EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006SC0787

Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar t-tneħħija tad-Deċiżjoni 2005/184/KE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv f’Ċipru

/* SEK/2006/0787 finali */

52006SC0787

Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar t-tneħħija tad-Deċiżjoni 2005/184/KE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv f’Ċipru /* SEK/2006/0787 finali */


[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 21.6.2006

SEG(2006) 787 finali

Rakkomandazzjoni għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar t-tneħħija tad-Deċiżjoni 2005/184/KE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv f’Ċipru

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Introduzzjoni

L-Artikolu 104 tat-Trattat jistabilixxi li l-Istati Membri għandhom jevitaw żbilanċi eċċessivi u jistipula proċedura biex ikunu identifikati u korretti. Din il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (EDP) hija speċifikata aktar fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 dwar “li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv”,[1] li hija parti mill-Patt ta' Stabbilità u Tkabbir.

Skond il-Protokoll dwar il-proċedura għall-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat, il-Kummissjoni tipprovdi t-tagħrif għall-implimentazzjoni ta’ l-EDP. Bħala parti mill-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar l-iżbilanċi ppjanati u attwali tal-gvern tagħhom u dwar kemm ikun id-dejn tal-gvern, u dan darbtejn fis-sena, l-ewwel darba qabel l-1 ta’ April u qabel l-1 Ottubru, skond Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93[2].

Fis-7 ta’ April 2004, il-Kummissjoni ppublikat il-previżjonijiet tagħha għar-rebbiegħa 2004[3]. Skond dawn il-previżjonijiet, li kkunsidraw it-tagħrif rrapurtat mill-gvern Ċiprijott f'Marzu 2004, l-iżbilanċ ġenerali tal-gvern fiċ-Ċipru żdied minn 4½% tal-GDP fl-2002 għal madwar 6¼% tal-GDP fl-2003, b’hekk jaqbeż il-valur ta’ referenza fit-Trattat ta’ 3% tal-GDP. Ir-rapport tal-Kummissjoni kkonkluda wkoll li l-proporzjon bejn l-iżbilanċ u l-GDP, li kien laħaq 72¼% tal-GDP fl-2003, kien se jkompli jfixkel mill-valur ta’ referenza fit-Trattat ta’ 60% sa ‘l fuq minn 74½% tal-GDP fl-2004. Fuq il-bażi ta' din iċ-ċifra, il-Kummissjoni bdiet il-proċedura dwar l-iżbilanċ eċċessiv għaċ-Ċipru fit-12 ta' Mejju, 2004, billi adottat ir-rapport previst bl-Artikolu 104(3) tat-Trattat[4]. Fl-24 ta’ Mejju 2004, l-awtoritajiet Ċiprijotti ppreżentaw il-Programm ta’ Konverġenza li jkopri l-perjodu 2004-2007, li kkonferma l-figura tad-defiċit ta' madwar 6¼% tal-GDP għall-2003 u bassar proporzjon ta' dejn mal-GDP ta' 75¼% tal-GDP għall-2004. Wara li qieset il-fatturi kollha relevanti inklużi f'dan ir-rapport kif ukoll l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju skond kif mitlub mill-Artikolu 104(4), il-Kummissjoni adottat Opinjoni (skond l-Artikolu 104(5)) fl-24 ta' Ġunju, 2004, li fiha stqarret li fiċ-Ċipru hemm żbilanċ eċċessiv. Fit-5 ta' Lulju 2004, il-Kunsill adotta Deċiżjoni[5] f'dan is-sens, skond l-Artikolu 104(6).

Fl-istess waqt, il-Kunsill adotta Opinjoni dwar il-Programm ta’ Konverġenza għaċ-Ċipru ta’ l-24 ta’ Mejju skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97[6] tas-7 ta’ Lulju 1997, u Rakkomandazzjoni indirizzata lil Ċipru b'konformità ma’ Artikolu 104(7) tat-Trattat sabiex is-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv tal-gvern tispiċċa.

2. Rakkomandazzjonijiet taħt l-EDP

Il-Kunsill irrakomanda lill-gvern Ċiprijott “biex iwaqqaf is-sitwazzjoni preżenti tad-defiċit malajr kemm jista' jkun" . Speċifikament, kien irrakomandat "li jimplimenta l-miżuri mbassra fil-programm ta' konverġenza ta' Mejju 2004, b'mod qawwi; speċjalment, biex jieħu azzjoni effettiva sal-5 ta’ Novembru 2004 sabiex jintlaħaq l-għan tagħhom li jniżżlu d-defiċit taħt it-3% tal-GDP fl-2005 b’mod kredibbli u sostenibbli, kif speċifikat fl-Opinjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2004 fil-programm ta’ konverġenza preżentat f'Mejju 2004” . Il-Kunsill irrakomanda wkoll li “l-awtoritajiet Ċiprijotti kellhom jassiguraw li fl-2004 ż-żieda fil-proporzjon tad-dejn tispiċċa u minn hemmhekk ‘l quddiem tiġi rriversjata kif speċifikat fl-Opinjoni tal-Kunsill fil-programm ta’ konverġenza” .

Fit-twettiq tar-rakkomandazzjonijiet sabiex id-defiċit eċċessiv jiġi rranġat, il-Kunsill stieden lill-awtoritajiet Ċiprijotti “biex jassiguraw li l-konsolidazzjoni tal-baġit lejn il-pożizzjoni ta’ l-għeluq tal-baġit f’terminu medju f’bilanċ jew f'bilanċ favorevoli jiġi sostenut wara li jitranġa d-defiċit eċċessiv.”

Fit-22 ta’ Diċembru 2004 il-Kummissjoni kkonkludiet[7] li l-gvern Ċiprijott kien ħa azzjoni effettiva dwar il-miżuri mbassra li jilħqu l-mira għad-defiċit ta' l-2005 sad-data tal-5 ta' Novembru, bħala reazzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li tagħha l-Kunsill ħa nota fit-18 ta’ Jannar 2005.

Skond l-Artikolu 104(12) tat-Trattat, Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandha titħassar, fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, meta d-defiċit eċċessiv fl-Istat Membru partikolari jkun, fl-opinjoni tal-Kunsill, issewwa.

3. L-iżviluppi fid-defiċit sa l-2005

In-notifika ta’ l-EDP ta' April 2006 (li ġiet sottomessa fit-22 ta' Marzu 2006 u ppublikata mill-Eurostat fl-24 ta' April, 2006), stmat li d-defiċit ġenerali tal-gvern fl-2005 kien ta' 2.4% tal-GDP (tabella nru 1). Dan ir-riżultat jitqabbel mal-mira ta’ 2.9% tal-GDP fil-Programm ta’ Konverġenza ta’ Mejju 2004, kkonfermata mill-Liġi tal-Baġit 2005 li kienet approvata mill-Parlament f’Diċembru 2004, u mill-mira ta’ 2.5% fl-aħħar reviżjoni tal-Programm ta’ Konverġenza li kienet ippreżentata fl-14 ta’ Diċembru 2005. Skond il-baġit ta’ l-2005, l-aġġustament kellu jinkiseb permezz ta’ kontrolli fuq iż-żidiet kemm fid-dħul kif ukoll fl-infiq. Il-miżuri ta’ dħul kienu taħlita ta’ miżuri strutturali (ir-rati ta’ taxxa tal-VAT ġew riveduti ‘l fuq skond l- acquis f’Mejju 2004 u kellhom impatt fuq sena sħiħa fl-2005) u ta’ miżuri ta’ darba (amnestija ta’ taxxa li ppermettiet il-kollezzjoni tad-dħul addizzjonali li ammonta għal ¾ mill-persentaġġ fl-2004 u kważi 1% fl-2005). It-tkabbir fin-nefqa nominali kien ristrett permezz ta’ limitu fuq ir-rata ta’ tkabbir nominali tan-nefqiet kurrenti u kapitali, il-kontroll ta’ trasferimenti preżenti u s-sussidji skond l-inflazzjoni u ż-żieda fl-età tal-pensjoni għal impjegati fis-settur pubbliku. Ir-riżultat li kien aħjar milli mistenni, seħħ fuq wara tat-tkabbir bbażat fuq kontenut ta’ taxxi għoljin, li kien kważi bbażat kollu kemm hu fuq il-konsum domestiku, u kien akkumpanjat minn tkabbir sostenut fl-impjiegi. Id-dħul mill-amnestija tat-taxxi kien ukoll aktar għoli milli mistenni. Barra dan, ir-riżultat tad-defiċit ta’ l-2004 (kemmxejn ‘il fuq minn 4% tal-GDP) kien aktar baxx mill-figura proġettata sa l-aħħar ta' l-2004 (madwar 4¾% tal-GDP) meta l-baġit ta’ l-2005 kien approvat. Ir-riżultat tad-defiċit seta’ kien aħjar minn hekk kieku l-infiq għoli iktar milli previst ma pattix għal parti mill-effetti tas-sena-bażi u dħul addizzjonali. Minkejja li l-limitu fuq il-pagi kien rispettat u l-infiq fil-kapital fir-realtà naqas f’termini nominali, it-trasferimenti soċjali żdiedu għal 13%.

Tabella 1: |

Outturn | 2003 | 2004 | 2005 |

Bilanċ ġenerali tal-gvern | -6.3 | -4.1 | -2.4 |

Total tad-dħul: | 39.1 | 39.7 | 42.3 |

Li minnhom: | 26.2 | 25.6 | 26.9 |

kontribuzzjoni soċjlaii | 7.1 | 7.8 | 8.4 |

45.3 | 43.8 | 44.7 |

Li minnhom: | 10.9 | 9.9 | 10.0 |

Trasferimenti ta’ l-istess xorta | 9.0 | 8.2 | 8.3 |

11.4 | 12.2 | 12.9 |

Nefqa ta’ l-interessi | 3.4 | 3.2 | 3.4 |

il-formazzjoni ta’ kapital gross fiss | 3.4 | 4.1 | 3.2 |

Bilanċ primarju | -2.8 | -0.9 | 1.0 |

Pm Piż tat-taxxa | 33.2 | 33.4 | 35.3 |

Pm Bilanċ aġġustat ċiklikament (1) 1 | -6.1 | -3.9 | -2.1 |

Pm Ta' darba (2) | 1.8 | 1.0 | 0.9 |

Pm Bilanċ strutturali (1-2)1 | -7.9 | -4.9 | -3.0 |

Pm Bilanċ primarju stutturali 1 | -4.4 | -1.7 | 0.4 |

Pm GDP Reali 1 (bidla fil-persentaġġ annwali) | 1.9 | 3.9 | 3.8 |

In-nefqa ta’ l-interessi u bilanċi jinkludi bdil skond id-definizzjonijiet użati fil-proċedura ta’ defiċit eċċessiv. Id-dħul totali u l-infiq totali tas-CP żdiedu b'1.9% punti tal-GDP, skond il-definizzjonijiet armonizzati bħal fl-ESA95. 1 Tbassir ekonomiku tas-servizzi tal-Kummissjoni għar-rebbiegħa 2006 Sors: Is-servizzi tal-Kummissjoni. |

In ġenerali, fl-2005 id-defiċit sar aħjar bi kważi 4% punti tal-GDP imqabbel ma' l-2003 u b'1¾% punti tal-GDP imqabbel ma’ l-2004. Id-dħul temporanju ammonta għal madwar 1% tal-GDP kemm fl-2004 u fl-2005. Il-bilanċ primarju sar pożittiv għall-ewwel darba mill-2002. Speċifikament, il-bilanċ favorevoli primarju ta’ 1% tal-GDP fl-2005 jitqabbel mad-defiċit primarju ta’ 3% u 1% fl-2003 u fl-2004 rispettivament. Imkejjel mill-bidla stmata fil-bilanċ strutturali (in-nett f’bilanċ aġġustat ċiklikament ta’ miżuri ta’ darba jew temporanji), it-titjib fil-bilanċ tal-gvern implika sforz fiskali ta’ kważi 5 punti perċentwali tal-GDP bejn l-2003 u l-2005, meta d-defiċit strutturali laħaq kważi 8% u 3% rispettivament.

4. Prospetti baġitarji għall-2006 u lil hinn

Skond it-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni fir-rebbiegħa 2006, id-defiċit ġenerali tal-gvern għall-2006 huwa proġettat biex ikun ftit ‘il fuq minn 2% tal-GDP (tabella 2), jew madwar ¼ punt perċenwali tal-GDP aktar għoli mill-mira uffiċjali. Id-differenza hija spjegata l-aktar mix-xenarju ta’ tkabbir aktar ottimistiku fil-proġezzjonijiet uffiċjali provduti minn Ċipru. Skond ir-reviżjoni tal-programm ta’ konverġenza 2005, din is-sena l-GDP kellu jikber sa 4.2%, waqt li t-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni fir-rebbiegħa 2006 ipproġettaw li t-tkabbir kellu jitla’ bi 3.8%. Il-bilanċ favorevoli primarju huwa previst li jibqa 1% tal-GDP għax it-tnaqqis fid-defiċit ġenerali tal-gvern imqabbel mar-riżultat ta’ l-2005 (ftit ‘il fuq minn ¼% tal-GDP) ikun jirrifletti biss it-tnaqqis fil-ħlasijiet ta’ l-interessi.

Tabella 2: |

2005 | 2006 | 2007 |

CP | Comm. | CP | Comm. (1) |

Bilanċ ġenerali tal-gvern | -2.4 | -1.9 | -2.1 | -1.8 | -2.0 |

- Dħul totali | 42.3 | 41.9 | 41.8 | 41.9 | 41.8 |

Li minnu: taxxi preżenti | 26.9 | 26.9 | 26.9 | 27.0 | 26.8 |

Kontribuzzjoni soċjali | 8.4 | 8.1 | 8.1 | 8.1 | 8.1 |

- Nefqa totali | 44.7 | 43.8 | 43.9 | 43.7 | 43.8 |

Li minnha: - konsum kollettiv | 10.0 | 9.5 | 9.8 | 9.0 | 9.8 |

- trasferimenti oħra minbarra dawk mhux fi flus | 12.9 | 11.4 | 11.4 | 11.5 | 11.4 |

- nefqa ta’ l-interessi | 3.4 | 3.1 | 3.1 | 3.0 | 3.0 |

- il-formazzjoni ta’ kapital gross fiss | 3.2 | 3.4 | 3.4 | 3.4 | 3.4 |

Bilanċ primarju | 1.0 | 1.2 | 1.0 | 1.2 | 1.0 |

Pm Bilanċ aġġustat ċiklikament (1) | -2.1 | -1.8 | -1.9 | -1.8 | -2.0 |

Pm Ta' Darba (2) | 0.9 | 0.3 | 0.3 | 0.3 | 0.3 |

Pm Bilanċ strutturali (1-2) | -3.0 | -2.1 | -2.2 | -2.1 | -2.3 |

Pm Bilanċ primarju strutturali | 0.4 | 1.0 | 0.9 | 0.9 | 0.7 |

Pm GDP reali (bidla fil-persentaġġ annwali) | 3.8 | 4.2 | 3.8 | 4.2 | 3.8 |

Sorsi: April 2006 notifika ta’ l-EDP għall-2005, ir-reviżjoni f’Diċembru 2005 tal-programm ta’ konverġenza (CP), u t-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni għar-rebbiegħa 2006 (Comm.). Bilanċi aġġustati ċiklikament u strutturali għas-CP ikkalkolati mis-servizzi tal-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ informazzjoni mgħotija fil-programm (differenza ma' Comm. tirrifletti xenarji makroekonomiċi differenti). Id-dħul totali u l-infiq totali tas-CP żdiedu b'1.9% punti tal-GDP, skond il-definizzjonijiet armonizzati bħal fl-ESA95. (1) Taħt ix-xenarju tas-soltu ta’ l-ebda bidla fil-politika. |

Ladarba l-miżuri ta’ darba jew oħrajn temporanji jinħarġu 'l barra mill-bilanċ aġġustat ċiklikament, it-titjib strutturali jkun jammonta għal madwar ¾ punt perċentwali tal-GDP, u jpoġġi lid-defiċit strutturali f’madwar 2¼% fl-2006. Il-livell proġettat tad-defiċit strutturali jikseb it-titjib minimu annwali ta’ mill-anqas ½% tal-GDP imwaqqaf mill-Patt ta’ Stabbilità u Tkabbir, u għandu l-għan li jkun hemm korrezzjoni kredibbli u sostenibbli tad-defiċit eċċessiv, li huwa konfermat mill-proġezzjonijiet baġitarji għall-2007 fit-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni fir-rebbiegħa 2006. Taħt ix-xenarju tas-soltu ta’ l-ebda bidla fil-politika, u waqt li jqis dħul ta' darba ta' ftit aktar minn ¼ ta’ punt perċentwali tal-GDP, il-bilanċ strutturali huwa previst li jibqa’ ma jinbidilx f’madwar 2¼% tal-GDP. In-nuqqas ta’ titjib fil-bilanċ strutturali fl-2007 jirrifletti t-tħassir li kien mistenni tal-pożizzjoni netta ta’ Ċipru fir-rigward tal-baġit ta’ l-UE, bħala għotjiet temporanji li jikkumpensaw, assoċjati ma’ l-adeżjoni fl-UE jitwaqqfu fl-2006.

Skond l-Opinjoni tal-Kunsill[8] dwar ir-reviżjoni tal-programm ta’ konverġenza ta’ Ċipru għal 2005-2009, il-miżuri ppjanati mill-awtoritajiet Ċiprijotti dwar il-perjodu ta' programm ikompli jikkonsolida l-finanzi pubbliċi sa l-2009, meta d-defiċit jkun resaq qrib ½% tal-GDP. Wara li jilħaq it-¾% tal-GDP fl-2005, il-bilanċ favorevoli primarju huwa proġettat li jogħla bil-mod għal 1¾% tal-GDP fl-2009. Id-defiċit strutturali kieku jonqos minn madwar 3% tal-GDP fl-2005 għal madwar ½% tal-GDP sa l-2009[9], waqt li jirrapreżenta titjib ta’ aktar mill-medja ta’ ½% tal-GDP kull sena. Ibbażata fuq ir-riżultat stmat għall-2005 u waqt li tqis il-bilanċ tar-riskji għal miri baġitarji, il-pożizzjoni tal-baġit fil-programm tidher li hi biżżejjed biex tassigura li l-għan tat-terminu medju (MTO) identifikat mill-awtoritajiet Ċiprijotti, jkun kważi intlaħaq sa l-2009, kif previst fil-programm. Fis-snin ta’ wara l-korrezzjoni fid-defiċit eċċessiv, il-pass ta’ l-aġġustament lejn il-programm ta’ l-MTO implikat mill-programm kieku juri progress viċin il-bilanċ, li min-naħa tiegħu jkun f'livell xieraq[10] peress li jkun fil-firxa indikata għaż-żona ta' l-euro u fl-Istati Membri fl-ERM II fil-Patt ta’ Stabbilità u Tkabbir u fil-Kodiċi ta’ Kondotta[11]. Barra dan, hija l-opinjoni tal-Kunsill ukoll li l-istrateġija tal-baġit spjegata fil-programm tkun tipprovdi biżżejjed marġini ta’ sigurtà biex ma jinkisirx il-limitu ta’ 3% tal-GDP bi flatwazzjonijiet makroekonomiċi normali mill-2008 ‘l quddiem.

5. Dejn tal-gvern

Fl-2005, il-proporzjon tad-dejn gross tal-gvern mal-GDP naqas għal 70¼%, minn 71¾ fl-2004, fuq wara tal-bilanċ favorevoli primarju reġistrat u ta’ tkabbir għoli, l-effetti ta’ tnaqqis ta’ dejn li kienu parzjalment kumpensati mill-ġbir ta’ assi finanzjarji fil-forma ta’ depożiti fis- sinking funds mal-Bank Ċentrali (tabella 3).

Skond il-Liġi tal-Baġit 2006, il-proporzjon tad-dejn mal-GDP huwa mistenni li jkompli jinżel għal 67% fl-2006. It-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni għar-rebbiegħa 2006 jipprevedu wkoll tnaqqis, għalkemm wieħed iżgħar, fil-proporzjon bejn id-dejn u l-GDP, minn 70¼% tal-GDP fl-2005 għal 69% fl-2006. Id-differenza bejn il-previżjoni tal-Kummissjoni u l-Liġi tal-Baġit tista' tiġi spjegata permezz ta' proġezzjonijiet differenti tal-baġit primarju u tkabbir tal-GDP nominali (proġezzjonijiet differenti ta’ l-i snow-ball effect ), u l-fatt li l-previżjonijiet tal-Kummissjoni ma jinkludux il-effetti li jnaqqsu d-dejn tad- decumulation tas- sinking funds (kieku kellhom jagħmlu dan, kien iniżżel il-proġezzjoni l’isfel għal madwar 68% tal-GDP). Fuq il-bażi tal-politika magħrufa, is-servizzi tal-Kummissjoni jipproġettaw biex il-proporzjon tad-dejn mal-GDP ikompli jonqos għal 67¾% tal-GDP fl-2007 L-aktar fuq wara tad- decumulation proġettata tas-sinking funds, ir-reviżjoni ta’ l-2005 tal-proġetti ta’ konverġenza jipproġettaw aktar tnaqqis fil-proporzjon tad-dejn mal-GDP li jibda minn 64% fl-2007 għal 57% fl-2008 u 53½% fl-2009. L-Opinjoni tal-Kunsill imsemmija hawn fuq dwar il-programm ta’ konverġenza tikkonkludi li, imqabbla mal-bilanċ tar-riskji fil-programm, il-proporzjon tad-dejn jidher li qed jonqos biżżejjed lejn il-valur ta' referenza ta' 60% tal-GDP.

Tabella 3: |

2003 | 2004 | 2005 | 2006 | 2007 |

CP | Comm. | CP | Comm. (1) |

69.7 | 71.7 | 70.3 | 67.0 | 69.1 | 64.0 | 67.8 |

Bidla fil-proporzjon tad-dejn | 4.5 | 1.9 | -1.3 | -3.5 | -1.2 | -3.0 | -1.3 |

Kontribuzzjonijiet fil-proporzjon tad-dejn gross |

- Bilanċ primarju | 2.8 | 0.9 | -1.0 | -1.2 | -1.0 | -1.2 | -1.0 |

- Effett ta’ “Snow-ball” | -0.8 | -1.0 | -1.1 | -1.6 | -1.0 | -1.2 | -1.0 |

- Nefqa fl-interessi | 3.4 | 3.2 | 3.4 | 3.1 | 3.1 | 3.0 | 3.0 |

- Aġġustament ta’ l-istock-flow | 2.5 | 2.0 | 0.8 | -0.8 | 0.8 | -0.6 | 0.7 |

Li minnu: |

- Differenza bejn flus u akkrexximent, | 0.6 | 0.3 | 0.3 | 0.0 | 0.0 |

- Akkumulazzjoni netta ta’ assi finanzjarji | 1.8 | 1.6 | 0.3 | -0.6 | -0.4 |

Li minnhom: Dħul mill-privatizzazzjoni | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 |

- Effetti ta’ l-ivvalutar & aġġ. residwali. | 0.1 | 0.1 | 0.1 | 0.0 | 0.0 |

Sorsi: April 2006 notifika ta’ l-EDP għall-2005, ir-reviżjoni f’Diċembru 2005 tal-programm ta’ konverġenza (CP), u t-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni għar-rebbiegħa 2006 (Comm.). (1) Taħt ix-xenarju tas-soltu ta’ l-ebda bidla fil-politika (2) Il-bidla fil-proporzjon tad-dejn gross tista’ tiġi kkalkolata kif imiss: [pic] D, PD, Y and SF are the stock of government debt, the primary deficit, nominal GDP and the stock-flow adjustment respectively, and i and y represent the average cost of debt and nominal GDP growth. The term in parentheses represents the “snow-ball” effect.Sources: |

6. Konklużjonijiet

Id-defiċit ġenerali tal-gvern naqas minn 4.1% tal-GDP fl-2004 għal 2.4% fl-2005, taħt it-3% tal-valur ta’ referenza tal-GDP. Il-miżuri wara t-tnaqqis tad-defiċit huma l-aktar ta’ natura permanenti. Il-bilanċ strutturali, jiġifieri, il-bilanċ nett aġġustat ċiklikament ta’ miżuri ta’ darba u oħrajn temporanji, huwa smat li tranġa bi kważi 2% punti tal-GDP. Skond it-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni fir-rebbiegħa 2006, id-defiċit ewlieni, fl-2006, huwa mistenni li jonqos għal 2¼% tal-GDP u, fuq bażi mingħajr bidla fil-politika, sa 2% fl-2007. Dan jipproponi li d-defiċit tniżżel taħt il-livell ta’ 3% tal-GDP b’mod kredibbli u sostenibbli. Id-dejn gross ġenerali tal-gvern naqas minn 71¾% tal-GDP fl-2004 sa 70¼ % fl-2005 u jista’ jitqies li qed jonqos biżżejjed lejn il-valur ta’ referenza ta’ 60% tal-GDP. Skond it-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni fir-rebbiegħa 2006, minkejja li l-proporzjon tad-dejn baqa’ ‘l fuq minn 60% tal-valur ta’ referenza tal-GDP, fl-2006 u fl-2007 huwa mistenni li jkompli jonqos għal madwar 69% u 68% tal-GDP rispettivament (fuq il-bażi mingħajr bidla fil-politika).

Minn din l-evalwazzjoni ġenerali, jista’ jiġi konkluż li s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv fiċ-Ċipru tranġat. Għalhekk, il-Kummissjoni tirrakkomanda lill-Kunsill biex ineħħi d-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv fiċ-Ċipru.

Rakkomandazzjoni għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar t-tneħħija tad-Deċiżjoni 2005/184/KE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv f’Ċipru

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 104(12) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

Billi:

1. Permezz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/184/KE[12], li ssegwi rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 104(6) tat-Trattat, ġie deċiż li fiċ-Ċipru kien jeżisti defiċit eċċessiv.

2. Skond Artikolu 104(7) tat-Trattat u Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97, fil-5 ta’ Lulju 2004 il-Kunsill għamel Rakkomandazzjoni indirizzata liċ-Ċipru sabiex is-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv tispiċċa sa mhux aktar tard mill-aħħar ta' l-2005. Ir-rakkomandazzjoni ġiet ippublikata. Speċifikament, kien irrakomandat biex il-miżuri mbassra fil-programm ta' konverġenza ta' Mejju 2004, jiġu implimentati b'mod qawwi; b’mod partikolari, sabiex sal-5 ta’ Novembru 2004, tittieħed azzjoni effettiva sabiex fl-2005 id-defiċit jitniżżel taħt it-3% tal-GDP b’mod kredibbli u sostenibbli. Il-Kunsill irrakomanda wkoll li jiġi assigurat li ż-żieda fil-proporzjon tad-dejn tispiċċa fl-2004 u minn hemmhekk ‘l quddiem tiġi rriversjata. Il-Kunsill stieden lill-awtoritajiet Ċiprijotti biex jassiguraw li l-konsolidazzjoni tal-baġit lejn l-MTO tiġi sostnuta wara li jissewwaid-defiċit eċċessiv.

3. Skond l-Artikolu 104(12) tat-Trattat, Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandha titħassar meta d-defiċit eċċessiv fl-Istat Membru partikolari jkun, fl-opinjoni tal-Kunsill, issewwa.

4. Skond il-Protokoll dwar il-proċedura għad-defiċit eċċessiv anness mat-Trattat, il-Kummissjoni tipprovdi d-dejta għall-implimentazzjoni tal-proċedura. Bħala parti mill-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dejta dwar l-iżbilanċi ppjanati u attwali tal-gvern tagħhom u dwar kemm ikun id-dejn tal-gvern, u dan darbtejn fis-sena, l-ewwel darba qabel l-1 ta’ April u qabel l-1 Ottubru, skond Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 tat-22 ta’ Novembru 1993 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tad-defiċit eċċessiv annessa mat-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea13.

5. Ibbażat fuq it-tagħrif provdut mill-Kummissjoni (Eurostat) skond Artikolu 8g tar-Regolament (KE) Nru 3605/93, wara n-notifika miċ-Ċipru qabel l-1 ta’ April 2006 u fuq it-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni fir-rebbiegħa 2006, il-konklużjonijiet li ġejjin huma ġustifikati:

6. Id-defiċit ġenerali tal-gvern naqas minn 4.1% tal-GDP fl-2004 għal 2.4% fl-2005, li huwa taħt it-3% tal-valur ta’ referenza tal-GDP. Dan jitqabbel mal-mira ta’ 2.9% tal-GDP stabbilita fir-reviżjoni tal-programm ta’ konverġenza f’Mejju 2004 u mal-mira ta’ 2.5% fl-aħħar reviżjoni f’Diċembru 2005 tal-Programm ta’ Konverġenza. It-tnaqqis taħt il-valur ta’ referenza fl-2005 huwa skond ir-Rakkomandazzjoni taħt Artikolu 104(7). Fl-2005 twettaq l-aġġustament fiskali kemm permezz ta’ żidiet fid-dħul u anke permezz ta’ kontroll fin-nefqa. Minkejja li xi miżuri ta' darba għinu biex inaqsu d-defiċit, il-konsolidazzjoni tal-baġit fiċ-Ċipru intlaħaq l-aktar permezz tal-miżuri strutturali. Id-defiċit strutturali (in-nett defiċit f’bilanċ aġġustat ċiklikament ta’ miżuri ta’ darba u miżuri temporanji oħra) naqas għal 3% tal-GDP, imqabbel ma’ kważi 5% u 8% tal-GDP fl-2004 u fl-2003 rispettivament.

7. Għall-2006, it-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni fir-rebbiegħa 2006, jipproġettaw li d-defiċit se jkompli jonqos, għal 2¼% tal-GDP, l-aktar minħabba miżuri ta’ natura strutturali. Dan huwa kemmxejn aktar ‘il fuq mill-livell tal-mira uffiċjali ta’ 1.9% of GDP stabbilita fir-reviżjoni tal-programm ta’ konverġenza f’Diċembru 2005. Għall-2007, it-tbassir tar-rebbiegħa jipproġetta, fuq il-bażi ta’ l-ebda bidla fil-politika, aktar tnaqqis fid-defiċit għal 2% tal-GDP. Dan jissuġġerixxi li d-defiċit tnaqqas għal taħt il-livell ta' 3% tal-GDP b’mod kredibbli u sostenibbli, kif meħtieġ mir-Rakkomandazzjoni taħt Artikolu 104(7);

8. Id-dejn tal-gvern naqas minn 71¾% tal-GDP fl-2004 għal 70¼% fl-2005. Skond it-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni fir-rebbiegħa 2006, il-proporzjon tad-dejn huwa mistenni li jkompli nieżel għal madwar 69% u 68% tal-GDP fl-2006 u fl-2007 rispettivament. Il-pass tat-tnaqqis tad-dejn lejn il-valur ta’ referenza ta’ 60 % tal-GDP huwa skond ir-Rakkomandazzjoni taħt Artikolu 104(7);

9. Skond l-Opinjoni tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Marzu 2006 dwar ir-reviżjoni tal-programm ta’ konverġenza ta’ Ċipru, 2005-2009, il-miżuri ppjanati mill-awtoritajiet Ċiprijotti dwar il-perjodu tal-programm kieku jniżżlu d-defiċit strutturali għal madwar ½% tal-GDP sa l-2009, li huwa meqjus bħala l-għan tat-terminu medju magħżul mill-awtoritajiet Ċiprijotti. Ibbażat fuq ir-riżultat stmat għall-2005 u waqt li tqis il-bilanċ tar-riskji għal miri baġitarji, il-pożizzjoni tal-baġit fil-programm tidher li hi biżżejjed biex tassigura li l-MTO tal-programm ikun kważi intlaħaq sa l-2009, kif previst fil-programm. Fis-snin ta’ wara l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, il-pass ta’ l-aġġustament strutturali lejn l-MTO tal-programm implikat mill-programm, huwa ġeneralment konsistenti mal-Patt ta’ Stabbilità u Tkabbir.

10. Id-Deċiżjoni 2005/184/KE għandha għalhekk titneħħa.

ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:

Artikolu 1

Minn din l-evalwazzjoni ġenerali, jista’ jiġi konkluż li s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv fiċ-Ċipru ġiet irranġata.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2005/184/KE hija b'dan imneħħija

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Ċipru.

Magħmula fi Brussel, 11 ta’ Lulju 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

[1] ĠU L 209, 2.8.1997, p.6. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1056/2005 (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 5).

[2] ĠU L 332, 31.12.1993, p.7. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2103/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 1).

[3] Il-previżjonijiet tal-Kummissjoni għar-Rebbiegħa 2004 huma disponibbli fuq il-websajt li jmiss: http://europa.eu.int/comm/economy_finance/publications/european_economy/forecasts_en.htm

[4] It-test sħiħ ta’ dan ir-rapport huwa disponibbli fuq il-websajt li jmiss: http://europa.eu.int/comm/economy_finance/about/activities/sgp/country/edp/edprep2004_cy.pdf

[5] Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/184/KE ippubblikata fid-9.3.2005 fil-Ġurnal Uffiċjali. ĠU L062, p.19

[6] ĠU L 209, 2.8.1997, p.1.Regolamenti emendati mir-Regolament (KE) Nru 1055/2005 (ĠU L 174, 7.7.2005, p.1)

[7] http://europa.eu.int/comm/economy_finance/about/activities/sgp/edp/comm_comm_22_dec_en.pdf

[8] Opinjoni tal-Kunsill: http://register.consilium.eu.int/pdf/en/06/st07/st07380.en06.pdf. Analiżi teknika: http://europa.eu.int/comm/economy_finance/about/activities/sgp/country/commwd/cy/com_cy20052006.pdf

[9] Opinjoni tal-Kunsill: http://register.consilium.eu.int/pdf/en/06/st07/st07380.en06.pdf.Analiżi teknika: http://europa.eu.int/comm/economy_finance/about/activities/sgp/country/commwd/cy/com_cy20052006.pdf

[10] L-għan baġitarju ta' terminu medju jista' jinbidel minn viċin mal-bilanċ jew f’bilanċ favorevoli għall-Istati Membri individwali. Għall-Istati Membri fiż-żona ta’ l-euro u fl-ERM2, għalhekk ikun fil-firxa ta’ madwar – 1 % tal-GDP u l-bilanċ jew bilanċ favorevoli, f’termini aġġustati ċiklikament, nett ta’ miżuri ta’ darba u termporanji.

[11] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1466/97 - ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1055/2005 (ĠU L 174, 7.7.2005, p.1) - u (KE) Nru 1467/97 - ĠU L 209, 2.8.1997, p.6. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1056/2005 (ĠU L 174, 7.7.2005, p.5) – u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew dwar il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir tas-7 ta' Lulju 1997. Il-Kodiċi tal-kondotta jista’ jinsab fuqhttp://europa.eu.int/comm/economy_finance/about/activities/sgp/codeofconduct_en.pdf

[12] ĠU L 62, 9.3.2005, p. 19.

13 ĠU L 332, 31. 12.1993, p.7. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2103/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 1).

Top