Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007DC0459

Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill - Rapport ta’ l-2001-2005 dwar l-implimentazzjoni ta’ skema ta’ għajnuna nazzjonali fit-tul għall-biedja fir-reġjuni tat-Tramuntana tal-Finlandja skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/404/KE

/* KUMM/2007/0459 finali */

52007DC0459

Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill - Rapport ta’ l-2001-2005 dwar l-implimentazzjoni ta’ skema ta’ għajnuna nazzjonali fit-tul għall-biedja fir-reġjuni tat-Tramuntana tal-Finlandja skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/404/KE /* KUMM/2007/0459 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 31.2007

KUMM(2007) 459 finali

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

Rapport ta’ l-2001-2005 dwar l-implimentazzjoni ta’ skema ta’ għajnuna nazzjonali fit-tul għall-biedja fir-reġjuni tat-Tramuntana tal-Finlandja skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/404/KE

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

Rapport ta’ l-2001-2005 dwar l-implimentazzjoni ta’ skema ta’ għajnuna nazzjonali fit-tul għall-biedja fir-reġjuni tat- Tramuntana tal-Finlandja skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/404/KE

WERREJ

1. Introduzzjoni 3

1.1. Sfond 3

1.2. Prinċipji ġenerali 3

1.3. Is-sottoreġjuni 4

1.4. Amministrazzjoni u kontrolli 4

2. Implimentazzjoni 2001–2005 5

2.1. Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 5

2.2. Nefqa relatata ma’ l-għajnuna fil-Finlandja 5

2.3. Għajnuna komunitarja 6

2.4. Għajnuna Nordika mogħtija skond kull settur 6

2.5. Volumi ta’ produzzjoni appoġġjati 7

3. Żvilupp ta’ l-ekonomija agrikola fir-reġjuni ta’ l-għajnuna Nordika 8

3.1. Żvilupp tal-prodotti ewlenin fis-sottoreġjuni 8

3.2. Żvilupp fl-użu ta’ l-art 9

3.3. Xejriet fl-istruttura, produttività u metodi ta’ produzzjoni tal-biedja 10

3.4. Żvilupp fid-dħul u l-produttività tal-biedja 12

3.5. Żvilupp fl-impatt soċjo-ekonomiku 13

3.6. Qagħda ta’ l-ambjent 13

3.7. Impatt fuq il-katina ta’ l-ikel 14

4. Konklużjonijiet 14

1. INTRODUZZJONI

1.1. Sfond

Skond l-Artikolu 142 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju ta’ l-Iżvezja, il-Kummissjoni awtorizzat lill-Finlandja biex tagħti għajnuna nazzjonali fuq tul ta’ żmien sabiex tiġi mħarsa l-attività agrikola fir-reġjuni tat-Tramuntana. L-għajnuna Nordika tingħata b’mod partikolari sabiex jiġu mħarsa l-produzzjoni u l-ipproċessar primarji tradizzjonali li huma konformi b’mod naturali mal-kundizzjonijiet klimatiċi, sabiex jittejbu l-istrutturi għall-produzzjoni, il-kummerċ u l-iproċessar tal-prodotti agrikoli, sabiex jittejjeb ir-rimi ta’ dawn il-prodotti u sabiex jiġi żgurat illi l-ambjent ikun imħares u l-kampanja tkun ikkonservata.

Ir-reġjuni koperti bl-iskema ta’ l-Għajnuna Nordika jinsabu fit-Tramuntana tat-62 parallel u xi żoni qrib li jinsabu fin-Nofisinhar tal-parallel affettwati minn kundizzjonijiet klimatiċi li jixxiebħu u li jagħmlu l-attività agrikola pjuttost diffiċli. Dawn il-fatturi tqiesu fid-determinazzjoni taż-żoni; densità baxxa tal-popolazzjoni (massimu ta' 10 personi/km2), Żona Agrikola Utilizzata (UAA) bħala proporzjoni taż-żona sħiħa (inqas minn 10 %) u ż-żona agrikola wżata fit-trobbija ta’ wċuħ tar-raba’ maħsuba għall-konsum uman bħala proporzjoni ta’ l-UAA. Iż-żona sħiħa tkopri 1 417 000 ettaru ta’ UAA, li tissarraf f' 55.5% ta’ l-UAA sħiħa tal-Finlandja fis-sena 1994.

Il-Kummissjoni għandha, sena wara l-adeżjoni u imbagħad darba kull ħames snin, tibgħat rapport dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija u r-riżultati ta' l-għajnuna mogħtija taħt dawk l-awtorizzazzjonijiet skond skond l-Artikolu 143. Rapporti ta' qabel saru fl-1996 u l-2002.

Dan ir-rapport huwa bbażat fuq informazzjoni mill-awtoritajiet tal-Finlandja u l-konklużjonijiet ma sarux fuq jekk l-objettivi ta' iskema ntlaħqux. Il-Kummissjoni ikkumissjonat studju separat sabiex tindirizza dan il-punt.

1.2. Prinċipji ġenerali

L-għajnuna Nordika tvarja skond ir-reġjun u tingħata fuq il-bażi ta’ unitajiet ta’ produzzjoni, wara li jiġu kkunisdrati r-restrizzjonijiet stabbiliti mill-organizzazzjonijiet tas-suq komuni. Il-limitazzjonijiet ta’ volumi ta’ produzzjoni awtorizzati għal kull settur huma stabbiliti bħala livell totali waqt li l-limiti reġjonali huma stabbiliti għaċ-ċarezza. L-għajnuna ma tistax tkun marbuta ma’ produzzjoni fil-ġejjieni jew iġġib żieda fil-produzzjoni jew żieda fil-livell ta’ l-għajnuna sħiħa meta ipparagunata ma’ l-għajnuna mogħtija matul perjodu ta’ referenza.

Ibbażat fuq l-istatistiċi nazzjonali disponibbli f'dak li għandu x'jaqsam ma' kwantitajiet, il-perjodu ta' referenza sabiex jiġu ffissati l-limiti kwantitattivi differenti għall-produzzjoni agrikola kien ibbażat fuq is-snin 1991-1993 ta' qabel is-sħubija. L-għajnuna totali kienet maħduma fuq il-bażi tad-differenzi bejn prezzijiet fil-Finlandja u dawk fil-Komunità (għajnuniet indiretti) fl-1993 kif ukoll fuq il-bażi tad-differenza bejn l-għajnuna diretta iffinanzjata mill-baġit nazzjonali u l-ammont ta’ għajnuna diretta disponibbli mill-politika agrikola komuni (PAK).

Permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni l-livelli ta’ għajnuna massima huma definiti għall-għajnuna Nordika permezz ta’ prodott u s-settur. L-għajnuna għall-prodotti kollha tal-ħaxix tingħata għal kull ettaru. Għall-produzzjoni tal-bhejjem, l-għajnuna tingħata għal kull unità ta’ bhejjem (LU) għall-bhejjem ta’ l-ifrat, ekwini, nagħaġ, mogħoż, majjali, tjur u għal kul ras fil-każ tar-renni. Għajnuna għall-ħalib tingħata għal kull kilogramm. Tingħata wkoll għajnuna għall-ħażna ta’ frott u ħxejjex. Għal bdiewa żgħażagħ (taħt l-40 sena), hemm rata stabbilita ta’ għajnuna għal kull ettaru wżat għat-tkabbir ta’ ħaxix u ċereali. L-għajnuna tista’ tingħata lill-produttur li (jew li martu jew ir-raġel tagħha) għandu mill-inqas 18-il sena jew iktar minn 65 sena. Min jirċievi l-għajnuna għandu jkollu mill-inqas 3 ettari ta’ raba tal-ħrit jew mill-inqas nofs ettaru għat-trobbija ta' l-ortikultura.

1.3. Is-sottoreġjuni

Ir-reġjun ta’ l-għajnuna Nordika tal-Finlandja tinkludi ħames sottoreġjuni, i.e. C1, C2, C2 Tramuntana (li jinkludi l-gżejjer kollha taż-żoni C1 u C2), C3 u C4 (Figura 1) . Din is-suddiviżjoni twassal sabiex l-appoġġ lill-biedja jkun jista' jiġi varjat skond il-karatteristiċi speċjali ta' l-ekonomija agrikola tar-reġjuni u s-serjetà ta’ l-iżvantaġġi naturali.

[pic]

Figura 1 – Iż-żoni ta’ għajnuna agrikola (is-sottoreġjuni C1 sa C4 huma inklużi fl-għajnuna Nordika)

1.4. Amministrazzjoni u kontrolli

Ħmistax-il Ċentru ta’ Impjieg u Żvilupp Ekonomiku (EEDC) reġjonali joperaw bħala organizzazzjonijiet reġjonali għall-amministrazzjoni tal-biedja.

L-amministrazzjonijiet tal-muniċipalitajiet jirċievu applikazzjonijiet għall-għajnuna minn bdiewa u jdaħħlu l-informazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet fis-sistema IACS. L-amministrazzjoni tikkalkula l-għajnuna u tibgħat l-awtorizzazzjoni ta’ l-għajnuna lill-bdiewa. Uffiċjali mill-EEDC jwettqu kontroll fuq min jirċievi l-għajnuna nazzjonali bħal kif isir fil-każ ta’ għajnuna ta’ l-UE. Kull sena, 5% ta’ l-applikazzjonijiet kollha jiġu mistħarrġa fuq il-post.

Il-Finlandja għandha ta’ kull sena tibgħat lill-Kummissjoni rapport annwali fuq l-effetti ta’ l-għajnuna mogħtija, inkluż l-għajnuna Komunitarja, u b’mod partikolari fuq ix-xejra tal-produzzjoni u l-mezzi relatati li qed jikkwalifikaw għall-għajnuna, ix-xejra fl-ekonomija tar-reġjuni konċernati u l-effetti fuq il-ħarsien ta’ l-ambjent. Fuq il-bażi ta’ dan ir-rapport u informazzjoni oħra disponibbli, il-Kummissjoni tivverifika l-kompatibilità ta' l-implimentazzjoni mad-dispożittivi relevanti.

2. IMPLIMENTAZZJONI 2001–2005

2.1. Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni

L-iskema ta’ għajnuna Nordika għall-Finlandja kienet approvata permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/196/KE fl-4 ta’ Mejju 1995.

Matul il-perjodu preċedenti ta’ rappurtar 1996-2000 din id-Deċiżjoni ġiet emendata darbtejn permezz tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 97/279/KE u 2000/405/KE. Fl-2002 id-Deċiżjoni dwar il-Finlandja ġiet sostitwita bid-Deċiżjoni 2002/404/KE. Id-Deċiżjoni l-ewwelnett ikkoreġiet xi ammonti ta' għajnuna minħabba bidliet fir-rata tal-kambju u differenzi fil-prezzijiet ta' referenza. Imbagħad, ġew mgħaqqda xi setturi jew subsetturi sabiex titħaffef l-amministrazzjoni. Limitazzjonijiet tal-livelli ta’ għajnuna għal kull unità, l-ammont totali ta’ għajnuna għal kull settur u numru ta’ unitajiet koperti bl-għajnuna ġew meqjusa bħala biżżejjed biex jiġu evitati żidiet potenzjali fil-produzzjoni.

Minn dakinhar ’l hawn, id-Deċiżjoni ġiet emendata permezz tad-Deċiżjoni C(2004) 2711 sabiex jiġi permess li titħallas iktar għajnuna ta’ investiment f’ċerti setturi sa l-2007 u sabiex jiġi permess li għajnuna għal baqar li jreddgħu titħallas ukoll għall-għoġġiela. It-tieni emenda li saret biex tinkludi l-ammonti SLOM għall-ħalib u sabiex terġa tiddaħħal ir-referenza għall-kwota mill-2005 'il quddiem ġiet approvata permezz tad-Deċiżjoni C(2005) 122. Fl-aħħar nett, id-Deċiżjoni C(2005) 5599 naqqset l-ammonti ta' għajnuna totali minn EUR 486.69 miljun għal EUR 448.59 miljun sabiex tiġi kkunsidrata l-iskema ta' għajnuna għal dawk iż-żoni li huma svantaġġjati minn finanzjament nazzjonali u taġġusta l-iżvilupp tal-PAK sabiex jitneħħew ċertu limiti ta' densità ta' annimali.

2.2. Nefqa relatata ma’ l-għajnuna fil-Finlandja

Fil-bidu tal-perjodu, l-għajnuna Nordika mogħtija żdiedet kemxejn kull sena, minn EUR 328.1 miljun fl-2001 għal EUR 385 miljun fl-2004. It-tnaqqis ta’ EUR 328.1 miljun fl-2005 jiġi spjegat permezz ta’ introduzzjoni ta’ l-isekma LFA, imsemmija iktar ’il fuq, iffinanzjata b’mod nazzjonali, li kienet iffinanzjata permezz ta’ tnaqqis ta’ l-istess ammont mill-għajnuna Nordika. Fl-aħħar tal-perjodu, l-għajnuna Nordika kienet tammonta għal 34% tan-nefqa totali ta’ l-appoġġ agrikolu fir-reġjuni ta’ l-għajnuna Nordika. Intużaw madwar 74% ta' l-awtorizzazzjonijiet ta’ ħlas disponibbli għall-għajnuna Nordika fl-2001–2005.

2.3. Għajnuna komunitarja

Il-biedja fiż-żoni ta’ appoġġ ta’ l-iskema ta’ għajnuna Nordika qegħda wkoll tibbenefika minn mekkaniżmi iffinanzjati mill-UE, bħal per eżempju iż-żewġ pilastri tal-politika agrikola komuni. L-għajnuna minn dawn iż-żewġ pilastri, kif jidher fit-tabella 1, żdiedet bi 15% mill-2001. Dan huwa sa ċertu punt spjegat bl-introduzzjoni ta’ ħlasijiet diretti fis-settur tal-prodotti tal-ħalib bħala riżultat tar-riforma fil-PAK ta’ l-2003 u użu iktar milli mistenni ta’ ħlasijiet agro-ambjentali.

Tabella 1 – Sommarju ta’ ċerti appoġġi Komunitarji fl-2001 u l-2005

Sena | Ħlasijiet CMO EUR miljuni | Konċessjoni ta’ kumpens, LFA(, EUR miljuni | Ħlasijiet agro-ambjentali, EUR miljuni | Total EUR miljuni |

2001 | 202 | 230 | 133 | 565 |

2005 | 254 | 234 | 162 | 650 |

( żoni inqas vantaġġjati |

2.4. Għajnuna Nordika mogħtija skond kull settur

Fis-setturi kollha t-total ta' għajnuna sħiħa mogħtija baqgħet taħt il-limitu permissibbli ( tabelli 2a u 2b ). Dan jista’ jiġi spejgat bid-dixxiplina ta’ baġit ekonomiku u bil-livelli ta’ produzzjoni inqas minn dawk mistennija f’xi setturi.

Tabella 2a – Sommarju ta’ l-ammonti ta’ għajnuna Nordika marbuta mal-bhejjem, 2001 u 2005

Prodott | Għajnuna totali mogħtija 2001 EUR miljuni | Għajnuna totali mogħtija 2005 EUR miljuni | Għajnuna Nordika permissibbli 2005, EUR miljuni |

Ċanga | 51.1 | 54.9 | 91.17 |

Laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż | 2.5 | 3.25 | 3.50 |

Laħam tal-majjal u tat-tjur | 46 | 37.03 | 61.3 |

Renni | 2.7 | 3.49 | 6.16 |

Ekwini | 2.1 | 2.23 | 2.52 |

Ħalib | 182.5 | 158.9 | 225.22 |

Għajnuna għat-trasport ta’ ħalib u laħam | 1.6 | 2.15 | 2.27 |

Total | 288.5 | 261.9 | 392.2 |

Tabella 2b – Sommarju ta’ l-ammonti ta’ għajnuna Nordika marbuta mal-post, 2001 u 2005

Prodott | Għajnuna totali mogħtija 2001, EUR miljuni | Għajnuna totali mogħtija 2005, EUR miljuni | Għajnuna Nordika permissibbli 2005, EUR miljuni |

Pitravi | 0.5 | 0.38 | 1.34 |

Patata | 0.9 | 0.65 | 1.24 |

Ċereali u wċuħ tar-raba oħra tal-ħrit | 9.9 | 12.90 | 15.14 |

Ortikultura | 21.4 | 21.43 | 24.69 |

Ħxejjex ta’ barra u tuffieħ | 0.8 | 0.64 | 0.90 |

Għajnuna għall-ħażna | 1.07 | 1.00 | 2.86 |

UAA (mergħat, raba’ mhux maħdum, eċċ.) | 15.7 | 16.48 | 27.87 |

Bdiewa żgħażagħ | 12.1 | 12.68 | 16.66 |

Total | 62.4 | 66.16 | 89.95 |

Matul l-2005, ingħatat għajnuna temporanja ta’ investiment lis-setturi tal-ħalib, taċ-ċanga u tan-nagħaġ u tal-mogħoż, li kien jinkludi appoġġ għall-ħażna ta’ l-għalf u d-demen u artijiet magħluqa sabiex jirgħu il-bhejjem. 917-il proġett irċevew appoġġ li jammonta għal EUR 14.14 miljun.

2.5. Volumi ta’ produzzjoni appoġġjati

Id-deċiżjoni dwar l-għajnuna Nordika tistabbilixxi l-volumi ta’ produzzjoni massima li għaliha tista’ tingħata għajnuna. Matul l-2001 u l-2005, il-limiti ta’ produzzjoni massima nqabżu kemxejn fir-rigward tal-majjal u tat-tjur u fir-rigward ta’ l-ekwini matul xi snin u għalhekk tnaqqsu l-ammonti ta’ għajnuna jew unitajiet. In-numru ta’ renni li għalihom tħallsu s-sussidji naqas minħabba l-introduzzjoni tal-limitazzjoni ta’ 50 ras għal kull applikant.

Tabella 3a – Sommarju tal-volumi ta’ produzzjoni appoġġjati fl-2001 u fl-2005, bhejjem

Prodott | LU bis-sussidji 2001 | LU bis-sussidji 2005 | Livelli ta’ referenza 2005 | Iż-żejjed/nuqqas 2005, % |

Ċanga | 120 344 | 130 862 | 167 274 | –22% |

Laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż | 4 740 | 5 668 | 5 886 | –4% |

Laħam tal-majjal u tat-tjur | 147 764 | 133 967 | 139 200 | –4% |

Renni(rjus) | 185 731 | 155 254 | 229 000 | –32% |

Ekwini | 7 754 | 5 593 | 6 000 | –7% |

Ħalib (t) | 1 848 123 | 1 825 664 | 1 759 129 | 4% |

Ġeneralment matul il-perjodu, il-produzzjoni baqgħet taħt il-volumi permissibbli fis-setturi kollha tat-tkabbir ta' l-uċuħ tar-raba', imma f'xi snin partikolari qabżet kemxejn il-limitu ( tabella 3b ).

Tabella 3b – Sommarju taż-żoni appoġġjati, tkabbir ta' l-uċuħ tar-raba' 2001 u 2005

Prodott | Ettari bis-sussidji 2001 | Ettari bis-sussidji 2005 | Livelli ta’ ettari ta’ referenza 2005 | Iż-żejjed/nuqqas 2005, % |

Pitravi | 2 302 | 2 034 | 3 750 | –46% |

Lamtu | 4 933 | 4 546 | 6 580 | –31% |

Ċereali u wċuħ tar-raba oħra tal-ħrit | 304 707 | 315 975 | 557 700 | –43% |

Ortikultura | 216 | 190 | 203 | –6% |

Ħxejjex ta’ barra u tuffieħ | 2 080 | 1 774 | 2 095 | –15% |

UAA (mergħat, raba’ mhux maħdum, eċċ.) | 421 738 | 427 022 | 848 812 | –50% |

3. ŻVILUPP TA’ L-EKONOMIJA AGRIKOLA FIR-REġJUNI TA’ L-GħAJNUNA NORDIKA

Il-konklużjonijiet f’dan il-kapitlu huma bbażati fuq informazzjoni mill-awtoritajiet Finlandiżi skond l-Artikolu 143(2) ta’ l-Att ta' Adeżjoni.

3.1. Żvilupp tal-prodotti ewlenin fis-sottoreġjuni

Is-setturi ewlenin tal-biedja fir-reġjoni tat-Tramuntana tal-Finlandja huma dawk tal-ħalib, taċ-ċanga u tal-majjal. Flimkien jagħmlu 72% tad-dħul tas-suq. Is-sezzjonijiet li ġejjin jiddeskrivu l-iżvilupp tal-prodotti ewlenin fis-sottoreġjuni differenti. L-iżvilupp fis-sottoreġjuni ma jistax jiġi analizzat mill-informazzjoni disponibbli.

Ħalib

Il-produzzjoni tal-ħalib fiż-żona ta’ appoġġ tlaħħaq madwar 77% tal-produzzjoni totali tal-ħalib fil-Finlandja. Dan il-persentaġġ, ftit jew wisq, baqa’ l-istess matul il-perjodu kollu. Minbarra xi tibdiliet fil-volumi bejn l-2000 u l-2005, il-volum ta’ produzzjoni naqqas bi kważi 1.2% għalkemm il-bidliet ivarjaw bejn ir-reġjuni ta' appoġġ.

Tabella 4a – Produzzjoni tal-ħalib (1 000t) fis-sottoreġjuni, 2001–2005

Żona ta’ għajnuna / perjodu ta’ kwota | 2000/2001 | 2001/2002 | 2002/2003 | 2003/2004 | 2004/2005 | 2005/2006 |

C1 | 527.5 | 535.5 | 521.0 | 512.1 | 501.1 | 501.4 |

C2 | 1 022.1 | 1 047.4 | 1 031.8 | 1 026.5 | 1 016.7 | 1 032.1 |

C2N | 105.4 | 108.2 | 107.5 | 107.3 | 103.1 | 104.9 |

C3 | 172.6 | 177.1 | 178.4 | 174.4 | 168.8 | 170.5 |

C4 | 23.0 | 23.5 | 23.3 | 22.4 | 20.6 | 20.5 |

Total | 1 850.6 | 1 891.7 | 1 862.1 | 1 842.7 | 1 810.4 | 1 829.3 |

Nota: Il-figuri jirrapreżentaw il-volum totali ta’ produzzjoni tal-ħalib fir-reġjuni tat-Tramuntana (inkl. produzzjoni mingħajr għajnuna Nordika). |

Ċanga

Anki fir-rigwad taċ-ċanga, ir-reġjuni ta’ għajnuna Nordika jirrapreżentaw madwar 77% tal-produzzjoni Finlandiża. Minħabba ż-żieda fid-domanda tas-suq, il-volum ta' produzzjoni żdied fl-2003 u fl-2004. Il-persentaġġ tal-produzzjoni taċ-ċanga tar-reġjuni ta’ appoġġ inbidel kemmxejn, għalkemm il-bidliet ivarjaw ukoll bejn is-sottoreġjuni. Għandu jiġi nnutat illi l-bidliet fil-ħalib u ċ-ċanga ftit jew wisq jimxu flimkien b’mod li jimplika korrelazzjoni bejn il-produzzjonijiet.

Tabella 4b – Produzzjoni taċ-ċanga (1 000 t) fis-sottoreġjuni, 2001–2005.

Żona / sena ta' għajnuna | 2001 | 2002 | 2003 | 2004 | 2005 |

C1 | 19.8 | 19.9 | 20.2 | 19.6 | 18.2 |

C2 | 37.7 | 38.6 | 41.6 | 41.3 | 38.2 |

C2N | 3.7 | 3.6 | 3.9 | 3.7 | 3.6 |

C3 | 5.4 | 5.5 | 6.1 | 5.7 | 5.3 |

C4 | 0.6 | 0.5 | 0.6 | 0.6 | 0.6 |

Total | 67.2 | 68.1 | 72.4 | 70.9 | 65.9 |

Produzzjoni tal-majjal

Iż-żona ta' appoġġ tipproduċi 43% tal-majjal Finlandiż. Fl-2000–2005 il-produzzjoni tal-majjal fiż-żona żdiedet b’madwar 22%, imma l-persentaġġ tagħha mil-produzzjoni tal-majjal fil-pajjiż sħiħ baqa’ l-istess.

Tabella 4c – Produzzjoni tal-majjal (1 000 t) fis-sottoreġjuni, 2001–2005.

Żona / sena ta' għajnuna | 2001 | 2002 | 2003 | 2004 | 2005 |

C1 | 47.9 | 50.1 | 53.5 | 55.2 | 57.9 |

C2 | 23.9 | 25.7 | 27.9 | 28.7 | 28.0 |

C2N | 1.2 | 0.9 | 1.1 | 1.2 | 1.2 |

C3 and C4 | 1.1 | 1.0 | 1.0 | 1.0 | 1.0 |

Total | 74.1 | 77.7 | 83.5 | 86.1 | 88.1 |

3.2. Żvilupp fl-użu ta’ l-art

Fl-2005, iż-żona agrikola utilizzata fiż-żona ta’ appoġġ koperta bl-iskema ta’ għajnuna Nordika laħħqet l-1 185 ettaru, li hu madwar 52% tat-total taż-żona agrikola utilizzata fil-Finlandja. Mill-art agrikola fir-reġjuni tat-Tramuntana, 39% tinsab fiż-żona C1, 49% tinsab fiż-żona C2 u 12% fl-iktar żoni tat-Tramuntana C2N-C4.

Fir-reġjun kollu ta’ appoġġ, iż-żona agrikola utilizzata żdiedet b'4.4%, jew 50 400 ettaru, fl-2000–2005 minħabba t-tindif ta’ għelieqi li kibru żżejjed kaġun ta’ l-istennija tar-riforma fil-PAK. Din iż-żona xorta hija 16% iżgħar miż-żona massima stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/404/KE.

L-użu ta' art agrikola kompla, imma xi wħud mill-iktar għelieqi mbegħda tal-ħrit fiż-żona ta’ appoġġ qed jiġu esklużi mill-produzzjoni. Ma hemmx xewqa li l-art tinkera għall-ebda prezz, minħabba l-fatt li hemm spejjeż kbar biex tinħadem l-art kaġun tad-daqs żgħir ta’ l-għelieqi u d-distanzi twal. Ix-xejra medja fil-prezz ta’ art addizzjonali kienet pjuttost moderata fit-Tramuntana, anki jekk il-prezzijiet qegħdin jogħlew iktar mill-medja b’rata mgħaġġla minħabba l-kompetizzjoni għall-art offruta għall-bejgħ jew kera qrib l-irziezet tal-bhejjem.

Fl-2005, 44% ta’ l-UAA kienet tintuża għal ċereali, 40% għall-ħaxix, 6% għal uċuħ oħra tar-raba’ u 10% mwarrba. Bejn l-2000 u l-2005 ż-żona taċ-ċereali u dik imwarrba żdiedu u dik użata għall-ħaxix naqset. Din il-bidla kienet prinċipalment ikkawżata mill-fatt illi ħafna rziezet qatgħu il-produzzjoni tal-bhejjem waqt li, speċjalment fl-inħawi ta' nofsinhar taż-żona ta' appoġġ, il-produzzjoni taċ-ċereali għall-għalf u uċuħ oħra tar-raba’ tkompliet jew partijiet mill-artijiet inkrew lill-irziezet li qed ikabbru l-operat tagħhom.

3.3. Xejriet fl-istruttura, produttività u metodi ta’ produzzjoni tal-biedja

Fid-disgħinijiet, il-bidla strutturali fil-biedja seħħet b’mod mgħaġġel fir-reġjuni koperti bl-iskema ta' għajnuna Nordika. Din ix-xejra kompliet fil-bidu tad-disgħinijiet, b’irziezet żgħar iwaqqfu l-produzzjoni ta’ bhejjem u jaqilbu għat-tkabbir part-time ta' wċuħ tar-raba' jew jikru l-artijiet tagħhom lil irziezet ikbar. Il-kera ta’ art tal-ħrit kibret fiż-żona kollha ta’ appoġġ, u fl-2005 madwar 35% ta' l-art tal-ħrit ta’ l-irziezet li komplew il-produzzjoni kienet mikrija. Madwar terz ta’ l-irziezet waqqfu l-produzzjoni bejn l-1995 u l-2005 u d-daqs medju ta’ razzett fiż-żona ta’ appoġġ kiber minn 19 għal 31 ettaru. Fl-2005 kien hemm 39 650 razzett fiż-żona ta’ appoġġ. It-tnaqqis kien l-iktar bil-mod fir-reġjun ta’ appoġġ C2N u l-iktar mgħaġġel fir-reġjun ta’ appoġġ C3.

Tabella 5a – Numru ta’ artijiet mikrija fis-sottoreġjuni varji u fil-pajjiż kollu (2001–2005)

Żona / sena | 2001 | 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | bidla 2001-2005 | % bidla 2001–2005 |

C1 | 18 347 | 17 720 | 17 264 | 16 820 | 16 281 | –2 066 | –11% |

C2 | 20 153 | 19 713 | 19 257 | 18 877 | 18 285 | –1 868 | –9% |

C2N | 2 073 | 2 223 | 2 152 | 2 103 | 1 999 | –74 | –4% |

C3 | 3 242 | 3 163 | 3 075 | 2 972 | 2 865 | –377 | –12% |

C4 | 734 | 731 | 710 | 689 | 666 | –68 | –9% |

Finlandja | 77 320 | 75 474 | 73 714 | 72 054 | 69 517 | –7 803 | –10% |

Mis-sena 2000 ’l hawn, in-numru ta’ rziezet b’iktar minn 100 ettaru iktar milli rduppjaw u s-sehem tagħhom miż-żona totali kiber minn 6% għal 13.6%.

Tabella 5b – Numru u distribuzzjoni ta’ rziezet fir-reġjun ta’ għajnuna Nordika, 1995, 2000 u 2005

Distribuzzjoni (%) u numru totali ta’ rziezet fiż-żona ta’ għajnuna Nordika | Distribuzzjoni (%) u numru ta’ rziezet | Distribuzzjoni (%) ta’ l-art u d-daqs medju ta’ l-irziezet (ettari għal kull razzett) |

1995 | 2000 | 2005 | 1995 | 2000 | 2005 |

taħt l-20 ettaru | 62.1 | 48.6 | 44.2 | 34.9 | 20.6 | 15.5 |

20–29 ettaru | 20.5 | 19..8 | 18 | 25.9 | 18.7 | 14.3 |

30–39 ettaru | 9.6 | 12.8 | 12.3 | 17.0 | 16.9 | 13.8 |

40–49 ettaru | 4.2 | 7.5 | 8.5 | 9.7 | 12.8 | 12.2 |

50–99 ettaru | 3.3 | 10.1 | 14.1 | 10.8 | 25.1 | 30.6 |

100–… ettaru | 0.3 | 1.2 | 2.9 | 1.8 | 6.0 | 13.6 |

Total / medja | 58 115 | 44 326 | 39 649 | 19.3 | 26.2 | 31.1 |

Id-daqs medju tal-merħliet fl-irziezet tal-ħalib fiż-żona ta’ appoġġ kiber minn 12 ghal 20 fl-1995–2005. Fl-istess waqt il-persentaġġ tal-ħalib prodott f’irziezet b’iktar minn 50 baqra żdied minn 0.3% għal 8.5%.

F’irziezet oħra tal-baqar, in-numru medju ta’ postijiet ta’ l-annimali żdied bl-istess mod minn 20 għal 50. Madwar terz ta' l-irziezet tal-baqar l-oħra għandhom iktar minn 50 annimal ta’ ifrat għal kull razzett waqt li fl-1995 il-persentaġġ tagħhom kien ta’ inqas minn 10 %.

Tabella 5c – Numru u distribuzzjoni ta' mħaleb u rziezet tal-baqar fiż-żona ta' għajnuna Nordika fl-1995, 2000 u 2005

Żoni ta’ l-għajnuna Nordika | Distribuzzjoni (%) u numru ta’ rziezet | Distribuzzjoni (%), in-numru totali u medju ta’ l-annimali |

1995 | 2000 | 2005 | 1995 | 2000 | 2005 |

Mħaleb |

taħt 10 baqriet/razzett | 35 | 21.3 | 15.9 | 19.1 | 8.7 | 5.5 |

10–19 –il baqra/razzett | 54.9 | 50.2 | 44.6 | 61.4 | 44.3 | 33.1 |

20–29 baqra/razzett | 9.2 | 21.6 | 24.8 | 16.8 | 31 | 30.2 |

30–49 baqra/razzett | 0.9 | 6.2 | 12.1 | 2.4 | 13.5 | 22.7 |

50+ baqra/razzett | 0.1 | 0.6 | 2.5 | 0.3 | 2.5 | 8.5 |

Numru ta’ rziezet | 23 442 | 16 422 | 12 335 | 288 456 | 267 654 | 240 645 |

Numru medju ta’ annimali/razzett | 12.3 | 16.3 | 19.5 |

Rziezet oħra tal-baqar |

inqas minn 10 annimali ta’ l-ifrat/razzett | 36.8 | 24.8 | 22.1 | 8.9 | 3.4 | 2.2 |

10–19 –il annimal ta’ l-ifrat/razzett | 27.3 | 19.6 | 18 | 18.9 | 8 | 5.1 |

20–29 annimal ta’ l-ifrat/razzett | 13.7 | 13.5 | 11.8 | 16.2 | 9.3 | 5.8 |

30–49 annimal ta’ l-ifrat/razzett | 13.3 | 17.5 | 16.9 | 25 | 19.3 | 13.2 |

50+ annimal ta’ l-ifrat/razzett | 8.8 | 24.6 | 31.3 | 31 | 60 | 73.8 |

Numru ta’ rziezet | 5 436 | 3 069 | 2 760 | 110 353 | 108 805 | 137 438 |

Numru medju ta’ annimali/razzett | 20.3 | 35.5 | 49.8 |

Fl-2000–2005, il-persentaġġ ta’ rziezet proprjetà ta’ bdiewa iżgħar minn 40 sena naqas minn 28% għal 24%, imma d-daqs medju ta’ l-irziezet proprjetà ta’ bdiewa żgħażagħ kien ikbar u żdied iktar minn dak ta’ bdiewa ikbar fiż-żmien.

L-irziezet fiż-żona ta’ appoġġ investew (imkejla bħala nefqa ta’ investiment gross) l-iktar fix-xiri ta’ art addizzjonali (EUR 97.7 miljun), imbagħad fil-bini għall-baqar tal-ħalib (EUR 75.8 miljun), twaqqif ta’ rziezet (EUR 57.0 miljun) u unitajiet ta’ produzzjoni taċ-ċanga (EUR 27.5 miljun).

Anki jekk jissoktaw il-forom tradizzjonali ta’ produzzjoni agrikola fir-reġjun, it-tkabbir fid-daqs ta’ l-irziezet wassal għad-dħul ta’ teknoloġiji u metodi ġodda ta’ produzzjoni li jixirqu lil irziezet ikbar, li fuq medda ta' żmien ser iwasslu għal tnaqqis fl-ispejjeż .

3.4. Żvilupp fid-dħul u l-produttività tal-biedja

Minħabba l-iżvilupp sfavorevoli fil-proporzjoni bejn id-dħul tas-suq u l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-biedja fir-reġjuni ta’ għajnuna Nordika tiddependi ħafna fuq l-għajnunijiet li jingħataw biex jissuplimentaw il-qligħ mill-biedja. Il-proporzjon għajnuna Nordika/valur nett miżjud tar-razzett (FNVA) varja bejn 0.4 u 0.5 għall-perjodu 2000–2006.

It-tkabbir annwali fil-valur nett miżjud tar-razzett għal kull unità annwali ta’ ħidma (FNVA/AWU) kien f’medja ta’ 1.8% fl-2000–2004. Matul l-istess perjodu, id-dħul mill-irziezet tal-familja għal kull unità ta' ħidma tal-familja (FFI/FWU) żdied b'1.3% fis-sena.

Fl-2000–2004 id-dħul mill-irziezet tal-familja varja ħafna fil-partijiet differenti tar-reġjun tat-Tramuntana. Fiż-żona C2, it-tkabbir medju annwali fid-dħul kien ħafna inqas miż-żoni l-oħrajn. Waħda mir-raġunijiet għal dan l-iżvilupp fiż-żona C2 kienet iż-żieda fin-numru ta' rziezet żgħar taċ-ċereali bi produzzjoni baxxa u spejjeż għolja minħabba li l-bdiewa qegħdin jaqtgħu il-produzzjoni tal-bhejjem.

It-tkabbir fid-dħul mill-irziezet tal-familja għal kull unità ta’ ħidma tal-familja huwa kkaġunat prinċipalment mill-iżviluppi strutturali fil-biedja u minn iktar effiċjenza fil-produzzjoni. L-irziezet tal-familja jżommu d-dħul tagħhom f'livell stabbli anki permezz ta' twessigħ fil-produzzjoni u titjib fl-effiċjenza. L-għajnuniet pjuttost sinifikanti ta’ investiment għenu wkoll sabiex titwessa’ l-produzzjoni u titjieb l-effiċjenza tagħha.

It-tkabbir fid-daqs ta’ l-irziezet u twessigħ tal-produzzjoni jirriżulta iktar fis-settur tal-ħalib milli fis-settur taċ-ċanga. L-iżvilupp tal-prezzijiet tal-produttur għaċ-ċanga kien dgħajjef u ż-żieda fl-ispejjeż naqqset id-dħul u l-profitabilità speċjalment lejn it-tmiem tal-perjodu konċernat.

Minflok, fl-irziezet tal-majjal u ċ-ċereali l-benefiċċji ta’ l-iskala huma riflessi b'mod iktar ċar fl-indikaturi ta' dħul u profitabilità, imma anki f’dawn l-irziezet, l-iżvilupp medju ta' dħul u profitabilità beda jonqos lejn l-aħħar tal-perjodu.

3.5. Żvilupp fl-impatt soċjo-ekonomiku

Ir-rwol tas-settur tal-biedja u l-ikel fl-ekonomiji reġjonali taż-żona ta’ appoġġ ilu jonqos sa mill-1995. Fl-2003 il-biedja kienet tħaddem 61 150 persuna u l-industrija ta’ l-ikel kienet tħaddem 13 900 persuna fil-Finlandja tat-Tramuntana. Bejn l-1995 u l-2003, in-numru ta' persuni jaħdmu fil-biedja naqas b’iktar minn 25%, waqt li n-numru ta’ persuni li jaħdmu fl-industrija ta’ ikel baqa’ kważi l-istess.

Madankollu, fir-reġjun ta’ għajnuna Nordika tal-Finlandja, u speċjalment fl-iktar partijiet imbegħda tiegħu, il-bdiewa jirrapreżentaw persentaġġ għoli tal-popolazzjoni rurali. L-iskema ta’ għajnuna Nordika hija parti mill-miżuri li ttieħdu li permezz tagħhom qed isir sforz biex il-popolazzjoni fir-reġjuni tat-Tramuntana u ta' lvant tibqa' stabbli. L-għajnuna fit-tul għar-reġjun tat-Tramuntana ikkontribwiet bis-sħiħ fit-trażżin tat-telf ta' popolazzjoni agrikola u rurali u fit-tnaqqis tal-konsegwenzi negattivi tiegħu.

3.6. Qagħda ta’ l-ambjent

Wieħed mill-għanijiet tas-sistema ta’ għajnuna Nordika hija illi tinfluwenza b’mod pożittiv l-implimentazzjoni tal-ħarsien u l-preservazzjoni ambjentali billi torbot l-għoti ta' l-għajnuna ma' kundizzjonijiet bħall-użu ta' art tal-ħrit (prattiċi ta' biedja tajbin) u kwantitajiet ta' bhejjem (densità massima ta’ bhejjem). Minħabba li għadd ta’ programmi ta’ ħidma differenti għandhom effett fuq l-ambjent, huwa diffiċli li tinnota l-influwenza ta’ xi programm partikolari bħala differenti mill-bqija. Miżuri agro-ambjentali taħt il-Politika ta’ l-Iżvilupp Rurali japplikaw għal iktar minn 95% ta’ l-irziezet fir-reġjun u għal kważi l-istess persentaġġ taż-żona tal-ħrit.

L-indikaturi tan-nitroġenu u l-fosfru għall-qagħda ta’ l-ambjent fiż-żona koperta bl-iskema ta’ għajnuna tat-Tramuntana juru xi titjib fil-qagħda ambjentali. Miżuri li jħallu effett pożittiv fuq l-ambjent jinkludu l-bini ta’ ħażniet addizzjonali għad-demel u tnaqqis fl-użu ta’ fertilizzant artifiċjali. L-ammont ta’ demel li jiġi mit-trobbija tal-baqar naqas għax naqas in-numru ta' annimali.

3.7. Impatt fuq il-katina ta’ l-ikel

Is-sitwazzjoni tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, l-ipproċessar u n-negozju ta’ prodotti tas-sistema ta’ għajnuna Nordika baqgħet pjuttost stabbli fiż-żona partikolari matul il-perjodu. Fost l-intrapriżi ta’ l-industrija ta’ l-ikel, in-numru ta’ mħaleb u biċċeriji li xtraw prodotti mhux ipproċessati mill-biedja naqas matul il-perjodu ta' stħarriġ fiż-żona ta’ appoġġ.

Iż-żoni li jinsabu l-iktar fit-Tramuntana jistgħu ikunu problematiċi minn punt di vista ta’ intrapriżi ta’ ipproċessar li jaħdmu fil-pajjiż kollu: volumi ta' prodotti mhux ipproċessati li jistgħu jinkisbu miż-żona huma baxxi meta mqabbla mal-volumi totali ta' dawk l-intrapriżi, l-ispejjeż ta' ġarr huma għolja u s-swieq qegħdin ’il bogħod ħafna.

4. KONKLUżJONIJIET

Dan ir-rapport jagħti rendikont ta' l-awtorizzazzjonijiet mogħtija u r-riżultati miksuba. Ġie mħejji fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni fornita mill-awtoritajiet Finlandiżi skond l-Artikolu 143(2) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni u l-għan tiegħu huwa li jiġi ppreżentat lill-Kunsill. Mir-rapport, il-punti ewlenin huma kif ġej:

1. Fir-rigward ta’ ħafna mis-setturi li jirċievu l-għajnuna Nordika, il-livelli ta’ produzzjoni permissibbli għal produzzjoni li rċeviet għajnuna jew il-limiti ta’ għajnuna ma nqabżux fil-perjodu ta' osservazzjoni. Madankollu, il-livelli ta’ produzzjoni xi kultant inqabżu fir-rigward ta’ laħam tal-majjal u tat-tjur, ħalib u ċereali. L-ammonti ta’ għajnuna u unitajiet eliġibbli tnaqqsu proporzjonalment.

2. Il-kontrolli jitwettqu mill-Istat Membru u skond l-awtoritajiet nazzjonali ma nstabux irregolaritajiet sinifikanti. Ir-rapporti meħtieġa ntbagħtu lill-Kummissjoni kif stabbilit fl-Att ta’ Adeżjoni.

3. L-għan ta’ l-iskema ta’ għajnuna Nordika huwa illi tiżgura li tinżamm f'livell stabbli l-attività agrikola fir-reġjuni. Il-verifika jekk l-Għajnuna Nordika laħqitx dan l-għan hija diffiċli għaliex hemm xi skemi oħrajn ta’ appoġġ għall-biedja li japplikaw fir-reġjun ukoll. L-iskema, inkluż il-pagamenti u l-ammonti individwali kif ukoll it-tismija tas-sottoreġjuni, qatt ma ġiet ivverifikata wara d-dħul tagħha. Il-Kummissjoni għalhekk ikkummissjonat studju sabiex tikseb stampa iktar dettaljata ta’ l-iskema u l-effikaċja, effiċjenza u r-relevanza ta’ l-implimentazzjoni tagħha matul l-1995–2005. Dan l-istudju għandu jitwettaq anki fid-dawl tar-riformi fil-politika agrikola komuni. Ir-riżultati ta’ dan l-istudju jkunu aċċessibbli fil-ħarifa ta’ l-2007 u ser jintużaw biex tkompli tiġi żviluppata l-iskema ta’ għajnuna Nordika.

Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni fornita mill-awtoritajiet Finlandiżi, il-Kummissjoni tikkunsidra li b’mod ġenerali, l-awtoritajiet Finlandiżi applikaw b’mod korrett id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/195/EC u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/404/KE dwar l-għajnuna lir-reġjuni tat-Tramuntana.

Top