This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006PC0598
Proposal for a Council Regulation on the import of certain steel products originating in Ukraine
Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-importazzjoni ta' ċerti prodotti ta' l-azzar li joriġinaw mill-Ukraina
Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-importazzjoni ta' ċerti prodotti ta' l-azzar li joriġinaw mill-Ukraina
/* KUMM/2006/0598 finali - ACC 2006/0191 */
Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-importazzjoni ta' ċerti prodotti ta' l-azzar li joriġinaw mill-Ukraina /* KUMM/2006/0598 finali - ACC 2006/0191 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 17.10.2006 KUMM(2006) 598 finali 2006/0191 (ACC) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-importazzjoni ta' ċerti prodotti ta' l-azzar li joriġinaw mill-Ukraina (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA | 110 | Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u Kooperazzjoni tal-Komunità ma' l-Ukraina jipprovdi li l-kummerċ f'ċerti prodotti ta' l-azzar irid ikun is-suġġett ta' Ftehim bejn il-Partijiet. | 120 | Il-kuntest ġenerali Il-Ftehim attwali se jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2006 u jiffissa l-livelli kwantitattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti ta' l-azzar fil-Komunità. L-Artikolu 5.4 tal-Ftehim jipprevedi li kwalunkwe parti tista' titlob konsultazzjonijiet fejn il-liċenzji maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Ukraina jkunu laħqu d-90%. L-awtoritajiet ta' l-Ukraina infurmaw lis-servizzi tal-Kummissjoni li dan il-limitu ta' 90% kien intlaħaq għall-kategoriji tal-prodotti SA1, SA3 u SB1 u talbu sabiex isiru l-konsultazzjonijiet. Wara dawn il-konsultazzjonijiet, iż-żewġ naħat qablu li jżidu l-limiti kwantitattivi b' 30000 tunnellata, 20000 tunnellata u 2000 tunnellata rispettivament. Sabiex dawn il-kwantitajiet addizzjonali jistgħu jsiru disponibbli malajr kemm jista' jkun, qed jiġi propost li tinkiseb din iż-żieda permezz ta' miżura awtonoma minflok permezz tat-triq itwal tan-negozjar mill-ġdid tal-Ftehim. | 130 | Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/638/KE li tadotta l-Ftehim (ĠU L 232, 8.9.2005, p. 42) u r-Regolament li jimplimentaha tal-Kunsill KE 1440/2005 (ĠU L 232, 8.9.2005, p. 1). | 141 | Konsistenza mal-politika u l-għanijiet l-oħra ta' l-Unjoni Mhux applikabbli. | IL-KONSULTAZZJONI MA’ PARTIJIET INTERESSATI U L-ISTIMA TA’ L-IMPATT | Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati | 211 | Metodi ta’ konsultazzjoni, oqsma prinċipali mmirati u profil ġenerali ta’ min wieġeb laqgħat ma' partijiet interessati | 212 | Sommarju tat-tweġibiet u kif ittieħed kont tagħhom It-tweġibiet kollha huma pożittivi. | Il-ġbir u l-użu ta’ għarfien espert | 229 | Ma kien hemm l-ebda ħtieġa ta’ għarfien espert estern. | 230 | L-istima ta’ l-impatt mhux applikabbli. | L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA | 305 | Sinteżi ta’ l-azzjoni proposta Ir-Regolament tal-Kunsill jiffissa limiti kwantitattivi mid-dħul fis-seħħ tiegħu sal-31 ta' Diċembru 2006. | 310 | Il-bażi ġuridika L-Artikolu 133 tat-Trattat li jistabbilixxi l-KE. | 329 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Din il-proposta taqa' taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għaldaqstant mhuwiex applikabbli. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja. | 331 | L-importazzjonijiet tal-prodotti ta' l-azzar koperti b'dan ir-Regolament huma soġġetti għal kwota u għal awtorizzazzjoni ta' importazzjoni. L-importaturi ta' l-UE japplikaw għall-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni meħtieġa għand l-awtorità kompetenti ta' l-Istati Membri. L-awtorità kompetenti tikkontrolla l-konformità tad-dokumentazzjoni ppreżentata mill-applikant u elettronikament tivverifika ma' database ċentrali li l-kwantitajiet mitluba bħala kondizzjoni huma disponibbli u mbagħad tirrilaxxa l-awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni. Il-mekkaniżmu ta' implimentazzjoni huwa mfassal sabiex iċekken kemm jista' jkun in-numru tal-partijiet li jintervjenu. Għalhekk is-sistema hija pjuttost sempliċi, bil-livelli involuti limitati ħafna u bl-ebda involviment mis-servizzi tal-Kummissjoni. | 332 | Ftehimiet internazzjonali bl-istess għan u bl-istess regoli operazzjonali ilhom jiġu konklużi għal bosta snin. In-nuqqas ta' talba ta' kondizzjoni għall-modifiki mill-partijiet kollha involuti tista' tkun interpretata li tikkonferma li l-operaturi u l-amministraturi nazzjonali jħarsu lejn is-sistema bħala waħda li hija raġonevolment sempliċi. | L-għażla ta' l-istrument | 341 | L-istrument propost: Regolament tal-Kunsill | 342 | Mezzi oħra ma jkunux adattati għar-raġuni(jiet) li ġejja. Huwa l-uniku mod sabiex jiġu ffissati limiti kwantitattivi. | L-IMPLIKAZZJONI GħALL-BAġIT | 409 | Il-proposta ma għandhiex implikazzjoni għall-baġit tal-Komunità. | Prodotti (-2130) | 1. 2006/0191 (ACC) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-importazzjoni ta' ċerti prodotti ta' l-azzar li joriġinaw mill-Ukraina IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi: (1) Fid-29 ta' Lulju 2005, il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta' l-Ukraina ffinalizzaw Ftehim dwar il-kummerċ ta' ċerti prodotti ta' l-azzar[1] (minn hawn 'il quddiem "il-Ftehim"). Il-miżuri meħtieġa ta' implimentazzjoni ġew adottati bir-Regolament tal-Kunsill Nru 1440/2005 tat-12 ta’ Lulju 2005 dwar l-impożizzjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar mill-Ukraina u t-tneħħija tar-Regolament (KE) Nru 2266/2004[2] (2) Ir-Regolament (KE) Nru 1440/2005 jiffissa limiti kwantitattivi fuq l-importazzjonijiet lejn il-Komunità. (3) L-awtoritajiet ta' l-Ukraina ġibdu l-attenzjoni li minn Settembru 2006 il-liċenzji ta’esportazzjoni maħruġa għall-gruppi tal-prodotti SA1, SA3 u SB1 qabżu d-90% tal-kwantitajiet disponibbli u talbu għall-konsultazzjonijiet kif ipprovdut fil-Ftehim. Wara dawn il-konsultazzjonijiet, iż-żewġ naħat qablu li jżidu l-limiti kwantitattivi għal dawk il-gruppi ta' prodotti għas-sena 2006. (4) Huwa importanti li l-kwantitajiet addizzjonali jkunu disponibbli malajr kemm jista' jkun. In-negozjar mill-ġdid tal-Ftehim u l-implimentazzjoni sussegwenti tiegħu kif emendat ikunu jirrikjedu wisq żmien. Huwa għalhekk aħjar li nirrikorru għal miżura awtonoma. (5) Ikun aħjar li l-mezzi ta’ treġija ta’dan ir-reġim fi ħdan il-Komunità jkunu identitċi għal dawk adottati għall-implimentazzjoni tal-Ftehim. (6) Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-oriġini tal-prodotti kkonċernati tkun iċċekkjata u metodi adattati ta' kooperazzjoni amministrattiva jinħolqu għal dan il-għan. (7) Prodotti mqiegħda fiż-żona ħielsa jew importati taħt l-arranġamenti li jirregolaw l-imħażen tad-dwana, l-importazzjoni temporanja jew l-ipproċessar attiv (sistema ta' sospensjoni) ma għandhomx jingħaddu mal-limiti stabbiliti għall-prodotti kkonċernati. (8) L-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament teħtieġ l-introduzzjoni ta' rekwiżit ta' liċenzja ta' importazzjoni tal-Komunità għad-dħul f'ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità tal-prodotti kkonċernati . (9) Sabiex jiġi żgurat li dawn il-limiti kwantitattivi ma jinqabżux, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita proċedura ta' tmexxija fejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri ma joħroġux liċenzji ta' importazzjoni qabel ma tinkiseb konferma minn qabel mill-Kummissjoni li l-ammonti adattati jibqgħu disponibbli fi ħdan il-limiti kwantitattivi kkonċernati. (10) Fid-dawl taż-żmien limitat ta' dan ir-Regolament, huwa xieraq li jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1440/2005, l-importazzjoni fil-Komunità ta' kwantitajiet addizzjonali tal-prodotti ta' l-azzar elenkati fl-Anness I li joriġinaw mill-Ukraina għandha tkun awtorizzata sa 52 000 tunnellata, kif jidher fl-Anness V. 2. Il-prodotti ta' l-azzar iridu jiġu kklassifikati fi gruppi ta' prodotti kif stipulat fl-Anness I. 3. Il-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti fl-Anness I għandha tkun ibbażata fuq in-nomenklatura magħquda (NM) stabbilita mir-Regolament (KEE) Nru 2658/87[3]. 4. L-oriġini tal-prodotti msemmija f'paragrafu 1 trid tkun iddeterminata skond ir-regoli li jkun hemm fis-seħħ fil-Komunità. Artikolu 2 1. L-importazzjoni fil-Komunità tal-prodotti elenkati fl-Anness I li joriġinaw fl-Ukraina huma soġġetti għal limiti kwantitattivi annwali stipulati fl-Anness V. Il-permess għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità tal-prodotti elenkati fl-Anness I li joriġinaw fl-Ukraina għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' oriġini, stipulat fl-Anness II, u ta' liċenzja ta' importazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4. 2. Sabiex jiġi żgurat li l-kwantitajiet li għalihom jinħarġu liċenzji ta' importazzjoni f'ebda mument ma jaqbżu l-limiti kwantitattivi totali għal kull grupp ta' prodotti, l-awtoritajiet kompetenti elenkati fl-Anness IV għandhom joħorġu liċenzji ta' importazzjoni biss wara konferma mill-Kummissjoni li jkun għad hemm kwantitajiet disponibbli fi ħdan il-limiti kwantitattivi għall-grupp rilevanti ta' prodotti fir-rigward tal-pajjiż fornitur, li għalih importatur jew importaturi ppreżentaw applikazzjonijiet lil dawk l-awtoritajiet. 3. L-importazzjonijiet awtorizzati għandhom jingħaddu fi ħdan il-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness V. Il-konsenja tal-prodotti titqies li tkun seħħet fid-data li fiha jkunu tgħabbew fuq il-mezz tat-trasport għall-esportazzjoni. Il-konsenja għandha ssir mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2006. Artikolu 3 1. Il-limiti kwantitattivi msemmija fl-Anness V m'għandhomx japplikaw għall-prodotti mqiegħda fiż-żona ħielsa jew fl-imħażen ħielsa jew importati taħt l-arranġamenti li jirregolaw l-imħażen doganali, importazzjoni temporanja jew proċessar attiv (sistema ta' sospensjoni). 2. Meta l-prodotti msemmija f'paragrafu 1 jiġu sussegwentement rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, kemm fi stat mhux mibdul kif ukoll wara li jkunu nħadmu jew ġew ipproċessati, japplika l-Artikolu 2(2) u l-prodotti hekk rilaxxati se jingħaddu fi ħdan il-limiti kwantitattivi rilevanti stipulati fl-Anness V. Artikolu 4 1. Bil-għan li jiġi applikat l-Artikolu 2(2), qabel ma joħorġu awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri elenkati fl-Anness IV għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ammonti ta' talbiet għal-liċenzji ta' importazzjoni, bl-appoġġ tal-liċenzji ta' esportazzjoni oriġinali, li jkunu rċevew. Immedjatament, il-Kummissjoni għandha tinnotifika l-konferma tagħha li l-ammont(i) mitlub(a) ta' kwantitajiet huwa/huma disponibbli għall-importazzjoni fl-ordni kronoloġika li fiha jkunu waslu n-notifiki ta' l-Istati Membri (fuq bażi ta' “min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel”). 2. It-talbiet inklużi fin-notifiki għall-Kummissjoni se jkunu validi jekk f'kull każ jistabbilixxu b'mod ċar il-pajjiżi ta' esportazzjoni, il-kodiċi ta' prodott ikkonċernat, l-ammonti li jridu jiġu importati, in-numru ta' liċenzji għall-esportazzjoni, is-sena tal-kwota u l-Istat Membru li fih huwa maħsub li l-prodotti jitqiegħdu għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa. 3. Sa fejn huwa possibbli, il-Kummissjoni għandha tikkonferma lill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri bl-ammont sħiħ indikat fit-talbiet innotifikati għal kull grupp ta' prodotti. 4. L-awtoritjiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni immedjatament wara li jkunu ġew infurmati bi kwalunkwe kwantità li ma tkunx intużat matul iż-żmien li fih il-liċenzja ta' importazzjoni tkun valida. Dawn il-kwantitajiet mhux użati se jiġu awtomatikament trasferiti fil-kwantitajiet li jkun fadal tal-limiti kwantitattivi totali tal-Komunità għal kull grupp ta' prodotti. 5. In-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 4 se jkunu kkomunikati elettronikament fi ħdan in-netwerk integrat maħluq għal dan l-iskop, sakemm għal raġunijiet tekniċi imperattivi jkun meħtieġ li temporanjament jintużaw mezzi oħra ta' komunikazzjoni. 6. Il-liċenzji ta' importazzjoni jew dokumenti ekwivalenti għandhom jinħarġu b'konformità ma' l-Artikoli 12 sa 16. 7. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe kanċellazzjoni ta' liċenzji ta' importazzjoni jew dokumenti ekwivalenti li diġà jkunu nħarġu f'każijiet fejn il-liċenzji ta' esportazzjoni korrispondenti jkunu ġew iritirati jew ikkanċellati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Ukraina. Madankollu, jekk il-Kummissjoni jew l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jkunu ġew infurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Ukraina bl-irtirar jew il-kanċellazzjoni ta' liċenzja ta' esportazzjoni wara li l-prodotti relatati jkunu ġew importati fil-Komunità, il-kwantitajiet ikkonċernati se jingħaddu mal-limiti kwantittattivi għas-sena li matulha tkun seħħet il-konsenja ta' prodotti. Artikolu 5 1. Meta l-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet li l-prodotti elenkati fl-Anness I li joriġinaw mill-Ukraina jkunu ġew ikkonsenjati, inbidlitilhom ir-rotta jew inkella ġew impurtati fil-Komunità billi jkunu daru mal-limiti kwantitattivi msemmija fl-Artikolu 2 u li jkun hemm il-bżonn li jseħħu aġġustamenti meħtieġa, se titlob li jinfetħu konsultazzjonijiet sabiex ikun jista' jintlaħaq ftehim dwar l-aġġustament meħtieġ tal-limiti kwantitattivi korrispondenti. 2. Sakemm jaslu r-riżultati tal-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Ukraina li tieħu l-passi prekawzjonarji meħtieġa sabiex tiżgura li l-aġġustamenti għal-limiti kwantitattivi miftiehma wara dawn il-konsultazzjonijiet ikunu jistgħu isiru. 3. Jekk il-Komunità u l-Ukraina jonqsu milli jaslu għal soluzzjoni sodisfaċenti u jekk il-Kummissjoni tosserva li jkun hemm prova ċara ta' evitar tal-limiti kwantitattivi, il-Kummissjoni se tnaqqas minnhom il-volum ekwivalenti ta' prodotti li oriġinaw mill-Ukraina. Artikolu 6 1. Liċenzja ta' esportazzjoni (li għandha tinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Ukraina) għandha tkun meħtieġa fir-rigward ta' kwalunkwe konsenja ta' prodotti ta' l-azzar soġġetti għal-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness V sal-livell ta' dawk il-limiti. 2. L-oriġinal tal-liċenzja ta' esportazzjoni għandu jiġi ppreżentat mill-importatur bl-iskop li jinħareġ iċ-ċertifikat ta' importazzjoni msemmi fl-Artikolu 12. Artikolu 7 1. Il-liċenzja ta' esportazzjoni għal-limiti kwantitattivi għandha tikkonforma mal-kampjun stipulat fl-Anness II u se tiċċertifika, inter alia , li l-kwantità ta' prodotti kkonċernati ġiet magħduda mal-limiti kwantitattivi stabbiliti għall-grupp ta' prodotti kkonċernat. 2. Kull liċenzja ta' esportazzjoni se tkopri wieħed biss mill-gruppi ta' prodotti elenkati fl-Anness I. Artikolu 8 L-esportazzjonijiet se jingħaddu mal-limiti kwantitattivi stabbiliti għas-sena li fiha l-prodotti koperti mil-liċenzja ta' importazzjoni jkunu ntbagħtu fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 2(3). Artikolu 9 1. Il-liċenzja ta' esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 6 tista' tinkludi kopji addizzjonali b'indikazzjoni xierqa bħala tali. Il-liċenzja ta' esportazzjoni u l-kopji tagħha kif ukoll iċ-ċertifikat ta' l-oriġni u l-kopji tiegħu għandhom isiru bl-Ingliż. 2. Jekk id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 jimtlew bil-miktub, l-entrati jsiru bil-linka u b'ittri kbar. 3. Il-liċenzji ta' esportazzjoni jew id-dokumenti ekwivalenti għandhom ikunu ta' daqs ta' 210 x 297 mm. Il-karta li tintuża għandha tkun bajda, skond il-qies imsemmi, ma jkollhiex polpa mekkanika, u ma tkunx tiżen inqas minn 25 g/m²; Kull parti jrid ikollha disinn guilloche ipprintjat fl-isfond li jagħmel kull falsifikazzjoni b'mezzi mekkaniċi jew kimiċi tidher b'mod ċar. 4. L-oriġinal biss irid ikun aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti fil-Komunità bħala validu għal raġunijiet ta' importazzjoni b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. 5. Kull liċenzja ta' esportazzjoni jew dokument ekwivalenti għandu jkollu numru tas-serje standardizzat, kemm jekk huwa stampat u kemm jekk mhuwiex, li bih dan ikun jista' jiġi identifikat. 6. Dan in-numru għandu jkun kompost minn dawn l-elementi li ġejjin: - żewġ ittri li jkunu juru l-pajjiż esportatur kif ġej: UA = Ukraina - żewġ ittri li jidentifikaw l-Istat Membru destinatarju kif ġej: BE = Il-Belġju CZ = Ir-Repubblika Ċeka DK = Id-Danimarka DE = Il-Ġermanja EE = L-Estonja EL = Il-Greċja ES = Spanja FR = Franza IE = L-Irlanda IT = L-Italja CY = Ċipru LV = Il-Latvja LT = Il-Litwanja LU = Il-Lussemburgu HU = L-Ungerija MT = Malta NL = L-Olanda AT = L-Awstrija PL = Il-Polonja PT = Il-Portugall SI = Is-Slovenja SK = Is-Slovakkja FI = Il-Finlandja SE = L-Iżvezja UK = Ir-Renju Unit, - numru ta' ċifra waħda li jidentifika s-sena ta' kwota korrispondenti ma' l-aħħar ċifra fis-sena kkonċernata, eż. '6' għas-sena 2006; - numru b'żewġ ċifri li jidentifika l-uffiċċju li qiegħed joħroġ il-liċenzji fil-pajjiż ta' esportazzjoni; - numru b'ħames ċifri li jsegwi b'mod konsekuttiv minn 00 001 sa 99 999 li jkun allokat lill-Istat Membru speċifiku ta' destinazzjoni. Artikolu 10 Il-liċenzja ta' l-esportazzjoni tista' tinħareġ wara li tkun seħħet il-konsenja tal-prodotti li għaliha tikkorrispondi. F'dawn il-każijiet għandu jkollha fuqha l-kliem 'maħruġ/a retrospettivament'. Artikolu 11 Fil-każ li liċenzja ta' l-esportazzjoni tinsteraq, tintlef jew tinqered, l-esportatur jista' japplika għand l-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħarġu d-dokument biex joħorġu kopja abbażi tad-dokumenti ta' esportazzjoni fil-pussess tiegħu. Il-liċenzja duplikata maħruġa b'dan il-mod irid ikollha l-kelma 'duplikata'. Għandu jkollu fuqha d-data tal-liċenzja oriġinali. Artikolu 12 1. Sakemm il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 4, tkun ikkonfermat li l-ammont mitlub huwa disponibbli fi ħdan il-limiti kwantitattivi kkonċernati, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom joħorġu liċenzja ta' importazzjoni, mhux aktar tard minnħamest ijiem tax-xogħol minn mindu l-importatur ikun ppreżenta l-oriġinal tal-liċenzja ta' esportazzjoni korrispondenti. Din il-preżentazzjoni trid isseħħ sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara s-sena li fiha l-prodotti koperti mil-liċenzja jkunu ntbagħtu. Liċenzji ta' importazzjoni għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru irrispettivament mill-Istat Membru indikat fil-liċenzja ta' esportazzjoni, sakemm il-Kummissjoni tkun ikkonfermat, skond l-Artikolu 4, li l-ammont mitlub ikun disponibbli fi ħdan il-limiti kwantitattivi kkonċernati. 2. Il-liċenzji ta' importazzjoni għandhom ikunu validi għal erba' xhur mid-data li fiha jinħarġu. Fuq talba motivata kif xieraq minn importatur, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat membru jistgħu jestendu t-tul ta' żmien tal-validità għal perjodu ulterjuri li ma jaqbiżx l-erba' xhur. 3. Liċenzji ta' importazzjoni għandhom jitħejjew b'konformità mal-mudell stipulat fl-Anness III u għandhom ikunu validi fit-territorju doganali kollu tal-Komunità. 4. Id-dikjarazzjoni jew talba magħmula mill-importatur sabiex jakkwista liċenzja ta' importazzjoni se jkun fiha: (a) l-isem sħiħ u l-indirizz ta' l-esportatur; (b) l-isem sħiħ u l-indirizz ta' l-importatur; (c) id-deskrizzjoni eżatta tal-prodotti u l-kodiċi TARIC tagħhom; (d) il-pajjiż ta' oriġini tal-prodotti; (e) il-pajjiż destinatarju tal-konsenja; (f) il-grupp kif xieraq li fih jaqa’ il-prodott u l-kwantità skond il-prodott kkonċernat; (g) il-piż nett skond l-intestatura TARIC; (h) il-valur c.i.f. tal-prodotti fil-fruntiera tal-Komunità skond l-intestatura TARIC; (i) jekk il-prodotti kkonċernati humiex seconds jew ta' kwalità sub-standard; (j) fejn jixraq, id-data tal-ħlas u l-kunsenja u kopja tal-polza tat-tagħbija u tal-kuntratt ta' xiri; (k) id-data u n-numru tal-liċenzja ta' esportazzjoni; (l) kull kodiċi intern użat għal raġunijiet amministrattivi; (m) id-data u l-firma ta' l-importatur. 5. L-importaturi m'għandhomx ikunu obbligati jimportaw il-kwantità kollha koperta b'ċertifikat ta' importazzjoni f'konsenja waħda. Artikolu 13 Il-validità tal-liċenzji ta' importazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri għandha tkun soġġetta għall-validità ta' liċenzji ta' esportazzjoni u l-kwantitajiet indikati fil-liċenzji ta' esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Ukraina li abbażi tagħhom ikunu nħarġu l-liċenzji ta' importazzjoni. Artikolu 14 Liċenzji ta' importazzjoni jew dokumenti ekwivalenti għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri skond l-Artikolu 2(2) u mingħajr diskriminazzjoni għal kwalunkwe importatur fil-Komunità, ikun fejn ikun il-post ta' l-istabbiliment fil-Komunità, mingħajr preġudizzju għall-konformità ma' kundizzjonijiet oħra meħtieġa taħt ir-regoli attwali. Artikolu 15 1. Jekk il-Kummissjoni ssib li l-kwantitajiet totali koperti mil-liċenzji ta' esportazzjoni maħruġa mill-Ukraina għal grupp ta' prodotti partikolari jaqbżu l-limiti kwantitattivi stabbiliti għal dak il-grupp ta' prodotti, l-awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ tal-liċenzji fl-Istati Membri għandhom jiġu informati immedjatament sabiex jissospendu l-ħruġ ulterjuri tal-liċenzji ta' l-importazzjoni. F'dan il-każ, għandhom jinfetħu immedjatament il-konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni. 2. L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru għandhom jirrifjutaw li joħorġu liċenzji ta' importazzjoni għal prodotti li joriġinaw mill-Ukraina li mhumiex koperti mil-liċenzji ta' esportazzjoni maħruġa skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 6 sa 11. Artikolu 16 1. Il-formoli li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għall-ħruġ ta' liċenzji ta' importazzjoni msemmija fl-Artikolu 12 iridu jikkonformaw mal-kampjun tal-liċenzja ta' importazzjoni li tidher fl-Anness III. 2. Il-formoli tal-liċenzji ta' importazzjoni u siltiet minnhom iridu jsiru f'żewġ kopji, waħda, immarkata 'Kopja tad-detentur' u li ġġib in-numru 1, għandha tinħareġ lill-applikant, u l-oħra, immarkata 'Kopja ta' l-awtorità ta' ħruġ' u li ġġib in-numru 2, għandha tinżamm mill-awtorità li toħroġ il-liċenzja. Għal raġunijiet ta' amministrazzjoni l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżidu kopji addizjonali għal formola 2. 3. Il-formoli jridu jiġu stampati fuq karta bajda mingħajr polpa mekkanika, tajba għall-kitba u li tiżen bejn 55 u 65 g/m². Id-daqs tagħha għandu jkun ta' 210 x 297 mm; l-ispazju tat-tipa bejn il-linji għandu jkun ta' 4,24 mm (wieħed minn sitta ta' pulzier); tinħtieġ konformità preċiża mal-format tal-formuli Iż-żewġ naħat tal-kopja Nru 1, li hija l-liċenzja nnifisha, barra minn hekk irid ikollha disinn guilloche stampat bl-aħmar fl-isfond sabiex jikxef kull falsifikazzjoni b'mezzi kimiċi u mekkaniċi. 4. L-Istati Membri se jkunu responsabbli għall-istampar tal-formoli. Il-formuli jistgħu jiġu stampati wkoll minn stamperiji nkarigati mill-Istat Membru li fih huma stabbiliti. F'dan il-każ, referenza għall-inkarigar mill-Istat Membru trid tidher fuq kull formula. Kull formola għandha ġġib fuqha indikazzjoni ta' l-isem u l-indirizz ta' l-istamperija jew marka li tippermetti li l-istampatur jiġi identifikat. 5. Malli joħorġu l-liċenzji ta' l-importazzjoni jew siltiet dawn għandhom jingħataw in-numru tal-ħruġ li għandu jiġi stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru. In-numru tal-liċenzja ta' importazzjoni jrid jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni elettronikament fi ħdan in-netwerk integrat stabbilit skond l-Artikolu 4. 6. Il-liċenzji u s-siltiet jridu jitlestew fil-lingwa uffiċjali, jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali, ta' l-Istat Membru li jkun ħariġhom. 7. Fil-kaxxa 10 l-awtoritajiet kompetenti jridu jindikaw il-grupp kif xieraq li fih jaqgħu l-prodotti ta' l-azzar. 8. Il-marki ta' l-aġenziji li joħorġu l-liċenzji u ta' l-awtoritajiet debitanti għandhom jiġu applikati permezz ta' timbru. Madankollu, jistgħu jintużaw pressa għat-tipa mbuzzata flimkien ma' ittri jew figuri miksuba permezz ta' perforazzjoni minflok t-timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ. L-awtoritajiet li joħorġu l-liċenzji għandhom jużaw kwalunkwe metodu mhux falsifikabbli biex jirrekordjaw il-kwantità allokata b'tali mod li jkun impossibli li jiżdiedu ċifri jew referenzi. 9. In-naħa ta' wara tal-kopja Nru 1 u tal-kopja Nru 2 għandhom jkollha kaxxa li fiha l-kwantitajiet jistgħu jitniżżlu sew mill-awtoritajiet doganali meta jkunu tlestew il-formalitajiet ta' importazzjoni jew mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti meta tinħareġ silta. Jekk l-ispazju maħsub għad-djun fuq il-liċenzja jew silta minnha ma jkunx biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżidu paġna jew aktar li fuqhom ikun hemm il-kaxex eżatt bħal dawk li hemm fuq wara tal-kopja Nru 1 u tal-kopja Nru 2 tal-liċenzja jew is-silta. L-awtoritajiet debitanti għandhom iqiegħu t-timbru tagħhom b'tali mod li nofsu jkun fuq il-liċenzja jew is-silta minnha u n-nofs l-ieħor ikun fuq il-paġna miżjuda. Jekk ikun hemm aktar minn paġna waħda, irid isir timbru ulterjuri bl-istess mod fuq kull paġna u l-paġna ta' qabilha. 10. Liċenzji ta' importazzjoni u siltiet maħruġa, u entrati u approvazzjonijiet magħmula, mill-awtoritajiet ta' Stat Membru wieħed għandu jkollhom l-istess effett legali f'kull wieħed mill-Istati Membri l-oħra bħad-dokumenti maħruġa, u entrati u approvazzjonijiet magħmula, mill-awtoritajiet ta' dawn l-Istati Membri. 11. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati jistgħu, fejn ma jistgħax isir mod ieħor, jesiġu li l-kontenuti tal-liċenzji jew siltiet jiġu tradotti fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali ta' dak l-Istat Membru. Artikolu 17 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Għandhu japplika sat-31 ta' Diċembru 2006. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, [...] Għall-Kunsill Il-President ANNESS I SA Prodotti ċatti mremblin | SA1. (rombli) | SA3. (prodotti oħra laminati ċatti) | SB Twal | SB1. (travi) | 7208 10 00 00 | 7208 40 00 90 | 7211 23 30 10 | 7208 25 00 00 | 7208 53 90 00 | 7211 23 30 91 | 7207 19 80 10 | 7208 26 00 00 | 7208 54 00 00 | 7211 23 80 10 | 7207 20 80 10 | 7208 27 00 00 | 7208 90 00 10 | 7211 23 80 91 | 7208 36 00 00 | 7209 15 00 00 | 7211 29 00 10 | 7216 31 10 10 | 7208 37 00 10 | 7209 16 10 00 | 7211 90 00 11 | 7216 31 10 90 | 7208 37 00 90 | 7209 16 90 00 | 7212 10 10 00 | 7216 31 90 00 | 7208 38 00 10 | 7209 17 10 00 | 7212 10 90 11 | 7216 32 11 00 | 7208 38 00 90 | 7209 17 90 00 | 7212 20 00 11 | 7216 32 19 00 | 7208 39 00 10 | 7209 18 10 00 | 7212 30 00 11 | 7216 32 91 00 | 7208 39 00 90 | 7209 18 91 00 | 7212 40 20 10 | 7216 32 99 00 | 7209 18 99 00 | 7212 40 20 91 | 7216 33 10 00 | 7211 14 00 10 | 7209 25 00 00 | 7212 40 80 11 | 7216 33 90 00 | 7211 19 00 10 | 7209 26 10 00 | 7212 50 20 11 | 7209 26 90 00 | 7212 50 30 11 | 7219 11 00 00 | 7209 27 10 00 | 7212 50 40 11 | 7219 12 10 00 | 7209 27 90 00 | 7212 50 61 11 | 7219 12 90 00 | 7209 28 10 00 | 7212 50 69 11 | 7219 13 10 00 | 7209 28 90 00 | 7212 50 90 13 | 7219 13 90 00 | 7209 90 00 10 | 7212 60 00 11 | 7219 14 10 00 | 7210 11 00 10 | 7212 60 00 91 | 7219 14 90 00 | 7210 12 20 10 | 7219 21 10 00 | 7210 12 80 10 | 7219 21 90 00 | 7225 20 00 10 | 7210 20 00 10 | 7219 22 10 00 | 7225 30 10 00 | 7210 30 00 10 | 7219 22 90 00 | 7225 30 90 00 | 7210 41 00 10 | 7219 23 00 00 | 7210 49 00 10 | 7219 24 00 00 | 7210 50 00 10 | 7219 31 00 00 | 7210 61 00 10 | 7219 32 10 00 | 7210 69 00 10 | 7219 32 90 00 | 7210 70 10 10 | 7219 33 10 00 | 7210 70 80 10 | 7219 33 90 00 | 7210 90 30 10 | 7219 34 10 00 | 7210 90 40 10 | 7219 34 90 00 | 7210 90 80 91 | 7219 35 10 00 | 7211 14 00 90 | 7219 35 90 00 | 7211 19 00 90 | 7225 40 12 90 | 7211 23 20 10 | 7225 40 90 00 | ANNEX II LIĊENZJA TA' ESPORTAZZJONI (1) Uri l-piż nett (kg) u wkoll il-kwantità fl-unità preskritta fejn din tkun differenti mill-piż nett. Fil-munita tal-kuntratt tal-bejgħ. | 1 Esportatur (isem, indirizz sħiħ, pajjiż) | ORIĠINALI | 2 Nru | 3 Sena | 4 Grupp tal-prodott | LIĊENZJA TA' ESPORTAZZJONI | 5 Destinatarju (isem, indirizz sħiħ, pajjiż) | 6 Pajjiż ta' l-oriġni | 7 Il-pajjiż ta' destinazzjoni | 8 Post u data tal-konsenja - mezz ta' trasport | 9 Dettalji supplimentari | 10 Deskrizzjoni ta' l-oġġetti - manifattur | 11 Kodiċi TARIC | 12 Kwantità(1) | 13 Valur fob(2) | 14 ĊERTIFIKAZZJONI MILL-AWTORITÀ KOMPETENTI Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-oġġetti deskritti hawn fuq ġew iddebitati kontra l-limitu kwantitattiv stabbilit għas-sena murija fil-kaxxa Nru 3 fir-rigward tal-Grupp tal-prodott muri fil-kaxxa Nru 4 mid-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kummerċ ta' ċerti prodotti ta' l-azzar mal-Komunità Ewropea. | 15 Awtorità kompetenti (isem, indirizz sħiħ, pajjiż) | F' ....................................................... fi ............................................................. (Firma) (Timbru) | LIĊENZJA TA' ESPORTAZZJONI (1) Uri l-piż nett (kg) u wkoll il-kwantità fl-unità preskritta fejn din tkun differenti mill-piż nett. Fil-munita tal-kuntratt tal-bejgħ. | 1 Esportatur (isem, indirizz sħiħ, pajjiż) | KOPJA | 2 Nru | 3 Sena | 4 Grupp tal-prodott | LIĊENZJA TA' ESPORTAZZJONI | 5 Destinatarju (isem, indirizz sħiħ, pajjiż) | 6 Pajjiż ta' l-oriġni | 7 Il-pajjiż ta' destinazzjoni | 8 Post u data tal-konsenja - mezz ta' trasport | 9 Dettalji supplimentari | 10 Deskrizzjoni ta' l-oġġetti - manifattur | 11 Kodiċi TARIC | 12 Kwantità(1) | 13 Valur fob(2) | 14 ĊERTIFIKAZZJONI MILL-AWTORITÀ KOMPETENTI Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-oġġetti deskritti hawn fuq ġew iddebitati kontra l-limitu kwantitattiv stabbilit għas-sena murija fil-kaxxa Nru 3 fir-rigward tal-Grupp tal-prodott muri fil-kaxxa Nru 4 mid-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kummerċ ta' ċerti prodotti ta' l-azzar mal-Komunità Ewropea. | 15 Awtorità kompetenti (isem, indirizz sħiħ, pajjiż) | F' ....................................................... fi ............................................................. (Firma) (Timbru) | ĊERTIFIKAT TA' ORIĠNI (1) Uri l-piż nett (kg) u wkoll il-kwantità fl-unità preskritta fejn din tkun differenti mill-piż nett. Fil-munita tal-kuntratt tal-bejgħ. | 1 Esportatur (isem, indirizz sħiħ, pajjiż) | ORIĠINALI | 2 Nru | 3 Sena | 4 Grupp tal-prodott | ĊERTIFIKAT TA' ORIĠNI (għal ċerti prodotti ta' l-azzar) | 5 Destinatarju (isem, indirizz sħiħ, pajjiż) | 6 Pajjiż ta' l-oriġni | 7 Il-pajjiż ta' destinazzjoni | 8 Post u data tal-kunsinna - mezz ta' trasport | 9 Dettalji supplimentari | 10 Deskrizzjoni ta' l-oġġetti - manifattur | 11 Kodiċi NM | 12 Kwantità(1) | 13 Valur fob(2) | 14 ĊERTIFIKAZZJONI MILL-AWTORITÀ KOMPETENTI Jien, hawntaħt iffirmat, niċċertifika li l-oġġetti deskritti hawn fuq joriġinaw fil-pajjiż muri fil-kaxxa Nru 6, skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-Komunità Ewropea. | 15 Awtorità kompetenti (isem, indirizz sħiħ, pajjiż) | F' ....................................................... fi ............................................................. (Firma) (Timbru) | ĊERTIFIKAT TA' ORIĠNI (1) Uri l-piż nett (kg) u wkoll il-kwantità fl-unità preskritta fejn din tkun differenti mill-piż nett. Fil-munita tal-kuntratt tal-bejgħ. | 1 Esportatur (isem, indirizz sħiħ, pajjiż) | KOPJA | 2 Nru | 3 Sena | 4 Grupp tal-prodott | ĊERTIFIKAT TA' ORIĠNI (għal ċerti prodotti ta' l-azzar) | 5 Destinatarju (isem, indirizz sħiħ, pajjiż) | 6 Pajjiż ta' l-oriġni | 7 Il-pajjiż ta' destinazzjoni | 8 Post u data tal-kunsinna - mezz ta' trasport | 9 Dettalji supplimentari | 10 Deskrizzjoni ta' l-oġġetti - manifattur | 11 Kodiċi NM | 12 Kwantità(1) | 13 Valur fob(2) | 14 ĊERTIFIKAZZJONI MILL-AWTORITÀ KOMPETENTI Jien, hawntaħt iffirmat, niċċertifika li l-oġġetti deskritti hawn fuq joriġinaw fil-pajjiż muri fil-kaxxa Nru 6, skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-Komunità Ewropea. | 15 Awtorità kompetenti (isem, indirizz sħiħ, pajjiż) | F' ....................................................... fi ............................................................. (Firma) (Timbru) | ANNESS III Liċenzja għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea 1 | 1. Destinatarju (isem, indirizz sħiħ, pajjiż, numru tal-VAT) | 2. Numru tal-ħruġ | Kopja tad-detentur | 3. Sena | 4. Awtorità responsabbli għall-ħruġ (isem, indirizz u nru. tat-telefown) | 5. Dikjaratur/rappreżentant, skond liema jkun jgħodd (isem u indirizz sħiħ) | 6. 5. Il-pajjiż ta'l-oriġini (u l-kodiċi ta' ġeonomenklatura) | 7. Pajjiż destinatarju tal-kunsinna (u l-kodiċi ta' ġeonomenklatura) | 1 | 8. L-aħħar jum tal-validità | 9. Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | 10. Kodiċi TARIC | 11. Kwatità espressa fl-unità ta' kwota | 12. Sigurtà/garanzija (skond liema tkun tgħodd) | 13. Dettalji oħra | 14. Approvazzjoni ta' l-awtorità kompetenti Data:.. …………………………………. (Firma) (Timbru) | 15. ATTRIBUZZJONIJIET Niżżel il-kwantità disponibbli f'parti 1 tal-kolonna 17 u l-kwantità attribwita fil-parti 2 tagħha | 16. Kwantità netta (massa netta jew unità oħra ta' kejl, filwaqt li tniżżel l-unità) | 19. Dokument tad-dwana (formola u numru) jew id-data ta' l-attribuzzjoni | 20. Isem, Stat Membru, timbru u firma ta' l-awtorità li qed tattribwixxi | 17. F'ċifri | 18. Fi kliem għall-kwantità attribwita | 1. | 2. | 1. | 2. | 1. | 2. | 1. | 2. | 1. | 2. | 1. | 2. | 1. | 2. | Paġni addizzjonali li jridu jiġu mehmuża hawnhekk. | Liċenzja għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea 2 | 1. Destinatarju (isem, indirizz sħiħ, pajjiż, numru tal-VAT) | 2. Numru tal-ħarġa | Kopja għall-awtorità li toħroġ | 3. Sena | 4. Awtorità responsabbli għall-ħruġ (isem, indirizz u nru. tat-telefown) | 5. Dikjaratur/rappreżentant, skond liema jkun jgħodd (isem u indirizz sħiħ) | 6. 5. Il-pajjiż ta'l-oriġini (u l-kodiċi ta' ġeonomenklatura) | 7. Pajjiż destinatarju tal-kunsinna (u l-kodiċi ta' ġeonomenklatura) | 2 | 8. L-aħħar jum tal-validità | 9. Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | 10. Kodiċi TARIC | 11. Kwatità espressa fl-unità ta' kwota | 12. Sigurtà/garanzija (skond liema tkun tgħodd) | 13. Dettalji oħra | 14. Approvazzjoni ta' l-awtorità kompetenti Data:.. …………………………………. (Firma) (Timbru) | 15. ATTRIBUZZJONIJIET Niżżel il-kwantità disponibbli f'parti 1 tal-kolonna 17 u l-kwantità attribwita fil-parti 2 tagħha | 16. Kwantità netta (massa netta jew unità oħra ta' kejl, filwaqt li tniżżel l-unità) | 19. Dokument tad-dwana (formola u numru) jew id-data ta' l-attribuzzjoni | 20. Isem, Stat Membru, timbru u firma ta' l-awtorità li qed tattribwixxi | 17. F'ċifri | 18. Fi kliem għall-kwantità attribwita | 1. | 2. | 1. | 2. | 1. | 2. | 1. | 2. | 1. | 2. | 1. | 2. | 1. | 2. | Paġni addizzjonali li jridu jiġu mehmuża hawnhekk. | ANNESS IV LISTA DE LAS AUTORIDADES NACIONALES COMPETENTES SEZNAM PŘÍSLUŠNÝCH VNITROSTÁTNÍCH ORGÁNŮ LISTE OVER KOMPETENTE NATIONALE MYNDIGHEDER LISTE DER ZUSTÄNDIGEN BEHÖRDEN DER MITGLIEDSTAATEN PÄDEVATE RIIKLIKE ASUTUSTE NIMEKIRI ΔΙΕΥΘΥΝΣΕΙΣ ΤΩΝ ΑΡΧΩΝ ΕΚΔΟΣΗΣ ΑΔΕΙΩΝ ΤΩΝ ΚΡΑΤΩΝ ΜΕΛΩΝ LISTA TA' L-AWTORITAJIET NAZZJONALI KOMPETENTI LISTE DES AUTORITÉS NATIONALES COMPÉTENTES ELENCO DELLE COMPETENTI AUTORITÀ NAZIONALI VALSTU KOMPETENTO IESTAŽU SARAKSTS ATSAKINGŲ NACIONALINIŲ INSTITUCIJŲ SĄRAŠAS AZ ILLETÉKES NEMZETI HATÓSÁGOK LISTÁJA LISTA TA' L-AWTORITAJIET KOMPETENTI NAZZJONALI LIJST VAN BEVOEGDE NATIONALE INSTANTIES LISTA WLAŒCIWYCH ORGANÓW KRAJOWYCH LISTA DAS AUTORIDADES NACIONAIS COMPETENTES ZOZNAM PRÍSLUŠNÝCH ŠTÁTNYCH ORGÁNOV SEZNAM PRISTOJNIH NACIONALNIH ORGANOV LUETTELO TOIMIVALTAISISTA KANSALLISISTA VIRANOMAISISTA FÖRTECKNING ÖVER BEHÖRIGA NATIONELLA MYNDIGHETER BELGIQUE/BELGIË Service public Fédéral Economie, P.M.E., Classes Moyennes & Energie Administration du potentiel économique Service Licences Rue de Louvain 44 B-1000 Bruxelles Fax: +32-2-5486570 | EESTI Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium Harju 11 EE-15072 Tallinn Fax: + 372-6313 660 | Federale Overheidsdienst Economie, K.M.O., Middenstand & Energie Bestuur Economisch Potentieel Dienst Vergunningen Leuvenseweg 44 B-1000 Brussel Fax: +32-2-5486570 | ΕΛΛΑΣ Υπουργείο Οικονομίας & Οικονομικών Διεύθυνση Διεθνών Οικονομικών Ροών Κορνάρου 1 GR-105 63 Αθήνα Fax : + 301-328 60 94 | ČESKÁ REPUBLIKA Ministerstvo průmyslu a obchodu Licenční správa Na Františku 32 CZ-110 15 Praha 1 Fax: + 420-22421 21 33 | ESPAÑA Ministerio de Industria, Turismo y Comercio Secretaría General de Comercio Exterior Subdirección General de Comercio Exterior de Productos Industriales Paseo de la Castellana 162 E- 28046 Madrid Fax: + 34-91-349 38 31 | DANMARK Erhvervs- og Boligstyrelsen Økonomi- og Erhvervsministeriet Vejlsøvej 29 DK-8600 Silkeborg Fax: + 45-35-46 64 01 | France Ministère de l'Economie des Finances et de l'Industrie Direction Générale des Entreprises Sous-direction des Biens de Consommation Bureau Textile-Importations Le Bervil, 12 rue Villiot F-75572 Paris Cedex 12 Fax: + 33-1- 53 44 91 81 | DEUTSCHLAND Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle, (BAFA)- Referat 421 Frankfurter Strasse 29-35 D-65760 Eschborn Fax: + 49-6196 90 88 00 | IRELAND Department of Enterprise, Trade and Employment Import/ Export Licensing, Block C Earlsfort Centre Hatch Street IE-Dublin 2 Fax: + 353-1-631 25 62 | ITALIA Ministero delle Attivita Produttive Direzione generale per la politica commerciale e per la gestione del regime degli scambi Viale America 341 I-00144 Roma Fax: +39-6-59 93 22 35 / 59 93 26 36 | ÖSTERREICH Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit Aussenwirtschaftsadministration Abteilung C2/2 Stubenring 1 A-1011 Wien Fax: + 43-1-7 11 00/ 83 86 | KYPROS Υπουργείο Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού Υπηρεσία Εμπορίου Μονάδα Έκδοσης Αδειών Εισαγωγής/Εξαγωγής Οδός Ανδρέα Αραούζου Αρ.6 CY-1421 Λευκωσία Φαξ: + 357-22-37 51 20 | POLSKA Ministerstwo Gospodarki, Pracy i Polityki Społecznej Plac Trzech Krzyży 3/5 PL- 00-507 Warszawa Fax: + 48-22-693 40 21 / 693 40 22 | LATVIJA Latvijas Republikas Ekonomikas ministrija Brīvības iela 55 LV – 1519 Rīga Fax: + 371-728 08 82 | PORTUGAL Ministério das Finanças Direcção Geral das Alfândegas e dos Impostos Especiais sobre o Consumo Rua Terreiro do Trigo, Edifício da Alfândega de Lisboa PT- 1140-060 Lisboa Fax: + 351-218 814 261 | LIETUVA Lietuvos Respublikos ūkio ministerija Prekybos departamentas Gedimino pr. 38/2 LT- 01104 Vilnius Fax: + 370-5-26 23 974 | SLOVENIJA Ministrstvo za gospodarstvo Direktorat za ekonomsk odnose s tujino Kotnikova 5 SI-1000 Ljubljana Fax: + 386-1-400 36 11 | LUXEMBOURG Ministère de l’Economie et du Commerce extérieur Office des licences BP 113 L-2011 Luxembourg Fax: + 352-46 61 38 | SLOVENSKÁ REPUBLIKA Ministerstvo hospodárstva SR Odbor licencií Mierová 19 SK-827 15 Bratislava 212 Fax: + 421-2-43 42 39 19 | MAGYARORSZÁG Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal Margit krt. 85. HU-1024 Budapest Fax: + 36-1-336 73 02 | SUOMI/FINLAND Tullihallitus PL 512 FI-00101 Helsinki Telekopio: + 358-20-492 28 52 | MALTA Servizzi ta' Kummerċ Diviżjoni għall -Kummerċ Lascaris MT-Valletta CMR02 Fax: + 356-21-23 19 19 | SVERIGE Kommerskollegium Box 6803 S-11386 Stockholm Fax: + 46-8-30 67 59 | NEDERLAND Belastingdienst/Douane centrale dienst voor in- en uitvoer Postbus 30003, Engelse Kamp 2 NL-9700 RD Groningen Fax : + 31-50-52 32 210 | UNITED KINGDOM Department of Trade and Industry Import Licensing Branch Queensway House - West Precinct Billingham UK-TS23 2NF Fax: + 44-1642-36 42 69 | ANNESS V LIMITI KWANTITATTIVI (tunnellati) Prodotti | [Sena 2006] | SA. Flat products | SA1. Kojls | 30 000 | SA3. Prodotti ċatti oħra | 20 000 | SB. Prodotti twal | SB1. Travi | 2 000 | SKEDA Ir-Regolament tal-Kunsill għandu jiġi ppublikat malajr kemm jista' jkun. [1] ĠU L 232, 8.9.2005, p.43. [2] ĠU L 232, 8.9.2005, p.1. [3] Ġu L 256, 7.9.1987 p.1.