This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007DC0063
Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions - Social reality stocktaking - Interim Report to the 2007 Spring European Council
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni - Inventarju tar-realtà soċjali - Rapport temporanju għall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2007
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni - Inventarju tar-realtà soċjali - Rapport temporanju għall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2007
/* KUMM/2007/0063 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 26.2.2007 KUMM(2007) 63 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI INVENTARJU TAR-REALTÀ SOĊJALI Rapport temporanju għall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2007 KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI INVENTARJU TAR-REALTÀ SOĊJALI Rapport temporanju għall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2007 (Test b'relevanza għaż-ŻEE) Is-soċjetajiet Ewropej jinsabu għaddejja minn tibdil drammatiku f'dak li għandu x'jaqsam man-natura tax-xogħol, mal-ħajja moderna tal-familja, Il-qagħda tan-nisa fis-soċjetà; u l-mobilità soċjali. Il-valuri qegħdin jitbiddlu. Is-soċjetajiet qed isiru dejjem aktar multikulturali. Is-soċjetà ta' l-abbundanza wessgħet l-orizzonti u espandiet l-għażliet fil-ħajja u l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea huma fost l-iżjed pajjiżi għonja fid-dinja. Fl-istess ħin, qed jitfaċċaw forom ġodda ta' faqar u inugwaljanzi. Problemi ġodda bħaż-żieda fil-każi ta' l-obeżità u l-għadd dejjem jikber ta' fatturi li qed ikollhom effett fuq is-saħħa mentali qegħdin jaffettwaw is-saħħa ta' l-Ewropej. Il-globalizzazzjoni u d-demografija huwa żewġ forzi ewlenin li jwasslu għall-iffurmar ta' l-iżvilupp tas-soċjetajiet Ewropej. Għalkemm it-tnejn li huma joffru l-opportunitajiet, jippreżentaw ukoll l-isfidi. Ix-xejriet demografiċi jagħtu indikazzjoni li n-nies qed jgħixu ħajja itwal u aktar b'saħħitha u fl-istess ħin iqajmu kwistjonijiet dwar spejjeż ġodda relatati max-xjuħija tal-popolazzjoni, l-ekwità interġenerazzjonali, in-natura li qed tinbidel tal-familja, ir-relazzjoni bejn il-ġenerazzjonijiet u r-riskji ġodda tal-faqar. Il-globalizzazzjoni, flimkien mat-teknoloġija ġdida, joffru potenzjal enormi għat-tkabbir. Imma n-nies jinħtieġ li jkunu armati permezz ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ biex jieħdu vantaġġ minn dawn l-opportunitajiet u jadattaw għall-għejbien ta' l-impjiegi industrijali tradizzjonali. Dan it-tibdil joffri sfida lill-Unjoni Ewropea. Ewropa miftuħa msejsa fuq il-moviment u l-kummerċ ħielsa għenet fil-ħolqien ta' l-impjiegi u l-prosperità li fuqhom, fl-aħħar mill-aħħar, jiddependu l-benessri u l-kwalità ta' ħajja aħjar. Madankollu, matul dawn l-aħħar snin kien jidher ċar li ħafna Ewropej bdew jistaqsu lilhom infushom jekk il-globalizzazzjoni, il-liberalizzazzjoni u l-imbuttatura għal kompetittività akbar kinux qed jikkontribwixxu għall-benessri tagħhom. Biex jinftiehmu aħjar ir-raġunijiet għal dan u tkun eżaminata d-dinamika tat-tibdil soċjali kurrenti, fl-2006 l-Kummissjoni ssuġġeriet li jsir Inventarju tar-Realtà Soċjali, bil-għan li titnieda aġenda fuq l-aċċess u opportunitajiet, dimensjoni soċjali marbuta mill-qrib mar-Rieżami tas-Suq Uniku. Il-Kunsill Ewropew appoġġja dan l-approċċ u talab lill-Kummissjoni tikkonsidra s-sitwazzjoni soċjali fl-Unjoni. B'konformità mat-talba tal-Kunsill Ewropew, ir-rapport temporanju li ġej dwar il-progress li sar sallum fit-twettiq ta' l-inventarju tħejja biex ikun ippreżentat lill-Kinsill tar-Rebbiegħa. GħANIJIET TA' L-INVENTARJU TAR-REALTÀ SOċJALI Din l-analiżi tar-realtà soċjali ta’ l-Ewropa għandha l-għan li tibni kunsens dwar l-isfidi soċjali komuni li l-Ewropej qegħdin jiffaċċjaw. Il-kwistjoni dwar liema rwol ghandu jkollha l-politika ta' l-UE, jew kif il-politika ta' l-UE għandha tadatta biex twieġeb għar-realtajiet soċjali li qed jinbidlu, f'dan l-istadju tħalliet miftuħa beraħ. Kunsens ġdid se jinbena b'mod naturali fuq l-esperjenza ta' l-imgħoddi. L-UE minn dejjem kellha "dimensjoni soċjali". It-Trattat ta' Ruma fih impenn għat-tul għall-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-Artikolu 13 tat-Trattat ta' Amsterdam ikkonċeda kompetenza leġiżlattiva lill-Unjoni biex tiġġieled kull forma ta' diskriminazzjoni. Il-Programm Soċjali ta' l-Unjoni, li oriġinarjament kien ġie żviluppat fis-snin 80 bħala kontropunt soċjali għall-ħolqien tas-Suq Intern, iffoka fuq il-ħarsien ta' l-impjieg u l-partenarjat soċjali. Dan wassal għal leġiżlazzjoni dwar impjieg minimu, standards għas-saħħa u s-sigurezza u għall-assigurazzjoni ta' drittijiet transkonfinali ta' sigurtà soċjali għal ħaddiema mobbli. L-Unjoni kellha wkoll rwol importanti fit-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali permezz tal-ġlieda tagħha kontra l-inugwaljanzi reġjonali u l-għajnuna li pprovdiet biex iseħħ l-aġġustament għat-tibdil ekonomiku permezz tal-Fondi Strutturali u inizjattivi riċenti bħall-Fond ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni. Dawn l-elementi wasslu għall-istrateġija ta' Liżbona mġedda għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi li tiffoka mhux biss fuq il-prestazzjoni ekonomika u l-kompetittività imma wkoll fuq il-ħolqien ta' koeżjoni soċjali akbar u d-dimensjoni soċjali ta' sostenibilità. Fl-ambitu ta' l-istrateġija ta' Liżbona mġedda, l-UE ngħaqdet ma' l-Istati Membri – li jkomplu jassumu l-kompetenza primarja għat-tfassil tal-politika tagħhom – biex ikunu identifikati b'mod kollettiv il-metodi politiċi li permezz tagħhom jistgħu jinkisbu l-aħjar riżultati għat-tlaqqigħ tal-prosperità u s-solidarjetà li tinsab fil-qalba tal-viżjoni ta' Liżbona u biex tingħata promozzjoni għall-adozzjoni tagħhom. Għaldaqstant, l-istrateġija ta' Liżbona tat lok għal riflessjoni kollettiva dwar kwistjonijiet soċjali f'sens wiesa' ħafna, li jkopru problemi tradizzjonali dwar il-flessibilità tas-suq tax-xogħol u r-riforma tas-sistema tal-protezzjoni soċjali kif ukoll problemi relatati mas-sistemi edukattivi u ta' taħriġ. Ħafna minn dawn l-inizjattivi fil-qasam tal-politika soċjali kienu nħolqu għal soċjetà industrijali, fejn in-natura tax-xogħol kienet ikkaratterizzata minn ekonomija ta' produzzjoni massiva, ditti kbar, u livelli għolja ta' sħubija u densità sindakalisti. L-Ewropa tallum hija soċjetà li aktar ma tmur aktar qed tissejjes fuq l-għarfien u l-orjentament lejn is-servizzi. Filwaqt li d-dinamika ekonomika li sservi bħala bażi għat-tiswir ta' 'l-ekonomija l-ġdida' f'dinja globalizzata ngħatat l-attenzjoni, is-sitwazzjoni soċjali u l-isfidi soċjali jinfiehmu anqas u mhumiex daqstant analizzati. Ma jeżisti l-ebda skambju dijanjostiku ta' dawn l-isfidi soċjali u tal-mod kif għandhom ikunu ttrattati. L-inventarju tar-realtà soċjali għandu l-għan li jiżviluppa din id-dijanjosi, billi jiġġenera dibattitu dwar is-sitwazzjoni soċjali ta' l-Ewropa, biex imbagħad dan ikun integrat ukoll fir-rieżami ta' nofs il-mandat ta' l-aġenda tal-politika soċjali. L-inventarju jirrikonoxxi li teżisti diversità kbira bejn l-Istati Membri, kultant internament daqskemm bejn Stat u ieħor. Madankollu, jeżistu sfidi konġunti u komuni – id-demografija, iż-żieda fid-diversità etnika u kulturali u l-individwalizzazzjoni tal-valuri. L-Istati Membri kollha ta' l-UE huma soċjetajiet miftuħa msawra mill-forzi globali tal-kapitaliżmu modern u x-xejriet kulturali mifruxa mad-dinja kollha. Oħrajn kienu żvantaġġati bit-tibdil ekonomiku u r-ristrutturar industrijali u jipperċepixxu l-komunitajiet tradizzjonali, il-valuri tagħhom u l-modi tagħhom ta' għejxien bħallikieku mhedda. DISKUSSJONI MIFTUħA Il-Kummissjoni nidiet konsultazzjoni wiesgħa dwar il-problemi soċjali u l-isfidi li qed taffaċċja l-Ewropa. L-għan hu li jintlaħqu kostitwenzi diversi biex jiddiskutu x'jikkostitwixxi 'r-realtà soċjali' ta' l-Ewropa. L-attitudni preżenti tal-Kummissjoni hija li 'tisma'' u mhux li toqgħod tirriċerka l-għażliet politiċi. Qegħdin jintfittxu opinjonijiet differenti dwar ix-xejriet soċjali, il-fatturi ewlenin li qed jixprunaw it-trasformazzjoni soċjali ta' l-Ewropa, il-'benessri' u x'qed jikkontribwixxi għalih. Din il-konsultazzjoni hija sostnuta minn dokument ta' sfond imħejji mill-Uffiċċju tal-Konsulenti Politiċi Ewropej li jħares lejn mudelli komuni u lejn kif il-bidliet soċjali jistgħu jkunu vvalutati kontra punti ta' riferiment għall-benessri. Imbagħad jipprova jqajjem dibattitu dwar uħud mill-kwistjonijiet ewlenin li jaffettwaw il-benessri – l-opportunitajiet ekonomiċi, in-natura tax-xogħol, il-mudelli ġodda tal-ħajja familjari, il-faqar u l-inugwaljanza, il-barrieri għas-saħħa u l-mobilità soċjali, il-kwalità tal-ħajja, id-diversità kulturali u l-ostakli għall-integrazzjoni, il-kriminalità u l-imġiba anti-soċjali. . Il-dokument iqajjem il-problemi sabiex jistimula diskussjoni wiesgħa. Il-konsultazzjoni tinvolvi l-organizzazzjoni ta' diversi avvenimenti, Eurobarometer iffukat fuq problemi dwar il-benessri u tipi differenti ta' konsultazzjonijiet, inkluża konsultazzjoni bl-internet http://ec.europa.eu/citizens_agenda/index_en.htm.. Iressaq għad-diskussjoni l-fehmiet ta' firxa wiesgħa ta' partijiet interessati fuq livelli nazzjonjali u lokali. L-uffiċċji tar-rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea qed jipparteċipaw f'dan l-eżerċizzju. IL-PASSI LI JMISS Meta jidħlu r-riżultati ta' l-eżerċizzju konsultattiv li se jitlesta sa l-aħħar ta' l-2007, il-Kummissjoni toħroġ rapport. Ir-rapport ikun ritratt tar-realtà soċjali Ewropea li qed tinbidel, billi jeżamina x-xejriet soċjali u l-implikazzjonijiet tagħhom u jidentifika kwistjonijiet ewlenin u sfidi għall-Ewropa fuq il-livelli kollha ta' governanza. Huwa jistabbilixxi idejiet dwar kif għandha ssir l-aħjar promozzjoni għall-aċċess u l-opportunitajiet fl-Ewropa kif ukoll jikkontribwixxi għall-eżami ta' nofs il-mandat ta' l-aġenda għall-politika soċjali.