This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007PC0436
Proposal for a Council Regulation repealing Regulation (EC) No 152/2002 concerning the export of certain ECSC and EC steel products from the former Yugoslav Republic of Macedonia to the European Community (double-checking system)
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 152/2002 li jirrigwarda l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti ta' l-azzar tal-KEFA u tal-KE minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunità Ewropea (sistema tal-kontroll doppju)
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 152/2002 li jirrigwarda l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti ta' l-azzar tal-KEFA u tal-KE minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunità Ewropea (sistema tal-kontroll doppju)
/* KUMM/2007/0436 finali - ACC 2007/0158 */
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 152/2002 li jirrigwarda l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti ta' l-azzar tal-KEFA u tal-KE minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunità Ewropea (sistema tal-kontroll doppju) /* KUMM/2007/0436 finali - ACC 2007/0158 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 17.10.2007 KUMM(2007) 436 finali 2007/0158 (ACC) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 152/2002 li jirrigwarda l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti ta' l-azzar tal-KEFA u tal-KE minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunità Ewropea (sistema tal-kontroll doppju) (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Fil-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar Pożizzjoni Komunitarja li tikkonċerna Deċiżjoni tal-KE – il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li temenda l-Protokoll 2 dwar prodotti ta’ l-azzar għall-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, il-Kummissjoni tipproponi li tneħħi s-sistema ta' kontroll doppju għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ta' l-azzar minn dik li kienet ir-Repubblika Jogoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunità. Fejn il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jieħu deċiżjoni bħal din, il-proposta preżenti timplimenta dik id-Deċiżjoni safejn għandha x’taqsam il-Kummissjoni. Bħala Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni din għandha tidħol fis-seħħ fl-[1 ta’ Jannar 2008]. Il-Kunsill huwa għalhekk mistieden sabiex japprova l-proposta mehmuża. 2007/0158 (ACC) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 152/2002 li jirrigwarda l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti ta' l-azzar tal-KEFA u tal-KE minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunità Ewropea (sistema tal-kontroll doppju) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: 1. Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fuq in-naħa l-oħra, stabbilixxa fil-Protokoll 2 dwar prodotti ta' l-azzar sistema ta’ kontroll doppju, mingħajr limiti kwantitattivi, għall-importazzjoni lejn il-Komunità ta’ prodotti ta’ l-azzar li joriġinaw f'dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. 2. Ir-Regolament (KE) Nru 152/2002 tal-21 ta' Jannar 2002 li jirrigwarda l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti ta' l-azzar tal-KEFA u tal-KE minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunità Ewropea (sistema tal-kontroll doppju) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 190/98[1], implementa s-sistema tal-kontroll doppju. 3. Bid-deċiżjoni fi xxx[2] il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni emenda l-Protokoll 2 dwar prodotti ta’ l-azzar biex iħassar is-sistema tal-konroll doppju. Ir-Regolament (KE) Nru 152/2002 għandu għalhekk jiġi emendat b'effett mill-[1 ta’ Jannar 2008], ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 152/2002 huwa b'dan imħassar. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-[1 ta’ Jannar 2008]. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 25, 29.1.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1). [2] ĠU L xx, xx.xx.xxxx, p. x.