Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006SA0005

Rapport Speċjali Nru 5/2006 dwar il-programm MEDA flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni

ĠU C 200, 24.8.2006, pp. 1–18 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

24.8.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/1


RAPPORT SPEĊJALI Nru 5/2006

dwar il-programm MEDA flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni

(skond l-Artikolu 248(4), it-tieni sottoparagrafu, KE)

WERREJ

LISTA TA' ABBREVJAZZJONIJIET

I-VII

SOMMARJU

1-11

INTRODUZZJONI

1-5

Sfond

6-11

Skop u approċċ tal-verifika

12-49

OSSERVAZZJONIJIET

12-31

Il-programm MEDA jikkontribwixxi għal riformi ekonomiċi u żvilupp soċjali fil-pajjiżi Mediterranji parteċipanti?

12-16

Proġetti rilevanti għal objettivi MEDA u tal-pajjżi iżda mhux dejjem suffiċjentement ikkonċentrati

17-23

Ir-Responsabbiltà tgħin sabiex jintlaħqu riżultati aħjar u qed tiġi mħeġġa permezz ta' sostenn dirett lill-baġit

24-26

Tisħiħ ta' kapaċità huwa element sinifikanti fil-programm MEDA

27-31

S'issa riżultati limitati mill-għajnuna

32-49

It-tmexxija mill-Kummissjoni tal-programm MEDA huwa adegwat?

32-41

Programmar, preparazzjoni u implimentazzjoni ttejjbu kollha

42-47

Monitoraġġ u evalwazzjoni saru aktar sistematiċi

48-49

Sforzi ta' koordinazzjoni tal-kontribwenti intensifikaw

50-57

KONKLUŻJONIJIET

50-52

Kontribuzzjoni tal-programm MEDA

53-57

It-tmexxija mill-Kummissjoni

58

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Anness I-Impenji/żburzar MEDA 1995-2005

Anness II-Proġetti/programmi nklużi fil-verifika

Ir-risposti tal-Kummissjoni

LISTA TA' ABBREVJAZZJONIJIET

CSP

Dokument ta' Strateġija tal-Pajjiż

EC

Komunità Ewropea

ECU

Unità ta' Valuta Ewropea

EIB

Bank Ewropew ta' l-Investiment

ENP

Politika Ewropea ta' Viċinat

ENPI

Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija

EuropeAid

Uffiċċju ta' Koperazzjoni fl-Għajnuna Ewropea

PGD

Prodott Gross Domestiku

MEDA

Miżuri li jridu jakkumpanjaw ir-riformi ekonomiċi u soċjali fil-pajjiżi Mediterranji li mhumiex Membri

MED-Committee

Kumitat ta' Konsulenza ta' l-Istati Membri għar-reġjun tal-Mediterran

NIP

Programm Nazzjonali Indikattiv

SAF

Faċilità ta' Aġġustament Strutturali

TA

Assistenza teknika

SOMMARJU

I.

Fl-1995 l-UE u 12-il pajjiż Mediterranju ddeċidew fuq fażi ġdida fir-relazzjoni ta' bejniethom, imsejħa l-“Proċess ta' Barċellona” jew “is-Sħubija Ewro-Mediterranja”. L-għan prinċipali huwa sabiex jiġu żviluppati aspetti differenti tas-sħubija, inklużi d-dimensjonijiet politiċi, ekonomiċi u finanzjarji, u soċjali u kulturali (ara l-paragrafi 1-2).

II.

Il-programm MEDA huwa l-istrument finanzjarju prinċipali ta' l-UE għall-implimentazzjoni tas-sħubija Ewro-Mediterranja, b'aktar minn 8 000 miljun euro allokati għall-perjodu 1995-2006. Fl-aħħar ta' l-2005 madwar 7 000 miljun euro kienu impenjati għal proġetti u programmi differenti, u madwar 4 000 miljun euro intefqu (ara l-paragrafi 3-5).

III.

Il-Qorti vverifikat il-programm MEDA, sabiex tiddetermina jekk huwa attwalment jagħtix kontribuzzjoni lejn riforma ekonomika u żvilupp soċjali fil-pajjiżi sħab, u jekk it-tmexxija mill-Kummissjoni tal-programm hijiex adegwata (ara l-paragrafi 6-11).

IV.

Rigward il-kontribuzzjoni tal-programm MEDA, is-sostennn mill-KE kien:

rilevanti għall-bżonnijiet tal-pajjiżi konċernati,

ffukat fuq numru limitat ta' setturi fi tnejn mit-tlett pajjiżi eżaminati,

jinkoraġġixxi responsabbiltà permezz ta' aktar użu ta' sostennn lill-baġit,

sistematikament kien jinkludi miżuri ta' tisħiħ ta' kapaċità (ara l-paragrafi 12-26).

V.

Riżultati konkreti, wara aktar minn 10 snin ta' MEDA, s'issa għadhom limitati, minħabba li ħafna proġetti għadhom ma ġewx kompluti. Għall-maġġoranza tal-pajjiżi MEDA l-impatt tas-sostennn mill-KE ma jinstabx daqshekk fl-importanza finanzjarja tiegħu daqskemm jinstab fit-tentattivi tiegħu sabiex jindirizza riforma sensittiva ta' kwistjonijiet ta' politika u jagħti sostennn lill-ifqar segmenti ta' populazzjonijiet (ara l-paragrafi 27-31).

VI.

Il-tmexxija mill-Kummissjoni tal-programm MEDA ttejbet b'mod ċar sa mis-snin tal-bidu u tista' titqies bħala sodisfaċenti, peress li sforzi ta' programmar issa jirriżultaw f'allokazzjoni aktar bilanċjata ta' riżorsi matul perjodu ta' żmien, perjodi ta' preparazzjoni qed jiqsaru u l-iżburżjar żdied b'mod sinifikanti. Fatturi li jikkontribwixxu għal dawn it-titjib huma żieda fin-numru ta' proġetti u programmi, sehem akbar ta' sostenn tal-baġit fil-programm totali u l-effett ġenerali pożittiv ta' devoluzzjoni fuq preparazzjoni u implimentazzjoni ta' proġett minn delegazzjonijiet. Titjib ieħor jinkludi monitoraġġ u evalwazzjoni aktar sistematika u djalogu u koordinazzjoni aktar intensivi ma' kontropartijiet lokali u kontribwenti oħra. Il-kawża l-aktar komuni ta' dewmien fl-implimentazzjoni jibqgħu l-problemi fl-akkwisti pubbliċi (ara l-paragrafi 32-49).

VII.

Bir-Regolament MEDA li ser jieqaf japplika fl-aħħar ta' l-2006 u l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija l-ġdid li ser jidħol fis-seħħ fl-2007, il-Qorti hija tal-parir li l-Kummissjoni għandha:

tassigura transizzjoni mingħajr problemi u mgħaġġla għall-proġrammi tal-pajjiżi l-ġodda, biex tevita konsegwenzi negattivi għall-implimentazzjoni futura; tiddefinixxi b'mod aktar ċar fid-dokumenti ta' proġrammar tal-pajjjiżi l-ġodda u tistabbilixxi indikaturi xierqa, biex jippermettu monitoraġġ aħjar u evalwazzjoni ta' l-impatt;

tkompli tiffoka s-sostennn tagħha fuq numru limitat ta' setturi ta' intervent sabiex tassigura koerenza u żżomm il-programmi ġestibbli;

tkompli tfittex għall-aħjar prattiċi fit-tmexxija ta' proġetti sabiex tevita dewmien.

INTRODUZZJONI

Sfond

1.

Wara madwar 20 sena ta' koperazzjoni li dejjem tiżdied, fuq kwistjonijiet ta' kummerċ u żvilupp b'mod partikolari, bejn l-UE, l-Istati Membri tagħha u t-12-il pajjiż tal-Mediterran ikkonċernati, il-Konferenza ta' l-UE u ministri ta' l-affarijiet barranin Mediterranji miżmuma f'Barċellona (Novembru 1995) iddeċidiet dwar fażi ġdida ta' “sħubija”, imsejħa wkoll il-“Proċess ta' Barċellona” jew is-sħubija Ewro-Mediterranja (1).

2.

Id-Dikjarazzjoni adottata fil-Konferenza ta' Barċellona fformulat tlett setturi għas-sħubija, flimkien ma' l-objettivi prinċipali relatati, kif isegwi:

sħubija politika u ta' sigurtà, sabiex twaqqaf spazju komuni ta' paċi u stabilità, ibbażata fuq prinċipji fundamentali inklużi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija;

sħubija ekonomika u finanzjarja, sabiex toħloq spazju ta' prosperità maqsuma permezz tat-twaqqif progressiv ta' żona ta' kummerċ ħieles, akkumpanjata minn sostennn finanzjarju sostanzjali mill-UE għal transizzjoni ekonomika fil-pajjiżi sħab u għall-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi negattivi ta' dan il-proċess ta' riforma;

sħubija soċjali, kulturali u umana, sabiex tiżviluppa riżorsi umani, tippromwovi ftehim bejn kulturi u tiżviluppa soċjetajiet ċivili ħielsa u li jimxu 'l quddiem.

3.

Il-programm MEDA huwa l-istrument finanzjarju prinċipali ta' l-UE għall-implimentazzjoni tas-sħubija Ewro-Merditerranja, il-bażi legali għal liema kienet provduta mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1488/96 tat-23 ta' Lulju 1996 (2). Ir-Regolament jiddeskrivi sensiela wiesgħa ta' miżuri ta' sostennn li jridu jittieħdu b'sostennn ta' ħiliet minn sħab Mediterranji sabiex jirriformaw l-istrutturi ekonomiċi u soċjali tagħhom u jnaqqsu kwalunkwe konsegwenzi negattivi li jistgħu jirriżultaw minn żvilupp ekonomiku. Ammont ta' referenza totali ta' 3 424,5 miljun ECU kienet provduta mir-Regolament għall-perjodu 1995 sa l-1999.

4.

Wara evalwazzjoni tar-Regolament fl-1999 huwa kien emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2698/2000 (3), li ġeneralment jirreferu għalih bħala r-Regolament MEDA-II. Dan ir-Regolament jipprovdi ammont ta' referenza għall-perjodu 2000-2006 ta' 5 350 miljun euro. L-emenda żiedet ukoll settur ieħor ta' attivitajiet li jridu jkunu mogħtija sostennn (Titjib ta' kundizzjonijiet għall-dawk l-anqas privileġġati), u huwa sawwar ċerta proċeduri għat-teħid ta' deċiżjonijiet.

5.

Impenji attwali totali magħmula għas-snin 1995-2005 jammontaw għal madwar 6 900 miljun euro, u l-iżburżar attwali għall-istess perjodu għal madwar 4 000 miljun euro. Idea ġenerali aktar dettaljata ta' impenji u żburżar skond il-pajjiż għall-perjodu 1995-2005 hija nkluża f'Anness I.

Skop u approċċ tal-verifika

6.

Fil-perjodu Awwissu — Diċembru 2005 l-Qorti wettqet verifika tal-programm MEDA, fuq il-bażi tal-mistoqsijiet li ġejjin.

a)

Il-programm MEDA jikkontribwixxi attwalment għal riforma ekonomika u żvilupp soċjali fil-pajjiżi Mediterranji parteċipanti?

b)

It-tmexxija mill-Kummissjoni tal-programm MEDA hija adegwata?

7.

L-aspetti prinċipali eżaminati taħt l-ewwel mistoqsija jinkludu r-rilevanza tal-programm u speċifiċità, grad ta' responsabbiltà, tisħiħ ta' kapaċità u riżultati miksuba.

8.

L-aspetti prinċipali kkunsidrati għat-tieni mistoqsija huma ħeffa u effiċjenza ta' programmar, preparazzjoni u implimentazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni, u koordinazzjoni tal-kontribwent.

9.

Riforma ekonomika u żvilupp soċjali jinkludu sostennn għal transizzjoni ekonomika u t-twaqqif ta' żona ta' kummerċ ħieles Ewro-Mediterranja (eżempju titjib fil-kummerċ, ħolqien ta' mpiegi u żvilupp tas-settur pubbliku), operazzjonijiet għal sostennn ta' programmi ta' riforma (eżempju fis-servizzi finanzjarji u amministazzjoni pubblika), avvanz ta' infrastrutturi ekonomiċi, b'mod partikolari fis-setturi ta' trasport, enerġija, żvilupp rurali u fl-ibliet, u żviluppi fis-servizzi soċjali, speċjalment fis-setturi ta' saħħa, pjanar ta' familja, fornimenti ta' l-ilma, sanità u djar.

10.

Ix-xogħol ta' verifika kien jinkludi żjarat għall-Eġittu u l-Marokk, fejn għażla ta' proġetti u programmi kienu vverifikati u diskussjonijiet kienu miżmuma mal-persunal tad-Delegazzjoni, awtoritajiet lokali, maniġers ta' proġett, assistenti tekniċi u kontribwenti oħra. Ma' dan reviżjoni tal-proġetti u programmi fil-Ġordan kienet mwettqa. Il-verifika ffukat fuq proġetti b'fondi mill-MEDA I u II. Proġetti b'fondi mill-Protokolli (4) l-antiki, il-komponenti reġjonali tal-programm MEDA, jew mill-linji tal-baġit orizzontali u tematiċi ma kinux inlużi f'din il-verifika. Il-lista kompluta ta' proġetti u programmi eżaminati taħt il-verifika hija inkluża f'Anness II.

11.

Fl-aħħar nett, il-verifika eżaminat ukoll rapporti t'evalwazzjoni rilevanti, preparati f'isem il-Kummissjoni, inkluża l-evalwazzjoni ta' Nofs it-terminu tal-programm MEDA-II, li kienet kompluta fl-2005. Din l-evalwazzjoni kkonċentrat fuq żewġ mistoqsijiet prinċipali, jiġifieri kemm huwa rilevanti l-programm MEDA II u kemm huma effettivi/effiċjenti l-arranġamenti ta' tmexxija u implimentazzjoni MEDA II. Dawn il-mistoqsijiet kienu maqsuma f'ħafna mistoqsijiet oħra, li għal kull waħda approċċ ta' evalwazzjoni xierqa kien disinnjat, inkluż reviżjoni dokumentarja estensiva u intervisti numerevoli fil-Kwartieri Ġenerali tal-Kummissjoni u f'żewġ pajjiżi miżjura (it-Tuneżija u l-Eġittu). Il-Qorti analizzat din l-evalwazzjoni b'relazzjoni mal-verifika tagħha stess u kkonkludiet li, hija tipprovdi bażi suffiċjenti sabiex tuża r-riżultati ta' l-evalwazzjoni bħala evidenza li tikkorrobora s-sejbiet ta' verifika tagħha stess (ara wkoll il-paragrafi 46-47). Għaldaqshekk, fejn meqjus rilevanti, referenza ssir għal din l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu.

OSSERVAZZJONIJIET

Il-programm MEDA jikkontribwixxi għal riformi ekonomiċi u żvilupp soċjali fil-pajjiżi Mediterranji parteċipanti?

Proġetti rilevanti għal objettivi MEDA u tal-pajjżi iżda mhux dejjem suffiċjentement ikkonċentrati

12.

Il-proġetti kollha eżaminati fit-tlett pajjiżi koperti mill-verifika kienu rilevanti għall-objettivi (5) MEDA u skond l-objettivi ta' żvilupp nazzjonali tal-pajjiż rispettiv. Konferma ta' din l-osservazzjoni tista' tinstab fl-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-programm MEDA-II, li kkonkludiet li r-rilevanza tal-programm kienet sodisfaċenti.

13.

Fit-tliet pajjiżi kollha l-portafoll komplut ta' sostennn mill-KE kien varjetà ta' interventi mmirati lejn riformi ekonomiċi u żvilupp soċjali, bl-Eġittu u l-Marokk juru bilanċ tajjeb bejn dawn iż-żewġ setturi differenti, filwaqt li fil-każ tal-Ġordan l-enfasi kient aktar fuq riformi ekonomiċi.

14.

Iżda, minħabba li l-objettivi u l-miżuri possibbli ta' sostennn MEDA huma kemmxejn definiti b'mod wiesgħa fir-Regolamenti MEDA, il-mistoqsija hija jekk fil-prattika l-Kummissjoni ffukatx is-sostennn tagħha, li jista' jżid il-koerenza tas-sostenn.

15.

Fi tnejn mit-tlett pajjiżi eżaminati (l-Eġittu u l-Ġordan) kien hemm tendenza ċara sabiex sostennn ikun iffukat fuq numru limitat ta' setturi u permezz ta' numru limitat ta' interventi. Fit-tielet pajjiż, il-Marokk, dan ma kienx eżattament il-każ, minħabba li sostennn mill-KE ġie mqassam fuq numru kbir ta' interventi li jkopru ħafna setturi differenti, b'mod partikolari matul il-perjodu MEDA-I u b'titjib żgħir matul MEDA-II (6).

16.

Sa dan it-tant il-Kummissjoni fformulat politika ta' relazzjonijiet esterni ġdida lejn il-pajjiżi ġirien imsejħa l-Politika Ewropea ta' Viċinat (ENP). Taħt din il-politika strument finanzjarju ġdid (l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija) għandu jsir effettiv fl-2007, li jidħol minflok ħafna strumenti oħra inkluż MEDA. Bħala l-ewwel stadju lejn l-implimentazzjoni ta' l-ENP Pjanijiet ta' Azzjoni speċifiċi qed jiġu mfassla għall-pajjiżi sħab kollha. Minħabba li dawn il-Pjanijiet ta' Azzjoni jistabbilixxi set komplut ta' prijoritajiet li jkopru is-setturi kollha ta' koperazzjoni (7), is-serje l-ġdida ta' dokumenti ta' strateġija tal-pajjiż (li jkopru l-perjodu 2007-2013) jistgħu jiffukaw fuq numru aktar limitat ta' setturi ta' intervent.

Ir-Responsabbiltà tgħin sabiex jintlaħqu riżultati aħjar u qed tiġi mħeġġa permezz ta' sostenn dirett lill-baġit

17.

Wieħed mill-prinċipji ġeneralment aċċettati għal għajnuna effettiva huwa l-inkoraġġiment ta' responsabbiltà (jiġifieri li l-benefiċjarji għandu jkollhom responsabbiltà u kontrol fuq proġetti u programmi fl-istadji kollha) (8). Għaldaqshekk, in konsiderazzjoni jekk il-programm MEDA jikkontribwixxix attwalment għal riforma ekonomika u żvilupp soċjali fil-pajjiżi Mediterranji parteċipanti, punt ieħor ta' attenzjoni fil-verifika kien jekk il-Kummissjoni nkoraġġietx responsabbiltà tal-programmi tagħha mill-gvernijiet benefiċjarji.

18.

Metodu wieħed ta' kif isir dak huwa bit-tibdil tas-sostennn tradizzjonali ta' proġett b'sostennn ġenerali mill-baġit, fejn il-gvern benefiċjarju u l-kontribwent jiftiehmu dwar ċerta attivitajiet, li jridu jkunu implimentati (ħafna drabi miżuri ta' riforma politika) iżda minflok li jkunu użati sabiex ikopru nefqa speċifika l-fondi tal-kontribwenti huma mħallsa direttament fil-borża tal-gvern. Id-deċiżjoni sabiex jintuża sostenn lill-baġit jiddependi wkoll, ovvjament, fuq tlestija ta' ċerta kundizzjonijiet, bħall-eżistenza ta' ċertu standard ta' tmexxija ta' finanzi pubbliċi (9). Dan il-metodu ta' għotja ta' fondi ta' għajnuna huwa ġeneralment ikkunsidrat li jinkoraġġixxi sens ta' responsabbiltà mill-parti tal-gvern benefiċjarju, għalkemm dan ma jistax ikun assigurat (bħala eżempju ta' programm ta' sostenn lill-baġit u t-tip ta' kundizzjonijiet involuti, ara Kaxxa 1).

Kaxxa 1:Eżempju ta' sostenn lill-baġitProgramm ta' Żieda fil-Kummerċ, l-Eġittu (40 miljun euro)Objettivi tal-programm

Tnaqqis ta' skadenzi u spejjeż assoċjati ma' formalitajiet ta' importazzjonijiet u esportazzjonijiet tad-Dwana u kontrolli u standards oħrajn;

tisħiħ ta' inċentivi għall-esportazzjoni.

Mekkaniżmu ta' implimentazzjoniFil-Ftehim ta' Finanzjament dawn l-objettivi ġew tradotti f'numru ta' azzjonijiet mittieħda mill-awtoritajiet Eġizzjani. Flimkien ma' azzjonijiet speċifiċi skond is-settur, programm ta' sostenn lill-baġit jista' jkun fih ukoll ċerta kundizzjonijiet rigward politika makro-ekonomika jew għal eżekuzzjoni ta' ġestjoni ta' finanzi pubbliċi. Għal kull azzjoni l-ftehim jispeċifika aktar dettalji ta' l-azzjoni, flimkien ma' l-indikaturi, dokumenti u sorsi oħra ta' informazzjoni li ser ikunu użati sabiex jiġi vverifikat jekk l-azzjonijiet kollha ġewx attwalment kompluti. Żburżar ta' fondi tal-KE, f'żewġ porzjonijiet, huwa dipendenti fuq evalwazzjoni pożittiva ta' jekk l-azzjonijiet ikunux ġew kompluti.Attivitajiet milħuqaQabel l-ewwel porzjoni ta' 20 miljun euro kienet mogħtija, f'Awwissu 2005, azzjonijiet meħuda u kompluti inkludew is-segwenti:

żammew politika makro-ekonomika prudenti sabiex jiġu salvagwardati bilanċi interni u esterni skond l-objettivi 2005-2007 pjanati;

kisbu progress sinifikanti f'konsolidazzjoni fiskali u kontabilità tal-baġit;

introduċew sistema ta' approvazzjoni elettronika fid-Dwana;

ippermettew proċessar mid-Dwana fuq bażi ta' 24 siegħa permessa;

ippubblikaw ġabra konsolidata tar-regoli u l-proċeduri kollha tad-Dwana;

fetħu opportunità ta' fejn jistgħu jsiru ilmenti f'Uffiċċji tad-Dwana.

19.

Il-verifika wriet li fit-tlett pajjiżi kollha kien hemm żieda ċara fl-użu ta' l-istrument ta' sostenn lill-baġit, u l-informazzjoni statistika inkluża fl-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu wkoll kkonfermat li dan kien il-każ għall-pajjiżi MEDA kollha flimkien (10). Iżda, fil-Marokk hemm ukoll numru kbir ta' proġetti tradizzjonali, inkluż numru ta' proġetti li jipprovdu infrastruttura u tagħmir, li min-natura tagħhom stess ma jinkoraġġux realment responsabbiltà, b'mod kuntrarju għal proġetti li huma kkonċernati aktar ma' taħriġ u tisħiħ ta' istituzzjoni.

20.

Għall-operazzjonijiet ta' sostenn lill-baġit kompluti s'issa, miżuri kienu implimentati b'mod sodisfaċenti u żburżar sar mingħajr dewmien jew problemi kbar. Minn dan wieħed jista' jikkonkludi li f'dawn il-każijiet awtoritajiet lokali attwalment assumew responsabbiltà tal-programmi ta' riforma.

21.

Iżda sostennn lill-baġit mhuwiex l-unika strument sabiex sostennn jiġi provdut. Riformi ta' politika ħafna drabi jkollhom bżonn azzjonijiet kumplimentari, bħal taħriġ jew ċerta tipi ta' tagħmir, għal liema l-approċċ tradizzjonali ta' proġett huwa aħjar, kif inhu ukoll il-każ meta l-objettiv huwa li jkun provdut sostennn mmirat għal grupp ta' popolazzjoni jew reġjun partikolari, eżempju permezz ta' żvilupp rurali.

22.

F'din it-tip ta' sitwazzjoni ta' proġett ir-responsabbiltà tista' tkun inkoraġġuta wkoll, mhux biss permezz ta' responsabbiltà mill-awtoritajiet lokali, iżda wkoll permezz tan-nies li jibbenefikaw minn attivitajiet mogħtija sostennn b'għajnuna. Eżempju pożittiv instab matul il-verifika fil-Marokk fil-każ ta' proġett ta' żvilupp rurali fil-muntanji Atlas Ċentrali. Approċċ parteċipattiv kien segwit flimkien mal-popolazzjoni lokali, li fisser li s-soċji lokali kollha kienu kompletament involuti fil-proċess kollu ta' preparazzjoni u implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' żvilupp lokali. Kien evidenti li dan l-approċċ kien qed jikkontribwixxi għall-kisba ta' l-atttivitajiet tal-proġett (ara Kaxxa 2).

Kaxxa 2:Eżempju ta' sostennn ta' proġettŻvilupp rurali fil-Muntanji Atlas Ċentrali, il-Marokk(Proġett Khénifra, 15-il miljun euro)Objettivi tal-proġett

li jikkontribwixxi għat-tnaqqis ta' differenzi reġjonali fil-Marokk rigward żvilupp soċjali u ekonomiku;

li jikkontribwixxi għall-promozzjoni tar-rwol ta' nisa rurali;

li jikkontribwixi għat-tmexxija sostennibbli ta' riżorsi naturali, il-ġlieda kontra t-tgħawwir u t-tnaqqis ta' l-effetti tan-nixfa.

Mekkaniżmu ta' implimentazzjoniWara li l-Ftehim ta' Finanzjament tal-proġett ikun ffirmat, il-maniġment tal-proġett jipprepara pjan ta' xogħol dettaljat. Meta dan ikun approvat id-Delegazzjoni tħallas avvanz lill-proġett u l-implimentazzjoni tista' tibda. Kontijiet tal-proġett ikunu preparati, vverifikati u sottomessi lid-Delegazzjoni fuq bażi regolari, wara liema avvanz ġdid jista' jingħata lill-proġett.Eżempju ta' attivitajietMatul l-ewwel nofs ta' l-2005 l-attivitajiet prinċipali inkludew:

l-Unità ta' Tmexxija tal-Proġett irċeviet tagħmir tal-kompjuter u ta' l-uffiċċju;

kuntratti kienu ffirmati ma' l-assoċjazzjonijiet għat-tmexxija tal-lokal. Tlieta u tletin minn dawn l-assoċjazzjonijiet kienu operattivi;

tqassmu aktar minn 250 000 siġra tal-frott;

sitt unitajiet li jkabbru n-naħal ingħataw tagħmir u taħriġ;

ġiet inkoraġġita l-biedja tat-tajr min-nisa bl-għotja ta' 10 000 fellus;

beda x-xogħol fuq l-irrigazzjoni ta' 468 ettaru;

tlesta x-xogħol fuq 52,6 km għal tmien ferroviji sabiex jingħaqdu l-irħula u twettaq ukoll xogħol ieħor fuq ħames ferroviji;

271 ettaru ġew imsaġġra mill-ġdid;

sar it-tilqim tal-bhejjem għal 200 proprjetarju;

il-proġett ħadem ma' żewġ assoċjazzjonijiet għat-tmexxija tal-lokal sabiex jitwaqqfu ċentri fejn il-bhejjem jingħataw l-ikel.

23.

Fl-aħħar il-fattur deċiżiv għaż-żieda ta' responsabbiltà tinsab mhux biss fil-modalità ta' l-għotja ta' l-għajnuna, iżda fit-trasparenza ta' awtoritajiet lokali għall-idea u proċess ta' riforma. Dan deher permezz ta' ħafna proġetti/programmi inklużi fil-verifika, fejn progress ittejjeb b'mod ċar wara li istituzzjoni benefiċjarja saret kompletament involuta jew ministru ġdid ħa interes aktar qawwi fil-programm partikolari.

Tisħiħ ta' kapaċità huwa element sinifikanti fil-programm MEDA

24.

Fattur importanti ieħor li ser ikollha impatt dwar jekk il-programm MEDA jikkontribwixxix attwalment għal riforma ekonomika u żvilupp soċjali fil-pajjiżi Mediterranji parteċipanti hija dik ta' kapaċità istituzzjonali lokali sabiex tippjana u timplimenta programmi ta' riforma u attivitajiet ta' żvilupp oħrajn. Il-verifika eżaminat jekk il-Kummissjoni tikkontribwixxix għat-tisħiħ ta' din il-kapaċità.

25.

Prattikament il-proġetti/programmi vverifikati fit-tlett pajjiżi nkludew miżuri jew komponenti ta' tisħiħ ta' kapaċità. F'numru ta' każijiet tisħiħ ta' kapaċità fl-istituzzjonijiet parteċipanti hija wkoll l-għan ewlieni ta' l-intervent (11).

26.

Qasam speċifiku ta' natura amministrattiva fejn kapaċità istituzzjonali lokali tinsab fil-bżonn ta' tisħiħ hija l-akkwisti pubbliċi minn korpi tal-gvern, iżda bl-applikazzjoni ta' proċeduri tal-KE. Kif ser ikun diskuss aktar f'paragrafu 39, problemi bl-akkwisti pubbliċi kienu kawża prinċipali ta' dewmien fl-implimentazzjoni ta' proġetti.

S'issa riżultati limitati mill-għajnuna

27.

Il-verifika eżaminat kampjun ta' proġetti mit-tlett pajjiżi (ara Anness II) sabiex tevalwa jekk ir-riżultati mistenija, kif definiti fi ftehim indiviwali ta' finanzjament, kinux qiegħdin jintlaħqu.

28.

B'mod ġenerali, ir-riżultati ta' 'l fuq minn għaxar snin ta' MEDA s'issa għadhom limitati, minħabba li ħafna proġetti/programmi, inkluż numru sostanzjali ta' proġetti/programmi MEDA-I kienu għadhom għaddejjin fiż-żmien tal-verifika, u r-riżultati finali tagħhom ma setgħux ikunu determinati f'dak il-waqt (12).

29.

Għal dawk il-proġetti u programmi, li bdew taħt MEDA-I (1995-1999), u li kienu kompluti jew kienu ser ikunu kompluti, ir-riżultati mistennija ġeneralment qegħdin ikunu milħuqa, għalkemm mhux 100 % fil-każijiet kollha. Ħafna mill-proġetti/programmi taħt MEDA-I bdew tard ħafna, min-naħa minħabba li l-qafas regolatorju għal MEDA-I kien lest biss fi stadju tard, iżda wkoll peress li ħafna proġetti esperjenzaw dewmien matul il-fażi tal-bidu tagħhom minħabba proċeduri ta' sejħiet għall-offerti twal. Sussegwentement spiċċalhom iż-żmien, u kellhom bżonn ta' estensjoni waħda jew aktar maż-żmien inizjali tal-proġett (10 minn 11-il proġett/programm eżaminati) sabiex iwettqu (fil-parti l-kbira) l-attivitajiet pjanati. Għaxra minn 11-il proġett/programm MEDA-I eżaminati kienu għadhom qed jiġu implimentati fiż-żmien tal-verifika (l-aħħar ta' l-2005).

30.

Għal ħafna mill-proġetti/programmi MEDA-II kien għadu kmieni wisq, sabiex issir evalwazzjoni tajba tar-riżultati tagħhom fiż-żmien tal-verifika. L-operazzjonijiet ta' sostenn lill-baġit kienu normalment miexjin skond il-pjan, iżda proġetti li kellhom bżonn ta' akkwist pubbliku ta' servizzi ta' assistenza teknika, u xi drabi ta' tagħmir jew xogħolijiet, kienu faċilment suxxettibbli għal dewmien. Ħafna mill-proġetti eżaminati kienu diġà qiegħdin jistennew problemi biż-żmien li jiġu żviluppati minħabba l-hekk msemmija regola D+3, li tirrestrinġi l-perjodu matul liema kuntratti jistgħu jiġu ffirmati (ara aktar l-informazzjoni f'paragrafu 41).

31.

Għal ħafna mill-pajjiżi MEDA, l-impatt ta' sostennn mill-KE ma jistax ikun attribwit lill-importanza finanzjarja tiegħu peress li s-sostennn totali mill-KE huwa limitat ħafna meta mqabbel mal-PGD ta' dawn il-pajjiżi u normalment jirrappreżenta inqas minn 1 % tal-baġit tal-gvern. Dan huwa ċertament il-każ għal tnejn mit-tlett pajjiżi koperti minn din il-verifika (13). L-impatt tas-sostennn mill-KE jinsab aktar fit-tentattivi tiegħu sabiex jindirizza u jagħti sostennn lil kwistjonijiet ta' riforma (eżempju l-finanzjar tas-sistema tas-saħħa, modernizzazzjoni industrijali, riforma tas-settur bankarju, titjib tad-Dwana) u sabiex jinkoraġġixxi lill-Gvernijiet sabiex jaħdmu fuq dawn l-kwistjonijiet, kif ukoll fir-rieda tiegħu sabiex jagħti sostennn lill-ifqar segmenti żvantaġġati ta' popolazzjonijiet. Is-sostennn mill-KE huwa għaldaqshekk ħafna drabi ta' natura kwalitattiva u innovattiva, l-impatt ta' liema huwa diffiċli li jiġi kwantifikat.

It-tmexxija mill-Kummissjoni tal-programm MEDA huwa adegwat?

Programmar, preparazzjoni u implimentazzjoni ttejjbu kollha

Programmar

32.

Għall-perjodu MEDA-I il-programmar u l-preparazzjoni ta' proġett bdew tard. Ir-Regolament MEDA nniffsu kien adottat fl-1996, u l-ewwel programmi indikattivi koprew is-snin 1996-1998. B'hekk, l-impenji kienu kkonċentrati fi ftit snin, u xi drabi fi ftit proġetti jew programmi kbar biss, eżempju l-erba' impenji MEDA-I għall-Eġittu varjaw bejn 100 sa 250 miljun euro, impenji għall-Ġordan inkludew żewġ faċilitajiet ta' aġġustament strutturali (SAF) ta' 100 u 80 miljun euro rispettivament, u l-impenji tal-Marokk inkludew SAF ta' 120 miljun u proġett ta' triq ta' 80 miljun euro.

33.

Ir-Regolament MEDA-II, li daħal fis-seħħ fl-2001, kien jinkludi regoli ta' programmar ġodda. Dawn ir-regoli kienu maħsuba sabiex iħaffu l-proċess ta' programmar, billi jippermettu l-impenji proposti għal sena partikolari li jkunu sottomessi lill-Kumitat MED darba fis-sena, fi pjan ta' finanzjament annwali b'annessi ta' sommarji qosra ta' proġetti (minflok proposti individwali ta' proġetti sottomessi fi żmienijiet differenti).

34.

Ma' dan serje ġdida ta' Dokumenti ta' Strateġija tal-Pajjiż (CSP) kienet maħruġa fl-2001, li tkopri l-perjodu 2002-2006, kif ukoll Programmi Indikattivi Nazzjonali ġodda (NIP) għall-2002-2004. Sa mill-2002 l-impenji attwali segwew dawn id-dokumenti ta' programmar mill-qrib. B'mod partikolari, mill-NIPs ta' l-2002-2004 'il quddiem proposti ta' proġett ġew fformulati f'mod ħafna aktar kontinwu, kif jidher f'Tabella. Impenji totali għall-pajjiżi kollha flimkien juru wkoll distribuzzjoni aktar bilanċjata mill-2000 'il quddiem.

Tabella

Impenji u żburżar għall-Eġittu, il-Ġordan, il-Marokk, u l-pajjiżi kollha (inklużi programmi reġjonali), 1995-2005

(f'miljuni ta' euro)

 

1995

1996

1997

1998

1999

2000

2001

2002

2003

2004

2005

Total

l-Eġittu

Impenji

75

203

397

11

13

78

104

159

110

1 150

Żburżar

2

88

67

64

62

26

57

151

133

650

il-Ġordan

Impenji

7

100

10

8

129

15

20

92

42

35

58

516

Żburżar

60

45

2

2

84

11

50

47

51

43

393

il-Marokk

Impenji

30

236

219

176

141

120

122

143

152

135

1 472

Żburżar

1

31

42

54

40

41

102

102

158

213

783

il-pajjiżi kollha

Impenji

173

370

911

809

797

569

603

612

615

698

735

6 888

Żburżar

50

155

213

217

240

318

318

454

498

801

781

4 043

Sors: Informazzjoni mill-EuropeAid u mid-Delegazzjonijiet.(differenzi minuri biex jiġu ttondjati)

Preparazzjoni

35.

Il-proċess kollu ta' preparazzjoni ta' proġett jinvolvi numru ta' stadji, li jibdew mill-ewwel identifikazzjoni, li jkompli bil-preparazzjoni dettaljata, preżentazzjoni lill-kumitat ta' konsulenza ta' l-Istat Memru (il-Kumitat MED) sad-Deċiżjoni ta' Finanzjament meħuda mill-Kummissjoni u sa l-iffirmar tal-Ftehim ta' Finanzjamet mill-Kummissjoni u l-awtoritajiet benefiċjarji. Ir-reviżjoni tal-proġetti/programmi inklużi fil-verifika (ara Anness II) wriet li għall-perjodu MEDA-II dan il-proċess kien ġeneralment komplut b'aktar ħeffa milli kien qabel (14). Fatturi li jikkontribwixxu huma d-devoluzzjoni ta' responsabbiltajiet tal-Kummissjoni mill-Kwartieri Ġenerali fi Brussel lid-delegazzjonijiet tagħha, li ċertament żiedet l-implikazzjoni tagħhom fil-proċess ta' preparazzjoni, l-organizzazzjoni kollha tal-proċess ta' programmar kif deskritta fil-paragrafi 33-34, kif ukoll numru ta' tibdil ieħor fit-tmexxija li jagħmlu parti tar-riforma ġenerali ta' l-għajnuna esterna (15).

36.

Il-verifika wriet li akkwist pubbliku ta' servizzi fil-bidu ta' proġett, normalment għal assistenza teknika (TA), neċessarjament jieħu minimu ta' tmien xhur mill-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-offerti sa l-iffirmar tal-kuntratt, iżda jista' xi drabi jieħu sa sentejn jew saħansitra tlett snin (16). Dan jista' jkun il-każ meta l-offerta tfalli, eżempju għal nuqqas ta' numru suffiċjenti ta' offerti validi, u tkun trid tiġi ripetuta. Bidu ta' proġetti relatati ma' TA għaldaqshekk tibqa' proċess li jieħu ż-żmien, li huwa faċilment suxxettibbli għal dewmien. F'dan ir-rispett ma tantx hemm differenza bejn MEDA-I u MEDA-II.

Implimentazzjoni

37.

Żburżar globali taħt il-programm MEDA tjieb sa mill-2000, u b'mod aktar ċar mill-2002 'il quddiem (ara Tabella). L-iżburżar annwali medju matul il-perjodu MEDA-I 1995-1999 laħaq 175 miljun euro fis-sena, figura li triplikat għal medja ta' madwar 528 miljun euro għall-perjodu ta' sitt snin 2000-2005. Għall-2004 u l-2005 żburżar totali kien għola mill-impenji totali ġodda magħmula f'dawn is-snin, li jfisser li mill-2004 għall-ewwel darba sa mill-bidu ta' MEDA t-total kumulattiv ta' impenji pendenti (17) tnaqqas. Għal MEDA-I, wara sitt snin (1995-2000) żburżar kumulattiv laħaq 38 % ta' impenji kumulattivi, filwaqt li għal MEDA-II dan il-persentaġġ kien żdied għal 46 %, ukoll wara sitt snin (2000-2005). Din hija indikazzjoni li l-ħeffa ta' implimentazzjoni tjiebet taħt MEDA-II. L-evalwazzjoni MEDA-II ta' nofs it-terminu tasal għal konklużjoni simili meta hija tgħid li l-programm qed jilħaq maturità f'termini tal-livell ta' operazzjonijiet tiegħu (18).

38.

Fatturi ta' spjegazzjoni għal din l-implimentazzjoni mtejba huma:

a)

il-portafoll totali ta' proġetti/programmi MEDA taħt implimentazzjoni żdied b'mod stabbli;

b)

ħafna proġetti/programmi MEDA esperjenzaw bidu bil-mod u bdew realment jiżburżaw fondi mill-2000 'il quddiem. Għas-snin 2004 u 2005, madwar 40 % u 30 % rispettivament ta' żburżar totali kienu għadhom qed jirriżultaw minn proġetti/programmi li bdew taħt MEDA-I. Il-proċess ta' devoluzzjoni ċertament kien fattur li kkontribwixxa għall-wassla ta' dawn il-proġetti li jħaffu l-implimentazzjoni, u b'hekk iżidu l-iżburżar globali. Hemm għaldaqshek ċerta element ta' “adattament” involut;

c)

taħt MEDA-II, kif imsemmi f'paragrafu 19, persentaġġ akbar tal-proġetti/programmi l-ġodda japplikaw l-istrument ta' sostennn lill-baġit, li ġeneralment jippermetti għall-ewwel żburżar b'aktar ħeffa, kif ukoll żburżar akbar milli fil-każ ta' proġetti tradizzjonali.

39.

Din l-evalwazzjoni ġenerali pożittiva ma tfissirx li l-implimentazjzoni hija dejjem mingħajr problemi. Problemi ta' akkwist pubbliku huma l-kawża prinċipali għal dewmien fl-implimentazzjoni. Mill-proġetti/programmi eżaminat fil-verifika, prattikament kull wieħed li jinkludi komponent ta' akkwist pubbliku (għal xogħolijiet, fornimenti jew servizzi), esperjenza problemi, u ħafna drabi dewmien, f'dan ir-rispett, għal varjetà ta' raġunijiet. Ħafna sejħiet għall-offerti kellhom jiġu kkanċellati u ripetuti minħabba nuqqas ta' numru suffiċjenti ta' sejħiet tekniċi validi. Proċeduri ta' akkwist pubbliku huma ġeneralment ikkunsidrati bħala kkumplikati u unitajiet lokali ta' tmexxija ta' proġett u offerenti mhumiex dejjem mgħarrfa dwarhom. Fl-Eġittu, per eżempju, kuntratturi lokali żgħar kellhom problemi jikkonformaw mar-rekwiżiti amministrattivi għall-offerti, minħabba li d-dokumenti ta' l-offerti kollha kienu bl-Ingliż. Ir-regola li fornimenti għandhom ikunu ta' oriġini Ewropea jew Mediterranja tqiegħed problema regolari oħra, speċjalment meta tagħmir tal-kompjuter jew elettroniku huwa nvolut.

40.

Il-verifika wriet li b'riżultat ta' devoluzzjoni d-Delagazzjonijiet, bil-persunal tagħhom speċjalizzat fil-finanzi u kuntratti issa fuq il-post, jista' jkollhom u għandhom rwol importanti billi jgħinu l-maniġers tal-proġett u amministrazzjonijiet lokali sabiex jittrattaw ma' l-aspetti proċedurali ta' akkwist pubbliku. Per eżempju kien misjub li d-Delegazzjoni fil-Marokk issa torganizza laqgħat t'informazzjoni qabel ma tiftaħ sejħiet għall-offerti u provdiet sostennn lil ħafna partijiet ikkonċernati fi stadji differenti tal-proċedura. Fl-Eġitu d-Delegazzjoni għenet ukoll fis-superviżjoni u bħala gwida fil-proċess ta' l-offerti għal komponent ta' kostruzzjoni importanti, li setgħa b'mod ieħor ikun ikkanċellat għal nuqqas ta' ħin fil-perjodu tal-proġett li kien fadal. Ma' dan, id-Delegazzjoni fl-Eġittu kienet fil-proċess li teżamina l-possibilità li jkollha dokumenti t'offerti tradotti bl-Għarbi.

41.

Għal ħafna mill-proġetti MEDA-II l-hekk imsejħa regola D+3 tapplika, li titlob li kuntratti għal xogħolijiet, fornimenti jew servizzi jkunu konklużi mhux aktar tard minn tlett snin wara d-data ta' l-impenn tal-baġit (19). B'riżultat ta' din ir-regola ħafna proġetti ġodda, li kienu ser jibdew l-implimentazzjoni fiż-żmien tal-verifika u li jinkludu komponenti konsiderevoli ta' akkwist pubbliku u/jew sejħiet għal proposti, jidhru li għad għandhom biss żmien limitat sabiex ilestu dawn l-attivitajiet.

Monitoraġġ u evalwazzjoni saru aktar sistematiċi

42.

Evalwazzjonijiet sistematiċi huma mwettqa fuq il-livell makro, mid-Delegazzjonijiet tal-KE (eżempju rapporti makro-ekonomiċi ta' kull tlett xhur, rapporti regolari ta' kummerċ, evalwazzjonijiet għal programmi ta' sostennn lill-baġit) u minn oħrajn (il-Bank Dinji, l-IMF), bl-użu ta' indikaturi standard makro-ekonomiċi, iżda huwa diffiċli li jkun evalwat l-impatt tas-sostennn proprju tal-Kummissjoni f'dan il-livell.

43.

Huwa diffiċli ħafna wkoll li jkun evalwat l-impatt tal-Kummissjoni fil-livell tal l-objettivi strateġiċi ta' l-UE kif definiti fid-dokumenti individwali ta' strateġija tal-pajjiż (CSPs), b'mod partikolari meta dawn l-objettivi huma deskritti f'termini kemmxejn ġenerali, bħas-sostennn tal-proċess ta' transizzjoni ekonomika u s-sostennn ta' żvilupp soċjo-ekonomiku sostenibbli u bbilanċjat, u meta l-ebda indikaturi konkreti ta' kisba ma ġewx determinati.

44.

Il-monitoraġġ prinċipali mill-Kummissjoni huwa fil-livell ta' proġetti/programmi individwali, fejn sforzi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni sistematiċi huma mittieħda u indikaturi huma ħafna drabi utilizzati fil-qafas loġiċi. Is-sistema ta' żjarat ta' monitoraġġ estern issa tkopri l-maġġoranza ta' proġetti/programmi u tipprovdi valutazzjoni esterna regolari, ta' disinn, riżultati, impatt ta' proġett u possibilitajiet ta' sostennibilità. Reviżjonijiet ta' nofs it-terminu u evalwazzjonijiet fl-aħħar tal-proġett huma wkoll mwettqa sistematikament għal ħafna mill-proġetti/programmi.

45.

Inizjattiva tajba kienet li jitwettqu evalwazzjonijiet ta' strateġiji individwali ta' pajjiż, kif kien sar fil-Marokk fl-2003 u għall-Eġittu fl-2004. Dan provda informazzjoni utli li tista' tittieħed in konsiderazzjoni fil-preparazzjoni tad-dokumenti ta' strateġija tal-pajjiż u pjanijiet indikattivi li jmiss. Iżda, dan l-eżerċizzju kien s'issa limitat għal dawn iż-żewġ pajjiżi biss.

46.

Skond ir-Regolament MEDA l-Kummissjoni għandha tevalwa l-programm kull tlett snin. Evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għall-programm MEDA II kienet għaldaqshekk mibdija fil-bidu ta' l-2004, u rapport finali kien magħmul f'Lulju 2005 (20). Evalwazzjoni finali għall-programm MEDA issa hija ppjanata għat-tieni nofs ta' l-2007.

47.

Il-konklużjonijiet prinċipali ta' l-istudju, li jaqblu mas-sejbiet tal-Qorti stess f'ħafna rispetti, huma:

a)

ir-rilevanza tal-programm MEDA bħala l-istrument ta' assistenza Komunitarja li tagħti sostennn lill-Proċess ta' Barċellona u l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bilaterali huwa meqjus bħala sodisfaċenti. Huwa tjieb mill-perjodu MEDA-I għall-perjodu MEDA-II;

b)

l-effettività u l-effiċjenza ta' l-arranġamenti ta' tmexxija u implimentazzjoni MEDA qed jitjiebu iżda għadhom mhux totalment sodisfaċenti.

Sforzi ta' koordinazzjoni tal-kontribwenti intensifikaw

48.

Il-verifika wriet li d-Delegazzjonijiet fit-tlett pajjiżi huma kollha attivi fil-proċess ta' koordinazzjoni ma' kontribwenti oħra kif ukoll ma' l-awtoritajiet benefiċjarji. Dan huwa mingħajr dubbju riżultat taż-żieda fit-tisħiħ tal-persunal provdut bħala parti tal-proċess ta' devoluzzjoni. Fil-pajjiżi kollha kkonċernati laqgħat regolari jsiru bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri ta' l-UE. Ma' dan hemm sistemi simili ta' laqgħat fi grupp ta' kontribwenti ma' sotto-gruppi tematiċi, fejn id-Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni ħafna drabi jieħdu sehem attiv billi jippresiedu wieħed jew aktar minn dawn il-gruppi tal-kontribwenti, skond is-setturi speċifiċi ta' interess.

49.

S'issa ħafna mill-attivitajiet ta' koordinazzjoni jikkonsistu prinċipalment fit-tpartit u fil-kumpilazzjoni t'informazzjoni dwar interventi individwali tal-kontribwenti u jeżisti skop konsiderevoli għal aktar sforzi ta' koordinazzjoni f'setturi bħal programmar, implimentazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni. Iżda d-Delegazzjonijiet ħadu varji inizjattivi sabiex jiżviluppaw aktar attivitajiet ta' koordinazzjoni u armonizzazzjoni ta' kontribwenti.

KONKLUŻJONIJIET

Kontribuzzjoni tal-programm MEDA

50.

Is-sostennn provdut mill-KE, permezz tal-programm MEDA għal riforma ekonomika u żvilupp soċjali fil-pajjiżi Mediterranji sħab huwa rilevanti għall-bżonnijiet speċifiċi tal-pajjiżi kkonċernati u għall-objettivi stabbiliti għas-sħubija Ewro-Mediterranja. F'żewġ pajjiżi, l-Eġittu u l-Ġordan, is-sostennn huwa ffukat b'mod ċar fuq numru limitat ta' setturi, iżda dan ma kienx il-każ fil-Marokk. Minħabba li l-Pjanijiet ta' Azzjoni l-ġodda taħt il-Politika Ewropea ta' Viċinat ikopru s-setturi kollha ta' koperazzjoni, aktar iffukar ser ikun neċessarju fil-livell tad-dokumenti ta' programmar tal-pajjiż. Il-Kummissjoni inkoraġġiet responsabbiltà permezz ta' l-użu tagħha miżjud ta' sostennn lill-baġit, iżda l-modalità ta' sostennn lill-proġett ser tkun għadha bżonjuża meta tip ta' assistenza ffukata, aktar speċifika tkun ta' bżonn. Miżuri ta' tisħiħ ta' kapaċità huma nklużi sistematikament (ara l-paragrafi 12-26).

51.

Ir-riżultati globali wara aktar minn għaxar snin ta' MEDA s'issa għadhom limitati, minħabba li ħafna mill-proġetti tal-bidu kellhom bidu bil-mod, kellhom bżonn ta' estensjonijiet u għadhom mhumiex kompluti, filwaqt li għal ħafna mill-proġetti MEDA-II għadu kmieni wisq li jiġu evalwati r-riżultati potenzjali tagħhom (ara l-paragrafi 27-30).

52.

Anke meta l-fondi totali MEDA disponibbli huma sostanzjali, għal ħafna mill-pajjiżi MEDA l-impatt tas-sostennn mill-KE joħroġ anqas mill-importanza finanzjarja tiegħu u aktar mit-tentattivi tiegħu il jindirizza riforma sensittiva ta' kwistjonijiet ta' politika u jagħti sostennn lill-ifqar segmenti tal-populazzjonijiet, fejn l-impatt tiegħu huwa diffiċli li jiġi kwantifikat (ara l-paragrafi 31 u 43).

It-tmexxija mill-Kummissjoni

53.

It-tmexxija mill-Kummissjoni tal-programm MEDA tjiebet b'mod ċar sa mis-snin tal-bidu u tista' issa tiġi kkunsidrata bħala sodisfaċenti, b'konsiderazzjoni ta' l-obbligi proċedurali u esterni wkoll. Sforzi ta' programmar irriżultaw f'allokazzjoni ta' riżorsi aktar bilanċjata maż-żmien, perjodi ta' preparazzjoni qsaru, u żburżar globali żdied għal livell sinifikament għola meta mqabbla mal-perjodu MEDA ta' qabel (ara l-paragrafi 32-37).

54.

Fatturi li kkontribwew għal dan it-titjib huma żieda globali fin-numru ta' proġetti/programmi taħt implimentazzjoni, sehem akbar ta' sostennn lill-baġit fil-programm kollu, u l-effett ġenerali pożittiv ta' devoluzzjoni fuq il-proċess ta' preparazzjoni u implimentazzjoni ta' proġett mid-delegazzjonijiet (ara l-paragrafu 38).

55.

Il-kawża l-aktar komuni ta' dewmien fl-implimentazzjoni jibqgħu l-problemi ta' akkwist pubbliku, għalkemm id-Delegazzjonijiet ilhom ifittxu attivament għal metodi sabiex inaqqsu dawn il-problemi (ara l-paragrafi 39-40).

56.

Minħabba li l-maniġment mill-Kummissjoni tal-programm MEDA eżerċita kemm paċenzja u flessibilità, billi ppermetta estensjonijiet ta' proġett u tibdil fid-disinji fejn neċessarju, proġetti u programmi MEDA-I ġeneralment kisbu jew fl-aħħar ser jiksbu riżultati sodisfaċenti. L-hekk msejħa regola D+3, li applikat għal proġetti sa mill-2003, tista' timpedixxi dan l-impenn u flessibilità ta' żmien twil, b'hekk tnaqqas il-possibiltajiet ta' riforma ekonomika u żvilupp soċjali li jipproduċu riżultati sostennibbli (ara l-paragrafi 29, 30 u 41).

57.

Titjib ieħor fit-tmexxija globali ta' proġett mill-Kummissjoni jikkonsisti minn monitoraġġ u sforżi ta' evalwazzjoni aktar sistematiċi u djalogu u koordinazzjoni aktar intensivi bejn Delegazzjonijiet u kontropartijiet lokali u kontribwenti oħra (ara l-paragrafi 42-49).

RAKKOMANDAZZJONIJIET

58.

Bir-Regolament MEDA li ma jibqax japplika fl-2006 u l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija l-ġdid li jidħol fis-seħħ fl-2007, il-Kummissjoni għandha:

tassigura transizzjoni mingħajr problemi u mgħaġġla għall-programmi tal-pajjiżi l-ġodda sabiex tevita konsegwenzi negattivi għal implimentazzjoni fil-futur; tiddefinixxi b'mod aktar ċar fid-dokumenti l-ġodda ta' programmar tal-pajjiżi l-objettivi strateġiċi tagħha u twaqqaf indikaturi xierqa, sabiex tippermetti għal monitoraġġ u evalwazzjoni aħjar ta' impatt;

tkompli tiffoka s-sostennn tagħa fuq numru limitat ta' setturi ta' intervent sabiex tassigura koerenza u sabiex iżżomm il-programmi ġestibbli;

tkompli tfittex għall-aħjar prattika fit-tmexxija ta' proġetti sabiex tevita dewmien, eżempju permezz ta' aktar sforzi ta' tisħiħ ta' kapaċità fis-settur ta' akkwist pubbliku, billi tisspimplifika proċeduri ta' akkwist pubbliku fejn possibbli u billi tippermetti tmexxija aktar deċentralizzata ta' proġetti minn awtoritajiet nazzjonali.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-31 ta' Mejju 2006.

Għall-Qorti ta' l-Awdituri

Hubert WEBER

President


(1)  Il-pajjiżi sħab fl-1995 kienu: il-Marokk, l-Alġerija, it-Tuneżija, l-Eġittu, l-Iżrael, il-Ġordan, l-Awtorità Palestinjana, il-Libanu, is-Sirja, it-Turkija, Ċipru u Malta. Minn dawn Ċipru, Malta u t-Turkija m'għadhomx jirċievu assistenza bilaterali taħt MEDA, minħabba li Ċipru u Malta saru Stati Membri ta' l-UE, filwaqt li t-Turkija tirċievi assistenza għal qabel l-adeżjoni speċjali. L-Iżrael huwa kkunsidrat li għandu dħul nazzjonali għoli żżejjed sabiex jikkwalifika għal assistenza bilaterali. L-erba' pajjiżi kollha xorta waħda jistgħu jibbenefikaw mill-programm reġjonali MEDA.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1488/96 tat-23 ta' Lulju 1996 dwar miżuri finanzjarji u tekniċi sabiex jakkumpanjaw (MEDA) ir-riforma ta' strutturi ekonomiċi u soċjali fil-qafas tas-sħubija Ewro-Mediterranja (ĠU L 189, 30.7.1996, p. 1). It-terminu “MEDA” ġej mill-Franċiż “mésures d'accompagnement” (miżuri t'akkumpanjament), iżda fil-prattika, kif ukoll f'dan ir-rapport, il-programm b'mod sħiħ huwa msejjaħ “'MEDA”. Sa mir-Regolament (KE) Nru 1488/96, li kopra l-perjodu 1995-1999, kien emendat u estiż mir-Regolament (KE) Nru 2698/2000, li jkopri l-perjodu 2000-2006, iż-żewġ perjodi u l-programmi rispettivi huma wkoll imsejħa bħala MEDA-I u MEDA-II.

(3)  ĠU L 311, 12.12.2000, p. 1.

(4)  Matul il-perjodu 1979-1995 koperazzjoni finanzjarja u teknika mal-pajjiżi Mediterranji kienet ibbażata fuq serje ta' Protokolli Bilaterali.

(5)  L-ewwel Regolament MEDA tgħid li l-Komunità ser tagħti sostennn lill-isforzi ta' l-isħab Mediterranji sabiex jirriformaw strutturi ekonomiċi u soċjali u jnaqqsu kwalunkwe konsegwenzi negattivi li jistgħu jirriżultaw minn żvilupp ekonomiku. Ir-Regolament MEDA-II żiedet ma' dawn l-setturi t-tielet waħda, prinċipalment sabiex ittejjeb il-kundizzjonijiet għall-dawk l-anqas privileġġati. Il-lista l-aktar dettaljata ta' miżuri possibbli ta' sostennn hija mogħtija f'Anness II tar-Regolament MEDA.

(6)  Bħala indikazzjoni, in-numru ta' proġetti/programmi approvati taħt MEDA-I (sostennn għal interventi ta' l-EIB esklużi) għall-Eġittu kienu 4, għall-Ġordan 6, u għall-Marokk 26. Għall-perjodu MEDA-II sa l-2005 in-numri huma ta' 14 għall-Eġittu, 8 għall-Ġordan u 19 għall-Marokk.

(7)  Il-Pjanijiet ta' Azzjoni għall-Marokk u l-Ġordan li diġà ġew adottati, jinkludu 85 u 68 azzjonijiet differenti rispettivament li jridu jittieħdu.

(8)  Organizzazzjoni għal Koperazzjoni Ekonomika u Żvilupp, Prinċipji DAC għal Għajnuna Effettiva, 1992.

(9)  Ara wkoll ir-Rapport Speċjali Nru 2/2005 rigward għajnuna mill-baġit EDF għal pajjiżi ACP: it-tmexxija mill-Kummissjoni ta' l-aspett ta' riforma pubblika. (ĠU C 249, 7.10.2005).

(10)  Ir-rapport ta' evalwazzjoni ta' Nofs it-terminu, Tabella 2.3, turi li, meta jkunu mqabbla l-perjodi MEDA-I u II huma mqabbla, il-proporżjon ta' għajnuna mill-baġit żdied minn 29 % għal 40 %, filwaqt li l-proporzjon ta' sostennn lill-proġett naqas minn 53 % għal 35 %. Il-bilanċ huwa magħmul minn proġetti reġjonali u sostennn lil attivitajiet ta' l-EIB.

(11)  Eżempji huma l-proġett ta' taħriġ vokazzjonali fil-Marokk, il-proġett ta' żieda fil-kummerċ fl-Eġittu, is-sostennn Istituzzjonali lill-Awtorità taż-Żona Ekonomika Speċjali ta' Aqaba fil-Ġordan, u s-sostennn għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni fit-tlett pajjiżi kollha.

(12)  Per eżempju fil-każ ta' l-Eġittu, tlieta mill-erba' programmi MEDA-I (dwar saħħa, edukazzjoni, u modernizzazzjoni industrijali) kienu għadhom għaddejjin, biż-żmien tagħhom tal-proġett estiż, fiż-żmien tal-verifika.

(13)  Ara Evalwazzjoni ta' l-Istrateġija ta' Pajjiż tal-Kummissjoni Ewropea għall-Eġittu, l-Volum 1, Rapport finali Frar 2004, paragrafu 2.3; u “Evaluation de la Stratégie de la Commission européenne pour le Maroc” (Evalwazzjoni ta' l-Istrateġija tal-Kummissjoni Ewropea għall-Marokk), rapport finali, Lulju 2003, paragrafu 4.1.

(14)  L-informazzjoni ta' l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu MEDA-II tippreżenta informazzjoni, miġbura minn EuropeAid, li turi li stadju wieħed fil-proċess kollu ta' preparazzjoni, jiġifieri l-ħin bejn id-Deċiżjoni ta' Finanzjament u l-iffirmar tal-Ftehim ta' Finanzjament, tnaqqas, minn xi medja ta' għaxar xhur għall-1995-1999 għal madwar sitt xhur għall-perjodu 2000-2004.

(15)  Dawn jinkludu per eżempju t-twaqqif ta' EuropeAid, it-twaqqif ta' Gruppi ta' Sostennn ta' Kwalità fil-EuropeAid, preparazzjoni ta' linji gwida u disinji standard għal dokumenti ta' proġetti.

(16)  Per eżempju l-Programm-A għal Żieda fil-Kummerċ fl-Eġittu, fejn ittieħdu madwar sentejn u l-proġett għas-Sostennn għal Riforma Regolatorja u Privatizzazzjoni fil-Ġordan fejn ittieħdu tlett snin wara l-iffirmar tal-Ftehim ta' Finanzjament qabel ma l-kuntratti ta' TA kienu ffirmati.

(17)  L-hekk imsejjaħ RAL = reste à liquider (għad irid jinħareġ).

(18)  Ara l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu, paragrafu 6.2.

(19)  Ara r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248 16.9.2002, p. 1), Artikolu 166.

(20)  Evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-programm MEDA II. Rapport finali. Rotterdam, 18 ta' Lulju 2005.


ANNESS I

IMPENJI/ŻBURŻAR MEDA 1995-2005

(miljun euro)

 

1995-1999

2000-2005

1995-2005

Impenji

Żburżar

Impenji

Żburżar

Impenji

Żburżar

Bilaterali

l-Alġerija

164

30

273

114

437

144

Ix-Xatt ta’ Gaża

111

59

430

421

541

480

l-Eġittu

686

157

463

493

1 150

650

il-Ġordan

254

108

262

285

516

393

il-Lebanon

182

1

101

131

283

132

il-Marokk

660

128

812

656

1 472

783

is-Sirja

101

0

158

64

259

64

it-Tuneżija

428

168

447

400

875

568

Total bilaterali

2 586

651

2 946

2 564

5 533

3 214

Reġjonali

471

223

884

606

1 355

829

Total

3 057

874

3 831

3 169

6 888

4 043

L-ammont totali disponibbli taħt MEDA I + II = 3 424 + 5 350 = 8 774 miljun euro. Minn dan ammont ta' madwar 852 miljun euro ġie impenjat għat-Turkija matul l-1996-2002. (differenzi minuri minħabba ttondjar).

Sors: EuropeAid.


ANNESS II

PROĠETTI/PROGRAMMI INKLUŻI FIL-VERIFIKA

L-EĠITTU

Titolu

Tip ta' Intervent

Stat fl-aħħar ta' l-2005

Sena tad-Deċiżjoni ta' Finanzjament

Ammont allokat

(mio euro)

Ammont (1) żburżat

(mio euro)

MEDA-I

(impenji totali: 686 miljun euro)

Programm għaż-Żieda ta' l-Edukazzjoni (EEP)

Varjat

Fis-seħħ

1997

100

85

Programm ta' Modernizzazzjoni Industrijali (IMP)

Varjat

Fis-seħħ

1998

250

220

Programm ta' Riforma tas-Settur tas-Saħħa (HSRP)

Varjat

Fis-seħħ

1998

110

56

Total MEDA-I

 

 

 

460

361

MEDA-II

(impenji totali sa l-2005: 463 miljun euro)

Programm għaż-Żieda fil-Kummerċ — A (TEP-A)

Proġett

Fis-seħħ

2002

20

7

Programm għaż-Żieda fil-Kummerċ — B (TEP-B)

Sostenn lill-Baġit

Fis-seħħ

2003

40

20

Programm għaż-Żieda fil-Kummerċ — Ċ (TEP-C)

Proġett

Fis-seħħ

2003

6

1

Koperazzjoni fis-Settur Finanzjarju u ta' Investiment — komponent agrikolu (FISC Rurali)

Proġett

Fis-seħħ

2003

18

0

Żvilupp Soċjali u Soċjetà Ċivili: Tfal f'Riskju

Proġett

Fis-seħħ

2003

20

1

Programm ta' Żvilupp Reġjonali tas-Sinai ta' Nofsinhar

Proġett

Fis-seħħ

2004

64

0

Programm ta' Sostenn lis-Settur ta' l-Għażil u ta' l-Insiġ

Sostenn lill-Baġit

Fis-seħħ

2004

80

20

Total MEDA-II

 

 

 

248

49


IL-ĠORDAN

Titolu

Tip ta' Intervent

Stat fl-aħħar ta' l-2005

Sena tad-Deċiżjoni ta' Finanzjament

Ammont allokat

(mio euro)

Ammont (2) żburżat

(mio euro)

MEDA-I

(impenji totali: 254 miljun euro)

Programm ta' Modernizzazzjoni Industrijali (IMP)(impenn addizzjonali li sar fl-2003: 5 miljun euro)

Proġett

Fis-seħħ

1999

40

34

Unità ta' Ġestjoni ta' Proġett (PMU) għall-Programm ta' Titjib tas-Settur ta' l-Ilma ta' Amman (impenn addizzjonali li sar fl-2003: 2 miljun euro)

Proġett

Fis-seħħ

1999

5

5

Protezzjoni u Promozzjoni ta' Patrimonju Kulturali fir-Renju Hashemite tal-Ġordan

Proġett

Fis-seħħ

1999

4

1

Proġetti totali magħżula MEDA-I

 

 

 

49

40

MEDA-II

(impenji totali sa l-2005: 262 miljun euro)

Sostenn għal Riforma u Privatizzazzjoni Regolatorja (SRRP)

Proġett

Fis-seħħ

2001

20

5

Sostenn għall-Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni (SAAP I)

Proġett

Fis-seħħ

2002

20

13

Sostenn Istituzzjonali lill-Awtorità taż-Żona Ekonomika Speċjali ta' Aqaba fil-Ġordan (AZESA)

Proġett

Fis-seħħ

2002

10

3

Faċilità ta' Aġġustament Strutturali III — SAF III

Sostenn lill-Baġit

Fis-seħħ

2002

60

60

Sostess għal Tnaqqis ta' Faqar permezz ta' żvilupp lokali — il-Ġordan

Sostenn lill-Baġit

Fis-seħħ

2004

30

6

Proġetti totali magħżula MEDA-II

 

 

 

140

87


IL-MAROKK

Titolu

Tip ta' Intervent

Stat fl-aħħar ta' l-2005

Sena tad-Deċiżjoni ta' Finanzjament

Ammont allokat

(mio euro)

Ammont (3) żburżat

(mio euro)

MEDA-I

(impenji totali: 660 miljun euro)

Sostenn għat-Tijib ta' l-Istandard ta' Edukazzjoni Teknika u tal-Formazzjoni Professjonali Fil-Marokk

Proġett

Fis-seħħ

1998

38

30

Sostenn għall-Ġestjoni tas-Settur tas-Saħħa (PAGSS)

Proġett

Fis-seħħ

1998

20

10

Sostenn lill-Istituzzjoniiet Finanzjarji ta' Garanzija lill-PME (PAIGAM)

Proġett

Fis-seħħ

1998

30

27

Ilma u Purifikazzjoni fiż-Żoni Rurali — PAGER

Proġett

Fis-seħħ

1997

40

25

Toroq u Passaġġi Rurali fit-Tramuntana tal-Marokk

Proġett

Magħluq

1997

30

27

Total MEDA-I

 

 

 

158

119

MEDA-II

(impenji totali sa l-2005: 812 miljun euro)

Żvilupp Rurali u Parteċipattiv fil-Muntanji Atlas Ċentrali — KHENIFRA

Proġett

Fis-seħħ

2000

2005

9

6

5

Programm ta' Sostenn lill-Baġit għar-Riforma tas-Settur tat-Trasport fil-Marokk (PAB Tranporti)

Sostenn lill-Baġit

Fis-seħħ

2003

96

76

Programm ta' Sostenn għar-Riforma ta' l-Amministrazzjoni Pubblika fil-Marokk

Sostenn lill-Baġit

Fis-seħħ

2004

79

60

Sostenn għall-Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni

Proġett

Fis-seħħ

2002

5

3

Total MEDA-II

 

 

 

195

144


(1)  Jinkludi żburżar sa l-aħħar ta' l-2005.

(2)  Jinkludi żburżar sa l-aħħar ta' l-2005.

(3)  Jinkludi żburżar sa l-aħħar ta' l-2005.


IR-RISPOSTA TAL-KUMMISSJONI

SOMMARJU

V.

Minkejja d-dewmien li kien hemm fil-bidu tal-programm, minħabba l-qafas regolatorju ta’ MEDA-I li dam ma tlesta, is-sitwazzjoni bil-MEDA-II tjiebet ħafna mill-2000 lil hawn. Għaldaqstant wieħed għadu ma jistax ikejjel riżultati konkreti peress li ħafna proġetti għadhom ma tlestewx. Filwaqt li l-appoġġ finanzjarju tal-KE għal pajjiżi sħab fil-Mediterran huwa limitat meta jitqies il-baġit kollu kemm hu tal-gvern, ħafna drabi dan huwa appoġġ sinifikanti ħafna meta jitqies il-baġit għal riformi fil-politika soċjali biex jiġu indirizzati ħtiġijiet bażiċi.

VI.

Id-dewmien fit-twettiq li ġieli kien hemm kien spiss dovut għar-rispett tar-regoli tal-proċedura ta’ l-offerti pubbliċi. Dan id-dewmien ivarja, bħala medja, u skond il-każ, bejn 6 u 8 xhur. Dan id-dewmien hu minħabba r-rispett strett tal-prinċipji ta’ ugwaljanza u tan-non-diskriminazzjoni. Il-Kummissjoni dan l-aħħar bdiet tagħmel sforz importanti ta’ simplifikazzjoni li sarraf fit-tfassil ta’ gwida prattika tal-proċeduri kuntrattwali fil-qasam ta’ l-għajnuna esterna li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Frar, 2006.

VII.

 

(L-1el inċiż) Il-Kummissjoni taqbel mar-rakkomandazzjoni tal-Qorti. Skond l-eżerċizzju ta’ l-ipprogrammar ta’ l-Istrument tal-Viċinat u l-Partenarjat Ewropew (ENPI), l-għanijiet strateġiċi kif definiti fid-Dokumenti ta’ Strateġija tal-pajjiżi se jkunu skond il-Pjani ta' Azzjoni.

Fl-istadju ta' l-ipprogrammar, l-indikaturi huma b'mod ġenerali marbuta ma’ l-aġenda ta' riforma tal-gvern. L-indikaturi dwar ir-riżultati speċifiċi jkunu stabbiliti fil-fażi ta’ identifikazzjoni u jiffurmaw il-bażi għall-monitoraġġ u l-evalwazzjonijiet.

(It-2ni inċiż) L-identifikazzjoni ta’ prijoritajiet skond l-Istrument Ewropew tal-Viċinat u tal-Partenarjat (ENPI) għandha tkun ibbażata fuq l-għanijiet tal-Politika Ewropea ta’ Viċinat (ENP) u l-prijoritajiet tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-ENP. Il-koerenza tinġieb żgur billi tingħata attenzjoni speċjali għar-riformi ta’ elementi ta’ politika, ta’ leġiżlazzjoni u tar-regolamentazzjoni f’oqsma magħżula ta’ sferi politiċi, ekonomiċi u soċjali fil-pajjiżi sħab. Jingħata appoġġ permezz ta’ għadd limitat ta’ programmi.

(It-3et Inċiż) It-tfittxija għall-aħjar prattiċi fil-immaniġġjar ta’ proġetti tibqa’ prijorità għall-Kummissjoni. Il-Kummissjoni se tkompli ġġib 'il quddiem rwol dejjem jikber ta' pajjiżi sħab fl-għażla ta’ l-aktar strumenti u attivitajiet ta’ kooperazzjoni xierqa. Fuq il-livell ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni se tkompli u, fejn ikun possibbli, taċċellera t-tranżizzjoni minn proġetti tradizzjonali lejn operazzjonijiet ta’ appoġġ settorjali kif ukoll iżżid il-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili.

OSSERVAZZJONIJIET

15.

Il-Kummissjoni tagħraf li aktar proġetti fil-Marokk ingħataw appoġġ milli ngħataw fl-Eġittu u fil-Ġordan. Madankollu, anki fil-Marokk il-programm Meda kien iffokat, għalkemm kien hemm il-ħsieb li tiġi sodisfatta firxa usa’ ta’ ħtiġijiet magħrufa u li dwarhom hemm qbil. L-eżerċizzju l-ġdid ta’ programmar li jibni fuq l-esperjenza u r-riżultati tal-passat se jiffoka speċifikament fuq id-dimensjoni soċjali u ekonomika li hemm referenza ċara għaliha fil-Pjan ta’ Azzjoni.

16.

Il-Kummissjoni tieħu nota tas-suġġeriment tal-Qorti f'dak li għandu x’jaqsam mal-ġenerazzjoni li ġejja ta’ Dokumenti Strateġiċi tal-Pajjiżi. L-identifikazzjoni ta’ prijoritajiet skond l-Istrument Ewropew tal-Viċinat u tal-Partenarjat (ENPI) għandha tkun ibbażata fuq l-għanijiet tal-Politika Ewropea ta’ Viċinat (ENP) u l-prijoritajiet tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-ENP. Il-koerenza tinġieb żgur billi tingħata attenzjoni speċjali għar-riformi ta’ elementi ta’ politika, ta’ leġiżlazzjoni u tar-regolamentazzjoni f’oqsma magħżula ta’ sferi politiċi, ekonomiċi u soċjali fil-pajjiżi sħab. Jingħata appoġġ permezz ta’ għadd limitat ta’ programmi.

26.

Ara r-risposta fil-punt 39.

28.

Minkejja d-dewmien li kien hemm fil-bidu tal-programm, in parti minħabba l-qafas regolatorju ta’ MEDA-I li dam ma tlesta, is-sitwazzjoni bil-MEDA-II tjiebet ħafna mill-2000 lil hawn. Għaldaqstant wieħed għadu ma jistax ikejjel riżultati konkreti peress li ħafna proġetti għadhom ma tlestewx.

30.

Ir-regola d+3 stipulata bl-Artikolu 166 tar-Regolament Finanzjarju daħħlet fil-fatt rabta temporanja fil-ġestjoni tal-għajnuna esterna fis-sens li l-kuntratti u l-konvenzjonijiet individwali (ħlief għall-verifika u l-evalwazzjoni) dwar kif ikunu ser jitwettqu is-sistemi ta’ l-iffinanzjar għandhom jiġu miftehma fi żmien massimu ta’ tliet snin magħduda mid-data ta’ l-impenn fil-baġit (bl-iskadenza msejħa n+1 inkluża fl-iskandenza d+3). Il-konsegwenzi ta' din ir-regola jinħassu l-ewwel darba din is-sena peress li r-Regolament Finanzjarju daħal fis-seħħ fl-01/01/2003.

31.

F’termini ġenerali, l-appoġġ finanzjarju tal-KE għal pajjiżi sħab fil-Mediterran hu limitat meta jitqies il-baġit kollu kemm hu tal-gvern, iżda ħafna drabi dan huwa sinifikanti ħafna meta jitqies il-baġit għal riformi fil-politika soċjali biex jiġu indirizzati ħtiġijiet bażiċi.

39.

Il-proċeduri tal-ħruġ ta’ l-offerti pubbliċi fil-qafas ta’ l-għajnuna umanitarja jistgħu isiru fi ħdan perjodu ta’ bejn 6 u 7 xhur għas-servizzi u għall-fornimenti, u ta’ bejn 7 u 8 xhur għax-xogħlijet. Peress li dawn huma proċeduri kompetittivi li jsiru taħt sistema ta’ regolamenti riġidi ġejjin mir-Regolament Finanzjarju, mill-metodu ta’ kif dawn jitwettqu u mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, dawn iridu jsiru b'ċerta formalità bħala garanzija ta’ l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ l-ugwaljanza u n-non-diskriminazzjoni. Il-Kummissjoni għaldaqstant għamlet sforz biex tissimplifikahom biex jiġu jinftehmu aktar. Għal dan il-għan, is-servizzi tal-Kummissjoni fasslu gwida prattika għall-proċeduri kuntrattwali fil-qasam ta’ l-għajnuna barranija u din daħlet fis-seħħ fl-01/02/2006. Din il-gwida tiġbor ir-regoli kollha applikabbli u tiċċara t-tifsira tagħhom: per eżempju, mil-lum ’il quddiem offerta titqies “valida” meta tkun ippreżentata fiż-żmien ta’ l-iskadenza u li tkun tirrispetta l-eżiġenzi formali tas-sottomissjoni. Għal dak li għandu x’jaqsam mar-regoli ta’ l-oriġini, ta’ min jippreċiża li, minkejja li jibqa’ validu l-prinċipju li l-oriġini jiddetermina l-ammissibilità għall-ħruġ ta’ l-offerti, hemm ukoll il-possibilità li jkun hemm derogi, speċjalment meta jkun jidher li l-prodotti u l-materjali ma jkunux jinstabu f’xi suq partikolari.

41.

Huwa minnu li r-regola d+3 xi kultant titqies bħala li tqajjem għadd ta’ diffikultajiet fil-ġestjoni ta’ l-għajnuna barranija. Tibdil f’din ir-regola jimplika madankollu tibdil fir-Regolament Finanzjarju, permezz ta’ Att tal-Kunsill. Is-servizzi tal-Kummissjoni konċernati qed jeżaminaw dawn il-problemi f’dan il-kuntest.

43.

Skond l-eżerċizzju ta’ ipprogrammar ta’ l-Istrument tal-Viċinat u l-Partenarjat Ewropew (ENPI), l-għanijiet strateġiċi kif definiti fid-Dokumenti ta’ Strateġija tal-pajjiż se jkunu skond il-Pjani ta' Azzjoni.

Fl-istadju ta' l-ipprogrammar, l-indikaturi huma b'mod ġenerali marbuta ma’ l-aġenda ta' riforma tal-gvern. L-indikaturi dwar ir-riżultati speċifiċi jkunu stabbiliti fil-fażi ta’ identifikazzjoni u jiffurmaw il-bażi għall-monitoraġġ u l-evalwazzjonijiet kif deskritti mill-Qorti fil-paragrafu 44.

47.

b)

L-evalwazzjoni tal-MEDA fin-nofs tal-perjodu minn esperti indipendenti fl-2005 kienet pożittiva dwar aspetti importanti tal-programm, b’mod partikolari r-relevanza politika, l-orjentazzjoni ta’ politika, ir-riżultati finanzjarji matul l-aħħar ħames snin, it-tibdil lejn operazzjonijiet ta’ settur, is-suċċess tal-proċess tad-devoluzzjoni u r-reviżjoni tar-regolament tal-MEDA fl-2000. Madankollu, il-Kummissjoni taf li hemm ċerti aspetti li jinħtieġu attenzjoni. Dan fejn jidħol il-livell relattivament baxx ta’ riżorsi finanzjarji, id-diviżjoni tax-xogħol fiċ-ċiklu programmatiku li jiżgura li l-persunal ikollu l-ħiliet xierqa, u r-rispons mil-lezzjonijiet meħuda. Dan it-titjib meħtieġ irid ikun imqiegħed fil-qafas ġenerali tat-tranżizzjoni lejn l-istrument il-ġdid ENPI li se jieħu post MEDA fl-2007.

KONKLUŻJONIJIET

50.

Anki fil-Marokk il-programm Meda kien iffokat għalkemm kien hemm il-ħsieb li tiġi ssodisfata firxa usa’ ta’ ħtiġijiet magħrufa u li dwarhom hemm qbil. L-eżerċizzju l-ġdid ta’ programmar li jibni fuq l-esperjenza u r-riżultati tal-passat se jiffoka speċifikament fuq id-dimensjoni soċjali u ekonomika li hemm referenza ċara għaliha fil-Pjan ta’ Azzjoni.

51.

Minkejja d-dewmien li kien hemm fil-bidu tal-programm, in parti minħabba l-qafas regolatorju ta’ MEDA-I li dam ma tlesta, is-sitwazzjoni bil-MEDA-II tjiebet ħafna mill-2000 lil hawn. Għaldaqstant wieħed għadu ma jistax ikejjel riżultati konkreti peress li ħafna proġetti għadhom ma tlestewx.

55.

Id-dewmien fit-twettiq li ġieli kien hemm kien spiss dovut għar-rispett tar-regoli tal-proċedura ta’ l-offerti pubbliċi. Dan id-dewmien ivarja, bħala medja, u skond il-każ, bejn 6 u 8 xhur. Ta’ min wieħed ifakkar li dan id-dewmien, xi kultant meqjus bħala żejjed, hu minħabba r-rispett strett tal-prinċipji ta’ ugwaljanza u tan-non-diskriminazzjoni. Il-Kummissjoni dan l-aħħar bdiet tagħmel sforz importanti ta’ simplifikazzjoni li sarraf fit-tfassil ta’ gwida prattika tal-proċeduri kuntrattwali fil-qasam ta’ l-għajnuna esterna li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Frar, 2006.

56.

Ir-regola d+3 stipulata bl-Artikolu 166 tar-Regolament Finanzjarju daħħlet fil-fatt rabta temporanja fil-ġestjoni tal-għajnuna esterna fis-sens li l-kuntratti u l-konvenzjonijiet individwali (ħlief għall-verifika u l-evalwazzjoni) dwar kif ikunu se jwettqu s-sistemi ta’ l-iffinanzjar għandhom jiġu miftehma fi żmien massimu ta’ tliet snin magħduda mid-data ta’ l-impenn fil-baġit (bl-iskadenza msejħa n+1 inkluża fl-iskandenza d+3). Il-konsegwenzi ta' din ir-regola jinħassu l-ewwel darba din is-sena peress li r-Regolament Finanzjarju daħal fis-seħħ fl-01/01/2003.

Huwa minnu li r-regola d+3 xi kultant titqies bħala li tqajjem għadd ta’ diffikultajiet fil-ġestjoni ta’ l-għajnuna barranija. Tibdil f’din ir-regola jimplika madankollu tibdil fir-Regolament Finanzjarju, permezz ta’ Att tal-Kunsill. Is-servizzi tal-Kummissjoni konċernati qed jeżaminaw dawn il-problemi f’dan il-kuntest.

RAKKOMANDAZZJONIJIET

58.

 

(L-1el inċiż) Il-Kummissjoni taqbel mar-rakkomandazzjoni tal-Qorti. Skond l-eżerċizzju ta’ ipprogrammar ta’ l-Istrument tal-Viċinat u l-Partenarjat Ewropew (ENPI), l-għanijiet strateġiċi se jkunu skond il-Pjani ta' Azzjoni.

Fl-istadju ta' l-ipprogrammar, l-indikaturi huma b'mod ġenerali marbuta ma’ l-aġenda ta' riforma tal-gvern. L-indikaturi dwar ir-riżultati speċifiċi jkunu stabbiliti fil-fażi ta’ identifikazzjoni u jiffurmaw il-bażi għall-monitoraġġ u l-evalwazzjonijiet.

(It-2ni inċiż) L-identifikazzjoni ta’ prijoritajiet skond l-Istrument Ewropew tal-Viċinat u tal-Partenarjat (ENPI) għandha tkun ibbażata fuq l-għanijiet tal-Politika Ewropea ta’ Viċinat (ENP) u l-prijoritajiet tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-ENP. Il-koerenza tinġieb żgur billi tingħata attenzjoni speċjali għar-riformi ta’ elementi ta’ politika, ta’ leġiżlazzjoni u tar-regolamentazzjoni f’oqsma magħżula ta’ sferi politiċi, ekonomiċi u soċjali fil-pajjiżi sħab. Jingħata appoġġ permezz ta’ għadd limitat ta’ programmi.

(it-3et inċiż) Il-Kummissjoni dan l-aħħar bdiet tagħmel sforz importanti ta’ simplifikazzjoni li sarraf fit-tfassil ta’ gwida prattika tal-proċeduri kuntrattwali fil-qasam ta’ l-għajnuna esterna li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Frar, 2006.

It-tfittxija għall-aħjar prattiċi fl-immaniġġjar ta’ proġetti tibqa’ prijorità għall-Kummissjoni. Analiżi li saret ta’ l-aħjar prattika indikat li biex proġett jikseb suċċess għandu jsir kif ġej: il-proġett ikollu metodoloġija globali, għandu tisħib operazzjonali sod ħafna u huwa mmexxi tajjeb. Għandu jkun hemm segwitu ex-post biex tinbena s-sostenibbiltà, kif ukoll azzjonijiet ta’ appoġġ. Biex dawn l-għanijiet jintlaħqu l-Kummissjoni se tkompli ġġib 'il quddiem rwol dejjem jikber ta' pajjiżi sħab fl-għażla ta’ l-aktar strumenti u attivitajiet ta’ kooperazzjoni xierqa. Fuq il-livell ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni se tkompli u, fejn ikun possibbli, taċċellera t-tranżizzjoni minn proġetti tradizzjonali lejn operazzjonijiet ta’ appoġġ settorjali kif ukoll iżżid il-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili.


Top