This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007PC0353
Recommendation from the Commission to the Council for a letter to be signed and sent to the Presidency of the Andean Community to initiate an “exchange of letters amending the Political Dialogue and Cooperation Agreement between the European Community and the Andean Community signed in 2003"
Rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar l-iffirmar u l-kunsinna ta' ittra lill-Presidenza tal-Komunità ta' l-Andes biex jinbeda "skambju ta' ittri li jara li jemenda l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità ta' l-Andes iffirmat fl-2003"
Rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar l-iffirmar u l-kunsinna ta' ittra lill-Presidenza tal-Komunità ta' l-Andes biex jinbeda "skambju ta' ittri li jara li jemenda l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità ta' l-Andes iffirmat fl-2003"
/* KUMM/2007/0353 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 26.6.2007 KUMM(2007)353 finali RAKKOMANDAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-kunsinna ta' ittra lill-Presidenza tal-Komunità ta' l-Andes biex jinbeda "skambju ta' ittri li jara li jemenda l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità ta' l-Andes iffirmat fl-2003" 1. MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Fil-15 ta' Diċembru 2003 kien iffirmat f'Ruma l-"Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Komunità ta' l-Andes u l-pajjiżi membri tagħha (il-Bolivja, il-Kolumbja, l-Ekwador, il-Perù u l-Venezwela), min-naħa l-oħra". Sal-lum, dan il-ftehim għadu ma daħalx fis-seħħ minħabba li ma ġiex ratifikat minn ċerti Stati. 2. F'April 2006, il-Venezwela, pajjiż membru tal-Komunità ta' l-Andes, waqt l-iffirmar tal-ftehim imsemmi hawn fuq, iddikkjarat li ser tirtira mill-blokk reġjonali ta' l-Andes. Din l-informazzjoni ġiet uffiċjalment ikkonfermeta mill-Presidenza tal-Komunità ta' l-Andes (ittra tal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin tal-Bolivja ta' l-20 ta' Novembru 2006) imbagħad mill-Venezwela stess (ittra tal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin tal-Venezwela tat-18 ta' Diċembru 2006), li fl-istess okkażjoni kkonfermat l-irtirar ta' l-iffirmar tagħha mill-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni ta' l-2003 imsemmi hawn fuq. 3. Fid-dawl ta' dawn id-dokumenti, is-Servizzi legali tal-Kummissjoni u tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea kkonkludew illi l-Venezwela ma baqgħetx iktar firmatarja ta' dan il-ftehim u li jkun xieraq li jiġi emendat formalment permezz ta' skambju ta' ittri. Waqt il-laqgħa tal-Grupp ta' Ħidma Amerika Latina (AMLAT) ta' l-20 ta' Frar 2007, il-Presidenza tal-Kunsill għalhekk talbet lill-Kummissjoni biex tibgħatilha proposta f'dan is-sens. 2. RAKKOMANDAZZJONI Fid-dawl ta' dan t'hawn fuq, il-Kummissjoni tirrakkomanda lill-Kunsill biex jiffirma l-abbozz ta' ittra fl-anness u jindirizzaha lill-Presidenza tal-Komunità ta' l-Andes sabiex jinbeda "l-iskambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità ta' l-Andes biex jaqblu fuq it-tneħħija tar-referenzi għall-Venezwela fit-test tal-Ftehim". ANNESS ABBOZZ TA' ITTRA BIEX JINBEDA SKAMBJU TA' ITTRI BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KOMUNITÀ TA' L-ANDES DWAR L-IRTIRAR TAL-VENEZWELA MILL-KOMUNITÀ TA' L-ANDES U MILL-FTEHIM TA' DJALOGU POLITIKU U TA' KOOPERAZZJONI FFIRMAT FL-2003 (Ittra lill-Presidenza tal-Komunità ta' l-Andes) Sur President, Il-Komunità Ewropea tirringrazzja lill-Presidenza tal-Komunità ta' l-Andes għall-kunsinna ta' l-ittra ta' l-20 ta' Novembru 2006 (referenza GM-419/2006-15949) dwar l-irtirar tal-Venezwela mill-Komunità ta' l-Andes. Aħna ninfurmawk ukoll bil-wasla ta' Nota tal-Ministru tar-Relazzjonijiet Barranin tal-Venezwela tat-18 ta' Diċembru 2006 (referenza Nota 1652) li tikkonferma wkoll l-irtirar tagħha mill-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità ta' l-Andes iffirmat f'Ruma fil-15 ta' Diċembru 2003. Fid-dawl ta' dawn id-dokumenti u l-istrumenti legali li huma jirreferu għalihom (partikolarment "Proceso 145-AI-200" tat-Tribunal tal-Ġustizzja tal-Komunità ta' l-Andes), il-Komunità Ewropea tikkunsidra li l-Venezwela m'għadhiex parti interessata ta' dan il-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni ffirmat fl-2003. B'konsegwenza ta' dan, il-Komunità Ewropea tipproponi t-tneħħija tar-referenza għall-Venezwela inklużi f'dan il-Ftehim. Dan jimplika l-emendi li ġejjin: Fil-Paġna 1 , it-titolu tad-dokument: "FTEHIM TA' DJALOGU POLITIKU U TA' KOOPERAZZJONI BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MINN NAĦA, U L-KOMUNITÀ TA' L-ANDES U L-PAJJIŻI MEMBRI TAGĦHA (IL-BOLIVJA, IL-KOLUMBJA, L-EKWADOR, IL-PERÙ U L-VENEZWELA), MIN-NAĦA L-OĦRA" huwa emendat kif ġej: "FTEHIM TA' DJALOGU POLITIKU U TA' KOOPERAZZJONI BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MINN NAĦA, U L-KOMUNITÀ TA' L-ANDES U L-PAJJIŻI MEMBRI TAGĦHA (IL-BOLIVJA, IL-KOLUMBJA, L-EKWADOR U L-PERÙ), MIN-NAĦA L-OĦRA" Fil-Paġna 4 , "IR-REPUBBLIKA BOLIVARJANA TAL-VENEZWELA" għandha titneħħa. Fil-Paġna 65 , l-Artikolu 59: "Dan il-ftehim japplikka fuq it-territorji fejn it-trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea huwa applikat fil-kundizzjonijiet previsti minn dan it-trattat, minn naħa, u fuq it-territorji tal-Komunità ta' l-Andes u l-pajjiżi membri tagħha (il-Bolivja, il-Kolumbja, l-Ekwador, il-Perù u l-Venezwela), min-naħa l-oħra." huwa emendat kif ġej: "Dan il-ftehim japplikka fuq it-territorji fejn it-trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea huwa applikat fil-kundizzjonijiet previsti minn dan it-trattat, minn naħa, u fuq it-territorji tal-Komunità ta' l-Andes u l-pajjiżi membri tagħha (il-Bolivja, il-Kolumbja, l-Ekwador u l-Perù), min-naħa l-oħra." Inkun nafulek jekk tikkonferma l-qbil tal-Komunità ta' l-Andes dwar dan ta' fuq. F'każ ta' risposta pożittiva, il-Komunità Ewropea tipproponi li dawn l-emendi jiġu miftiehma bil-prinċipju ta' l-iskambju ta' ittri. Dejjem tiegħek, Firma:Il-President tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea