustifikaw l-ammonti li għandhom jiġu aġġudikati lill-Punti Nazzjonali ta' Kuntatt.

[28] L-infiq għal dawn MHUX kopert mill-ammont ta' referenza

[29] L-infiq għal dawn MHUX kopert mill-ammont ta' referenza

[30] In-nefqa ta' dawn hija inkluża fl-ammont ta' referenza

[31] Għanda ssir referenza għad-dikjarazzjoni leġiżlattiva finanzjarja speċifika għall-Aġenzija(i) Eżekuttiva(i) kkonċernata(i).

[32] Speċifika ma' liema tip ta' kumitat u l-grupp li jagħmel parti minnu.

Top