This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007PC0129
Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council concerning meat and livestock statistics
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna l-istatistika dwar laħam u bhejjem
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna l-istatistika dwar laħam u bhejjem
/* KUMM/2007/0129 finali - COD 2007/0051 */
Proposta għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna l-istatistika dwar laħam u bhejjem /* KUMM/2007/0129 finali - COD 2007/0051 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 22.3.2007 KUMM(2007) 129 finali 2007/0051 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tikkonċerna l-istatistika dwar laħam u bhejjem (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI KUNTEST TAL-PROPOSTA | 120 | Ir-raġunijiet wara l-proposta u l-għanijiet tagħha L-istatistika dwar il-laħam u l-bhejjem hija essenzjali għall-immaniġġjar tas-swieq ta’ l-UE. Il-leġiżlazzjoni korrenti saret daqshekk kumplessa li l-kodifikazzjoni vertikali kif ukoll dik orizzontali ġew imbassra, iżda dan ma jidhirx li huwa l-mod l-iktar effiċenti lejn leġiżlazzjoni aħjar. Kien ġie ukoll meqjus bħala essenzjali għall-istatistika tal-laħam tat-tjur flimkien ma’ l-istatistika tal-laħam tal-majjal, bovin, nagħaġ u mogħoż. Kuntest ġenerali Il-proposta preżenti hija bi qbil ma’ l-objettivi ta’ leġiżlazzjoni aħjar, tas-simplifikazzjoni u tat-tnaqqis tal-piż impost fuq ir-rispondenti. | 130 | Dispożizzjonijiet eżistenti Il-proposta korrenti hija mfassla għas-simplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet korrenti u biex dawn jiġu adattati għall-ħtiġijiet ġodda ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-leġiżlazzjoni eżistenti, id-Direttiva tal-Kunsill 93/23/KEE ta’ l-1 ta Ġunju 1993 dwar stħarriġ statistiku li għandu jsir fuq il-produzzjoni tal-majjali, id-Direttiva tal-Kunsill 93/24/KEE ta’ l-1 ta’ Ġunju 1993 dwar stħarriġ statistiku li għandu jsir fuq produzzjoni ta’ annimali bovini u d-Direttiva tal-Kunsill 93/25/KEE ta’ l-1 ta’ Ġunju 1993 dwar stħarriġ statistiku li għandu jsir fuq ħażniet ta’ nagħaġ u mogħoż, għandhom għalhekk jiġu rrevokati. | 140 | Il-konsistenza ma’ l-għanijiet u l-politiki l-oħra ta’ l-Unjoni L-istatistika kkonċernata minn din il-proposta hija essenzjali għall-immaniġġjar u l-valutazzjoni tal-politika agrikola komuni. Ir-Regolament propost huwa bi qbil ma’ l-avviċinament ġdid tal-Kummissjoni għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni u ta’ regolamentazzjoni aħjar kif jissemma fil-Komunikazzjonijiet ta’ l-14 ta’ Novembru 2006 dwar “reviżjoni strateġika fir-reviżjoni ta’ Regolamentazzjoni Aħjar fl-Unjoni Ewropea”[1] u “fit-ttnaqqis fil-piżijiet marbuta mar-rispons, mas-simplifikazzjoni u l-issettjar tal-prijoritajiet fil-kamp ta’ l-Istatistika Komunitarja”[2]. Din hija waħda mill-azzjonijiet rapidi identifikata fl-Anness III tal-Komunikazzjoni ta’l-24 ta’ Jannar 2007 dwar “programm ta’ azzjoni fit-tnaqqis tal-puiżijiet amministrattivi fl-Unjoni Ewropea.[3]” | KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-ANALIżI TA’ L-IMPATT | Konsultazzjoni mal-partijiet interessati | 211 | Metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi ewlenija fil-mira u l-profil ġenerali tar-rispondenti Il-proposta ġiet diskussa mal-produtturi tad-data (rappreżentanti ta’ l-Istituti Nazzjonali ta’ l-Istatistika) u s-servizzi tal-Kummissjoni (DG AGRI) permezz tal-Gruppi ta’ Xogħol u l-Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola (SCAS). | 212 | Taqsira tar-reazzjonijiet, u kif tqiesu Il-proposta korrenti hija r-riżultat ta’ negozzjati pjuttost intensivi bejn il-partijiet interessati. | Ġbir u użu ta’ għarfien espert | 221 | Esperjenza kkonċernata Ir-rappreżentanzi nazzjonali fil-laqgħat tad-DĠ Grupp ta’ Xogħol ta’ l-Eurostat “Statistika dwar Prodotti ta’ l-Annimali” kienu esperti bil-konoxxenza tal-leġiżlazzjoni eżistenti u s-sitemi nazzjonali għall-ġbir u l-kumpilazzjoni ta’ statistika tal-prodotti ta’ l-annimali. L-uffiċjali tal-Kummissjoni inkludew esperti dwar l-analiżi politika. | 223 | L-organizzazzjonijiet/esperti ewlenin ikkonsultati L-esperti kienu mill-Istituti Nazzjonali ta’ l-Istatistika u DĠ AGRI. Il-Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola u l-grupp ta’ xogħol "Statistika ta’ l-Annimali" kienu involuti u kkonsultati sew. | 2249 | Sinteżi tal-pariri mogħtija u użati Ġie nnotat rispons ta’ appoġġ pożittiv ħafna. L-eżistenza ta’ riskji potenzjalment serji b’konsegwenzi irriversibbli ma ssemmietx. | 225 | Minħabba li l-proposta korrenti tirrappreżenta simplifikazzjoni ewlenija tal-leġiżlazzjoni eżistenti, ma ġew identifikati ebda riskji. | 226 | Metodi użati sabiex il-pariri ta’ l-esperti jkunu disponibbli pubblikament Id-dokumenti ta’ xogħol u l-minuti tal-laqgħat ta’ l-SCAS u l-grupp ta’ xogħol huma disponibbli permezz tas-CIRCA. | 230 | Il-valutazzjoni ta’ l-impatt Il-proposta korrenti hija simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni korrenti. Ebda kampanja informattiva u inċentivi finanzjarji ma ġew ikkunsidrati bħala xierqa. | L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA | 310 | Sinteżi ta’ l-azzjoni proposta L-objettiv ta’ dan ir-regolament hija l-proviżjoni lill-Istati Membri ta’ l-UE b’statistika dwar bhejjem (darbtejn fis-ena għall-majjali u l-annimali bovini u kull sena fuq nagħaġ u mogħoż), kull xahar għal statistika fuq biċċeriji (piż ta’ rjus u karkassi ta’ majjali, annimali bovini, nagħaġ, mogħoż u tjur), u tbassir dwar il-produzzjoni ta’ laħam (laħam tal-majjal, bovin, nagħaġ u mogħoż). Bażi legali L-Artikolu 285 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jipprovdi l-bażi legali għall-istatistika Komunitarji. Il-Kunsill, huwa u jaġixxi skond il-proċedura ta’ ko-deċiżjoni, jadotta miżuri għall-produzzjoni ta’ l-istatistika fejn meħtieġ għall-prestazzjoni ta’ l-attivitajiet Komunitarji. Dan l-Artikolu jistabbilixxi r-rekwiżiti marbuta mal-produzzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja, u jistqarr li għandhom ikunu f’konformità mal-livelli ta’ imparzjalità, affidabbiltà, oġġettività, indipendenza xjentifika, effettività fl-infiq u kunfidenzjalità statistika. | 320 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà | L-objettivi ta’ din il-proposta, l-iktar l-istabbiliment ta’ qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ l-istatistika Komunitarja dwar produzzjoni ta’ bhejjem u ta’ laħam, ma jistgħux jiġu miksuba sew mill-Istati Membri. Dan jista’ jinkiseb b’mod aħjar fuq livell Komunitarju skond l-att legali Komunitarju, minħabba li l-Kummissjoni biss tista’ tikkordina l-armonizzazzjoni meħtieġa ta’ informazzjoni statistika fuq livell Komunitarju, filwaqt li l-ġbir tad-data u l-kompilazzjoni ta’ statistika komparabbli fuq produzzjoni ta’ bhejjem u ta’ laħam jistgħu jiġu organizzati mill-Istati Membri. Il-Komunità tista’ għalhekk tieħu azzjoni għal dan il-għan, b’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. | Il-Prinċipju tal-Proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità minħabba din/dawn ir-raġuni(jiet). B’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità dan ir-Regolament jillimita ruħu għall-minimu meħtieġ biex jitwettaq l-objettiv tiegħu u ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju għal dan l-għan. Dan ir-Regolament ma jisspeċifikax il-mekkaniżmi ta’ ġbir tad-data għal kull Stat Membru, iżda jiddefinixxi d-data li għandha tiġi pprovduta sabiex jaċċerta l-istruttura armonizzata u l-ħin. Ma hemm ebda obbligu għall-Istati Membri biex jagħmlu l-bidliet fis-sistemi amministrattivi tagħhom fir-rigward ta’ l-istatistika tal-produzzjoni tal-laħam u tal-bhejjem. L-uniku punt ġdid li ġie propost għall-ġbir tad-data f’dan ir-Regolament huma t-tjur, li huwa diġà qiegħed jiġi implimentat fuq livell ta’ l-UE bi ftehim mhux uffiċjali fuq il-kelma. | 332 | Il-kondizzjoni għall-istatistika minnflok r-riżultati ta’ stħarriġ, il-frekwenza ridotta ta’ xi tressiq ta’ data u l-possibbiltà ta’ użu iktar ampju ta’ sorsi li mhumiex stħarriġ (eżempju sorsi amministrattivi) għandhom inaqqsu l-piż finanzjarju u amministrattiv fuq l-awtoritajiet nazzjonali. | L-għażla ta’ strumenti | Strument propost: Regolament Mezzi oħra ma jkunux xierqa għar-raġuni(jiet) li ġejja(in). L-għażla ta’ l-istrument xieraq tiddipendi fuq il-mira leġiżlattiva. Minħabba t-tagħrif meħtieġ fuq livell Ewropew, it-tendenza għall-istatistika Komunitarja kienet li jintużaw regolamenti minflok direttivi għal atti bażiċi. Regolament huwa preferibbli minħabba li jistipula l-istess liġi il-Komunità, u ma jħallix lill-Istati Membri ebda possibbiltà li japplikawha b’mod mhux komplut jew selettiv. Huwa applikabbli direttament, li jfisser li ma hemmx għalfejn jiġi traspost f’liġi nazzjonali. Kuntrarjament, id-direttivi, li għandhom l-għan li jarmonizzaw il-liġijiet nazzjonali, jorbtu lill-Istati Membri fir-rigward ta’ l-objettivi tagħhom, iżda jħallu l-għażla tal-forma u l-metodi f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali. Dawn għandhom ukoll jiġu trasposti fil-liġi nazzjonali. L-użu ta’ regolament huwa skond atti legali oħra dwar l-istatistika li ġew addottati mill-1997. | IMPATT BAġITARJU | 409 | Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjonijiet għall-baġit tal-Komunità. | TAGħRIF SUPPLIMENTARI | 510 | Simplifikazzjoni | 511 | Il-proposta tipprovdi għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni, s-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi għall-awtoritajiet kompetenti (UE u nazzjonali), u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi għall-partijiet privati. | 513 | Dan it-tqassim ridott ta’ data skond ir-reġjuni u skond id-daqs tal-merħla, il-frekwenza ridotta ta’ l-istħarriġ tal-majjali, l-eżenzjonijiet mogħtija lill-Istati Membri bi popolazzjoniet ta’ annimali li jaqgħu taħt ċertu limitu, skadenzi armonizzati għat-trażmissjoni għandhom jissimplifikaw ix-xogħol għall-amministrazzjonijiet ta’ l-UE u dawk nazzjonali. | 514 | L-użu tas-sorsi amministrattivi minflok l-isħariġ għandu jnaqqas il-piż fuq ior-rispondenti. | 515 | Il-proposta hija inkluża fil Programm Leġiżlattiv u ta’ Ħidma tal-Kummissjoni u taħt in-numru ta’ referenza ESTAT/2007/002. | 520 | Revoka ta’ leġiżlazzjoni eżistenti L-adozzjoni ta’ proposta twassal għal revoka ta’ leġiżlazzjoni eżistenti. | 560 | Iż-Żona Ekonomika Ewropea L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għalhekk għandu jiġi estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea. | 1. . 2007/0051 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tikkonċerna l-istatistika dwar laħam u bhejjem (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[4] , Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[5], Billi: (1) Id-Direttiva tal-Kunsill 93/23/KEE ta’ l-1 ta Ġunju 1993 dwar stħarriġ statistiku li għandu jsir fuq il-produzzjoni tal-majjali[6], id-Direttiva tal-Kunsill 93/24/KEE ta’ l-1 ta’ Ġunju 1993 dwar stħarriġ statistiku li għandu jsir fuq produzzjoni ta’ annimali bovini[7] u d-Direttiva tal-Kunsill 93/25/KEE ta’ l-1 ta’ Ġunju 1993 dwar stħarriġ statistiku li għandu jsir fuq ħażniet ta’ nagħaġ u mogħoż[8], ġew emendati ħafna drabi. Iktar emendi u simplifikazzjonijiet li huma issa meħtieġa, dawn l-atti għandhom, għall-finijiet ta’ ċarar, jiġu sostitwiti, skond l-avviċinament ġdid politiku tal-Kummissjoni għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u regolamentazzjoni aħjar. (2) Sabiex jiġi żgurat li l-politika agrikola komuni tiġi amministrata sew, partikolarment fejn huma kkonċernati s-swieq tal l-laħam tal-majjal, ċanga, muntun, nagħaġ, mogħoż u tjur, il-Kummissjoni teħtieġ data regolari dwar it-tendenzi fil-produzzjoni tal-bhejjem u tal-laħam tal-majjal, ċanga, muntun, nagħaġ, mogħoż u tjur. (3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88 tad-29 ta’ Frar 1988 dwar l-organizzazzjoni ta’ l-istħarriġ Komunitarju dwar l-istruttura ta’ l-impriżi agrikoli[9] jipprevedi għal programm Komunitarju għall-proviżjoni ta’ statistika għall-istruttura ta’ l-impriżi agrikoli sa l-2007. (4) Skond ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ l-unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS)[10], l-istatistika kollha mill-Istati Membri trażmessa lill-Kummissjoni li hija mqassma skond unitajiet territorjali għandha tuża l-klassifikazzjoni NUTS. Konsegwenza ta’ dan, sabiex jiġu stabbiliti statistiċi reġjunali komparabbli, l-unitajiet territorjali għandhom jiġu definiti skond il-klassifikazzjoni NUTS. (5) Sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kooperazzjoni mill-qrib hija meħtieġa bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u din għandha tintlaħaq b’mod partikolari permezz tal-Kumitat Permanenti dwar l-Istatistika Agrikola mwaqqaf fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 72/279/KEE[11], (6) Il-miżuri għall-produzzjoni ta’ statistika previsti minn dan ir-Regolament huma meħtieġa għar-rendiment ta’ l-attivitajiet tal-Komunità. Billi l-objettiv ta’ l-azzjoni proposta, jiġifieri l-istabbiliment ta’ qafas legali komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistika Komunitarja li għandha x’taqsam mal-kummerċ tal-laħam u tal-bhejjem fl-Istati Membri, ma tistax tintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u b’hekk tista’ tintlaħaq aħjar f’livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tieħu azzjoni, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipolat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dan l-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak illi jinħtieġ sabiex jinkiseb dan il-għan. (7) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-istatistiki Komunitarji[12] jikkostitwixxi l-qafas ta’ referenza għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikulari, hu jitlob konformità ma’ l-istandards ta’ l-imparzjalità, fiduċja, oġġettività, indipendenza xjentifika, effettività tan-nefqa u l-konfidenzjalità ta’ l-istatistika. (8) Il-miżuri meħtieġa biex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[13]. (9) Partikolarment, il-poteri għandhom jiġu konferiti lill-Kummissjoni biex jiddefinixxu l-kondizzjonijiet li tuża biex tadotta l-kontenut tar-rapport tal-kwalità u tadatta l-Annessi. Minħabba li tali miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament jew biex jissuplimentawha billi jżidu l-elementi mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju skond l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, (10) Il-Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola ġie kkonsultat. ADOTTATAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Is-sustanza tas-suġġett L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ l-istatistiċi tal-Komunità dwar il-produzzjoni ta’ bhejjem u ta’ laħam, b’mod partikolari - Statistika dwar majjali, nagħaġ u mogħoż; - Statistika ta’ qtil ta’ majjali, annimali bovini, nagħaġ, u tjur; - Tbassir ta’ produzzjoni ta’ laħam tal-majjali, bovini, nagħaġ u mogħoż. Artikolu 2 Definizzjonijiet Id-definizzjonijiet għall-għan tar-Regolament preżenti huma stipolati fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament. TAQSIMA I ARTIKOLU 3 Kopertura 2. L-Istati Membri għandhom jipproduċu statistika fir-rigward tan-numru ta’ majjali, annimali bovini, nagħaġ u mogħoż li jinżammu fl-impriżi agrikoli fi ħdan it-territorju tagħhom. 3. L-Istati Membri li qed iwettqu l-istħarriġ għandhom ikopru biżżejjed impriżi agrikoli biex jagħmlu tajjeb għal mill-inqas 95 % tal-popolazzjoni sħiħa, kif stabbilit mill-aħħar stħarriġ dwar l-istruttura ta’ l-impriżi agrikoli. Artikolu 4 Il-frekwenza u perjodu taż-żmien ta’ riferenza 4. L-istatistika tal-majjali għandha ssir darbtejn fis-sena, b’referenza għal ġurnata waħda f’ Mejju/Ġunju u ġurnata waħda f’Novembru/Diċembru. Dawk l-Istati Membri li l-popolazzjoni tagħhom ta’ majjali hija inqas minn tliet miljuni jistgħu jipproduċu din l-istatistika darba fis-sena biss, b’referenza għal ġurnata waħda f’Novembru/Diċembru. 5. L-istatistika tal-bovini għandha ssir darbtejn fis-sena, b’referenza għal ġurnata waħda f’ Mejju/Ġunju u ġurnata waħda f’Novembru/Diċembru. Dawk l-Istati Membri li l-popolazzjoni tagħhom ta’ bovini hija inqas minn 1.5 miljuni jistgħu jipproduċu din l-istatistika darba fis-sena biss, b’referenza għal ġurnata waħda f’Novembru/Diċembru. 6. L-istatistika dwar nagħaġ għandha ssir darba fis-sena, b’referenza għal-ġurnata waħda f’Novembru/f’Diċembru, minn dawk l-Istati Membri li l-popolazzjoni ta’ nagħaġ hija ta’ 500 000 jew iktar. 7. L-istatistika dwar mogħoż għandha ssir darba fis-sena, b’referenza għal-ġurnata waħda f’Novembru/f’Diċembru, minn dawk l-Istati Membri li l-popolazzjoni ta’ mogħoż hija ta’ 500 000 jew iktar. Artikolu 5 Kategoriji L-istatistika dwar il-bhejjem għandha tiġi prodotta għall-kategoriji stipolati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 6 Kondizzjonijiet dwar il-preċiżjoni 8. L-Istati Membri li jwettqu l-istħarriġ għandhom jieħdu l-passi neċessarji sabiex ir-riżultati ta’ l-istħarriġ nazzjonali li jiġu estrapolati jikkonformaw mal-kondizzjonijiet ta’ preċiżjoni stipolati fl-Anness II ma’ dan ir-Regolament. 9. L-Istati Membri għandhom jingħataw il-permess li jużaw sorsi li mhumiex stħarriġ f’każi ġġustifikati. 10. Fil-każ ta’ sorsi li mhumiex stħarriġ, l-Istati Membri għandhom jaċċertaw li l-preċiżjoni hija ta’ l-anqas l-istess preċiżjoni meħtieġa fil-każ ta’ l-istħarriġ. Artikolu 7 Trażmissjoni ta’ l-iskadenzi 11. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-istatistika proviżorja dwar il-bhejjem qabel: 12. il-15 ta’ Settembru ta’ l-istess sena għall-istatistika ta’ Mejju/Ġunju; 13. il-15 ta’ Frar tas-sena ta’ wara għall-istatistika ta’ Novembru/Diċembru. 14. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-istatistika definittiva dwar il-bhejjem qabel: 15. il-15 ta’ Ottubru ta’ l-istess sena għall-istatistika ta’ Mejju/Ġunju; 16. l-1 ta’ April tas-sena ta’ wara għall-istatistika ta’ Novembru/Diċembru. Artikolu 8 Statistika reġjunali L-istatistika ta’ Novembru/Diċembru għandha titqassam skond l-unitajiet territorjali NUTS 2 definiti fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003. B’eċċezzjoni dawn jistgħu jiġu pprovduti biss bl-unitajiet territorjali NUTS 1 fil-każ tal-Ġermanja u tar-Renju Unit. TAQSIMA II STATISTIKA TA’ TBIĊĊIR Artikolu 9 Kopertura L-Istati Membri għandhom iħejju statistika relatata man-numru u piż ta’ karkassi ta’ majjali, aannimali bovini, nagħaġ, mogħoż u tjur maqtula fil-biċċeriji fuq territorju tagħhom, li l-laħam tagħhom ikun meqjus bħala xieraq għal konsum uman. Dawn għandhom ukoll jagħtu stimi dwar il-qtil barra mill-biċċeriji, sabiex l-istatistika tinkludi l-majjali, l-annimali bovini, n-nagħaġ, il-mogħoż u t-tjur maqtula fit-territorju tagħhom. Artikolu 10 Il-frekwenza u perjodu taż-żmien ta’ riferenza 17. L-istatistika dwar qtil fil-biċċeriji għandha tiġi prodotta kull xahar minn kull Stat Membru. Il-perijodu ta’ referenza għandu jkun ix-xahar skond il-kalendarju. 18. L-istatistika dwar qtil barra l-biċċeriji għandha tiġi prodotta kull sena minn kull Stat Membru. Il-perijodu ta’ referenza għandu jkun is-sena skond il-kalendarju. Artikolu 11 Kategoriji L-istatistika dwar il-qtil għandha tiġi prodotta għall-kategoriji stipolati fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 12 Trażmissjoni ta’ l-iskadenzi L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni ta’ l-istatistika dwar qtil fi żmien 60 ġurnata wara l-perijodu ta’ referenza. TAQSIMA III TBASSIR DWAR PRODUZZJONI TA’ LAĦAM Artikolu 13 Kopertura L-Istati Membri għandhom jużaw l-istatistika li tissemma fit-Taqsima I u II, u informazzjoni oħar disponibli, biex jipproduċu tbassir dwar il-forniment tagħhom ta’ majjali, annimali bovini, nagħaġ u mogħoż. Dan il-forniment għandu jkun espress bħala l-produzzjoni indiġena grossa, li tikkorrispondi għan-numru ta’ majjali, annimali bovini, nagħaġ u mogħoż li ġew maqtula flimkien mal-bilanċ ta’ kummerċ u intra-Komunitarju u dak estern fil-kummerċ ta’ annimali ħajjin ta’ dawn l-ispeċi. Artikolu 14 Il-frekwenza u perjodu taż-żmien ta’ riferenza 19. It-tbassir għall-annimali bovini u għall-majjali għandu jsir darbtejn fis-sena minn kull Stat Membru. 20. It-tbassir għan-nagħaġ għandu jsir darba fis-sena minn dawk l-Istati Membri li l-popolazzjoni ta’ nagħaġ hija ta’ 500 000 jew iktar. 21. It-tbassir għall-mogħoż għandu jsir darba fis-sena minn dawk l-Istati Membri li l-popolazzjoni ta’ mogħoż hija ta’ 500 000 jew iktar. 22. It-tbassir għandu jkopri l-erba’ perijodi ta’ erba’ xhur għall-majjali, tliet semestri għall-annimali bovini u żewġ semestri għan-nagħaġ u l-mogħoż. Artikolu 15 Kategoriji It-tbassir għandu jsir għall-kategoriji stipolati fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 16 Trażmissjoni ta’ l-iskadenzi L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar it-tbassar tal-produzzjoni ta’ laħam qabel: - il-15 ta’ Frar għat-tbassir qabel Jannar sa l-aħħar tar-raba’ kwart tas-sena għas-sena korrenti għall-majjali, sa l-aħħar ta’ l-ewwel semestru tas-sena ta’ wara għall-annimali bovini u sa l-aħħar tat-tieni semestru tas-sena korrenti għan-nagħaġ u l-mogħoż; - il-15 ta’ Settembru għat-tbassir minn Lulju tas-sena korrenti sa l-aħħar tat-tieni kwart tas-sena ta’ wara għall-majjali u sa l-aħħar tat-tieni semestru tas-sena ta’ wara għall-annimali bovini. TAQSIMA IV DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI Artikolu 17 Rapporti 23. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’kull bidla metodoloġika jew bidla oħra li tkun tinfluwenza l-istatistika b’mod konsiderevoli. Dan għandu jsir mhux aktar tard minn tliet xhur wara li din il-bidla in kwestjoni tidħol fis-seħħ. 24. Kull tliet snin l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, u għall-ewwel darba tnax –il xahar wara l-adozzjoni tar-Regolament korrenti, bir-rapporti tal-kwalità fuq l-istatistika dwar il-bhejjem, dwar l-istatistika fuq it-tbiċċir u t-tbassir tal-produzzjoni tal-laħam. Il-kontenut ta’ dawk ir-rapporti ta’ kwalità għandhom jiġu definitia mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2). 25. Għandha tingħata attenzjoni lill-prinċipju li l-ispejjeż addizzjonali u l-piżijiet jinżammu f’limiti raġonevoli. Artikolu 18 Miżuri ta’ implimentazzjoni 26. Il-miżuri li ġejjin u li huma neċessarji sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament, għandhom jinġiebu fis-seħħ skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2): 27. definizzjoni tal-kontenut tar-rapporti ta’ kwalità li għandhom jiġu pprovduti mill-Istati Membri (Artikolu 17(2)); 28. modifikazzjonijiet ta’ l-Annessi. 29. Għandu jingħata attenzjoni lill-prinċipju li l-benefiċċji ta’ l-aġġornament għandhom ikunu akbar mill-ispejjeż, u lill-prinċipju li spejjeż addizzjonali u l-piż jibqgħu taħt limiti raġonevoli. Artikolu 19 Il-proċedura tal-Kumitat 30. Il-Kummissjoni għandha tigi assistita mill-Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola, mwaqqaf mill-Artikolu 1 tad-Deciżjoni tal-Kunsill 72/279/KEE. 31. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha. Artikolu 20 Revoka 32. Id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 93/23/KEE, 93/24/KEE u 93/25/KEE huma mħassra. 33. Ir-Referenzi għad-Direttivi għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament. Artikolu 21 Id-dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta ’ l-Unjoni Ewropea. Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2008. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, [...] Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President ANNESS I Definizzjonijiet Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw dawn id-definizzjonijiet: 34. ‘ impriża agrikola ’ hija definita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88; 35. ‘ stħarriġ fuq kampjun ’ huwa definit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88; 36. it-terminu ‘ majjal ’ ifisser annimal domestiku ta’ l-ispeċi Sus ; 37. it-terminu ‘ annimali bovini ’ tfisser annimali domestiċi ta’ l-ispeċi Bos taurus , Bubalus bubalus u Beefalo ; 38. il-kategoriji ta’ annimali bovini: Anness II | Annessi IV u V | Għoġġiela | annimali bovini ta’ mhux iktar minn 300 kg f’piż ta’ annimal ħaj li għad m’għandhomx snien permanenti | Għoġġiela għat-tbiċċir | Annimali bovini ta’ inqas minn sena għat-tbiċċir bħala għoġġiela | Barrin | Bovini maskili mhux kastrati li mhux inklużi taħt għoġġiela | Barrin kastrati | Bovini maskili kastrati li mhux inklużi taħt għoġġiela | Erħiet | Bovini femminili ta’ sentejn jew iktar li għadhom ma kellhomx għoġġiela | Bovini femminili li għad ma kellhomx għoġġiela li huma inklużi taħt għoġġiela | Erħiet għall-qatla | Erħiet imrawma għall-produzzjoni tal-laħam | Erħiet oħrajn | Erħiet imrawma għar-riproduzzjoni u maħsuba biex jissostitwixxu l-baqar tal-ħalib u baqar oħrajn | Baqar | Bovini femminili li kellhom għoġġiela (inklużi dawk li huma ta’ età inqas minn sentejn) | Bovini femminili li kellhom għoġġiela | Baqar tal-ħalib: | Baqar imrawma esklussivament jew prinċipalment għall-produzzjoni ta’ ħalib għall-konsum mill-bniedem u/jew il-produzzjoni ta’ prodotti tal-ħalib, inklużi l-baħar għall-qatla (jekk ġewx imsemna jew le bejn l-aħħar darba li ġew maħluba u l-qatla tagħhom) | Baqar oħrajn | Baqar li mhumiex baqar tal-ħalib, possibilment li jinkludu kull xorta ta’ baqar tal-ġarr | 39. it-terminu ‘ nagħaġ’ ifisser annimal domestiku ta’ l-ispeċi Ovis ; 40. kategoriji ta’ nagħaġ: Nagħaġ u ħrief tan-nagħaġ impoġġija għall-kibx : femminili ta’ l-ispeċi ovina li diġà kienu imħarfa darba kif ukoll dawk li tpoġġija għall-kibx għall-ewwel darba. Nagħaġ tal-ħalib : nagħaġ li huma miżmuma esklussivament jew prinċipalment biex jipproduċu l-ħalib għall-konsum uman u/jew għall-ipproċessar ta’ prodotti tal-ħalib. Dawn jinkludu nagħaġ imħarfa tal-ħalib (kemm jekk huma imsemna kemm jekk mhumiex bejn l-aħħar darba li ġew maħluba u l-qatla tagħhom). Nagħaġ oħra nagħaġ li mhumiex nagħaġ tal-ħalib. Ħrief : nagħaġ maskili jew femminili taħt it-12-il xahar. 41. it-terminu ‘ mogħoż ifisser annimal domestiku ta’ l-ispeċi Capra ; 42. it-terminu ‘ tjur ’ tfisser għasafar domestiċi ta’ l-ispeċi Gallus domesticus (tiġieġ), Meleagris (dundjani), Anas (papri) u Anser anser dom (wiżż), fost oħrajn. Tjur oħrajn jistgħu per eżempju jinkludu l-għasafar domestiċi mill-ispeċi Coturnix (summien), Phasianus (faġani), Numida meleagris dom (fargħuni), Colombinae (ħamiem), and Struthio camelus (ostriches) Għasafar imrawma fil-magħluq għall-iskopijiet tal-kaċċa u mhux għall-produzzjoni tal-laħam mhumiex inklużi hawn; 43. it-terminu‘ karkassa ’ ifisser il-ġisem ta’ annimal wara l-qatla u tlestija ; 44. it-terminu “ piż tal-karkassa ”: 45. għall-majjali huwa l-piż tal-ġisem kiesah li jkun gie maqtul, jew sħiħ jew maqsum min-nofs ma’ tul in-nofs tiegħu, wara li jkun svinat u tneħħewlu l-ġewwieni u wara li jkun tneħħa l-ilsien, il-pil, is-saqajn, il-ġenitalja, ix-xaħam żejjed, il-kliewi u d-dijaframma. 46. għall-bovini huwa l-piż tal-karkassa huwa l-piż tal-ġisem kiesaħ ta’ l-annimal maqtul, wara li jkun ġie mqaxxar, svinat u tneħħewlu l-ġewwieni, u wara li jkunu tneħħew il-ġenitalja, is-saqajn u d-dirgħajn mill-karpu u t-tarsu, ir-ras, id-denb il-kliewi u x-xaħmijiet tal-kliewi, u l-bżieżel; 47. għan-nagħaġ u għall-mogħoż huwa l-piż kiesaħ ta’ annimal maqtul wara li jkun ġie svinat, imqaxxar u tneħħewlu l-ġewwieni, u wara li tkun tneħħielu r-ras (maqlugħha mill-atlanto-occipital joint) is-saqajn (maqlugħa mill-ġogi carpo-metacarpal jew tarso-metatarsal ) tad-denb (maqlugħ bejn is-sitt jew is-seba’ vertebra tad-denb) u ta’ l-organi ġenitali (inklużi l-bżieżel); 48. għat-tjur huwa l-piż tal-ġisem kiesaħ ta’ tajra maqtula wara li tiġi svinata, imnittfa u jitneħħewla l-ġewwieni. Dan jinkludi l-offal tat-tjur, bl-eċċezzjoni tal- foie gras . 49. it-terminu ‘ biċċerija’ ifisser impjant li huwa uffiċjalment reġistrat u approvat użat fit-tbiċċir u t-tlestija ta’ l-annimali li l-laħam tagħhom huwa maħsub għall-konsum mill-bniedem. 50. ANNESS II Kategoriji li japplikaw għall-istatistika dwar il-bhejjem Majjali: ħnienes ħajjin b’piż ta’ anqas minn 20 kg majjali ħajjin b’piż ta’ 20 kg jew aktar iżda anqas minn 50 kg majjali għat-tismin, li jinkludu ħnieżer selvaġġi maqtula u qżieqeż ħajjin maqtula b’piż: ta’ 50 kg jew aktar iżda anqas minn 80 kg ta’ 80 kg jew aktar iżda anqas minn 110 kg ta’ 110 kg jew aktar majjali tat-trobbija ħajjin b’piż ta’ 50 kg jew aktar: ħnieżer selvaġġi qżieqeż koperti, li minnhom: qżieqeż koperti għall-ewwel darba qżieqeż oħrajn, li minnhom: ħnieżer żgħar mhux koperti Annimali Bovini: annimali bovini ta’ inqas minn sena: għoġġiela għat-tbiċċir oħrajn: raġel femminili annimali bovini ta’ bejn sena u sentejn: raġel femminili: annimali għat-tbiċċir oħrajn annimali bovini ta’ sentejn jew aktar: raġel femminili: erħiet: erħiet għall-qatla oħrajn baqar: baqar tal-ħalib oħrajn bufli: bufli femminili għat-trobbija bufli oħrajn Nagħaġ: nagħaġ femminili u ħrief femminili mqegħda mal-muntun: ngħaġ femminili tal-ħalib u ħrief femminili tal-ħalib mqegħda mal-muntun ngħaġ femminili u ħrief femminili oħrajn mqegħda mal-muntun nagħaġ oħra Mogħoż: mogħoż li diġà kellhom il-gidien u mogħoż imgħammrin: mogħoż li diġà kellhom il-gidien mogħoż imgħammrin għall-ewwel darba mogħoż oħrajn ANNESS III Kondizzjonijiet dwar il-preċiżjoni Fil-każ ta’ stħarriġ dwr bhejjem, l-inakkuratezza kaġun tat-teħid tal-kampjuni għal kull Stat Membru m’għandiex tkun ogħla minn (b’kunfidenza dwar l-akkuratezza tar-riżultati ta’ 68%): a) 2% tan-numru totali ta’ majjali (5% fejn il-popolazzjoni hija inqas minn 1 000 000); a) 1% tan-numru totali ta’ annimali bovini (5% fejn il-popolazzjoni ta’ bovini hija inqas minn 1 000 000); a) 1.5 % tan-numru totali ta’ baqar (5% fejn il-popolazzjoni hija inqas minn 500 000); d) 2% tan-numru totali ta’ nagħaġ u mogħoż (5% fejn il-popolazzjoni ta’ mogħoż hija inqas minn 1 000 000). ANNESS IV Kategoriji li japplikaw għall-istatistika dwar il-qatla Majjali: ma ebda ebda tqassim tal-kategorija Annimali Bovini: għoġġiela erħiet baqar barrin barrin kastrati Nagħaġ: ħrief oħrajn Mogħoż: ma ebda ebda tqassim tal-kategorija Tjur: tiġieġ dundjani papri ANNESS V Kategoriji li japplikaw għat-tbassir tbassir tal-produzzjoni tal-laħam Majjali: ma ebda ebda tqassim tal-kategorija Annimali Bovini: għoġġiela erħiet baqar barrin u barrin kastrati Nagħaġ: ma ebda ebda tqassim tal-kategorija Mogħoż: ma ebda ebda tqassim tal-kategorija [1] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ewropew Ekonomiku Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni (COM(2006) 689 finali : “Reviżjoni strateġika dwar Regolazzjoni Aħjar fl-Unjoni Ewropea”. [2] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill “dwar it-tnaqqis fil-piżijiet marbuta mar-rispons, mas-simplifikazzjoni u l-issettjar tal-projoritajiet fil-kamp ta' l-istatistika Komunitarja” (COM(2006) 693 finali). [3] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ewropew Ekonomiku Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni (COM(2007) 23 finali : “Programm ta’ Azzjoni fit-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-Unjoni Ewropea”. [4] ĠU C [...], [...], p. [...]. [5] ĠU C [...], [...], p. [...]. [6] ĠU L 149, 21.6.1993, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1). [7] ĠU L 149, 21.6.1993, p. 5. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1). [8] ĠU L 149, 21.6.1993, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1). [9] ĠU L 56, 2.3.1988, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni(KE) Nru. 204/2006 (ĠU L 34, 7.2.2006, p. 3. [10] ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru /2007 (ĠU L .…...2007, p. ). [11] ĠU L 179, 7.8.1972, p. 1. [12] ĠU L 52, 22.2.1997, p.1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p.1). [13] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata permezz tad-Deċiżjoni Nru 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).