This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007DC0493
Report from the Commission to the Council and the European Parliament - Report from the Commission to the Council and the European Parliament on the implementation of macro-financial assistance to third countries in 2006 {SEC(2007) 1083}
Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni ta’ għajnuna makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi fl-2006 {SEC(2007) 1083}
Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni ta’ għajnuna makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi fl-2006 {SEC(2007) 1083}
/* KUMM/2007/0493 finali */
Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni ta’ għajnuna makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi fl-2006 {SEC(2007) 1083} /* KUMM/2007/0493 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 3.9.2007 KUMM(2007) 493 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni ta’ għajnuna makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi fl-2006 {SEC(2007) 1083} WERREJ Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni ta’ għajnuna makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi fl-2006 1 1. DAĦLA 3 2. DESKRIZZJONI ĠENERALI 3 2.1. L-isfond 3 2.2. Għajnuna Makrofinanzjarja fl-2006 4 2.2.1. Deċiżjonijiet ġodda 4 2.2.2. Żburżar 4 2.3. Sinteżi ta’ l-iktar operazzjonijiet reċenti fil-pajjiżi benefiċjarji 4 2.3.1. Il-Balkani tal-Punent 4 2.3.2. Stati Indipendenti Ġodda 5 3. Distribuzzjoni ġeografika u evalwazzjonijiet ta’ għajnuna makrofinanzjarja 6 3.1. Distribuzzjoni ġeografika 6 3.2. Evalwazzjonijiet 6 3.2.1. L-Armenja 6 3.2.2. Ir-Rumanija 7 3.2.3. L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja 7 3.3. Titjib fil-ġestjoni finanzjarja fil-pajjiżi benefiċjarji: il-valutazzjonijiet operattivi 7 1. DAĦLA Dan ir-rapport jagħti deskrizzjoni ġenerali fil-qosor ta’ l-għajnuna makrofinanzjarja tal-KE lil pajjiżi terzi inkluż l-isfond storiku, sommarju ta’ l-operazzjonijiet ta’ l-2006, informazzjoni dwar l-iktar operazzjonijiet reċenti fil-Balkani tal-Punent u fl-Istati Indipendenti Ġodda u skedi ta’ l-istatistika ta’ l-operazzjonijiet differenti mwettqa mill-1990 ’l hawn. L-aħħar xejriet reċenti ta’ l-operazzjonijiet makrofinanzjarji tal-KE flimkien mar-riżultati tat-tliet evalwazzjonijiet ex-post li twettqu, fl-2005 u fl-2006 rispettivament, huma inklużi f’dan ir-rapport. L-għan ta’ dawn l-evalwazzjonijiet huwa l-valutazzjoni ta’ l-impatt fuq l-aspetti rilevanti tal-proċess ta’ stabilizzazzjoni ekonomika u l-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali fil-pajjiżi li qed jirċievu l-għajnuna. Il-progress f’dan ir-rigward jirrifletti ukoll il-livell ta’ kemm ġew osservati l-kundizzjonijiet korrispondenti ta’ politika ekonomika marbuta ma’ l-għajnuna makrofinanzjarja tal-KE. Barra minn hekk, qed isiru żewġ evalwazzjonijiet ex-post ġodda. Huwa previst li r-rapporti finali jkunu disponibbli fl-aħħar ta’ l-2007. Barra dan, fir-rigward tar-rakkomandazzjoni tal-Qorti ta’ l-Awdituri li hemm fir-rapport speċjali tagħha ta’ Marzu 2002 dwar it-titjib tal-ġestjoni finanzjarja fil-pajjiżi benefiċjarji, mill-2004 ’l hawn il-Kummissjoni, bl-għajnuna ta’ kumpanija tal-verifika, wettqet valutazzjonijiet operattivi taċ-ċirkwiti finanzjarji kif ukoll organizzazzjoni tal-kontrolli relatati ma’ l-għajnuna makrofinanzjarja f’kull pajjiż benefiċjarju. Il-konklużjonijiet ta’ dawn il-valutazzjonijiet qed jitqiesu b’mod xieraq fit-tfassil tal-kundizzjonijiet ta’ politika marbuta ma’ l-implimentazzjoni ta’ din l-għajnuna. Dan ir-rapport qed jiġi ppreżentat skond id-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar għajnuna makrofinanzjarja jew għajnuna finanzjarja eċċezzjonali tal-Komunità lil pajjiżi terzi u jsegwi d-direzzjoni tar-rapporti ppreżentati fis-snin ta’ qabel. Qed jiġi rilaxxat b’mod parallel rapport iktar dettaljat (dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni SEC(2007…) li jipprovdi informazzjoni ekonomika u finanzjarja dwar il-pajjiżi benefiċjarji. 2. DESKRIZZJONI ĠENERALI 2.1. L-isfond L-għajnuna makrofinanzjarja (MFA) tapoġġa l-isforzi dwar ir-riforma fil-politika u fl-ekonomija tal-pajjiżi benefiċjarji u tiġi implimentata flimkien ma’ programmi ta’ appoġġ mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u mill-Bank Dinji. L-MFA tinkorpora sensiela ta’ prinċipji li tenniehom il-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tat-8 ta’ Ottubru 2002, li jenfasizzaw il-karattru eċċezzjonali ta’ din l-għajnuna, il-komplementarjetà tagħha għall-iffinanzjar mill-Istituti Finanzjarji Internazzjonali (IFI) u l-kundizzjonalità makroekonomika tagħha. B’mod partikolari, l-MFA tal-Komunità apoġġat l-isforzi ta’ pajjiżi li jirċievu l-għajnuna biex iwettqu riformi ekonomiċi u tibdil strutturali. B’koordinazzjoni mill-qrib ma’ l-IMF u l-Bank Dinji, ippromoviet politiki li huma mfassla skond ir-rekwiżiti speċifiċi tal-pajjiż bl-għan ġenerali li tiġi stabbilizzata l-qagħda finanzjarja u li jiġu stabbiliti ekonomiji li jkunu orjentati lejn is-suq. 2.2. Għajnuna Makrofinanzjarja fl-2006 Matul il-perjodu 2000-2006, kienu approvati sbatax-il deċiżjoni għal ammont totali ta’ EUR 960 miljun. Il-pajjiżi Balkani (l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Bożnja u l-Ħerżegovina, is-Serbja u l-Montenegro inklużi l-Kosovo u l-Albanija) ibbenefikaw minn tlettax-il deċiżjoni ta’ għajnuna tal-Kunsill. Dan jagħmel lill-pajjiżi Balkani l-benefiċjarji prinċipali ta’ l-MFA b’għajnuna globali li tlaħħaq massimu ta’ EUR 783 miljun minn EUR 960 miljun. 2.2.1. Deċiżjonijiet ġodda Fl-2006 kienu adottati żewġ deċiżjonijiet mill-Kunsill. Fl-24 ta’ Jannar, il-Kunsill ħa d-deċiżjoni (2006/40/KE) li tagħti għajnuna makrofinanzjarja lill-Ġeorġja sa EUR 33.5 miljun f’għamla ta’ għotjiet. Fit-30 ta’ Novembru, il-Kunsill ħa d-deċiżjoni (2006/880/KE) li tagħti għajnuna makrofinanzjarja lill-Kosovo[1] sa EUR 50 miljun f’għamla ta’ għotjiet. Barra dan, fid-9 ta’ Ottubru 2006 il-Kummissjoni adottat proposta biex tagħti għajnuna makrofinanzjarja lill-Moldova sa EUR 45 miljun (għotja biss) u prreżentatha lill-Kunsill. Din il-proposta l-Kunsill adottaha fis-16 ta’ April 2007 (2007/259/KE). 2.2.2. Żburżar Fl-2006 l-iżburżar ta’ għajnuna makrofinanzjarja laħħaq it-total ta' EUR 61 miljun, li minnhom EUR 42 miljun kienu f’għamla ta’ għotjiet: EUR 13-il miljun għall-Albanija, EUR 7 miljun għat-Taġikistan, EUR 22 miljun għall-Ġeorġja (żewġ pagamenti ta’ EUR 11-il miljun). Għajnuna żburżata f’għamla ta’ self kienet tlaħħaq l-EUR 10 miljun lill-Bożnja u Ħerżegovina u EUR 9 miljun lill-Albanija. 2.3. Sinteżi ta’ l-iktar operazzjonijiet reċenti fil-pajjiżi benefiċjarji 2.3.1. Il-Balkani tal-Punent Fi Frar 2006 ġew fit-tmiem operazzjonijiet ta’ MFA ta’ EUR 60 miljun favur il- Bożnja u Ħerżegovina approvati mill-Kunsill fil-5 ta’ Novembru 2002 (u emendati mill-Kunsill fis-7 ta’ Diċembru 2004), bl-iżburżar tal-komponent ta’ self ta’ EUR 10 miljun ta’ l-aħħar pagament. Il-komponent ta’ l-għotja kien diġà ġie rilaxxat fl-2005 mat-twettiq sodisfaċenti tal-ħtiġijiet ta’ kondizzjonalità. L-għajnuna lis- Serbja u l-Montenegro sa EUR 200 miljun (EUR 120 miljun f’għotja u EUR 80 miljun f’self), li l-Kunsill tal-Ministri kien approva fil-5 ta’ Novembru 2002 u fil-25 ta’ Novembru 2003, kienet skadiet fit-30 ta’ Ġunju 2006. Minn din l-għajnuna, kienu ġew żburżati EUR 155 miljun (EUR 100 miljun f’għotja u EUR 55 miljun f’self) f’erba’ pagamenti li saru qabel l-2006. Il-parti tar-raba’ pagament li kienet tirrappreżenta s-self ta’ EUR 15-il miljun ma setgħetx titħallas fl-ewwel nofs tas-sena 2006 skond kif kien ippjanat, peress illi l-awtoritajiet ma ssodisfawx għal kollox il-kundizzjonijiet legali meħtieġa għall-iżburżar tas-self qabel id-data ta’ l-għeluq tat-30 ta’ Ġunju 2006. F’Lulju, wara li l-Montenegro sar pajjiż indipendenti, l-awtoritajiet tal-Montenegro u tas-Serbja ġew ukoll innotifikati uffiċjalment mill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li ma tiżburżax il-ħames u l-aħħar pagament ta’ din l-għajnuna għall-ammont ta’ EUR 30 miljun (EUR 20 miljun f’għotja u EUR 10 miljun f’self) minħabba t-titjib qawwi tas-sitwazzjoni finanzjarja esterna fis-Serbja u l-Montenegro fl-2006. Għalhekk, ġew ikkanċellati EUR 45 miljun. L-operazzjoni ta’ l-MFA għall-ammont ta’ EUR 25 miljun favur l- Albanija mnedija fl-2004 ġew konklużi wkoll fl-2006. Il-komponent ta’ għotja ta’ EUR 3 miljun ta’ l-ewwel pagament tħallas f’Novembru 2005, u l-komponent ta’ self ta’ EUR 9 miljun ta’ l-ewwel pagament ġie żburżat fit-23 ta’ Marzu 2006. It-tieni u l-aħħar pagament ta’ l-għajnuna, f’għamla ta’ għotja ta’ EUR 13-il miljun, ġie żburżat fil-31 ta’ Lulju 2006, wara valutazzjoni favorevoli mill-Kummissjoni tal-progress li għamlet l-Albanija fir-riforma ta’ oqsma prinċipali bħall-immaniġġjar tal-finanzi pubbliċi, l-amministrazzjoni pubblika, is-settur finanzjarju, l-ambjent kummerċjali u l-iżvilupp tas-settur privat. F’Mejju 2006, il-Kummissjoni bagħtet lill-Kunsill proposta ta’ għajnuna finanzjarja eċċezzjonali sa EUR 50 miljun f’għamla ta’ għotjiet, bħala appoġġ għall-ħtiġijiet mistennija ta’ l-iffinanzjar baġitarju tal-Kosovo. Il-Kunsill adotta d-deċiżjoni fit-30 ta’ Novembru. Din l-għajnuna hija ppjanata biex isservi ta’ appoġġ temporanju sakemm issir valutazzjoni komprensiva tal-ħtiġijiet malli jiġi deċiż l-istatus tal-Kosovo. Fl-aħħar tas-sena, staff tal-Kummissjoni marru Pristina fuq missjoni sabiex jirrivedu l-ħtiġijiet finanzjarji ma’ l-awtoritajiet tal-Kosovo u jeżaminaw jekk u liema kundizzjonijiet għandhom jiġu marbuta ma’ l-għoti ta’ din l-għajnuna. 2.3.2. Stati Indipendenti Ġodda Fl-1997 u fl-2000 ġew deċiżi programmi pluriennali ta’ għajnuna makrofinanzjarja favur l-Armenja, il-Ġeorġja u t-Taġikistan. L-aħħar żburżar li sar lit-Taġikistan (għotja ta’ EUR 7 miljun) sar f’Ottubru 2006. L-aħħar żburżar lil-Ġeorġja u lill-Armenja kien sar fl-2004 u fl-2005. Dan il-programm pluriennali issa ntemm. F’Jannar 2006, il-Kunsill adotta programm ta’ għajnuna makrofinanzjarja ġdid favur il-Ġeorġja għal ammont ta’ EUR 33.5 miljun f’għotjiet. Dan il-programm ġdid huwa marbut mal-ħlas kmieni min-naħa tal-Ġeorġja tad-dejn tal-pajjiż lill-UE. Il-ħlas ta’ l-ewwel u t-tieni pagamenti (EUR 11.5 miljun kull wieħed) saru f’Awissu u f’Diċembru 2006. Fl-2002 il-Kunsill kien ħa d-deċiżjoni li jagħti għajnuna makrofinanzjarja lill-Ukraina (EUR 110 miljun f’self). Fin-nuqqas ta’ arranġament ta’ tħaddim finanzjarju ma’ l-IMF, l-implimentazzjoni tal-programm ma nbdiet qatt. Peress illi ma hemm l-ebda data ta’ skadenza fid-deċiżjoni korrispondenti tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, fil-futur dan il-programm, fil-prinċipju, jista’ jerġa’ jiġi attivat. F’Ottubru 2006, il-Kummissjoni bagħtet lill-Kunsill proposta għal programm ġdid ta’ l-MFA għall-Moldova fil-kuntest ta’ arranġament ġdid tal-PRGF[2] ma’ l-IMF. Id-Deċiżjoni finali ġiet adottata mill-Kunsill fis-16 ta’ April 2007. Taħt dan il-programm, fl-2007-2008 il-Kummissjoni għandha tiżborża ammont totali ta’ EUR 45 miljun f’għotjiet. Dan il-programm se jgħin lill-Moldova timplimenta l-programm ekonomiku tagħha u għandu jgħin biex ikopri l-ħtiġijiet finanzjarji esterni tal-pajjiż marbuta ma’ impatti minn barra li tiffaċċja l-ekonomija tal-Moldova (primarjament, iż-żjieda fil-prezzijiet tal-gass naturali importat mir-Russja u r-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ l-inbejjed u diversi prodotti agrikoli mill-Moldova). L-għajnuna makrofinanzjarja tal-Komunità se tikkomplementa l-finanzjament ġdid mill-Istituti Finanzjarji Internazzjonali (IFI) u d-donaturi bilaterali u l-appoġġ baġitarju mogħti mill-UE taħt il-Programm ta’ Sigurtà ta’ l-Ikel u mill-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI). 3. DISTRIBUZZJONI ġEOGRAFIKA U EVALWAZZJONIJIET TA’ GħAJNUNA MAKROFINANZJARJA 3.1. Distribuzzjoni ġeografika L-MFA tal-KE hija maħsuba sabiex tapoġġa l-istabbilizzazzjoni makro-ekonomika tal-pajjiżi benefiċjarji u ttaffi d-diffikultajiet tal-bilanċ tal-pagamenti (u l-baġit) tagħhom. Hija għandha ukoll rwol utli ħafna għall-promozzjoni ta’ riforma strutturali. L-ikbar volum ta’ operazzjonijiet ta’ l-MFA kienu ġew deċiżi u żburżati fis-snin li ġew eżatt wara l-bidla fil-pajjiżi ta’ l-Ewropa Ċentrali u ta’ l-Lvant. Matul is-snin, in-numru ta’ pajjiżi li lilhom il-Komunità bdiet tagħti l-appoġġ żdied, hekk kif numru dejjem jikber ta’ pajjiżi ġirien ta’ l-UE kienu qed jiffaċċjaw diffikultajiet fil-bilanċ tal-pagamenti u ntrabtu li jwettqu programmi ta’ riforma ekonomika. Dan wassal biex ikun hemm bidla fil-bilanċ ġeografiku ta’ l-għajnuna sa minn l-ewwel snin, meta l-parti l-kbira tal-pajjiżi benefiċjarji kienu pajjiżi ta’ l-Ewropa Ċentrali u ta’ l-Lvant. Għalhekk, mill-2000 ’l hawn, l-MFA ingħatat esklużivament lill-Balkani tal-Punent (83% tad-deċiżjonijiet mill-2000 sa l-2006) u l-Istati Indipendenti Ġodda (NIS). 3.2. Evalwazzjonijiet Skond ir-regolament finanzjarju l-Kummissjoni implimentat programm ta’ evalwazzjoni sabiex issir valutazzjoni ta’ l-impatt ta’ l-MFA f’kull wieħed mill-pajjiżi benefiċjarji. L-analiżijiet jsiru minn konsulenti esterni magħżula permezz ta’ sejħa miftuħa għall-offerti. Fl-aħħar ta’ l-2006 tlestew tliet evalwazzjonijiet ex-post fl-Armenja, fir-Rumanija u f’dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja minn żewġ ditti differenti. L-osservazzjonijiet prinċipali huma dawn li ġejjin: 3.2.1. L-Armenja L-evalwazzjoni kkonkludiet li l-għajnuna kkontribwiet għall-istabbilizzazzjoni makro-ekonomika fuq perjodu qasir, tejbet il-qagħda finanzjarja esterna u kkontribwiet għat-tnaqqis tat-tbatija soċjali fuq perjodu qasir. Min-naħa l-oħra, l-MFA ma kinitx effettiva għal kollox fl-appoġġ ta’ riformi ekonomiċi u istituzzjonali fuq perjodu qasir u dak medju. B’konsegwenza ta’ dan, l-impatt ta’ l-MFA fuq il-qagħda finanzjarja ta’ l-Armenja jidher wieħed limitat. 3.2.2. Ir-Rumanija L-operazzjoni ta’ l-MFA kkontribwiet direttament għat-titjib fis-sostenibbiltà finanzjarja tal-pajjiż fuq perjodu medju u twil u apoġġat politika li biha jiġu introdotti prinċipji ta’ ekonomija ta’ suq. Ir-Rumanija bbenefikat minn diversi programmi ta’ għajnuna fil-kuntest tal-politika ta’ qabel l-adeżjoni, u għalhekk huwa diffiċli li jiġi determinat b’mod preċiż l-impatt ta’ l-operazzjonijiet ta’ l-MFA f’iżolament mill-bqija tal-programmi. 3.2.3. L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja L-operazzjonijiet ta’ l-MFA kellhom effett pożittiv fuq il-bilanċ tal-pagamenti tal-pajjiż u kkontribwew biex jitnaqqsu l-limitazzjonijiet baġitarji. Huma wasslu ukoll biex ikun hemm tkabbir ekonomiku ftit iktar ogħla. L-impatt ta’ l-MFA fuq is-sostenibbiltà esterna għal medda ta’ żmien medju sa medda fit-tul huwa pożittiv, madankollu, l-analiżi wriet li d-daqs ta’ l-impatt huwa limitat. Fi kwalunkwe każ, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jiġu rilaxxati l-fondi daħħlet kunfidenza fl-ekonomija ta’ dawn il-pajjiżi u b’hekk ikkontribwiet għat-titjib ta’ l-ambjent tan-negozji tagħhom. 3.3. Titjib fil-ġestjoni finanzjarja fil-pajjiżi benefiċjarji: il-valutazzjonijiet operattivi Mill-2004 ’l hawn saru 7 valutazzjonijiet operattivi fil-pajjiżi li jibbenifikaw mill-għajnuna makrofinanzjarja (l-Albanija, l-Armenja, it-Taġikistan, is-Serbja-Montenegro, il-Bożnja-Ħerżegovina, il-Ġeorġja u l-Kosovo). Il-programm ta’ ħidma ta’ kull valutazzjoni operattiva ġie elaborat skond il-metodoloġija SIGMA[3], b’kooperazzjoni mad-ditta ta’ konsulenza Deloitte. Min-naħa, l-investigazzjonijiet jiffokaw fuq l-indipendenza tal-Banek Ċentrali u l-funzjonament tad-dipartimenti tal-kontabbiltà. Min-naħa l-oħra, jeżaminaw il-Ministeri tal-Finanzi (dwar il-proċess tal-baġit, id-dipartimenti tat-teżor, tal-verifika interna, tar-riżorsi umani u d-dipartimenti ta’ l-IT). Jiġi ukoll rivedut b’mod sistematiku l-funzjonament tal-verifika esterna ta’ l-istituzzjonijiet sabiex tiġi evalwata l-metoloġija ta’ kontroll tagħhom. L-iktar rakkomandazzjonijiet frekwenti jikkonċernaw il-Ministeru tal-Finanzi u l-ħtieġa li jiġu implimentati kontijiet tat-teżor individwali, sistemi ta’ kontijiet affidabbli u proċeduri bil-miktub. Il-kwalità tal-verifika interna, f’kull każ, kellha tiġi msaħħa u ġew rakkomandati sessjonijiet ta’ taħriġ speċjali. F’xi każijiet, dipartimenti li huma responsabbli mill-previżjonijiet makroenomiċi ma dehrux li huma biżżejjed biex jissodisfaw ir-rwol tagħhom. Fil-parti l-kbira, il-valutazzjonijiet ikkonkludew li "l-qafas għal amministrazzjoni finanzjarja soda huwa effettiv". L-iktar nuqqasijiet serji misjuba waqt dawn il-missjonijiet ġew indirizzati fil-Memorandum ta’ Ftehim (MoU), bi skadenzi qosra biex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni. Fil-każ tal-Bożnja u Ħerżegovina fejn l-MOU kien diġà ġie ffirmat, ġew definiti azzjonijiet preċedenti li jridu jittieħdu qabel ma jsir iktar żburżar, bħat-tisħiħ tad-dipartiment tal-kontroll intern fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi u l-adozzjoni ta’ istruzzjonijiet li fihom l-inqas rekwiżiti dwar is-segregazzjoni ta’ dmirijiet fir-rigward tal-funzjonijiet tal-kontabbiltà, ta’ l-awtorizzazzjoni u tal-pagamenti. Saru missjonijiet ta’ segwitu (fl-Albanija, fl-Armenja, fit-Taġikistan, fil-Ġeorġja) sabiex issir valutazzjoni tat-titjib li jkun ġie implimentat fl-amministrazzjonijiet nazzjonali wara li jkunu saru r-rakkomandazzjonijiet inizjali. Tliet snin wara l-bidu ta’ dawn il-valutazzjonijiet operattivi u minkejja xi dewmien fl-implimentazzjoni tal-modifikazzjonijiet mitluba, il-Kummissjoni osservat titjib reali fl-immaniġġjar tal-finanzi pubbliċi ta’ dawn il-pajjiżi kollha, bħall-implimentazzjoni tal-kontijiet tat-teżor individwali jew l-adozzjoni ta’ proċeduri bil-miktub fi ħdan il-Ministeri tal-Finanzi differenti. [pic] [pic] [pic] [pic] Tabella 2: Għajnuna makrofinanzjarja, 1990-2006 [pic] [pic] [pic] [pic] [1] Kif definit fil-UNSCR 1244/99. [2] Faċilità għat-Tnaqqis tal-Faqar u Tkabbir. [3] Appoġġ għal Titjib fit-Treġija u l-Ġestjoni fil-Pajjiżi ta’ l-Ewropa Ċentrali u ta’ l-Lvant.