This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007PC0090
Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council amending Regulation No 11 concerning the abolition of discrimination in transport rates and conditions, in implementation of Article 79 (3) of the Treaty establishing the European Economic Community and Regulation (EC) No 852/2004 of the European Parliament and the Council on the hygiene of foodstuffs {SEC(2007) 301} {SEC(2007) 302} {SEC(2007) 303} {SEC(2007) 304}
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament Nru 11 rigward it-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kundizzjonijiet tat-trasport, fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Regolament (KE) 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel {SEG(2007) 301} {SEG(2007) 302} {SEG(2007) 303} {SEG(2007) 304}
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament Nru 11 rigward it-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kundizzjonijiet tat-trasport, fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Regolament (KE) 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel {SEG(2007) 301} {SEG(2007) 302} {SEG(2007) 303} {SEG(2007) 304}
/* KUMM/2007/0090 finali - COD 2007/0037 */
Proposta għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament Nru 11 rigward it-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kundizzjonijiet tat-trasport, fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Regolament (KE) 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel {SEG(2007) 301} {SEG(2007) 302} {SEG(2007) 303} {SEG(2007) 304} /* KUMM/2007/0090 finali - COD 2007/0037 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 6.3.2007 KUMM(2007) 90 finali 2007/0037 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament Nru 11 rigward it-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kundizzjonijiet tat-trasport, fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Regolament (KE) 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel {SEG(2007) 301}{SEG(2007) 302}{SEG(2007) 303}{SEG(2007) 304} (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA - Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Parti kbira mil-leġiżlazzjoni tal-KE ġiet introdotta biex ikunu kkorreġuti l-fallimenti tas-suq u jkunu żgurati l-istess kondizzjonijiet għal kulħadd. Dawn l-għanijiet setgħu sikwit jinkisbu biss bl-impożizzjoni ta’ impenji fuq kumpaniji biex jipprovdu tagħrif u jirrapportaw dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni. Biż-żmien, uħud minn dawn il-proċeduri saru jaħlu ħafna ħin mingħajr bżonn jew skadew. Dawn il-piżijiet amministrattivi għalxejn ixekklu l-attività ekonomika u għandhom impatt negattiv fuq il-kompetittività ta’ l-impriżi Ewropej. Il-Kummissjoni hija impenjata li tnaqqas dawn il-piżijiet li mhumiex meħtieġa sakemm ikun possibbli. Din hi parti mill-istrateġija għal Regolamentazzjoni Aħjar u hi ta’ importanza kruċjali għall-kisba tal-miri ta’ “Liżbona” tagħna ta’ aktar tkabbir u impjiegi. - Il-Kuntest Ġenerali Fl-14 ta’ Novembru 2006, il-Kummissjoni ppreżentat Verifika Strateġika għal Regolamentazzjoni Aħjar fl-Unjoni Ewropea (COM(2006) 689), li tinkludi proposta għal mira biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi fuq in-negozji b’25% sa l-2012. Għaxar proposti konkreti għal “azzjoni mgħaġġla” ġew minnufih identifikati fil-Programm ta’ Azzjoni għat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi fl-UE (COM(2007) 23), imsejsa fuq il-konsultazzjoni wiesgħa tal-partijiet interessanti u s-suġġerimenti mill-Istati Membri u l-esperti tal-Kummissjoni. L-“azzjonijiet mgħaġġla” jimmiraw li jnaqqsu b’mod sinifikanti l-piżijiet amministrattivi fuq il-kumpaniji permezz ta’ bidliet leġiżlattivi żgħar mingħajr ma jbiddlu l-livell ta’ ħarsien jew l-għan ewlieni tal-leġiżlazzjoni. Waħda minn dawn il-proposti għal “azzjoni mgħaġġla” tikkonċerna r-Regolament Nru 11 dwar it-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kondizzjonijiet tat-trasport, fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea. Huwa maħsub li jitneħħew ir-rekwiżiti skaduti u li jiġu emendati ċerti rekwiżiti sabiex jixxejnu l-piżijiet amministrattivi fuq il-kumpaniji. L-Artikolu 5 talab b’mod partikolari lill-impriżi tat-trasport (kif ukoll lill-gvernijiet ta’ l-Istati Membri) sabiex jipprovdu tagħrif fuq it-tariffi, ir-rati u l-kundizzjonijiet tat-trasport qabel l-1 ta’ Lulju 1961. Dan l-Artikolu jista’ jitħassar peress li r-rekwiżiti tat-tagħrif imposti fuq l-impriżi tat-trasport huma skaduti. L-Artikolu 6(1) tar-Regolament jeħtieġ dokument tat-trasport li fih bosta elementi tat-tagħrif li jikkonċernaw lil min jagħmel il-kunsinna, in-natura ta’ l-oġġetti mġorrija, il-post ta’ l-oriġini u d-destinazzjoni ta’ l-oġġetti kif ukoll ir-rotta li se tittieħed jew id-distanza magħmula, kif ukoll, fejn meħtieġ, il-punti fejn tinqasam il-fruntiera. Peress li dawn l-aħħar elementi, jiġifieri r-rotta li se tittieħed jew id-distanza magħmula, kif ukoll il-punti fejn tinqasam il-fruntiera mhumiex indispensabbli iżjed għall-kisba ta’ l-għanijiet tar-Regolament, dawn jistgħu jitħassru. It-tielet sentenza ta’ l-Artikolu 6(2) tar-Regolament teħtieġ lill-ġarrier li jżomm kopja li turi l-ispejjeż kollha tat-trasport finali u kwalunkwe spejjeż oħra u kwalunkwe rifużjonijiet jew fatturi oħra li jaffettwaw ir-rati u l-kondizzjonijiet tat-trasport. Din is-sentenza tista’ titħassar peress li bħalissa, dan it-tagħrif hu disponibbli b’hekk jew b’hekk fis-sistemi ta’ kontabbiltà tal-ġarriera, allura m’hemmx iżjed bżonn għall-ġarriera li jimlew u jżommu dokument separat. L-Artikolu 6(3) se jkollu referenza espliċita għan-noti tal-kunsinna, li huma magħrufa tassew u li huma ta’ spiss użati fis-settur tat-trasport fuq l-art. Din ir-referenza ttejjeb iċ-ċertezza legali għall-impriżi tat-trasport peress li tiċċara li dawn in-noti ta’ kunsinna, jekk ikun fihom id-dettalji kollha meħtieġa mill-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 6, ikunu biżżejjed. “Azzjoni mgħaġġla” oħra tikkonċerna r-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel. L-għan hu li jiġu eżenti l-kumpaniji ta’ l-ikel iż-żgħar li għandhom l-ħila jikkontrollaw l-iġjene ta’ l-ikel billi sempliċiment jimplimentaw r-rekwiżiti l-oħra tar-Regolament (KE) 852/2004 mir-rekwiżit li jwaqqfu, jimplimentaw u jżommu proċedura jew proċeduri permanenti msejsa fuq il-prinċipji ta’ l-analiżi tal-periklu u tal-punti ta’ kontroll kritiċi (("HACCP"). Din l-eżenzjoni tapplika għall-mikro-impriżi[1] li fil-biċċa l-kbira jbigħu l-ikel direttament lill-konsumatur finali. Dawn l-impriżi għandhom inqas minn għaxar impjegati u għandhom fatturat jew total tal-karta tal-bilanċ annwali li ma jaqbiżx iż-2 miljun EUR. Għalhekk, din l-eżenzjoni ma tapplikax għal supermarkets kbar u għal dawk affiljati mal-katina ta’ supermarkets . - Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Id-dispożizzjonijiet eżistenti ta’ din il-proposta jfittxu li jemendaw l-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament Nru 11 rigward it-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kondizzjonijiet tat-trasport, fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel. 2. KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-ISTIMA TA’ L-IMPATT Konsultazzjoni mal-partijiet interessati | - Metodi ta’ konsultazzjoni Fil-Programm ta’ Azzjoni ta’ l-24 ta’ Jannar 2007, il-Kummissjoni ppreżentat għaxar proposti konkreti għal “azzjonijiet mgħaġġla”. Dawn il-proposti ssejsu fuq konsultazzjonijiet ma’ esperti u b’mod partikolari fuq proġett pilota li jqabbel il-kejl ta’ bażi tal-piżijiet amministrattiva fir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Olanda u r-Renju Unit fl-2006. Waħda minn dawn “l-azzjonijiet mgħaġġla” ikkonċernat is-settur tat-trasport u pproponiet li “tnaqqas ċerti obbligi sabiex tiġi pprovduta l-istatistika tat-trasport". Ir-Regolament Nru 11 dwar it-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kundizzjonijiet tat-trasport, fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea li teħtieġ lill-ġarriera li jġorru dokument tat-trasport li jindika inter alia distanzi, rotot u punti fejn jinqasmu l-fruntiera. “Azzjoni mgħaġġla” oħra tikkonċerna l-iġjene ta’ l-ikel, li tipproponi li “teżenta l-kumpaniji ż-żgħar minn ċerti rekwiżiti ta’ l-HACCP (analiżi tal-periklu u punti ta’ kontroll kritiċi)”. L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 jeħtieġ li l-operaturi kollha tal-kumpaniji ta’ l-ikel iwaqqfu, jimplimentaw u jżommu proċedura msejsa fuq il-prinċipji ta’ l-HACCP (Analiżi tal-Periklu u Punti ta’ Kontroll Kritiċi). Taqsira tat-tweġibiet L-esperti u l-industrija wrew tħassib li dawn ir-rekwiżiti mill-1960 fir-Regolament Nru 11 huma skaduti fis-settur tassew liberalizzat tat-trasport. Ċerti artikoli huma skaduti filwaqt li oħrajn jimponu piżijiet bla bżonn fuq il-kumpaniji. Ir-rappreżentanti tal-kumpaniji ż-żgħar urew tħassib rigward l-implimentazzjoni ġenerali tas-sistema HACCP fil-kumpaniji ta’ l-ikel kollha. Minkejja l-flessibbiltà li ddaħħlet fir-Regolament, intalbet kjarifika. Il-Kummissjoni organizzat serje ta’ laqgħat ma’ l-esperti mill-Istati Membri. Barra minn hekk, u fl-interess tat-trasparenza, il-Kummissjoni ħeġġet diskussjoni mal-partijiet interessati sabiex tippermetti lill-interessi soċjo-ekonomiċi differenti li jleħħnu l-opinjoni tagħhom. Għal dan il-għan, ġiet organizzata laqgħa mar-rappreżentanti tal-produtturi, ta’ l-industrija, tal-kummerċ u tal-konsumaturi biex jiddiskutu kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-implimentazzjoni tal-proċeduri msejsa fuq l-HACCP u l-flessibbiltà ta’ l-HACCP. Ir-riżultati ta’ dawn id-diskussjonijiet huma stipulati fid-dokument ta’ gwida li ġie approvat mill-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali u ppubblikat fuq: http://ec.europa.eu/food/food/biosafety/hygienelegislation/guidance_doc_haccp_en.pdf Minħabba l-impatt sinifikanti fuq l-SMEs li applikazzjoni riġida tar-rekwiżiti ta’ l-HACCP tista’ twassal għaliha u l-fatt li ċerti kumpaniji jistgħu jipprovdu l-istess livell ta’ ħarsien iġjeniku bl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti l-oħra kollha tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, mingħajr ma jkun hemm il-bżonn li jiġu implimentati l-proċeduri HACCP sħaħ u minkejja d-dokument ta’ gwida li jispjega sa liema punt għandha tiġi applikata l-flessibbiltà rigward l-HACCP, hemm ħtieġa ta’ eżenzjoni għal ċerti impriżi mir-rekwiżiti kollha ta’ l-HACCP. Madankollu, għandu jitqies li eżenzjoni m’għandhiex tapplika għal kumpaniji li l-attività tagħhom tolqot pubbliku wiesa’. Għalhekk, l-eżenzjoni għandha tkun limitata għal kumpaniji li għandhom inqas minn 10 impjegati li jistgħu jiġu kklassifikati bħala mikro-impriżi bit-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju rigward id-definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju. - Stima ta’ l-impatt L-istima ta’ l-impatt li tikkonċerna r-Regolament Nru 11 tqies żewġ għażliet: Għażla 1 L-ebda bidla politika Għażla 2 It-tneħħija ta’ l-obbligi li jingħata tagħrif dwar ir-rotti, id-distanzi, ir-rati u kundizzjonijiet oħra ta-trasport, u li jiġi permess l-użu ta’ noti dwar il-kunsinna biex jingħata t-tagħrif dwar ir-rekwiżiti li jifdal marbuta mad-dokument tat-trasport attwali. L-għażla 2 kienet l-għażla preferuta peress li tipprovdi tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa filwaqt li jinżamm l-istess livell ta’ tagħrif essenzjali. L-istima ta’ l-impatt li tikkonċerna r-Regolament (KE) Nru 852./2004 tqis tliet għażliet: Għażla 1 L-ebda bidla politika Għażla 2 Eżenzjoni ta’ ċerti kumpaniji mir-rekwiżiti ta’ l-HACCP. Għażla 3 Tneħħija tal-proċeduri HACCP mill-kumpaniji kollha. L-għażla 2 kienet l-għażla preferuta peress li tipprovdi għal bilanċ sod bejn it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi fuq il-kumpaniji filwaqt li żżomm il-livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumaturi. 3. ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA - Taqsira ta’ l-azzjoni proposta L-għan ta’ l-azzjoni rigward ir-Regolament Nru 11 hu li jnaqqas il-piżijiet amministrattivi għall-impriżi tat-trasport billi jitneħħew ir-rekwiżiti tad-dokumenti skaduti rigward ir-rotta li għandha tittieħed, id-distanza li għandha ssir, il-punti fejn jinqasmu l-fruntieri eċċ. L-azzjonijiet rigward ir-rekwiżiti ta’ l-HACCP jimmiraw li jdaħħlu emenda għar-Regolament KE) Nru 852/2004 li teskludi l-impriżi mikro mir-rekwiżit li jwaqqfu, jimplimentaw u jżommu proċedura jew proċeduri permanenti msejsa fuq il-prinċipji ta’ l-HACCP. Din l-eżenzjoni tapplika għall-kumpaniji b’inqas minn 10 impjegati li fil-biċċa l-kbira jbigħu l-ikel direttament lill-konsumatur finali. - Il-bażi legali Il-bażi legali ta’ l-azzjoni Komunitarja fil-qasam tat-Trasport hu stipulat fl-Artikolu 75 tat-Trattat KE, u l-bażi legali ta’ l-azzjoni Komunitarja fil-qasam ta’ l-Iġjene ta’ l-ikel hi stipulata fl-Artikoli 95 u 152(4)(b) tat-Trattat KE. - Prinċipju tas-sussidjarjetà L-azzjoni meħuda mill-Istati Membri jaf ma tkunx biżżejjed biex tnaqqas il-piżijiet amministrattivi f’dawn l-oqsma peress li r-rekwiżiti tat-tagħrif ġew imposti għall-impriżi tat-trasport u l-kumpaniji ta’ l-ikel skond ir-Regolamenti KE. Għalhekk tnaqqis jista’ jinkiseb biss permezz ta’ emendi tar-Regolamenti kkonċernati fuq livell ta’ l-Unjoni Ewropea. | L-azzjoni ta’ l-UE se tiżgura li l-impriżi Ewropej kollha tat-trasport u l-kumpaniji ta’ l-ikel ikkonċernati jistgħu jibbenefikaw minn dan it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi. | Għaldaqstant, il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. | - Prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja/in. L-għan li jitnaqqsu l-piżijiet amministrativi kkaġunati mir-rekwiżiti tat-tagħrif imposti mir-Regolament Nru 11 u r-Regolament (KE) Nru 852/2004 jista’ jintlaħaq biss jekk jiġu emendati dawn ir-Regolamenti, li jista’ jsir biss permezz ta’ strument legali tal-KE li jorbot, ta’ l-istess livell, jiġifieri Regolament. Dan hu ’b’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità li jinsab fl-Artikolu 5 tat-Trattat KE. Din il-proposta tiżgura li l-piżijiet amministrattivi li jaqgħu f’idejn l-impriżi tat-trasport u l-kumpaniji ta’ l-ikel ikkaġunati mir-rekwiżiti tat-tagħrif li jinsabu fir-Regolamenti Nru 11 u (KE) Nru 852/2004 jixxejnu. - L-għażla ta’ l-istrumenti Strumenti proposti: Regolament. Mezzi oħra ma jkunux tajbin għar-raġuni(jiet) li ġejja/in. L-għan li jitnaqqsu l-piżijiet amministrativi kkaġunati mir-rekwiżiti tat-tagħrif imposti mir-Regolament Nru 11 u r-Regolament (KE) Nru 852/2004 jista’ jintlaħaq biss jekk jiġu emendati dawn ir-Regolamenti, li jista’ jsir biss permezz ta’ strument legali tal-KE li jorbot, ta’ l-istess tip u livell, jiġifieri Regolament. 4. L-IMPLIKAZZJONI GħALL-BAġIT Din il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Komunità. 5. INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI - Simplifikazzjoni Il-proposta tipprovdi għal simplifikazzjoni ta’ proċeduri amministrattivi għall-partijiet privati. Il-proċedura amministrattiva li għandha tiġi segwita mill-impriżi tat-trasport se tiġi ssimplifikata fis-sens li ċerti rekwiżiti tad-dokumenti li mhumiex indispensabbli għal kollox rigward ir-rotta li għandha tittieħed, id-distanza li għandha ssir, u l-punti fejn jinqasmu l-fruntieri se jitneħħew. Il-proċeduri amministrattivi għal kumpaniji ta’ l-ikel iż-żgħar kapaċi li jikkontrollaw l-iġjene ta’ l-ikel sempliċiment billi jimplimentaw ir-rekwiżiti l-oħra tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 se jiġu ssimplifikati peress li l-mikro-impriżi li fil-biċċa l-kbira jbigħu l-ikel direttament lill-konsumatur se jiġu eżenti mir-rekwiżit li jwaqqfu, jimplimentaw u jżommu proċedura jew proċeduri permanenti msejsa fuq il-prinċipji ta’ l-HACCP. - Iż-Żona Ekonomika Ewropea Dan l-att propost jolqot kwistjoni rilevanti għaż-ŻEE, u għalhekk għandu jestendi għaż-Żona Ekonomika Ewropea. 2007/0037 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament Nru 11 rigward it-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kundizzjonijiet tat-trasport, fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Regolament (KE) 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 75(3), l-Artikolu 95 u l-Artikolu 152(4) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[2], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali[3], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[4], Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[5], Billi: (1) Il-politiki tal-Komunità dwar Regolamentazzjoni Aħjar, b’mod partikolari il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: “Valutazzjon strateġika għal Regolamentazzjoni Aħjar fl-Unjoni Ewropea[6], u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: “Il-Programm ta’ Azzjoni għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-Unjoni Ewropea”[7], jisħaq l-importanza tat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi imposti fuq l-impriżi bil-leġiżlazzjoni eżistenti ta’ element kruċjali għat-titjib tal-kompetittività tagħhom u għall-kisba ta’ l-għanijiet ta’ l-aġenda ta’ Liżbona. (2) Ir-regoli Komunitarji meħtieġa skond l-Artikolu 75 tat-Trattat KE sabiex jitneħħew ċerti tipi ta’ diskriminazzjoni, rigward it-trasport fuq l-arti fi ħdan il-Komunità, ġew stipulati fir-Regolament Nru 11[8]. Sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi fuq il-kumpaniji, dan ir-Regolament għandu jiġi ssimplifikat billi jitneħħew ir-rekwiżiti skaduti u mhux meħtieġa u b’mod partikolari, ir-rekwiżit li jinżamm bil-miktub ċertu tagħrif li, minħabba progress tekniku, issa hu disponibbli fis-sistemi tal-kontabbiltà tal-ġarriera. (3) L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004[9] jeħtieġ li l-operaturi kollha tal-kumpaniji ta’ l-ikel iwaqqfu, jimplimentaw u jżommu proċedura msejsa fuq il-prinċipji ta’ l-Analiżi tal-Periklu u l-Punti ta’ Kontroll Kritiċi (HACCP). (4) L-esperjenza wriet li f’ċerti kumpaniji ta’ l-ikel, l-iġjene ta’ l-ikel jista’ jiġi żgurat permezz ta’ l-implimentazzjoni korretta tar-rekwiżiti ta’ l-iġjene ta’ l-ikel stipulati fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 mingħajr ma jsir użu tas-sistema ta’ l-HACCP. Il-kumpaniji kkonċernati huma b’mod partikolari kumpaniji żgħar li fil-biċċa l-kbira jbigħu l-prodotti tagħhom direttament lill-konsumatur finali, bħal tal-ħobż, tal-laħam, tal-growser, tal-monti, ir-restaurants, u l-bars, li huma mikro-impriżi skond it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 rigward id-definizzjoni ta’ l-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju[10]. (5) Għalhekk, jeħtieġ li tiġi pprovduta eżenzjoni lil dawn il-kumpaniji mir-rekwiżit ta’ l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004. Dan ifisser li huma għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti l-oħra kollha ta’ dan ir-Regolament. (6) Peress li l-emenda tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 u dik tar-Regolament Nru 11 għandhom l-għan komuni li jnaqqsu l-piżijiet amministrattivi fuq il-kumpaniji, mingħajr ma jbiddlu l-proposta bażi ta’ dawn ir-Regolamenti, jeħtieġ li dawn l-emendi jingħaqdu f’Regolament wieħed. ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament Nru 11 huwa emendat kif ġej: (1) L-Artikolu 5 jitħassar. (2) L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej: (a) Fil-parargafu 1, jitħassru l-ħames u s-sitt inċiżi; (b) Fil-paragrafu 2, titħassar it-tielet sentenza. (ċ) Il-paragrafu 3 qiegħed jinbidel b’dan li ġej: "3. Meta d-dokumenti eżistenti bħan-noti tal-kunsinna jew kwalunkwe dokument tat-trasport ieħor li jagħti d-dettalji kollha speċifikati fil-paragrafu 1 u, f’rabta mas-sistemi tar-reġistri u l-kontabbiltà tal-ġarriera, jippermettu li ssir verifika sħiħa tar-rati u l-kondizzjonijiet tat-trasport, sabiex il-forom ta’ diskriminazzjoni msemmija fl-Artikolu 75(1) tat-Trattat jistgħu għalhekk jitneħħew jew jiġu evitati, il-ġarriera mhumiex meħtieġa jintroduċu dokumenti ġodda. Artikolu 2 Fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, is-sentenza li ġejja tiżdied: Mingħajr ħsara għar-rekwiżiti l-oħra ta’ dan ir-Regolament, il-paragrafu 1 mhux se japplika għall-kumpaniji li huma mikro-impriżi skond it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003[11], u l-attivitajiet li jikkonsistu fil-biċċa l-kbira fil-bejgħ dirett ta’ l-ikel lill-konsumatur finali.” Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] Skond it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE li tikkonċerna d-definizzjoni ta’ l-impriżi mikro, żgħar jew ta’ daqs medju tas-6 ta’ Mejju 2003, C(2003) 1422 ĠU L 124/36. [2] ĠU C […], […], p. […]. [3] ĠU C […], […], p. […]. [4] ĠU C […], […], p. […]. [5] ĠU C […], […], p. […]. [6] COM(2006) 689. [7] COM(2007) 23. [8] ĠU 52, 16.8.1960, p. 1121. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3626/84 (ĠU L 335, 22.12.1984, p. 4). [9] ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1; verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3. [10] ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36. [11] ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.