Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0296

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 234/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1030/2003

52007PC0296

Proposta għal Regolament Tal-kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 234/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1030/2003


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 31.5.2007

KUMM(2007) 296 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 234/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1030/2003

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 234/2004 dwar il-Liberja, kif emendat, jimplimenta projbizzjoni fuq il-forniment ta’ ċerti servizzi marbuta ma’ armamenti u tagħmir militari u projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta’ djamanti mhux maqtugħa, skond il-Pożizzjoni Komuni 2007/193/CFSP u Pożizzjonijiet Komuni relatati u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta’ Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1521(2003) u Riżoluzzjonijiet relevanti oħra tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

2. Permezz tar-Riżoluzzjoni 1753(2007) tas-27 ta' April 2007, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ddeċieda, inter alia , li jtemm il-miżuri dwar id-djamanti.

3. Il-Liberja ġiet sussegwentement ammessa, fl-4 ta' Mejju 2007, fl-Iskema ta' Ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process. Għaldaqstant, il-Liberja ser tiġi elenkata minn Regolament tal-Kummissjoni bħala parteċipanta fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 li jimplimenta l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process għall-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma.

4. Fid-dawl ta’ dawn il-fatti, il-Kummissjoni tipproponi li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 234/2004, li jimplimentaw il-projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta' djamanti mhux maqtugħa mil-Liberja u l-projbizzjoni fuq l-iskansar minn din il-projbizzjoni, jiġu mħassra.

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 234/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1030/2003

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2007/.../CFSP li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2007/193/CFSP dwar ċerti miżuri restrittivi rigward il-Liberja[1],

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Il-Pożizzjoni Komuni 2004/137/CFSP ta' l-10 ta' Frar 2004, dwar ċerti miżuri restrittivi kontra l-Liberja kienet tipprovdi għall-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti fil-UNSCR 1521(2003) dwar il-Liberja, inkluża, inter alia , projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta' djamanti mhux maqtugħa mill-Liberja. Din il-projbizzjoni ġiet imġedda l-aktar riċentement mill-Pożizzjoni Komuni 2007/193/CFSP[2] għal perjodu ta' sitt xhur. Fis-27 ta' April 2007, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1753(2007). Dan iddeċieda, inter alia , li jtemm il-miżuri dwar id-djamanti. Il-Liberja ġiet sussegwentement ammessa, fl-4 ta' Mejju 2007, fl-Iskema ta' Ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process. Għaldaqstant, il-Liberja għandha tiġi elenkata bħala Parteċipanta fl-Anness II tar-Regolament Nru 2368/2002 li jimplimenta l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process għall-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 234/2004[3] jipprojbixxi, inter alia , l-importazzjoni ta’ djamanti mhux maqtugħa mil-Liberja.

(3) L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 234/2004, li jipprojbixxi l-importazzjoni fil-Komunità ta' djamanti mhux maqtugħa mil-Liberja, u l-Artikolu 6(3) li jipprojbixxi l-iskansar minn dik il-projbizzjoni, għandhom għaldaqstant jiġu mħassra b'effett retroattiv mis-27 t'April 2007,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 6(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 234/2004 huma mħassra.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Għandu japplika mis-27 ta' April 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, […]

Għall-Kunsill

Il-President

[1] ĠU L [ ], [ .2007], p [ ].

[2] ĠU L 41, 13.2.2007, p 17.

[3] ĠU L 40, 12.2.2007, p 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

Top