This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007IP0080
European Parliament recommendation of 15 March 2007 to the Council on the negotiating mandate for an association agreement between the European Union and its Member States, of the one part, and the Andean Community and its member countries, of the other part (2006/2221(INI))
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2007 dwar il-mandat għal negozjati ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa l-waħda, u l-Komunità Andina u l-pajjiżi membri tagħha, minn naħa l-oħra (2006/2221(INI))
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2007 dwar il-mandat għal negozjati ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa l-waħda, u l-Komunità Andina u l-pajjiżi membri tagħha, minn naħa l-oħra (2006/2221(INI))
ĠU C 301E, 13.12.2007, pp. 238–243
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2007 dwar il-mandat għal negozjati ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa l-waħda, u l-Komunità Andina u l-pajjiżi membri tagħha, minn naħa l-oħra (2006/2221(INI))
Official Journal 301 E , 13/12/2007 P. 0238 - 0243
P6_TA(2007)0080 Negozjar ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Komunità Andina Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill tal- 15 ta' Marzu 2007 dwar il-mandat għal negozjati ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa l-waħda, u l-Komunità Andina u l-pajjiżi membri tagħha, minn naħa l-oħra (2006/2221(INI)) Il-Parlament Ewropew, - wara li kkunsidra l-proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill magħmula minn Luis Yáñez-Barnuevo f'isem il-Grupp PSE dwar il-mandat għal negozjati ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa l-waħda, u l-Komunità Andina u l-pajjiżi membri tagħha, minn naħa l-oħra (B6-0374/2006), - wara li kkunsidra l-Paragrafu 31 tad-Dikjarazzjoni ta' Vjenna dwar id-deċiżjoni meħuda mill-UE u mill-Komunità Andina(KA) fir-IV Laqgħa Għolja UE-Amerika Latina u Karibew (ALK) li saret fi Vjenna fit- 12 ta' Mejju 2006, jiġifieri d-deċiżjoni li fis-sena 2006 jinbeda l-proċess għan-negozjar ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni li tkun tinkludi djalogu politiku, programmi ta' koperazzjoni u ftehima kummerċjali, - wara li kkunsidra t-Titolu V tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, - wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal- 15 ta' Novembru 2001 dwar Assoċjazzjoni Globali u Strateġija Komuni għar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina [1], - wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal- 31 ta' Marzu 2004 dwar l-iffirmar ta' Ftehima ta' Djalogu Politiku u ta' Koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-waħda, u l-Komunità Andina u l-Istati Membri tagħha - ir-Repubbliki tal-Bolivja, tal-Kolombja, ta' l-Ekwador, tal-Perù u r-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, minn in-naħa l-oħra [2], - wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas- 27 ta' April 2006 dwar Assoċjazzjoni msaħħa bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina [3], - wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-ftuħ tan-negozjati għal konklużjoni ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni mal-Komunità Andina u l-Istati Membri tagħha (SEC(2006)1625), - wara li kkunsidra l-Artikoli 114(3) u 83(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, - wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0025/2007), A. billi r-rispett tad-demokrazija, ta' l-istat tad-dritt u t-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem għan-nies kollha, kif ukoll ir-rispett sħiħ tad-drittijiet ċivili u politiċi taċ-ċittadini taż-żewġ reġjuni huma kundizzjonijiet bażiċi għall-iżvilupp ta' l-Assoċjazzjoni bejn il-partijiet, B. billi l-garanzija tat-tgawdija sħiħa tad-drittijiet fundamentali għaċ-ċittadini kollha, b'mod partikulari dawk li huma żvantaġġati, bħad-drittijiet tal-popli indiġeni, u t-tħeġġiġ tal-parteċipazzjoni soċjali u politika tagħhom, huma elementi ewlenin tal-Ftehima; C. billi l-KA qed tagħmel sforzi u hija disponibbli li tikkonkludi Ftehima ta' Assoċjazzjoni ma' l-UE, minkejja d-diffikultajet interni li kellha tiffaċċja, D. billi l-linji gwida għan-negozjati ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni futura għandhom jagħmluha ċara li bejn il-partijiet għandha tiġi konkluża Ftehima ta' Assoċjazzjoni globali, jiġifieri ftehima li tinkludi d-djalogu politiku ta' Assoċjazjoni ġenwina, programmi ta' koperazzjoni u l-ħolqien ta' Żona ta' Kummerċ Ħieles (ŻKĦ) għall-benefiċċju komuni taċ-ċittadini taż-żewġ reġjuni, E. billi fit- 13 ta' Ġunju 2006 il-Presidenti tal-Bolivja, Kolombja, Ekwador u l-Peru iltaqgħu f'Quito u kellhom reazzjoni pożittiva għar-rekwiżiti fid-Dikjarazzjoni ta' Vjenna, u qablu li jikkonsolidaw ir-rieda tagħhom għall-integrazzjoni u li jagħtu spinta lill-proċess għall-ftuħ tan-negozjati tal-Ftehima ta' Assoċjazzjoni bejn il-KA u l-UE; F. billi l-ħolqien ta' Assemblea Parlamentari Ewro-Latinamerikana (EuroLat) kien pass deċiżiv fit-tisħiħ talleġittimità demokratika u d-dimensjoni politika tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Amerika Latina, u b'mod partikulari r-relazzjoni bejn l-UE u l-KA, u billi din l-Assemblea ser tkun il-forum permanenti taddjalogu politiku bejn iż-żewġ reġjuni, G. billi l-linji gwida għan-negozjati tal-Ftehima futura m'għandhomx jinsew iċ-ċirkustanzi ekonomiċi, politiċi u soċjali tal-maġġoranza tal-pajjiżi Andini, u lanqas m'għandhom jinjoraw id-differenzi fl-iżvilupp bejn iż-żewġ reġjuni, u l-karatteristiċi tar-relazzjonijiet ekonomiċi fi ħdan il-KA innifisha, H. billi jkun xieraq li jiġi żgurat li l-istrumenti plurijennali ta' programmar finanzjarju ta' l-UE jkunu kompatibbli mal-kisba ta' l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs) fir-reġjun Andin, 1. Jindirizza dawn ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin lill-Kunsill: a) li fil-mandat għan-negozjati tiġi inkluża b'mod ċar il-bażi legali li fuqha ser tiġi negozjata l-Ftehima ta' Assoċjazzjoni futura, jiġifieri l-Artikolu 310 tat-Trattat KE flimkien ma' l-Artikolu 300(2), l-ewwel sottoparagrafu, u l-Artikolu 300(3), it-tieni sottoparagrafu ta' l-istess trattat; b) li l-mandat għan-negozjati jispeċifika li wieħed mill-objettivi tal-Ftehima ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-KA għandu jkun l-istabbiliment fil-ħin ta' zona ta' kummerċ ħieles avvanzata (ŻKĦ), id-djalogu politiku u l-koperazzjoni, il-promozzjoni ta' l-iżvilupp uman sostenibbli, il-koeżjoni soċjali, il-konsolidazzjoni tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt, u r-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem, ċivili, politiċi, ekonomiċi u soċjali, mingħajr ma jintesew id-dimensjonijiet kulturali u ambjentali ta' dawn id-drittijiet; c) li l-linji gwida għan-negozjati għandhom jipprovdu sinjali ċari ta' appoġġ lill-imsieħba Andini fl-isforzi tagħhom li jkabbru l-integrazzjoni reġjonali fl-oqsma kollha tagħha, filwaqt li jiffavorixxu Ftehima bejn il-blokok reġjonali mingħajr ma jiġi eskluż it-trattament divrenzjat meħtieġ għall-proċess ta' integrazzjoni fi ħdan il-KA; d) li l-linji gwida għan-negozjati jidentifikaw it-temi ċentrali li fuqhom ser jiffokaw l-aġenda u d-djalogu politiku, inkluż l-aġġornament tal-miri u ta' l-objettivi f'temi bħall-governanza demokratika, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-impunità u t-terroriżmu, b'mod speċjali in-narkoterrorizmu u l-konnessjonijiet tiegħu mal-kriminalità organizzata, iż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà, u l-immaniġġjar tal-kunflitti; li jiġu inklużi temi oħra bħat-tnaqqis tal-faqar, l-appoġġ għall-koeżjoni soċjali, il-migrazzjoni u l-iskambji umani; u li ssir azzjoni konkreta f'temi bħall-adozzjoni ta' pożizzjonijiet komuni fil-fora internazzjonali u fin-Nazzjonijiet Uniti; e) li jipprovdu għall-ħatra ta' membri għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-KA li ser jiġi stabbilit fil-Ftehima ta' Assoċjazzjoni l-ġdida, minn fost il-membri tal-Parlament Ewropew u tal-Parlament Andin li jagħmlu wkoll parti mill-EuroLat, bħala espressjoni konkreta ta' appoġġ għall-proċess ta' integrazzjoni tar-reġjun Andin u għall-Assoċjazzjoni Strateġika Bireġjonali UE-Amerika Latina u l-Karibew; f) li l-azzjonijiet ta' l-UE jingħataw prijorità, b'mod partikulari fil-qasam ta' l-edukazzjoni u s-saħħa, g) li tiġi promossa l-parteċipazzjoni strutturata ta' l-organizzazzjonijiet soċjali u tas-soċjetà ċivili fl-oqsma differenti tal-Ftehima ta' Assoċjazzjoni u fil-proċess tan-negozjar ta' l-istess Ftehima, jiġu definiti mekkanizmi ta' djalogar li jiżguraw it-trasparenza u l-aċċess xieraq għall-informazzjoni, u tiġi proposta l-organizzazzjoni ta' konferenzi perjodiċi mar-rappreżentanti ta' l-organizzazzjonijiet soċjali u tas-soċjetà ċivili, kemm fl-UE kif ukoll fil-KA, filwaqt li dawn ir-rappreżentanti jingħataw status ta' osservaturi fillaqgħat interministerjali, u tiġi faċilitata l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-fora, kumitati u sottokumitati settorjali relevanti; h) li l-mandat għan-negozjati jkun jinkludi b'mod partikulari il-kunsens UE-KA dwar ir-responsabilità komuni fil-qasam tal-ġlieda kontra t-traffikar ta' drogi, it-tisħiħ tad-djalogu politiku speċjalizzat filqasam tal-ġlieda kontra d-drogi, kif ukoll l-implikazzjonijiet soċjali, ekonomiċi u ambjentali ta' l-implimentazzjoni tal-miżuri proposti, b'mod partikulari dawk relatati mal-promozzjoni u ma' l-aċċess għassuq ta' impjiegi alternattivi u tat-tkabbir ta' wċuh ta' ra ba' alternattivi, u mal-mekkaniżmi speċifiċi ta' kontroll imfassla sabiex irażżnu u gradwalment inaqqsu r-reati konnessi mal-ħasil tal-flus u mat-traffikar ta' l-armi; i) li jiġi żgurat li fil-ftehima ta' Assoċjazzjoni futura tiġi inkluża l-hekk imsejħa "klawżola ta' demokrazija" u klawżoli oħra ta' natura soċjali (relatati mad-drittijiet tax-xogħol inkorporati fil-konvenzjonijiet ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO); b'referenza speċjali għall-Konvenzjoni 169 dwar il-popli Indiġeni u Tribali f'pajjiżi indipendenti, il-protezzjoni ta' kundizzjonijiet ta' xogħol dinjitużi, in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza fix-xogħol bejn in-nisa u l-irġiel, u l-eredikazzjoni tax-xogħol magħmul mit-tfal) u ta' l-ambjent; li ssir referenza diretta għall-mekkaniżmi konkreti li jiżguraw l-implimentazzjoni tagħhom, u b'mod partikulari, li tiġi żgurata l-kontinwità u t-titjib tar-reġim ta' inċentivi relatati ma' limpjiegi u ma' l-ambjent tas-sistema ta' preferenzi ġeneralizzati [4] (SPG), inkluza l-SPG plus, u b'mod partikulari, li jipprovdi għal rapport annwali lill-Parlament dwar is-segwitu mwettaq mill-Kummissjoni f'dan ir-rigward; j) li d-dispożizzjonijiet dwar koperazzjoni għall-iżvilupp fil-linji gwida għan-negozjati tal-Ftehima l-ġdida jieħdu kont sħiħ tal-partikularitajiet tar-reġjun tal-KA u l-ilħuq ta' l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs) fir-reġjun, u li l-punt tat-tluq ikun l-irwol prijoritarju tat-taħriġ tar-riżorsi umani u l-iskambji kulturali u edukattivi sabiex jingħeleb il-faqar fir-reġjun, sabiex tingħata attenzjoni speċjali lill-edukazzjoni, lir-riċerka, lix-xjenza u lit-teknoloġija, kif ukoll il-kultura, bil-għan li jiżdiedu l-skambji f'dawn loqsma, fil-protezzjoni tas-saħħa pubblika u fil-protezzjoni ta' l-ekosistemi u tal-bijodiversità; k) li tiġi enfasizzata l-ħtieġa li tiġi żgurata l-koerenza tal-politiki favur l-iżvilupp, bi qbil mal-prinċipju mħaddan fl-Artikolu 178 tat-Trattat KE, fid-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri mlaqqgħa fi ħdan il-Kunsill, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni dwar il-politika ta' żvilupp ta' l-Unjoni Ewropea "Il-Kunsens Ewropew" [5] u fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Integrazzjoni ta' Kunsiderazzjonijiet dwar l-Iżvilupp fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet tal-Kunsill [6]; l) li tiġi enfasizzata l-ħtieġa li l-linji gwida għan-negozjati iqisu bis-sħiħ l-objettiv prijoritarju li jinqerdu lfaqar, l-inugwaljanza, l-esklużjoni soċjali u l-forom kollha ta' diskiminazzjoni, b'mod partikulari d-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' ġeneru (sess) jew oriġini etnika, u li tiġi enfasizzata l-ħtieġa ta' strateġija ġenerali ta' żvilupp integrata u politiki li jiżguraw ugwaljanza ta' opportunitajiet u kundizzjonijiet aħjar ta' għixien u ta' xogħol għall-kulħadd, inklużi d-drittijiet ekonomiċi u kulturali tal-popli indiġeni, kif ukoll li tingħata prijorità għal aċċess akbar għall-edukazzjoni u għas-saħħa; m) li jissaħħu l-mekkaniżmi interni u l-miżuri konġunti fil-qafas ta' l-assoċjazzjoni sabiex l-istrateġiji għalliżvilupp jilħqu l-potenzjal massimu tagħhom filwaqt li tingħata spinta lil proġetti ta' ko-żvilupp, b'mod speċjali proġetti mal-popolazzjonijiet immigranti li jgħixu fl-UE; n) li jissemma li l-investiment barrani huwa element essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku taż-żewġ reġjuni u li jiġi enfasizzat li huwa mistenni li kumpaniji Ewropej b'investimenti fil-KA japplikaw l-istess standards dwar kundizzjonijiet ta' xogħol u investiment li huma osservati fl-UE, u li s-sigurtà legali ta' linvestituri trid tiġi żgurata fuq il-bażi tad-Dritt Privat Internazzjonali u b'rispett sħiħ tal-prinċipju tassovranità nazzjonali fuq ir-riżorsi naturali; o) li fir-rigward tal-migrazzjoni, il-Ftehima l-ġdida tkun tinkludi dispożizzjonijiet għat-tisħiħ tad-drittijiet fundamentali, id-drittijiet tax-xogħol u d-drittijiet ċivili tal-migranti legali, b'mod speċjali rigward issigurtà soċjali tagħhom, ikunu fejn ikunu, u li jiġu definiti mekkaniżmi għall-faċilitazzjoni tat-trasferimenti ta' flus li l-migranti jibgħatu lejn pajjiżhom, u li dawn it-trasferimenti jitraħħsu u jsiru aktar trasparenti, filwaqt li fl-istess ħin, jiġu affrontati r-raġunijiet li jimmotivaw il-migrazzjoni; p) li jiġu inklużi l-objettivi ta' appoġġ għall-integrazzjoni reġjonali, b'mod partikulari l-integrazzjoni ta' linfrastrutturi fiżiċi, tat-trasport, tal-komunikazzjonijiet u ta' l-enerġija, fost l-objettivi tal-mandat li jmiss għall-operat tal-Bank Ewropew ta' Investiment fl-Amerika Latina, sabiex l-attività ta' din l-istituzzjoni tikkumplimenta l-Ftehima l-ġdida b'mod effettiv; q) li l-linji gwida għan-negozjati jqisu t-tisħiħ ta' l-appoġġ mogħti mill-UE għall-integrazzjoni Andina u għar-riforma u t-tisħiħ tal-qafas leġiżlattiv tagħha u ta' l-istituzzjonijiet tagħha, bil-għan li dawn l-istituzzjonijiet ikunu aktar effettivi, rappreżentattivi u leġittimi, b'mod partikulari fir-rigward tat-tneħħija ta' lostakoli għall-kummerċ, il-moviment ħieles tal-persuni, il-politiki komuni u l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, filwaqt li ssir ukoll referenza għall-esperjenza Ewropea fir-rigward tal-fondi strutturali, reġjonali u ta' koeżjoni; r) li fil-mandat għan-negozjati jiġi stabbilit li l-Istudju dwar l-Impatt Soċjo-Ambjentali jrid jiġi ppreżentat fil-bidu tan-negozjati u inkluż bħala dokument ta' referenza ta' l-aġenda għan-negozjati; s) li tiġi konkluża Ftehima ta' Assoċjazzjoni komprensiva u bilanċjata imsejsa fuq tliet pilastri: kapitolu politiku u istituzzjonali li jsaħħaħ id-djalogu demokratiku u l-koperazzjoni politika; kapitolu dwar koperazzjoni għall-promozzjoni ta' l-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli; u kapitolu kummerċjali li jqis l-objettivi speċifiċi ta' żvilupp tal-pajjiżi tal-KA; t) li l-linji gwida għan-negozjati jipprovdu għal-liberalizzazzjoni gradwali u reċiproka tal-kummerċ taħt kundizzjonijiet ta' ġustizzja u benefiċċju reċiproku ibbażat fuq il-komplementarjetà u s-solidarjetà, bilgħan li l-ftehima futura tnaqqas l-assimetriji eżistenti bejn l-UE u l-KA, u bejn il-pajjiżi membri tal-KA; li jipprovdu, għaldaqstant, għal trattament speċjali, divrenzjat u flessibbli fl-iskedi miftehma, skond limpenji ta' integrazzjoni reġjonali u t-titjib fil-kompetittività li jagħmlu l-pajjiżi Andini; jeħtieg li jkun hemm appoġġ qawwi għat-trasformazzjoni fil-produzzjoni u l-kompetittività ta' l-ekonomiji Andini permezz ta' strumenti ta' koperazzjoni għall-iżvilupp kif ukoll permezz tat-trasferiment tat-teknoloġija, l-inklużjoni ta' rekwiżiti ta' kontenut nazzjonali fir-regoli dwar l-oriġini, u l-ħolqien ta' programmi ta' koperazzjoni u assistenza teknika; dan kollu għandu jsir id f'id mal-promozzjoni ta' ambjent legali stabbli li jiggarantixxi s-sigurtà ta' l-investimenti u r-relazzjonijiet ekonomiċi-kummerċjali tal-partijiet; u) li n-negozjar ta' ŻKĦ bejn l-UE u l-KA għandu jiġi kkunsidrat bħala kruċjali għat-tisħiħ ta' l-irwol ta' l- UE bħala msieħba kummerċjali u msieħba ta' investiment fl-Amerika Latina, u għat-tisħiħ ta' l-integrazzjoni interkontinentali, negozjati li għandhom isiru f'kuntest karatterizzat mill-espansjoni tal-ftehimiet kummerċjali bilaterali ma' l-Istati Uniti u l-proposta ta' Żona ta' Kummerċ Ħieles ta' l-Ameriki mmexxija mill-istess Stati Uniti; v) li jitqies li l-fatt li l-konklużjoni ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni mal-KA sabiex tigi stabbilità Żona Ewro- Latina Amerikana ta' Assoċjazzjoni Globali Interreġjonalihija objettiv strateġiku prijoritarju tar-relazzjonijiet barranin ta' l-UE f'kuntest internazzjonali kkaratterizzat minn interdipendenza dejjem akbar, tkabbir ekonomiku, l-ittfaċċar ta' poteri ekonomiċi ġodda u sensiela ta' sfidi globali mingħajr fruntieri nazzjonali, bħalma huma dawk relatati mas-sigurtà, mal-governanza ekonomika dinjija, l-ambjent u t-tnaqqis tal-faqar; w) li jimpenja ruħu għall-istabbiliment ta' Żona Ewro-Latina Amerikana ta' Assoċjazzjoni Globali Interreġjonali b'rispett sħiħ tal-mekkaniżmu ta' trasparenza l-ġdid ta' l-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ (WTO), kif ukoll tad-drittijiet u l-obbligi derivati mid-WTO, b'mod partikulari l-Artikolu XXIV tal-Ftehima Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ u l-Artikolu V tal-Ftehima Ġenerali dwar il-Kummerċ tas- Servizzi (GATS), u b'hekk jingħata kontribut għat-tisħiħ tas-sistema multilaterali ta' kummerċ; x) li ma tiġi inkluża l-ebda subordinazzjoni, diretta jew indiretta, li l-konklużjoni tal-Ftehima futura UE-KA għandha ssir b'kundizzjoni li qabilha jiġu finalizzati n-negozjati tar-rawnd tad-WTO, bla ħsara għallinkorporazzjoni eventwali fil-Ftehima tar-riżultati tal-programm ta' ħidma ta' Doha li jkunu kompatibbli ma' l-objettiv aħħari ta' l-assoċjazzjoni UE-KA, bħala wirja ta' appoġġ tanġibbli u deċisiv għall-proċess Andin ta' integrazzjonali reġjonali; y) li tiġi negozjata ftehima kummerċjali waħda u indiviżibbli li tmur lil hinn mill-obbligi preżenti u futuri tal-partijiet lejn id-WTO, u li wara perjodu ta' tranżizzjoni kompatibbli mal-kriterji tad-WTO, tiġi stabbilita Żona Ewro-Latina Amerikana ta' Assoċjazzjoni Globali Interreġjonali li mingħajr ma teskludi lillebda settur, tqis id-dimensjoni ta' l-iżvilupp u s-sensittività speċifika ta' ċerti prodotti bl-inqas mod restrittiv possibbli; z) li tingħata attenzjoni speċifika lill-evalwazzjoni konġunta UE-KA dwar l-integrazzjoni ekonomika reġjonali tal-KA, liema evalwazzjoni għamlet sensiela ta' konklużjonijiet operattivi konkreti u importanti sabiex tissaħħaħ, tiżviluppa u tikkompleta l-għaqda doganali fl-Amerika Ċentrali u s-suq intern komuni li huma essenzjali għan-negozjar u għall-ħolqien ta' ŻKĦ ġenwina bejn iż-żewġ reġjuni; aa) li bħala pass importanti għall-iżvilupp pożittiv tan-negozjati, tingħata attenzjoni speċjali lill-inizjattivi maħsuba mill-KA għat-tisħiħ ta' l-integrazzjoni ekonomika reġjonali, u b'mod speċjali, lill-inizjattivi relatati mat-tariffi applikati għall-prodotti ta' l-UE, is-simplifikazzjoni u l-armonizzazjoni tas-sistemi doganali u l-oqsma tas-servizzi u tat-trasport transkonfinali permezz tat-toroq; ab) li jiġu offruti opportunitajiet sinjifikanti u ġodda fl-aċċess għas-suq tas-settur agrikolu, li huwa kruċjali għall-iżvilupp tal-KA, iżda li jiġi kkunsidrat jekk il-livell ta' flessibilità ta' l-UE fis-settur agrikolu għandux jiddependi wkoll mill-progress li jkun sar f'setturi oħra, bħalma huwa dak ta' l-aċċess għas-suq għal prodotti mhux agrikoli u s-servizzi, kif ukoll progress fi kwistjonijiet agrikoli oħra apparti dik ta' laċċess għas-suq; ac) li titqies l-importanza li jkun żgurat aċċess universali għas-servizzi essenzjali u għad-dritt ta' regolamentazzjoni nazzjonali, u għaldaqstant, li wieħed jimxi b'kawtela fin-negozjati dwar il-liberalizzazzjoni talkummerċ tas-servizzi, b'konformità ma' l-Artikolu V tal-GATS, sabiex jintlaħaq titjib ġenwin fir-rigward ta' impenji ta' liberalizzazzjoni miftehma u implimentati s'issa, u l-ħtieġa ta' qafas regolatorju ċar u prevedibbli; li ma jsirux offerti u li ma jintlaqgħux talbiet fl-oqsma tas-saħħa pubblika u ta' l-edukazzjoni; ad) li l-Kummissjoni tintalab li tipproponi ideat ġodda għall-iżvilupp ta' strument aktar effettiv ta' soluzzjoni tat-tilwim li jiffaċilita d-deċiżjonijiet dwar kunflitti li jinqalgħu fi kwalunkwe qasam kopert mizŻKĦ, minħabba li l-mekkaniżmi ta' soluzzjoni ta' tilwim inklużi fi ftehimiet kummerċjali simili konklużi mill-Komunità ma' pajjiżi terzi, ma jintużawx b'mod effettiv; ae) li b'reqqa tiġi studjata l-ħtieġa li kemm l-Amerika Latina kif ukoll l-UE bħala prinċipju jimxu lejn konverġenza eventwali tad-diversi ftehimiet li huma fis-seħħ jew li qed jiġu negozjati bejn iż-żewġ reġjuni, sabiex b'hekk jiġi evitat li t-trikkib dejjem akbar ta' diversi impenji u regoli bilaterali, reġjonali u multilaterali ta' liberalizzazzjoni fl-Amerika Latina, jirriżultaw f'ostakoli involuntarji għall-flussi kummerċjali u ta' investiment; af) li l-linji gwida għan-negozjati jipprovdu għall-promozzjoni ta' sistema li tħeġġeġ il-ħolqien ta' SMEs bħala element essenzjali ta' l-iżvilupp ekonomiku, il-ħolqien ta' l-impjiegi u tal-benesseri soċjali; li bħala miżura sabiex jiġi miġġieled il-qgħad, jiġi kkunsidrat l-iżvilupp ta' l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju permezz ta' faċilitajiet ta' kreditu u l-iżvilupp ta' programmi ta' appoġġ għall-kumpaniji għallinnovazzjoni; ag) li jiġi żgurat li l-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament b'informazzjoni eżawrjenti (b'mod kunfidenzjali jekk ikun meħtieġ) dwar l-abbozzi ta' linji gwida għan-negozjati kif ukoll dwar il-linji gwida tan-negozjati li jiġu adottati finalment; 2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Rakkomandazzjoni lill-Kunsill, u għallinformazzjoni, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea u tal-Komunità Andina. [1] ĠU C 140 E, 13.6.2002, p. 569. [2] ĠU C 103 E, 29.4.2004, p. 543. [3] ĠU C 296 E, 6.12.2006, p. 123. [4] Regolament (KE) Nru 980/2005 tal-Kunsill tas- 27 ta' Ġunju 2005 dwar l-applikazzjoni ta' sistema ta' preferenzi ta' tariffi ġeneralizzati (ĠU L 169, 30.6.2005, p. 1). [5] ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1. [6] Konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Kwistjonijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Barranin tas- 16 u s- 17 ta' Ottubru 2006. Dokument Nru 13735/06. --------------------------------------------------