Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006PC0554

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jiffissa għall-2007 u l-2008 l-opportunitajiet ta' sajd ta' bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet tal-baħar fond.

/* KUMM/2006/0554 finali */

52006PC0554

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jiffissa għall-2007 u l-2008 l-opportunitajiet ta' sajd ta' bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet tal-baħar fond. /* KUMM/2006/0554 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 28.9.2006

KUMM(2006) 554 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jiffissa għall-2007 u l-2008 l-opportunitajiet ta' sajd ta' bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet tal-baħar fond.

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

110 | Ir-raġunijiet għall-proposta u għanijietha L-istokkijiet tal-baħar fond huma stokkijiet ta' ħut li jinqabdu f'ilmijiet lil hinn mill-ilmijiet ewlenin tas-sajd tal-pjattaformi kontinentali. Jitqassmu fuq l-iskarpi kontinentali jew huma assoċjati ma' għoljiet f'qiegħ il-baħar. Dawn l-ispeċijiet jikbru bil-mod u huma partikolarment vulnerabbli għall-isfruttament bla rażan. Għall-2005 u l-2006 l-opportunitajiet ta' sajd għall-ispeċijiet tal-baħar fond ġew stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2270/2004, tat-22 ta' Diċembru 2004, li jistabbilixxi għall-2005 u l-2006 l-possibbiltajiet tas-sajd miftuħa għall-bastimenti tal-Komunità rigward ċerti stokkijiet ta' ħut ta' l-ilmijiet fondi. Il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) jipprovdi pariri xjentifiċi dwar l-istokkijiet tal-baħar fond kull sentejn. L-aħħar parir ingħata f'Ġunju 2006 u jipprovdi l-bażi għall-qabdiet totali permissibbli (TACs) għall-2007-2008. Dan il-parir jindika li l-biċċa l-kbira ta' l-ispeċijiet tal-baħar fond li jiġu sfruttati jinqabdu b'rati insostenibbli, u l-ICES irrakkomanda tnaqqis immedjat fis-sajd stabbilit fil-baħar fond sakemm ma jintweriex li huwa sostenibbli. Attwalment, l-ebda sajd fil-baħar fond ma jissodisfa dan il-kriterju. L-ICES irrakkomanda li l-aktar miżuri ta' konservazzjoni xierqa għal dawn l-ispeċijiet ikunu msejsa fuq limitazzjoni u tnaqqis ta' l-isforzi. Madankollu, ir-restrizzjoni tal-qabdiet permezz ta' ġestjoni tal-kwoti tas-sajd titqies bħala miżura ta' konservazzjoni komplementari utli. Il-Kummissjoni bħalissa qed tħejji reviżjoni tas-sistema ta' ġestjoni ta' l-isforzi għall-ispeċijiet tal-baħar fond u aktar tard fl-2006 se tippreżenta proposta separata fir-rigward tal-ġestjoni ta' l-isforzi fil-ġejjieni. L-ambitu tal-proposta preżenti għalhekk huwa limitat għall-istabbiliment tat-TACs. Din il-proposta hija mmirata lejn l-iffissar ta' l-opportunitajiet ta' sajd għall-istokkijiet tal-baħar fond li huma skond il-parir xjentifiku pprovdut mill-ICES. |

120 | Il-kuntest ġenerali Għall-2005 u l-2006 l-opportunitajiet ta' sajd għall-ispeċijiet tal-baħar fond ġew stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2270/2004, tat-22 ta' Diċembru 2004, li jistabbilixxi għall-2005 u l-2006 l-possibbiltajiet tas-sajd miftuħa għall-bastimenti tal-Komunità rigward ċerti stokkijiet ta' ħut ta' l-ilmijiet fondi. Minħabba r-rekwiżiti urġenti għall-konservazzjoni ta' dawn l-ispeċijiet, huwa mixtieq li dawn il-miżuri jiġu implimentati unilateralment filwaqt li jkomplu l-isforzi għal qbil dwar miżuri armonizzati fi ħdan l-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd rilevanti (NEAFC, il-Kummissjoni dwar is-Sajd fil-Grigal ta' l-Atlantiku) mal-pajjiżi l-oħra kkonċernati. L-iffissar u l-qsim tal-possibilitajiet ta' sajd jaqgħu esklussivament fil-kompetenza tal-Komunità. L-obbligi tal-Komunità dwar l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin jirriżultaw mill-obbligi stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 2371/2002 tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2002. Opportunitajiet ta' sajd bħal dawn għandhom ikunu skond il-ftehimiet internazzjonali li jkopru l-ġestjoni prekawzjonali u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd, inter alia il-ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta' Stokks Komuni ta' Ħut u Stokks ta' Ħut b' Tendenza Kbira li Jpassi |

139 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta M’hemm l-ebda dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta. |

140 | Il-konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra ta’ l-Unjoni Il-miżuri proposti huma mfassla skond l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd u huma konsistenti mal-politika Komunitarja dwar l-iżvilupp sostenibbli. |

KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TA' L-IMPATT |

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

211 | Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali tar-rispondenti Il-Kunsill Reġjonali Konsultattiv tal-Baħar tat-Tramuntana (NSRAC), il-Kunsill Reġjonali Konsultattiv ta' l-Ilmijiet tal-Majjistral kif ukoll il-partijiet interessati li se jiġu rrappreżentati fil-Kunsill Reġjonali Konsultattiv ta' l-Ilmijiet tal-Lbiċ li għadu ma twaqqafx, kollha ġew infurmati bl-elementi ewlenin tal-proposta Barra minn hekk, l-Istati Membri kkonċernati ġew mgħarrfa f'diversi laqgħat dwar il-grupp intern ta' ħidma tal-Kunsill. |

Il-ġbir u l-użu ta' l-għarfien espert |

221 | Oqsma xjentifiċi/Oqsma ta’ għarfien espert ikkonċernati Il-Kumitat jitlob lill-ICES u lill-Kumitat Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) għal pariri xjentifiċi dwar il-qagħda ta' stokkijiet ta' ħut importanti. |

223 | L-organizzazzjonijiet/esperti ewlenin ikkonsultati L-organizzazzjonijiet xjentifiċi li ġew ikkonsultati kienu l-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES), u l-Kumitat Xjentifiku Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF). |

2249 | Sinteżi tal-pariri li ngħataw u li ntużaw |

225 | Għall-istokkijiet kollha kopert minn din il-proposta, m’hemmx biżżejjed data sabiex tintwera s-sostenibbiltà tas-sajd. L-ICES hija tal-parir li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet huwa xieraq li jitnaqqsu l-opportunitajiet tas-sajd sakemm jiġi ppruvat li huma sostennibbli. Din il-proposta għandha l-għan li ssegwi dan il-parir, iżda sabiex jiġi mmitigat l-impatt soċjoekonomiku, it-tnaqqis meħtieġ huwa mifrux fuq perjodu sa 3 snin. Fid-dawl tal-vulnerabbiltà ta' l-ispeċijiet tal-baħar fond għas-sajd żejjed u l-perjodi ta' rkupru twal tagħhom, il-Kummissjoni temmen li t-tnaqqis tat-TACs b'rata aktar gradwali minn hekk jirriżulta f'riskju inaċċettabbli ta' ħsara fit-tul għall-ekosistema tal-baħar fond. Fejn il-livelli ta' sfruttament li jikkorrispondu għall-parir xjentifiku jistgħu jintlaħqu f'inqas minn tliet snin mingħajr ma jinqabeż it-tnaqqis ta' 33% fis-sena, it-TACs proposti jiġu ffissati kif jixraq In-natura mħallta ta' ħafna mis-sajd tal-baħar fond titqies ukoll. Fejn il-parir ta' l-ICES huwa għal tnaqqis sinifikanti ta' stokk wieħed li jinqabad f'sajd imħallat għal stokk ieħor u li għalih il-parir huwa anqas restrittiv, it-TAC huwa ffissat abbażi ta' l-istokk li hu l-aktar fil-periklu. Kwoti eżistenti li huma żgħar u maħsuba li jkopru il-qabdiet sekondarji inevitabbli jinżammu sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta' obbligu li jintremew il-qabdiet. It-TACs proposti huma kkalkolati billi jintuża l-qbid irrappurtat fl-2005. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, jintużaw iċ-ċifri uffiċjali tal-qabdiet. Madankollu, f'każijiet fejn l-ICES tirrapporta qabdiet Komunitarji li huma ogħla ferm mill-indikazzjonijiet taċ-ċifri uffiċjali, iċ-ċifri ta' l-ICES jintużaw bħala l-linja ta' bażi. Dan huwa għaliex x'aktarx ikunu aktar realistiċi, u wkoll għaliex l-użu taċ-ċifri uffiċjali aktar baxxi jippremja n-nuqqas li jiġu rrappurtati l-qabdiet kollha. Il-parir xjentifiku huwa li m'għandu jsir l-ebda sajd għall-orange roughy fi kwalunkwe żona tat-TAC. Iż-żona ta' protezzjoni ta' l-orange roughy introdotta fir-Regolament 2270/2004 fit-Taqsimiet ICES VI u VII madankollu tinżamm, fid-dawl tal-qagħda eżawrita ta' l-istokkijiet madwar l-għoljiet f'qiegħ il-baħar f'dawk iż-żoni kif ukoll fid-dawl tad-disponibbiltà kontinwa tal-kwoti barra miż-żoni magħluqa. |

230 | L-evalwazzjoni ta' l-impatt Il-proposta se tnaqqas b'mod sinifikanti l-opportunitajiet ta' sajd għall-istokkijiet tal-baħar fond. Minkejja li ħatt l-art ta' speċijiet tal-baħar fond jirrappreżenta biss proporzjon żgħir tal-valur ekonomiku tal-ħatt l-art totali Komunitarju, it-telf ta' opportunitajiet inevitabbilment se jwassal għal diffikultajiet finanzjarji għall-flotot ikkonċernati. Madankollu, il-proposta trid titqies bħala parti minn approċċ fuq perjodu itwal fejn il-livell ta' sajd jitnaqqas gradwalment għal livelli sostenibbli, u li għalhekk timmira li tiggarantixxi s-saħħa fit-tul ta' l-industrija kif ukoll tħares l-ekosistema tal-baħar fond. |

ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

305 | Sinteżi ta' l-azzjoni proposta Il-proposta hija mfassla sabiex tipprovdi l-opportunitajiet ta' sajd għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti speċijiet tal-baħar fond fis-snin 2007 u 2008 skond il-parir xjentifiku. |

310 | Il-bażi legali Il-bażi legali ta' din il-proposta hija r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2371/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu, |

329 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Għalhekk, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja/in. |

331 | Il-proposta hija mseja fuq l-Artikolu 20 tar-Regolament 2371/2002, skond liema l-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-limiti fuq il-qabdiet u/jew l-isforzi tas-sajd u dwar l-allokazzjoni ta' l-opportunitajiet ta' sajd fost l-Istati Membri. |

L-għażla ta’ l-istrumenti |

341 | Strumenti proposti: regolament. |

342 | Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġuni(jiet) li ġejja/in. Il-proposta tieħu post ir-Regolament eżistenti. |

IMPLIKAZZJONIJIET FUQ IL-BAġIT |

409 | Din il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit Komunitarju. |

INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI |

570 | Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta Il-proposta tiffissa għall-2007 u l-2008 l-possibbiltajiet tas-sajd miftuħa għall-bastimenti tal-Komunità rigward ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond. It-TACs u l-kwoti allokati lill-Istati Membri huma elenkati fl-Anness. Parir xjentifiku ġdid mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) jindika li l-ispeċijiet tal-baħar fond li jiġu sfruttati l-aktar, jinqabdu b'rati insostenibbli, u l-ICES irrakkomanda tnaqqis immedjat fis-sajd stabbilit fil-baħar fond sakemm ma jintweriex li huwa sostenibbli. Attwalment, l-ebda sajd fil-baħar fond ma jissodisfa dan il-kriterju. L-ICES irrakkomanda li l-aktar miżuri ta' konservazzjoni xierqa għal dawn l-ispeċijiet ikunu msejsa fuq limitazzjoni u tnaqqis ta' l-isforzi. Madankollu, ir-restrizzjoni tal-qabdiet permezz ta' ġestjoni tal-kwoti tas-sajd titqies bħala pass addizzjonali utli fl-applikazzjoni ta' miżuri ta' konservazzjoni. Il-Kummissjoni bħalissa qed tħejji reviżjoni tas-sistema attwali ta' ġestjoni ta' l-isforzi għall-istokkijiet tal-baħar fond u aktar tard fl-2006 se tippreżenta proposta separata fir-rigward tal-ġestjoni ta' l-isforzi fil-ġejjieni. L-ambitu tal-proposta preżenti għalhekk huwa limitat għall-istabbiliment tat-TACs. Din il-proposta hija maħsuba sabiex tipprovdi opportunitajiet ta' sajd skond il-parir xjentifiku. |

1. Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jiffissa għall-2007 u l-2008 l-opportunitajiet ta' sajd ta' bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet tal-baħar fond.

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd[1] u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 il-Kunsill għandu jadotta l-miżuri meħtieġa biex jiżgura aċċess għall-ilmijiet u għar-riżorsi u l-eżerċizzju sostenibbli ta’ l-attivitajiet tas-sajd billi jitqies, inter alia , il-parir xjentifiku disponibbli.

(2) Skond l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd għal kull tip ta’ sajd jew grupp ta’ tipi ta’ sajd u li jallokahom skond il-kriterji preskritti.

(3) L-aħħar parir xjentifiku mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) dwar ċerti stokkijiet ta' ħut li jinsabu fil-baħar fond jindika li dawk l-istokkijiet qed jinqabdu b'rati insostenibbli, u li l-opportunitajiet ta' sajd għal dawk l-istokkijiet għandu jitnaqqas sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tagħhom.

(4) L-ICES ukoll tat parir li r-rata ta' sfruttament ta' l- orange roughy fiż-Żona VII ta' l-ICES hija għolja wisq. Il-parir xjentifiku barra minn hekk jindika li l- orange roughy fiż-Żona VI huma eżawriti ferm u ġew identifikat żoni ta' aggregazzjonijiet vulnerabbli ta' dawn l-ispeċijiet. Huwa għalhekk xieraq li s-sajd għall- orange roughy jiġi pprojbit f'dawk iż-żoni.

(5) Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effettiva tal-kwoti, għandhom jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet speċifiċi li hija suġġetta għalihom l-attività tas-sajd.

(6) Skond l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TACs u l-kwoti[2], hu meħtieġ li jiġi indikat liema stokkijiet huma soġġetti għad-diversi miżuri stabbiliti f'dak ir-Regolament.

(7) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament għandhom jiġu ffissati b'referenza għaż-żoni ICES kif iddefiniti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3880/91 tas-17 ta' Diċembru 1991 dwar is-sottomissjoni ta' statistika nominali dwar il-qabda mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal ta' l-Atlantiku([3]) u għaż-żoni CECAF (il-Kumitat għas-Sajd tal-Lvant ta' l-Atlantiku Ċentrali) kif iddefiniti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/95 tat-23 ta' Ottubru 1995 dwar is-sottomissjoni ta' statistiċi nominali tas-sajd mill-Istati Membri li jistadu f'żoni li m'humiex fl-Atlantiku tat-Tramuntana [in-Nord Atlantiku]([4]).

(8) L-opportunitajiet ta' sajd għandhom jiġu utilizzati skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam, partikolarment ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2807/83 tat-22 ta' Settembru 1983 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-reġistrazzjoni ta' informazzjoni dwar il-qabdiet ta' ħut ta' l-Istati Membri([5]), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1381/87 ta' l-20 ta' Mejju 1987 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-immarkar u d-dokumentazzjoni tal-bastimenti tas-sajd[6], ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni[7], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/94 tas-27 ta' Ġunju 1994 li jniżżel ċerti dispożizzjonijiet rigward permessi speċjali tas-sajd[8], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar[9], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi ħtiġijiet speċifiċi ta' aċċess u kundizzjonijiet relattivi għas-sajd ta' stokkijiet [ħażniet] tal-baħar fond[10] u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, il-Belts u s-Sound, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 88/98[11].

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Suġġett

Dan ir-Regolament jiffissa għall-2007 u għall-2008 għall-ispeċijiet tal-baħar fond u għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji l-opportunitajiet ta' sajd annwali fl-ilmijiet Komunitarji u f'ċerti ilmijiet mhux Komunitarji fejn huma meħtieġa limitazzjonijiet fuq il-qabdiet, u l-kundizzjonijiet speċifiċi li taħthom jistgħu jiġu utilizzati l-opportunitajiet ta' sajd.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

1. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, "permess għas-sajd fil-baħar fond" tfisser il-permess imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2347/2002.

2. Id-definizzjonijiet taż-żoni ICES u CECAF huma dawk stipulati, rispettivament, fir-Regolament (KEE) Nru 3880/91 u r-Regolament (KE) Nru 2597/95.

Artikolu 3 L-iffissar ta' l-opportunitajiet ta' sajd

L-opportunitajiet ta' sajd għall-istokkijiet ta' speċijiet tal-baħar fond għall-bastimenti Komunitarji huma ffissati kif stipulat fl-Anness.

Artikolu 4 Allokazzjoni fost l-Istati Membri

L-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri prevista fl-Anness għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:

(a) tpartit skond l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

(b) allokazzjonijiet mill-ġdid magħmula skond l-Artikoli 21(4) u 32(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002

(ċ) ħatt l-art addizzjonali permess skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

(d) kwantitajiet miżmuma skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

(e) tnaqqis magħmul skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

Artikolu 5

Flessibilità tal-kwoti

Għall-iskopijiet tar-Regolament (KE) Nru. 847/96, il-kwoti kollha fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala kwoti 'Analitiċi'.

Madankollu, il-miżuri pprovduti fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 m'għandhomx japplikaw għal dawn il-kwoti.

Artikolu 6

Kundizzjonijiet għall-ħatt l-art ta’ qabdiet u qabdiet sekondarji

Ħut minn stokkijiet li għalih l-opportunitajiet ta’ sajd huma stabbiliti minn dan ir-Regolament jista' jinżamm abbord jew jinħatt l-art biss jekk inqabad minn bastimenti ta’ Stat Membru bi kwota li tkun għadha ma ntlaħqitx. Il-ħatt l-art kollu jitnaqqas mill-kwota.

L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika għal qabdiet li jseħħu matul il-fażi ta' investigazzjonijiet xjentifiċi mwettqa skond ir-Regolament (KE) Nru 850/98, li m'għandhomx jgħoddu bħala parti mill-kwota.

Artikolu 7

Orange roughy

1. Iż-Żoni ta' Protezzjoni għall- Orange Roughy kif iddefiniti fiż-żoni tal-baħar li ġejjin:

(a) dik iż-żona ta' baħar magħluqa minn linji ta' rombu li jgħaqqdu sekwenzjalment il-pożizzjonijiet li ġejjin:

57° 00' N, 11° 00' W

57.000000° 00' N, 8° 30' W

55.00° 00' N, 8° 30' W

55.000000° 00' N, 11° 00' W

57° 00' N, 11° 00' W

(b) dik iż-żona ta' baħar magħluqa minn linji ta' rombu li jgħaqqdu sekwenzjalment il-pożizzjonijiet li ġejjin:

55º 30' N, 15º 49' W

53º 30' N, 14º 11' W

50º 30' N, 14º 11' W

50º 30' N, 15º 49' W

(ċ) dik iż-żona ta' baħar magħluqa minn linji ta' rombu li jgħaqqdu sekwenzjalment il-pożizzjonijiet li ġejjin:

55º 00' N, 13º 51' W

55º 00' N, 10º 37' W

54º 15' N, 10º 37' W

53º 30' N, 11º 50' W

53º 30' N, 13º 51' W

Dawk il-pożizzjonijiet u l-linji ta' rombu u l-pożizzjonijiet tal-bastimenti korrispondenti għandhom jitkejlu skond l-istandard WGS84.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li bastimenti li jkollhom permess għas-sajd fil-baħar fond għandhom jiġu ssorveljati tajjeb miċ-Ċentri ta' Monitoraġġ tas-Sajd (FMC) li għandhom ikollhom sistema għad-ditezzjoni u r-rekordjar tad-dħul tal-bastimenti fi, it-tranżitu u l-ħruġ miż-żoni ddefiniti fil-paragrafu 1.

3. Bastimenti li jkollhom permess għas-sajd fil-baħar fond, li jkunu daħlu fiż-żoni definiti fil-paragrafu 1, m'għandhom iżommu abbord jew jittrażbordaw l-ebda kwantità ta' orange roughy , u lanqas m'għandhom iħottu l-art kwalunkwe kwantità ta' orange roughy fi tmiem dik is-sajda sakemm:

-(a) kwalunkwe tagħmir tas-sajd miżmum abbord ma jkunx marbut sew u stivat matul it-tranżitu f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93

-(b) il-veloċità medja matul it-tranżitu ma tkunx anqas minn 8 mili nawtiċi fis-siegħa.

Artikolu 8 Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

Parti

Definizzjoni ta' Speċijiet u ta' Gruppi ta' Speċijiet

F'kull żona, issir referenza għall-istokkijiet tal-ħut skond l-ordni alfabetika ta' l-ismijiet Latini ta' l-ispeċijiet. Madankollu, klieb il-baħar tal-fond jitqiegħdu fil-bidu ta' dik il-lista. It-tabella ta' korrispondenza ta’ ismijiet komuni u ismijiet Latini tidher hawn taħt għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

Isem komuni | Isem xjentifiku |

Black scabbardfish | Aphanopus carbo |

Alfonsinos | Beryx spp. |

Tusk | Brosme brosme |

Roundnose grenadier | Coryphaenoides rupestris |

Orange roughy | Hoplostethus atlanticus |

Linarda | Molva dypterigia |

Lipp tal-qawwi | Phycis blennoides |

Bażuga | Pagellus bogaraveo |

Fejn issir referenza għal "klieb il-baħar tal-fond", din tirreferi għal klieb il-baħar fil-lista ta' speċijiet li ġejjin: Mazzol ( Centroscymnus coelolepis ), Leafscale gulper shark ( Centrophorus squamosus ), Birdbeak dogfish ( Deania calceus ), Murruna sewda ( Dalatias licha ), Greater lanternshark ( Etmopterus princeps ), Mazzola tal-Fanal ( Etmopterus spinax ), Mazzola Sewda ( Centroscyllium fabricii ), Żagħrun ( Centrophorus granulosus ), Gattarell ħalq iswed ( Galeus melastomus ), Mouse catshark ( Galeus murinus ), Iceland catshark( Apristuris spp. )

Parti 2

Opportunitajiet annwali ta’ sajd applikabbli għal bastimenti Komunitarji f’żoni fejn jeżistu limitazzjonijiet fuq il-qabdiet skond l-ispeċi u skond iż-żona (f'tunnellati ta' piż ħaj)

Ir-referenzi kollha huma għas-sub-żoni ta' l-ICES sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor.

Speċi: | Klieb il-Baħar tal-Fond | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' V, VI, VII, VIII u IX |

Is-sena | 2007 | 2008 |

Il-Ġermanja | 53 | 26 |

Spanja | 250 | 123 |

L-Estonja | 3 | 2 |

Franza | 906 | 445 |

L-Irlanda | 146 | 72 |

Il-Litwanja | 3 | 2 |

Il-Polonja | 3 | 2 |

Il-Portugall | 341 | 168 |

Ir-Renju Unit | 502 | 247 |

KE | 2 207 | 1 087 |

Speċi: | Klieb il-Baħar tal-Fond | Żona: | X (Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi) |

Is-sena | 2007 | 2008 |

Il-Portugall | 20 | 20 |

KE | 20 | 20 |

Speċi: | Klieb il-Baħar tal-fond u Deania histricosa u Deania profondorum | Żona: | XII (Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi) |

Is-sena | 2007 | 2008 |

Spanja | 69 | 34 |

Franza | 22 | 11 |

L-Irlanda | 4 | 2 |

Ir-Renju Unit | 4 | 2 |

KE | 99 | 49 |

Speċi: | Black scabbardfish Aphanopus carbo | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' I, II, III, u IV |

Is-sena | 2007 | 2008 |

Il-Ġermanja | 5 | 5 |

Franza | 5 | 5 |

Ir-Renju Unit | 5 | 5 |

KE | 15 | 15 |

Speċi: | Black scabbardfish Aphanopus carbo | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' V, VI, VII, u XII |

Is-sena | 2007 | 2008 |

Il-Ġermanja | 23 | 11 | (1) Esklussivament għal qabdiet sekondarji. L-ebda sajd speċifiku m'hu permess taħt din il-kwota. |

Spanja | 113 | 56 |

L-Estonja | 11 | 5 |

Franza | 1 595 | 784 |

L-Irlanda | 57 | 28 |

Il-Latvija | 74 | 36 |

Il-Litwanja | 1 | 1 |

Il-Polonja | 1 | 1 |

Ir-Renju Unit | 113 | 56 |

Oħrajn (1) | 6 | 3 |

KE | 1 994 | 982 |

Speċi: | Black scabbardfish Aphanopus carbo | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' VIII, IX u X |

Is-sena | 2007 | 2008 |

Spanja | 8 | 8 |

Franza | 21 | 21 |

Il-Portugall | 2 670 | 2 670 |

KE | 2 700 | 2 700 |

Speċi: | Black scabbardfish Aphanopus carbo | Żona: | CECAF 34.1.2. (Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi) |

Is-sena | 2007 | 2008 |

Il-Portugall | 3200 | 3200 |

KE | 3200 | 3200 |

Speċi | Alfonsinos | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta pajjiżi terzi ta' I, II, III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV |

Beryx spp. |

Is-sena | 2007 | 2008 |

Spanja | 68 | 68 |

Franza | 18 | 18 |

L-Irlanda | 9 | 9 |

Il-Portugall | 196 | 196 |

Ir-Renju Unit | 9 | 9 |

KE | 300 | 300 |

Speċi: | Tusk | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' I, II, u XIV |

Brosme brosme |

Is-sena | 2007 | 2008 |

Il-Ġermanja | 5 | 5 | (1) Esklussivament għal qabdiet sekondarji. L-ebda sajd speċifiku m'hu permess taħt din il-kwota. |

Franza | 5 | 5 |

Ir-Renju Unit | 5 | 5 |

Oħrajn(1) | 3 | 3 |

KE | 18 | 18 |

Speċi: | Tusk | Żona: | III (Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi) |

Brosme brosme |

Is-sena | 2007 | 2008 |

Id-Danimarka | 8 | 8 |

L-Iżvezja | 4 | 4 |

Il-Ġermanja | 4 | 4 |

KE | 15 | 15 |

Speċi: | Tusk | Żona: | IV (Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi) |

Brosme brosme |

Is-sena | 2007 | 2008 |

Id-Danimarka | 41 | 41 | (1) Esklussivament għal qabdiet sekondarji. L-ebda sajd speċifiku m'hu permess taħt din il-kwota. |

Il-Ġermanja | 12 | 12 |

Franza | 28 | 28 |

L-Iżvezja | 4 | 4 |

Ir-Renju Unit | 61 | 61 |

Oħrajn(1) | 4 | 4 |

KE | 150 | 150 |

Speċi: | Tusk | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' V, VI, u VII |

Brosme brosme |

Is-sena | 2007 | 2008 |

Il-Ġermanja | 4 | 4 | (1) Esklussivament għal qabdiet sekondarji. L-ebda sajd speċifiku m'hu permess taħt din il-kwota. |

Spanja | 16 | 16 |

Franza | 184 | 184 |

L-Irlanda | 18 | 18 |

Ir-Renju Unit | 89 | 89 |

Oħrajn(1) | 4 | 4 |

KE | 315 | 315 |

Speċi: | Roundnose grenadier | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' I, II, IV, u Va |

Coryphaenoides rupestris |

Is-sena | 2007 | 2008 |

Id-Danimarka | 1 | 1 |

Il-Ġermanja | 1 | 1 |

Franza | 10 | 10 |

Ir-Renju Unit | 1 | 1 |

KE | 13 | 13 |

Speċi: | Roundnose grenadier | Żona: | III |

Coryphaenoides rupestris |

Is-sena | 2007 | 2008 |

Id-Danimarka | 946 | 946 |

Il-Ġermanja | 5 | 5 |

L-Iżvezja | 49 | 49 |

KE | 1 000 | 1 000 |

Speċi: | Roundnose grenadier | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' Vb, VI, u VII |

Coryphaenoides rupestris |

Is-sena | 2007 | 2008 |

Il-Ġermanja | 9 | 9 | (1) Esklussivament għal qabdiet sekondarji. L-ebda sajd speċifiku m'hu permess taħt din il-kwota. |

L-Estonja | 67 | 67 |

Spanja | 74 | 74 |

Franza | 3 789 | 3 789 |

L-Irlanda | 299 | 299 |

Il-Litwanja | 87 | 87 |

Il-Polonja | 44 | 44 |

Ir-Renju Unit | 222 | 222 |

Oħrajn (1) | 9 | 9 |

KE | 4 600 | 4 600 |

Speċi: | Roundnose grenadier | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' VIII, IX, X, XII u XIV u V (ilmijiet ta' Greenland) |

Coryphaenoides rupestris |

Is-sena | 2007 | 2008 |

Il-Ġermanja | 20 | 10 |

Spanja | 2 238 | 1 060 |

Franza | 103 | 49 |

L-Irlanda | 4 | 2 |

Ir-Renju Unit | 9 | 4 |

Il-Latvija | 36 | 17 |

Il-Litwanja | 4 | 2 |

Il-Polonja | 700 | 332 |

KE | 3 116 | 1 476 |

Speċi: | Orange roughy | Żona: | VI (Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi) |

Hoplostethus atlanticus |

Is-sena | 2007 | 2008 |

Spanja | 5 | 3 |

Franza | 30 | 15 |

L-Irlanda | 5 | 3 |

Ir-Renju Unit | 5 | 3 |

KE | 45 | 22 |

Speċi: | Orange roughy | Żona: | VII (Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi) |

Hoplostethus atlanticus |

Is-sena | 2007 | 2008 |

Spanja | 1 | 1 | (1) Esklussivament għal qabdiet sekondarji. L-ebda sajd speċifiku m'hu permess taħt din il-kwota. |

Franza | 131 | 64 |

L-Irlanda | 39 | 19 |

Ir-Renju Unit | 1 | 1 |

Oħrajn (1) | 1 | 1 |

KE | 174 | 86 |

Speċi: | Orange roughy | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' I, II, III, IV, V, VIII, IX, X, XII u XIV |

Hoplostethus atlanticus |

Is-sena | 2007 | 2008 |

Spanja | 4 | 2 |

Franza | 21 | 10 |

L-Irlanda | 5 | 3 |

Il-Portugall | 6 | 3 |

Ir-Renju Unit | 4 | 2 |

KE | 40 | 20 |

Speċi: | Linarda | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' II, IV u V |

Molva dypterygia |

Is-sena | 2007 | 2008 |

Id-Danimarka | 1 | 1 | (1) Esklussivament għal qabdiet sekondarji. L-ebda sajd speċifiku m'hu permess taħt din il-kwota. |

Il-Ġermanja | 1 | 1 |

Franza | 9 | 3 |

L-Irlanda | 1 | 1 |

Ir-Renju Unit | 5 | 2 |

Oħrajn (1) | 1 | 1 |

KE | 18 | 9 |

Speċi: | Linarda | Żona: | III (Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi) |

Molva dypterygia |

Is-sena | 2007 | 2008 |

Id-Danimarka | 4 | 4 |

Il-Ġermanja | 2 | 2 |

L-Iżvezja | 4 | 4 |

KE | 10 | 10 |

Speċi: | Linarda | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' VI u VII |

Molva dypterygia |

Is-sena | 2007 | 2008 |

Il-Ġermanja | 22 | 11 | (1) Esklussivament għal qabdiet sekondarji. L-ebda sajd speċifiku m'hu permess taħt din il-kwota. |

L-Estonja | 3 | 2 |

Spanja | 68 | 34 |

Franza | 1 552 | 765 |

L-Irlanda | 6 | 3 |

Il-Litwanja | 1 | 1 |

Il-Polonja | 1 | 0 |

Ir-Renju Unit | 395 | 195 |

Oħrajn (1) | 6 | 3 |

KE | 2 054 | 1 012 |

Speċi: | Bażuga | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' VI, VII u VIII |

Pagellus bogaraveo |

Is-sena | 2007 | 2008 |

Spanja | 176 | 176 | (1) Esklussivament għal qabdiet sekondarji. L-ebda sajd speċifiku m'hu permess taħt din il-kwota. |

Franza | 9 | 9 |

L-Irlanda | 6 | 6 |

Ir-Renju Unit | 22 | 22 |

Oħrajn(1) | 6 | 6 |

KE | 220 | 220 |

Speċi: | Bażuga | Żona: | IX (Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi) |

Pagellus bogaraveo |

Is-sena | 2007 | 2008 |

Spanja | 338 | 338 |

Il-Portugall | 92 | 92 |

KE | 430 | 430 |

Speċi: | Bażuga | Żona: | X (Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi) |

Pagellus bogaraveo |

Is-sena | 2007 | 2008 |

Spanja (1) | 10 | 10 | (1) Sa 10% tal-kwoti ta' l-2008 jistgħu jinqabdu f'Diċembru 2007 |

Il-Portugall (1) | 1116 | 1116 |

Ir-Renju Unit (1) | 10 | 10 |

KE (1) | 1136 | 1136 |

Speċi | Lipp tal-qawwi | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' I, II, III, u IV |

Phycis blennoides |

Is-sena | 2007 | 2008 |

Il-Ġermanja | 4 | 4 |

Franza | 4 | 4 |

Ir-Renju Unit | 7 | 7 |

KE | 15 | 15 |

Speċi | Lipp tal-qawwi | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' V, VI, u VII |

Phycis blennoides |

Is-sena | 2007 | 2008 |

Il-Ġermanja | 8 | 8 |

Spanja | 448 | 448 |

Franza | 271 | 271 |

L-Irlanda | 198 | 198 |

Ir-Renju Unit | 620 | 620 |

KE | 1 545 | 1 545 |

Speċi | Lipp tal-qawwi | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' VIII u IX |

Phycis blennoides |

Is-sena | 2007 | 2008 |

Spanja | 242 | 242 |

Franza | 15 | 15 |

Il-Portugall | 10 | 10 |

KE | 267 | 267 |

Speċi | Lipp tal-qawwi | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' X u XII |

Phycis blennoides |

Is-sena | 2007 | 2008 |

Franza | 6 | 6 |

Il-Portugall | 25 | 25 |

Ir-Renju Unit | 6 | 6 |

KE | 36 | 36 |

[pic][pic][pic][pic][pic][pic]

[1] ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

[2] ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.

[3] ĠU L 365, 31.12.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 448/2005 (ĠU L74, 19.3.2005, p.5)

[4] ĠU L 270, 13.11.1995, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p.1).

[5] ĠU L 276, 10.10.1983 p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1804/2005 (ĠU L 290, 4.11.2005, p. 10).

[6] ĠU L 132, 21.5.1987, p. 9.

[7] ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 768/2005 (ĠU L 128, 21.5.2005, p.1).

[8] ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2166/2005 (ĠU L 345, 28.12.2005, p. 5 )

[9] ĠU L 171, 6.7.1994, p. 7..

[10] ĠU L 351, 28.12.2002, p. 6. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2269/2004 (ĠU L 396, 31.12.2004, p. 1)

[11] ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1.

Top