Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006PC0716(02)

Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-KE wara negozjati fil-qafas ta’ l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994, li jemenda u jissupplimenta l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tariffarja u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni.

/* KUMM/2006/0716 finali - ACC 2006/0244 */

52006PC0716(02)

Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-KE wara negozjati fil-qafas ta’ l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994, li jemenda u jissupplimenta l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tariffarja u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni. /* KUMM/2006/0716 finali - ACC 2006/0244 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 23.11.2006

KUMM(2006) 716 finali

2006/0243 (ACC)2006/0244 (ACC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada.

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-KE wara negozjati fil-qafas ta’ l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994, li jemenda u jissupplimenta l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tariffarja u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni.

(preżentati mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fil-kuntest tat-tkabbir ta’ l-unjoni doganali d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT jobbligaw lill-KE li tidħol f’negozjati ma’ pajjiżi terzi li għandhom id-drittijiet li jinnegozjaw f’kull wieħed mill-Istati Membri li qed jiddaħħlu sabiex jiftiehmu dwar aġġustament kompensatorju f’każ li l-adozzjoni tar-reġim tat-tariffi esterni tal-KE tirriżulta f’żieda fit-tariffa li taqbeż il-livell li għalih il-pajjiż li qed jiddaħħal rabat lilu nnifsu fid-WTO, filwaqt li “jitqies b’mod xieraq it-tnaqqis tad-dazji fuq l-istess linja ta’ tariffa magħmula minn kostitwenti oħra ta’ l-unjoni doganali waqt it-twaqqif tagħha”.

2. Fit-22 ta’ Marzu 2004, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati bis-saħħa ta’ l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994 (il-proposta COM 6792/04 WTO 34).

3. In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas ta’ direttivi ta’ negozjar maħruġa mill-Kunsill.

4. Il-Kummissjoni nnegozjat mal-Membri tad-WTO li għandhom drittijiet ta’ negozjar relatati ma’ l-irtirar ta’ konċessjonijiet speċifiċi fir-rigward ta’ l-irtirar ta’ l-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, matul l-adeżjoni mal-Komunità Ewropea.

5. Dawn in-negozjati rriżultaw fi Ftehim mal-Kanada.

6. Din il-proposta titlob lill-Kunsill biex japprova dan il-Ftehim.

2006/0243 (ACC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada.

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 133 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

1. Fit-22 ta’ Marzu 2004 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ ċerti Membri oħra tad-WTO taħt l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT ta’ l-1994, matul l-adeżjoni mal-Komunità Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka.

2. In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas ta’ direttivi ta’ negozjar maħruġa mill-Kunsill.

3. Il-Kummissjoni ffinalizzat negozjati għal Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada. Il-Ftehim għandu jkun approvat.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada rigward it-tneħħija ta’ konċessjonijiet speċifiċi relatati mat-tneħħija ta’ l-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni mal-Komunità Ewropea; huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna(i) mogħtija l-poter biex tiffirma l-Ftehim imsemmi fl-Artikolu 1 b'irbit għall-Komunità.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-konklużjoni ta' l-Artikolu XXIV:6 Negozjati tal-GATT.

Wara li ngħata bidu għan-negozjati bejn il-Komunitajiet Ewropej (KE) u l-Gvern tal-Kanada taħt l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 għall-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta’ adeżjoni tagħhom mal-KE, u wara n-notifika tal-KE fid-19 ta’ Jannar 2004 lid-WTO skond l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994,

Il-Komunità Ewropea (KE) u l-Gvern tal-Kanada, minn issa 'l quddiem imsemmija b'mod konġunt bħala il-"Partijiet",

Ftehmu dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

1. Il-KE għandha tinkorpora fl-iskeda tagħha, li tiswa għat-territorju doganali tal-Komunitajiet Ewropej tal-25, il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-Iskeda CLX tagħha ta' qabel tal-Komunitajiet Ewropej tal-15.

2. Barra minn hekk, il-KE għandha tinkorpora fl-iskeda tagħha, li tiswa għat-territorju doganali tal-KE 25, il-konċessjonijiet li jinsabu fl-anness ta' dan il-Ftehim.

3. Il-KE għandha tnaqqas it-tariffi tagħha u taġġusta l-kwoti tar-rati tariffarji kif indikat fl-Anness mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu 2007.

4. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Kanada tinnotifika dwar it-tlestija tal-proċeduri domestiċi xierqa tagħha, wara l-iffirmar tal-Ftehim mill-partijiet.

B'XHIEDA TA' DAN, is-sottoskritti, awtorizzati kif xieraq, iffirmaw dan il-Ftehim.

MAGĦMUL fi xxx, f'dan il-xxx jum ta' xxx 200_, f'żewġ kopji oriġinali, fl-ilsien Ingliż u fil-Franċiż, biż-żewġ verżjonijiet awtentiċi bl-istess mod.

GħALL-KOMUNITÀ EWROPEA | GħALL-GVERN TAL-KANADA |

Anness

- allokazzjoni ta' kwota ta' rata tariffarja għall-pajjiż (il-Kanada) ta' 4624 tunnellata ta' majjal (numri tariffarji 0203 1211, 0203 1219, 0203 1911, 0203 1913, 0203 1915, ex 0203 1955, 0203 1959, 0203 2211, 0203 2219, 0203 2911, 0203 2913, 0203 2915, ex 0203 2955 u 0203 2959), fir-rata ta' kwota ta' 233-434€/T

- żieda ta' 35 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta' rata tariffarja ta' l-KE għal qatgħat ta' majjal domestiku (numri tariffarji 0203 1211, 0203 1219, 0203 1911, 0203 1913, 0203 1915, ex 0203 1955, 0203 1959, 0203 2211, 0203 2219, 0203 2911, 0203 2913, 0203 2915, ex 0203 2955 u 0203 2959), fir-rata ta' kwota ta' 233-434€/T

- żieda ta' 1265 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta' rata tariffarja ta' l-KE għall-priżet u l-flettijiet taċ-ċanga tal-friża (ex 0203 1955 u ex 0203 2955), fir-rata ta' kwota ta' 250 €/T

- żieda ta' 49 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta' rata tariffarja tal-KE għall-'karkassa tat-tiġieġ, imkessħa jew iffriżata' (numri tariffarji 0207 11 10,0207 11 30, 0207 11 90,0207 12 10, 0207 12 90), fir-rata ta' kwota ta' 131-162€/T

- żieda ta' 4070 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta' rata tariffarja tal-KE għall-'qatgħat ta' tiġieġ, imkessħa jew iffriżati' (numri tariffarji 0207 13 10, 0207 13 20, 0207 13 30, 0207 13 40, 0207 13 50, 0207 13 60, 0207 13 70, 0207 14 20, 0207 14 30, 0207 14 40, 0207 14 60), fir-rata ta' kwota ta' 93-512€/T

- żieda ta' 1605 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta' rata tariffarja tal-KE għall-'qatgħat ta' tajr' (numru tariffarju 0207 14 10) , fir-rata ta' kwota ta' 795€/T

- żieda ta' 201 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta' rata tariffarja tal-KE għall-'qatgħat ta' laħam tad-dundjan, imkessħa jew iffriżati' (numri tariffarji 0207 24 10, 0207 24 90, 0207 25 10, 0207 25 90, 0207 26 10, 0207 26 20, 0207 26 30, 0207 26 40, 0207 26 50, 0207 26 60, 0207 26 70, 0207 26 80, 0207 27 30, 0207 27 40, 0207 27 50, 0207 27 60, 0207 27 70), fir-rata ta' kwota ta' 93-425€/T,

- żieda ta' 2485 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta' rata tariffarja tal-KE għall-'qatgħat tad-dundjan, iffriżati' (numri tariffarji 0207 27 10, 0207 27 20, 0207 27 80), fir-rata ta' kwota ta' 0%,

- żieda ta' 537 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta' rata tariffarja tal-KE għall-ħalib tat-trab xkumat (numru tariffarju 0402 10 19) , fir-rata ta' kwota ta' 475€/T

- ftuħ ta' kwota ta’ rata tariffarja ta' 20000 HLT (erga omnes) għall-inbid (numri tariffarji 2204 2965, 2204 2975) fir-rata ta' kwota ta' 8€/hlt,

- ftuħ ta' kwota ta’ rata tariffarja ta' 40000 HLT (erga omnes) għall-inbid (numri tariffarji 2204 2179, 2204 2180) fir-rata ta' kwota ta' 10.0€/hlt,

- ftuħ ta' kwota ta’ rata tariffarja ta' 13810 HLT (erga omnes) għall-inbid (numri tariffarji 2205 9010), fir-rata ta' kwota ta' 7.0€/hlt,

- ftugħ ta' kwota ta' rata tariffarja ta' 2838 tunnellata (erga omnes) għall- pineapples , frott taċ-ċitru, lanġas, berquq, ċirasa, ħawħ u frawli tal-bott (numri tariffarji 2008 2011, 2008 2019, 2008 2031, 2008 2039, 2008 2071, 2008 3011, 2008 3019, 2008 3031, 2008 3039, 2008 3079, 2008 4011, 2008 4019, 2008 4021, 2008 4029, 2008 4031, 2008 4039, 2008 5011, 2008 5019, 2008 5031, 2008 5039, 2008 5051, 2008 5059, 2008 5071, 2008 6011, 2008 6019, 2008 6031, 2008 6039, 2008 6060, 2008 7011, 2008 7019, 2008 7031, 2008 7039, 2008 7051, 2008 7059, 2008 8011, 2008 8019, 2008 8031, 2008 8039, 2008 8070), fir-rata ta' kwota ta' 20%,

- żieda ta' 6215 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta' rata tariffarja tal-KE għax-xgħir (numru tariffarju 1003 00), fir-rata ta' kwota ta' 16€/T,

- espansjoni ta' 853 tunnellata ta' l-allokazzjoni preżenti tal-Kanada fil-kwota ta' rata tariffarja tal-KE għall-qamħ artab (numru tariffarju 1001 9099), fir-rata ta' kwota ta' 12€/T,

- ftuħ ta' kwota ta’ rata tariffarja ta' 242074 tunnellata (erga omnes) għall-qamħirrum (numri tariffarji 1005 9000, 1005 1090), fir-rata ta' kwota ta' 0%,

- ftuħ ta' kwota tariffarja ta' 2058 tunnellata (erga omnes) għall-ikel tal-klieb u l-qtates (numri tariffarji 2309 1013, 2309 1015, 2309 1019, 2309 1033, 2309 1039, 2309 1051, 2309 1053, 2309 1059, 2309 1070), fir-rata ta' kwota ta' 7%,

- żieda ta' 2700 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta' rata tariffarja tal-KE għall-preparazzjoni ta' tip użat fl-għalf ta' l-annimali (numri tariffariji 2309 9031, 2309 9041, 2309 9051, 2309 9095, 2309 9099), fir-rata ta' kwota ta' 7%.

ID-DIKJARAZZJONI FINANZJARJA |

DATA: 11-07-2006 |

1. | INTESTATURA TAL-BAĠIT: Kapitolu 10 – Dazji agrikoli | L-APPROPRJAZZJONIJIET: 2.302 M € |

2. | TITOLU: Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada f'dak li għandu x'jaqsam ma’ aġġustament kompensatorju kif stipulat bl-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994 |

3. | BAŻI ĠURIDIKA: L-Artikolu 133 tat-Trattat |

4. | GĦANIJIET: Il-konformità ma' l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994 f'dak li għandu x'jaqsam mat-tkabbir ta’ l-Unjoni Doganali mill-1 ta’ Mejju 2004. |

5. | IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI | PERJODU TA’ 12-IL XAHAR (miljuni ta’ EUR) | SENA FINANZJARJA ATTWALI [n] (miljuni ta’ EUR) | SENA FINANZJARJA LI ĠEJJA [n+1] (miljuni ta’ EUR) |

5.0 | NEFQA -MILL-BAĠIT TAL-KE(ĦLAS LURA/INTERVENTI) - AWTORITAJIET NAZZJONALI - OĦRAJN |

5.1 | DĦUL - RIŻORSI PROPRJI TAL-KE(IMPOSTI/DAZJI DOGANALI) - NAZZJONALI | - 2.302 M€ (1) |

[n+2] | [n+3] | [n+4] | [n+5] |

5.0.1 | NEFQA STMATA |

5.1.1 | DĦUL STMAT |

5.2 | METODU TA’ KALKOLU: |

6.0 | IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT MINN APPROPRJAZZJONIJIET IMDAĦĦLA FIL-KAPITOLU RILEVANTI TAL-BAĠIT ATTWALI? | M/D |

6.1 | IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT MINN TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITOLI TAL-BAĠIT ATTWALI? | M/D |

6.2 | SE JKUN HEMM BŻONN TA’ BAĠIT SUPPLIMENTARI? | LE |

6.3 | L-APPROPRJAZZJONIJIET SE JKOLLHOM JIDDAĦĦLU F’BAĠITS FUTURI? | LE |

KUMMENTI: |

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

4. Qed issir referenza għad-Deċiżjoni tal-Kunsill XXXX, dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim mal-Kanada wara negozjati skond il-qafas ta’ l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994.

5. Din il-proposta għal Regolament tal-Kunsill timplimenta l-Ftehim li daħlet għalih il-Komunità.

2006/0244 (ACC)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-KE wara negozjati fil-qafas ta’ l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994, li jemenda u jissupplimenta l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tariffarja u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni.

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87(1) stabbilixxa nomenklatura għall-merkanzija, minn issa ’l quddiem imsejħa bħala “In-Nomenklatura Magħquda”, u ffissa r-rati ta’ taxxi konvenzjonali tat-Tariffa Doganali Komuni.

(2) Bid-Deċiżjoni tiegħu XX/XXX/KE dwar il-konklużjoni ta’ Ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada, il-Kunsill approva, f’isem il-Komunità, il-Ftehim imsemmi hawn fuq bl-iskop li jkunu magħluqin in-negozjati li bdew skond l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 l-Anness 7 tat-Taqsima III tal-Parti Tlieta (kwoti tariffarji tad-WTO li jridu jinfetħu mill-Awtoritajiet Kompetenti tal-Komunità) għandu jiġi emendat bil-kwoti tariffarji u jiġi supplimentat bil-volumi li jidhru f'Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

Minkejja r-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kitba li tiddeskrivi l-prodotti għandha tkun ikkunsidrata li ma għandhiex aktar minn valur indikattiv, filwaqt li l-konċessjonijiet huma ddeterminati, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, mill-kopertura tal-kodiċijiet tan-NM hekk kif ikunu fil-waqt ta’ l-adozzjoni ta’ dan ir-regolament. Fejn jiġu indikati ex-kodiċijiet tan-NM, il-konċessjonijiet għandhom ikunu ddeterminati mill-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħuda flimkien.

Parti TlietaAnnessi Tariffarji |

Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Rata ta’ dazju |

0203 1211 0203 1219 0203 1911 0203 1913 0203 1915 ex02031955 0203 1959 0203 2211 0203 2219 0203 2911 0203 2913 0203 2915 ex02032955 0203 2959 | Qatgħat ta' majjal domestiku, frisk, imkessaħ jew iffriżat, bl-għadma jew mingħajrha, għajr għall-flett taċ-ċanga tarija ppreżentata għaliha | Allokazzjoni ta' kwota ta' rata tariffarja għall-pajjiż (Kanada) ta' 4624 tunnellata f'rata ta' kwota ta' 233-434 ta' €/ tonne |

0203 1211 0203 1219 0203 1911 0203 1913 0203 1915 ex02031955 0203 1959 0203 2211 0203 2219 0203 2911 0203 2913 0203 2915 ex02032955 0203 2959 | Qatgħat ta' majjal domestiku, frisk, imkessaħ jew iffriżat, bl-għadma jew mingħajrha, għajr għall-flett taċ-ċanga tarija ppreżentata għaliha | Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p.1) |

Ex02031955 ex02032955 | Flett taċ-ċanga bla għadam u priżet tal-majjal domestiku, friski, imkessħa jew iffriżati | Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p.1) |

0207 1110 0207 1130 0207 1190 0207 1210 0207 1290 | Karkassa tat-tiġieġ, friska, imkessħa jew iffriżata | Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p.1) |

0207 1310 0207 1320 0207 1330 0207 1340 0207 1350 0207 1360 0207 1370 0207 1420 0207 1430 0207 1440 0207 1460 | Qatgħat tat-tiġieġ, friski, imkessħa jew iffriżati | Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p.1) |

0207 1410 | Qatgħat ta' tajr mingħajr għadam ta' l-ispeċi Gallus domesticus, iffriżati | Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p.1) |

0207 2410 0207 2490 0207 2510 0207 2590 0207 2610 0207 2620 0207 2630 0207 2640 0207 2650 0207 2660 0207 2670 0207 2680 0207 2730 0207 2740 0207 2750 0207 2760 0207 2770 | Laħam tad-dundjan, frisk, imkessaħ jew iffriżat | Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p.1) |

0207 2710 0207 2720 0207 2780 | Qatgħat tad-dundjan, iffriżati Mingħajr għadam Nofsijiet jew kwarti Oħrajn | Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p.1) |

0402 1019 | Trab tal-ħalib xkumat | Żieda ta' 537 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta' rata tariffarja tal-KE fir-rata ta' kwota ta' 475 € /tunnellata |

2204 2965 2204 2975 | Inbid mill-għeneb frisk (għajr għall-inbid spumanti u inbid ta' kwalità prodott f'reġjuni speċifiċi) ta' saħħa alkoħolika attwali bil-volum li ma taqbiżx it-13% vol, f'reċipjenti li jesgħu aktar minn 2 litri | Ftuħ ta' kwota ta’ rata tariffarja ta’ 20 000 hl (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ 8.0 €/hlt |

2204 2179 2204 2180 | Inbid mill-għeneb frisk (għajr għall-inbid spumanti u inbid ta' kwalità prodott f'reġjuni speċifiċi) ta' saħħa alkoħolika attwali bil-volum li ma taqbiżx it-13% vol, f'reċipjenti li jesgħu 2 litri jew anqas | Ftuħ ta' kwota ta’ rata tariffarja ta’ 40.000 hl (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ 10,0 €/hlt |

2205 9010 | Vermut u nbid ieħor mill-għeneb frisk li fihom togħma ta' pjanti jew sustanzi aromatiċi, ta' saħħa alkoħolika attwali bil-volum ta' 18% vol jew anqas, f'reċipjenti li fihom aktar minn 2 litri | Ftuħ ta' kwota ta’ rata tariffarja ta’ 13 810 HLT fir-rata tal-kwota ta’ 7.0 € / hlt |

2008 2011 2008 2019 2008 2031 2008 2039 2008 2071 2008 3011 2008 3019 2008 3031 2008 3039 2008 3079 2008 4011 2008 4019 2008 4021 2008 4029 2008 4031 2008 4039 2008 5011 2008 5019 2008 5031 2008 5039 2008 5051 2008 5059 2008 5071 2008 6011 2008 6019 2008 6031 2008 6039 2008 6060 2008 7011 2008 7019 2008 7031 2008 7039 2008 7051 2008 7059 2008 8011 2008 8019 2008 8031 2008 8039 2008 8070 | Pineapples, frott taċ-ċitru, lanġas, berquq, ċirasa, ħawħ u frawli tal-bott | Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p.1) |

1003 00 | Xhir | Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p.1) |

1001 9099 | Qamħ artab | Espansjoni ta' 853 tunnellata ta' l-allokazzjoni attwali tal-Kanada fil-kwota tar-rata tariffarja tal-KE, fir-rata tal-kwota ta' 12 € / tunnellata. |

1005 9000 1005 1090 | Qamħirrum | Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p.1) |

2309 1013 2309 1015 2309 1019 2309 1033 2309 1039 2309 1051 2309 1053 2309 1059 2309 1070 | Ikel tal-klieb u l-qtates | Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p.1) |

2309 9031 2309 9041 2309 9051 2309 9095 2309 9099 | Preparazzjoni ta' tip użat fl-għalf ta' l-annimali | Ftuħ ta' kwota ta' rata tariffarja ta' 2700 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta' rata tariffarja tal-KE, fir-rata tal-kwota ta' 7% |

Id-deskrizzjoni eżatta tat-tariffi tal-KE-15 għandha tapplika għal-linji tariffarji u l-kwoti kollha ta’ hawn fuq.

[1] ĠU C […], […], p. […].

Top