This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006PC0501
Communication from the Commission to the European Parliament pursuant to the second subparagraph of Article 251(2) of the EC Treaty on the common position adopted by the Council with a view to adopting a Regulation of the European Parliament and of the Council setting up a European Institute for Gender Equality
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE li jikkonċerna Pożizzjoni komuni deċiża mill-Kunsill fir-rigward ta’ l-adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn l-Irġiel u n-Nisa
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE li jikkonċerna Pożizzjoni komuni deċiża mill-Kunsill fir-rigward ta’ l-adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn l-Irġiel u n-Nisa
/* KUMM/2006/0501 finali - COD 2005/0017 */
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE li jikkonċerna Pożizzjoni komuni deċiża mill-Kunsill fir-rigward ta’ l-adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn l-Irġiel u n-Nisa /* KUMM/2006/0501 finali - COD 2005/0017 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 21.9.2006 KUMM(2006) 501 finali 2005/0017 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE li jikkonċerna Pożizzjoni komuni deċiża mill-Kunsill fir-rigward ta’ l-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn l-Irġiel u n-Nisa 2005/0017 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEWskond it-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KEli jikkonċerna Pożizzjoni komuni deċiża mill-Kunsill fir-rigward ta’ l-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn l-Irġiel u n-Nisa (Test b’relevanza għall–EEA) 1. SFOND Data ta’ komunikazzjoni tal-Proposta lill-PE u lill-Kunsill: COM (2005) 81 finali - 2005/0017 (COD): | 8.3.2005 | Data ta’ l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | 27.9.2005 | Data ta’ adozzjoni tal-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari: | 14.3.2006 | Data ta’ komunikazzjoni tal-Proposta emendata lill-PE u lill-Kunsill: | 8.5.2006 | Data ta’ ftehim politiku fil-Kunsill dwar il-pożizzjoni komuni: | 1.6.2006 | Data ta’ l-adozzjoni formali tal-pożizzjoni komuni tal-Kunsill: | 21.9.2006 | 2. GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI L-ISTITUT PROPOST HUWA MAħSUB BħALA APPOġġ TEKNIKU KEMM GħALL-ISTATI MEMBRI KIF UKOLL GħALL-ISTITUZZJONIJIET KOMUNITARJI U NOTEVOLMENT IL-KUMMISSJONI, SABIEX JIżVILUPPA U JIżGURA MILL-AħJAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KOMUNITARJA TA’ L-UGWALJANZA BEJN L-IRġIEL U N-NISA FL-UNJONI EWROPEA. F’DAN IL-KUNTEST, SE JIżGURA L-ġABRA U L-ANALIżI TA’ FATTI OġġETTIVI, AFFIDABBLI U KOMPARABBLI FUQ LIVELL KOMUNITARJU, L-IżVILUPP TA’ GħODOD METODOLOġIċI XIERQA, NOTEVOLMENT GħALL-INTEGRAZZJONI TAL-PERSPETTIVA TA’ L-UGWALJANZA BEJN IS-SESSI FIL-POLITIKI KOMUNITARJI; SE JIFFAċILITA L-ISKAMBJU TAL-PRASSI TAJBA, ID-DJALOGU BEJN IL-PARTIJIET IKKONċERNATI U L-PROMOZZJONI TA’ L-GħARFIEN U SE JAGħTI VIżIBILITÀ AħJAR TA’ DIN IL-POLITIKA LIċ-ċITTADINI EWROPEJ. Il-proposta hija konformi mal-Komunikazzjoni ta’ l-2002 dwar l-ifformular ta’ l-aġenziji regolatorji u l-abbozz ta’ Ftehim Interistituzzjonali dwar dawn l-aġenziji (propost fi Frar 2005 u li attwalment qiegħed jiġi diskuss) notevolment f’dak li għandu x’jaqsam mal-punti li ġejjin: - il-Kunsill Amministrattiv limitat li huwa magħmul minn 6 rappreżentanti tal-Kunsill (u mhux iktar minn rappreżentant ta’ kull Stat Membru) u minn 6 rappreżentanti tal-Kummissjoni, kif ukoll minn 3 membri li jirrappreżentaw lil dawk li jħaddmu, impjegati, u NGOs fuq livell Ewropew mingħajr dritt għal vot; - il-parità tan-numru tar-rappreżentanti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: l-Istitut huwa maħsub bħala appoġġ tekniku għall-istituzzjonijiet Komunitarji, notevolment għall-Kummissjoni u l-Istati Membri, u r-rappreżentanza konġunta fil-Kunsill Amministrattiv timmira għal bilanċ ġust bejn il-kisba ta’ l-għanijiet Komunitarji u l-konsiderazzjoni ta’ l-interessi nazzjonali; - il-previżjoni ta’ Forum Konsultattiv fejn ikunu rappreżentati esperti mill-Istati Membri kollha (kif ukoll 3 membri rappreżentanti ta’ dawk li jħaddmu, ħaddiema, u NGOs fuq livell Ewropew), li l-ħidma tiegħu se tkun li jiffaċilita l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istitut u l-istituzzjonijiet u l-organi kompetenti fl-Istati Membri; - id-dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri ta’ għażla tad-Direttur u ta’ l-estensjoni ta’ kuntratt tiegħu. 3. KUMMENTI FUQ IL-POŻIZZJONI KOMUNI 3.1. Rimarki ġenerali Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill, adottata b’mod unanimu, hija, b’mod ġenerali, konformi mal-proposta inizjali tal-Kummissjoni kif ukoll mal-proposta emendata, ħlief għal punt importanti dwar il-kompożizzjoni tal-Kunsill Amministrattiv ta’ l-Istitut. Fil-fatt, il-Kunsill għamel titjib fit-test inizjali li ma jbiddilx is-sustanza tal-proposta tal-Kummissjoni. Huwa segwa wkoll, fil-parti l-kbira, il-proposta emendata tal-Kummissjoni u fil-pożizzjoni komuni kompla fuq il-maġġoranza ta’ l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew, hekk kif ġew aċċettati mill-Kummissjoni fil-proposta emendata tagħha. Il-Kunsill m’aċċettax ċerti emendi, irrifjutati wkoll mill-Kummissjoni, li jolqtu kwistjonijiet orizzontali għall-aġenziji Komunitarji kollha, sabiex jitħares approċċ koerenti. Fir-rigward tal-kwistjoni dwar il-kompożizzjoni tal-Kunsill Amministrattiv, il-Parlament Ewropew għażel kunsill amministrattiv, iktar limitat minn dak propost mill-Kummissjoni, magħmul minn 13-il membru (9 rappreżentanti tal-Kunsill, 1 tal-Kummissjoni u 3 rappreżentanti ta’ l-imsieħba soċjali u NGOs mingħajr dritt għal vot). Il-Kummissjoni aċċettat din il-proposta bil-kundizzjoni li, f’każijiet limitati ħafna fejn il-Kummissjoni hija marbuta bir-responsabbiltà, il-piż tal-vot tar-rappreżentant tagħha jkun imsaħħaħ sabiex jitħares il-bilanċ bejn iż-żewġ istituzzjonijiet. Il-Kummissjoni daħħlet ukoll fil-proposta emendata tagħha sistema ta’ rotazzjoni tal-membri tal-Kunsill Amministrattiv sabiex jiġi żgurat il-bilanċ ġeografiku bejn l-Istati Membri. Il-Kummissjoni jiddispjaċiha li l-Kunsill għażel favur Kunsill Amministrattiv kbir magħmul minn 31 membru li jinkludi rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru. Hija tikkunsidra li Kunsill limitat huwa aħjar biex tiġi żgurata aħjar l-effikaċja ta’ l-Istitut, fir-rigward tad-daqs tiegħu u l-baġit limitat tiegħu kif ukoll in-natura teknika tiegħu. Il-Kummissjoni żammet il-pożizzjoni tagħha u għamlet dikjarazzjoni fil-minuti tal-Kunsill ta’ l-1 ta’ Ġunju 2006. Il-Kummissjoni jiddispjaċiha wkoll li l-Kunsill irrifjuta l-proposta maħsuba biex tistabbilixxi livell minimu ta’ rappreżentanza skond is-sess (mill-inqas 40% ta’ irġiel u ta’ nisa) fil-Kunsill Amministrattiv, kif mitlub mill-Parlament Ewropew u mqajjem fil-proposta emendata tagħha (ara l-punt 3.2.2). 3.2. Kif ġew ikkunsidrati l-emendi tal-Parlament Ewropew Il-Parlament Ewropew adotta 50 emenda li għandhom l-iskop li: a) isaħħu ċ-ċarezza tat-test; b) isaħħu/jippreċiżaw il-ħidmiet ta’ l-Istitut kif ukoll il-metodi ta’ ħidma tiegħu; c) jolqtu l-kwistjonijiet orizzontali; d) idaħħlu dettalji li, għalkemm kostruttivi, m’għandhomx lok f’Regolament. Il-Kummissjoni aċċettat 40 minn dawn l-emendi, li minnhom 28 fl-integrità tagħhom u 12 wara modifika żgħira. Hija rrifjutat 10 li jirrigwardaw l-aħħar żewġ kategoriji (c u d). Il-Kunsill segwa l-Kummissjoni u aċċetta l-maġġoranza ta’ l-emendi, kemm fl-integrità tagħhom, kif ukoll dawk emendati mill-Kummissjoni jew immodifikati xi ftit minnu stess (35 emenda b’kollox). Il-Kunsill irrifjuta 15-il emenda (5 emendi iktar mill-għaxra li ma ġewx aċċettati mill-Kummissjoni). Fost il-5 emendi rrifjutati tidher l-emenda dwar il-kompożizzjoni tal-Kunsill Amministrattiv. Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ dan ir-rifjut. 3.2.1. L-emendi tal-PE ikkunsidrati fl-integrità tagħhom, parzjalment jew fl-ispirtu tagħhom fil-proposta emendata tal-Kummissjoni u fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill Il-Pożizzjoni Komuni tkompli fuq il-maġġoranza ta’ l-emendi aċċettati mill-Kummissjoni li jsaħħu ċ-ċarezza tat-test jew isaħħu/jippreċiżaw il-ħidmiet ta’ l-Istitut kif ukoll il-metodi ta’ ħidma tiegħu, bħalma huma( 2, 6, 9, 59/74, 18, 64/80, 65/81, 29, 35, 36, 38, 41, 42, 45, 53 u 55), jew emendati mill-Kummissjoni (3-parzjalment, 4, 5, 7, 8, 10, 59/74, 13, 15-parzjalment, 60/76-parzjalment , 61rev/77-parzjalment, 17, 20, 24, 25, 28, 29, 62/78, 63/79, 40 u 48-parzjalment). 3.2.2. L-emendi tal-PE ikkunsidrati fl-integrità tagħhom, parzjalment jew fl-ispirtu tagħhom fil-proposta emendata tal-Kummissjoni iżda mhux fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill Dawn huma l-emendi li ġejjin: L-emenda nru 66/82 (kompożizzjoni tal-Kunsill Amministrattiv): din l-emenda għall-Artikolu 10, il-paragrafu 1, tispeċifika Kunsill Amministrattiv limitat għal 13-il membru (9 tal-Kunsill – magħżula fuq il-bażi ta’ lista proposta mill-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, wieħed biss tal-Kummissjoni, kif ukoll 3 rappreżentanti ta’ l-imsieħba soċjali u NGOs mingħajr dritt għal vot) [1] . Din il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew hija konformi mar-Riżoluzzjoni tiegħu ta’ l-1 ta’ Diċembru 2005 dwar l-abbozz ta’ Ftehim Interistituzzjonali dwar il-qafas operazzjonali ta’ aġenziji regolatorji futuri. Il-Kummissjoni aċċettat din il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew bil-kundizzjoni li jitħares il-bilanċ bejn iż-żewġ istituzzjonijiet fil-każijiet fejn il-Kummissjoni hija marbuta bir-responsabbiltà (jiġifieri l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma u tal-baġit). Għal dan il-għan, il-Kummissjoni pproponiet li d-dispożizzjoni li ġejja tkun miżjuda ma’ l-Artikolu 10, il-paragrafu 7, (modalitajiet ta’ teħid ta’ deċiżjoni fi ħdan il-Kunsill Amministrattiv): “Fil-każ ta’ deċiżjonijiet li jirreferu għall-Artikolu 10, il-paragrafu 5, il-punti a) u d) il-piż tal-vot tar-rappreżentant tal-Kummissjoni jkun ugwali għall-piż tal-voti tal-membri kollha maħtura mill-Kunsill fl-intier tiegħu” . Hija pproponiet li l-emenda tkun akkumpanjata bil-premessa li ġejja: “Sabiex tiġi żgurata l-effikaċja ta’ l-Istitut u filwaqt li jkun ikkunsidrat id-daqs tiegħu u n-natura teknika tiegħu, dan se jitmexxa minn Kunsill Amministrattiv limitat magħmul minn 9 rappreżentanti tal-Kunsill u minn rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni, kif ukoll minn 3 rappreżentanti tal-partijiet interessati mingħajr dritt għal vot. Il-bilanċ bejn iż-żewġ istituzzjonijiet, il-Kunsill u l-Kummissjoni, irid jitħares fil-każijiet fejn il-Kummissjoni hija marbuta bir-responsabbiltà (notevolment waqt l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma u tal-baġit)”. Il-Kummissjoni, filwaqt li tikkunsidra t-talba ta’ l-Istati Membri li jistgħu jsegwu l-approċċ tal-Kummissjoni favur Kunsill Amministrattiv limitat jekk il-bilanċ ġeografiku huwa rrispettat u l-fatt li l-kompożizzjoni tal-Kunsill Amministrattiv propost mill-Parlament Ewropew tippermetti, permezz ta’ sistema ta’ rotazzjoni, lir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri kollha biex jokkupaw siġġu fil-Kunsill Amministrattiv għal perjodu ta’ tliet mandati (9 x 3 = 27), ipproponiet din is-sistema ta’ rotazzjoni, kif miżjuda fl-emenda 66/82 : “1. Il-Kunsill …. Il-lista stabbilita mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-proposti ta’ l-Istati Membri u li ssegwi sistema ta’ rotazzjoni skond l-ordni tal-presidenzi, hija kkomunikata ...”. U din id-dispożizzjoni kienet akkumpanjata bil-premessa meħtieġa: “Sabiex tiżgura l-bilanċ ġeografiku meħtieġ bejn l-Istati Membri, ir-rappreżentanti tal-Kunsill se jkunu maħtura għal kull mandat ta’ rotazzjoni skond l-ordni tal-presidenzi tal-Kunsill”. Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni pproponiet li tnaqqas il-mandat tal-membri tal-Kunsill Amministrattiv minn ħames għal tliet snin sabiex tippermetti li r-rotazzjoni ta’ l-Istati Membri ssir fi żmien raġonevoli. L-Artikolu 10, il-paragrafu 2, ir-raba’ subparagrafu, huwa emendat bħala riżultat ta’ dan hekk kif ġej: “Il-mandat huwa għal perjodu ta’ tliet snin li ma jiġġeddidx”. Il-Kunsill, minkejja s-sistema ta’ rotazzjoni proposta, irrifjuta din l-emenda u żamm il-formola adottata waqt l-approċċ ġenerali f’Ġunju 2005 billi segwa l-pożizzjoni orizzontali tiegħu dwar il-kunsilli amministrattivi ta’ l-aġenziji Komunitarji (kunsill amministrattiv kbir b’rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru, 3 rappreżentanti tal-Kummissjoni u 3 rappreżentanti ta’ l-imsieħba soċjali u NGOs mingħajr dritt għal vot, flimkien ma’ uffiċċju eżekuttiv ta’ 6 membri, minħabba d-daqs kbir tal-Kunsill Amministrattiv. L-emendi 67/83 u 68/84 dwar il-Forum Konsultattiv: l-emenda 67/83 ta’ l-Artikolu 12, il-paragrafu 1, tillimita l-parteċipanti għall-Forum għar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri biss bit-tneħħija tal-parteċipazzjoni tat-3 rappreżentanti ta’ l-NGOs u l-imsieħba soċjali fuq livell Ewropew, billi huma membri mingħajr dritt għal vot fil-Kunsill Amministrattiv. Il-Kummissjoni, konformi ma’ l-emenda 66/82 dwar il-kompożizzjoni limitata tal-Kunsill Amministrattiv, aċċettat li l-Forum Konsultattiv jitnaqqas għar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri biss u tikkunsidra li l-parteċipazzjoni tat-3 partijiet interessati fil-Kunsill Amministrattiv biss hija biżżejjed. L-emenda 68/84 ta’ l-Artikolu 12, il-paragrafu 4 żżid li l-Forum se jgħin lid-Direttur biex jipprepara l-programmi ta’ attivitajiet annwali u f’perjodu medju ta’ l-Istitut. Fil-kuntest ta’ kunsill amministrattiv limitat fejn l-Istati Membri ma jkunux kollha rrappreżentati, huwa importanti li jissaħħaħ ir-rwol tal-Forum Konsultattiv li huwa magħmul minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri kollha. Il-Kunsill, li huwa favur ir-rappreżentanza ta’ l-Istati Membri kollha fil-Kunsill Amministrattiv, neħħa l-Forum Konsultattiv billi żied fost il-ħidmiet ta’ l-Istitut laqgħa annwali ta’ esperti ta’ l-Istati Membri fil-qasam ta’ l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, ara l-Artikolu 3.1 (e). L-emenda 39 : din l-emenda ta’ l-Artikolu 10, il-paragrafu 2, is-subparagrafu 2 tispeċifika li t-tliet istituzzjonijiet għandhom jaraw li n-nisa u l-irġiel ikunu rrappreżentati b’mod ugwali u li jaraw li kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel ma jkollhomx inqas minn 40% tas-siġġijiet fi ħdan il-Kunsill Amministrattiv. Il-Kummissjoni aċċettat din l-emenda, minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet meħuda fi ħdan il-Kunsill Amministrattiv jirriflettu l-bżonnijiet tas-soċjetà sħiħa. Il-Kunsill irrifjutaha, billi insista fuq id-diffikultà għall-Istati Membri biex jimplimentaw dan il-limitu minimu. Il-Kummissjoni ddispjaċiha b’dan ir-rifjut, kif hija stipulat fid-dikjarazzjoni tagħha annessa fil-minuti tal-Kunsill ta’ l-1 ta’ Ġunju 2006. L-emenda nru 26 : din l-emenda ta’ l-Artikolu 3, il-paragrafu 1, tintroduċi punt ġdid quater dwar id-djalogu li l-Istitut irid jiżviluppa fuq livell internazzjonali ma’ l-organizzazzjonijiet responsabbli għall-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa. Din il-kooperazzjoni hija diġà speċifikata fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1, iżda l-Parlament Ewropew xtaq jagħtiha iktar valur billi jintegraha wkoll fil-ħidmiet. Il-kooperazzjoni ma’ l-organizzazzjonijiet fuq livell internazzjonali hija importanti iżda m’għandhiex tkun żbilanċjata minħabba d-daqs u l-baġit ta’ l-Istitut fl-ewwel fażi tal-bidu tiegħu. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni aċċettatha wara tibdil biex tiffaċilita l-ħidma u tagħmilha konformi ma’ l-aġenziji l-oħra: bħala riżultat ta’ dan, it-test jinbidel bil-forma li ġejja ispirata mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq ix-Xogħol: “tiġbor u tagħmel disponibbli informazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ ugwaljanza tas-sessi minn u għal pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali ( collect and make available information on gender equality issues from and to third countries and international organisations )”. Il-Kunsill ma żammx din l-emenda, l-anqas kif kienet mibdula mill-Kummissjoni, billi kkunsidra li l-Artikoli 4(3) u 8 jkopru biżżejjed dan l-aspett. Barra minn hekk, xi elementi ta’ l-emendi li ġejjin ġew irrifjutati mill-Kunsill: L-emendi 3 u 60/76 (dwar il-ħidmiet ta’ l-Istitut): l-emenda 3 tal-premessa 10 hija magħmula minn żewġ żidiet li jsaħħu ċ-ċarezza tat-test kif ukoll bit-tibdil tal-kelma “ġabra” għall-kelma “dokumentazzjoni” ta’ informazzjoni u ta’ fatti, sabiex ikun ċar li l-Istitut se jenfasizza fuq l-analiżi ta’ l-informazzjoni u l-fatti miġbura minn istituti u ċentri ta’ riċerka oħrajn fuq il-livell ta’ l-Istati Membri u ta’ l-EUROSTAT, li se jagħtih valur miżjud evidenti; fl-istess linja, l-emenda 60/76 ta’ l-Artikolu 3, il-paragrafu 1, il-punt a) tneħħi l-kliem “ġabra, reġistru”, sabiex tenfasizza notevolment l-analiżi u mhux il-ġabra. Dawn l-emendi ġew aċċettati mill-Kummissjoni, minħabba li biex tkun analizzata l-informazzjoni, din l-ewwel trid tinġabar, anke jekk il-kelma “ġabra” titneħħa sabiex issir enfasi fuq l-analiżi; barra minn hekk id-dokumentazzjoni hija msemmija b’mod espliċitu fil-premessa 10 permezz ta’ l-emenda 3. Il-Kunsill ma segwiex il-Kummissjoni u rrifjuta t-tneħħija tal-kelma “ġabra” fil-premessa 10 u fl-Artikolu 3 billi enfasizza li l-ġabra ta’ fatti hija pass importanti li diġà jinsab fil-ħidmiet ta’ aġenziji simili oħrajn. L-emenda 15 : din l-emenda ta’ l-Artikolu 3, il-paragrafu 1, il-punt b) timmira li ssaħħaħ il-kooperazzjoni ma’ l-EUROSTAT u d-dipartimenti nazzjonali ta’ l-istatistika. Il-Kunsill irrifjuta l-parti dwar il-kooperazzjoni ta’ l-Istitut mad-dipartimenti nazzjonali ta’ l-istatistika, billi jippreferi li dawn il-kuntatti jsiru biss permezz ta’ l-EUROSTAT. L-emenda 48 : Din l-emenda ta’ l-Artikolu 11, il-paragrafu 4 tispeċifika li d-Direttur jista’ jissejjaħ f’kull ħin mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew biex ikun mismugħ dwar kull kwistjoni marbuta ma’ l-attivitajiet ta’ l-Istitut. Il-Kunsill irrifjuta l-parti li tirreferi għall-Kunsill, bl-argument li jekk l-Istati Membri kollha huma rrappreżentati fil-Kunsill Amministrattiv, ma tkunx meħtieġa l-informazzjoni tal-Kunsill. L-emenda 61rev/77 : din l-emenda ta’ l-Artikolu 3, il-paragrafu 1, il-punt c) tispeċifika tliet żidiet: it-tixrid u l-promozzjoni ta’ l-użu ta’ l-għodod metodoloġiċi; li l-għodod metodoloġiċi jkunu ta’ appoġġ mhux biss għall-politiki Komunitarji iżda wkoll għall-politiki nazzjonali li jirriżultaw minnhom kif ukoll s-sostenn ta’ l-integrazzjoni tad-dimensjoni ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-istituzzjonijiet u l-organi Komunitarji kollha. Il-Kunsill irrifjuta l-promozzjoni ta’ l-użu ta’ l-għodod metodoloġiċi, billi jaħseb li dawn ġejjin minn organizzazzjonijiet politiċi. 3.3. Dispożizzjonijiet ġodda introdotti mill-Kunsill u li jikkorrispondu għall-pożizzjonijiet tal-Kummissjoni Il-Kunsill laqa’ b’mod favorevoli ħafna l-proposta tal-Kummissjoni, ħlief għall-kwistjoni tal-kompożizzjoni tal-Kunsill Amministrattiv u l-kwistjoni konnessa mal-Forum Konsultattiv. Għall-kumplament, huwa daħħal xi tibdil żgħir bl-iskop li tittejjeb iċ-ċarezza tat-test, notevolment fl-Artikolu 2 (dwar l-għanijiet), fl-Artikolu 5 (definizzjoni ta’ l-indipendenza ta’ l-Istitut), eċċ. 3.4. Problemi li nqalgħu mill-adozzjoni tal-Pożizzjoni Komuni Mil-laqgħa tiegħu ta’ l-1 ta’ Ġunju 2006, il-Kunsill wasal għal ftehim politiku li jimmira għal Pożizzjoni Komuni bl-unanimità, inkluża l-kwistjoni tal-kompożizzjoni tal-Kunsill Amministrattiv. Il-Kummissjoni żammet il-pożizzjoni tagħha li reġgħet tqajmet fil-proposta emendata tagħha u jiddispjaċiha bir-rifjut tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni u tal-Parlament Ewropew favur kunsill amministrattiv limitat. Il-Kummissjoni ddispjaċiha wkoll bir-rifjut tal-Kunsill tal-limitu minimu meħtieġ għal rappreżentanza skond is-sessi fil-Kunsill Amministrattiv (40%). Il-Kummissjoni għamlet dikjarazzjoni dwar dawn iż-żewġ punti mqajma fil-minuti tal-Kunsill (ara l-Anness). 4. KONKLUŻJONI Bażikament, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill,, hija konformi mal-proposta tagħha u li hija tikkunsidra l-emendi proposti mill-PE fl-ewwel qari kif ukoll il-proposta emendata tal-Kummissjoni. Madankollu, il-Kummissjonijiddispjaċiha li l-Kunsill qatagħha b’mod unanimu favur Kunsill Amministrattiv, magħmul minn ta’ l-anqas 31 membruu akkumpanjat minn Uffiċċju eżekuttiv ta’ 6 membri. Dawn l-istrutturi tqal m’humiex ġustifikati għal aġenzija li se tiddisponi minn staff ta’ 15-il persuna fl-2007(30 fl-2013) u baġit annwali ta’ madwar 7.5 miljun euro. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Forum Konsultattiv, imneħħi mill-Kunsill, jippermetti lil kull Stat Membru li jikkontribwixxi għall-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma u biex l-Istitut u l-Istati Membri jkunu iktar konxji tal-ħtiġijiet tiegħu stess. Il-Kummissjoni jiddispjaċiha wkoll bir-rifjut tal-Kunsill tal-limitu minimu meħtieġ għal rappreżentanza skond is-sessi fil-Kunsill Amministrattiv (40%). Dawn il-punti varji ġew inklużi fi Stqarrija tal-Kummissjoni dwar ir-rapport tal-Kunsill ta’ l-1 ta’ Ġunju 2006. ANNESS Il-Kunsill għall-Impjiegi, il-Politika Soċjali, is-Saħħa u l-Affarijiet tal-Konsumatur it-2 ta’ Ġunju 2006 Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza tas-Sessi Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Il-Kummissjoni jiddispjaċiha li l-Kunsill għamel għażla għal Kunsill Amministrattiv kbir magħmul minn rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru, tliet rappreżentanti mill-Kummissjoni, u tliet membri mingħajr dritt għal vot. Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-Kunsill u hija favur Kunsill Amministrattiv ta’ daqs limitat. Il-Kummissjoni tfakkar li, f’konformità mar-Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Marzu 2006 dwar il-proposta li tistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u b’mod partikolari l-emenda 66/82 dwar il-kompożizzjoni tal-Kunsill Amministrattiv, il-Proposta emendata tagħha [COM(2006)209] għamlet provvediment għal Kunsill Amministrattiv magħmul minn tlettax-il membru: disa’ membri maħtura mill-Kunsill kif ukoll rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni u tliet membri mingħajr dritt għal vot li jkunu maħtura mill-Kummissjoni biex jirrappreżentaw il-gruppi tal-partijiet interessati relevanti. Il-Kummissjoni tikkunsidra, f’konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-1 ta’ Diċembru 2005 dwar l-abbozz tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar Qafas għall-Aġenziji Regolatorji Ewropej, li Kunsill Amministrattiv ta’ daqs limitat jiżgura ħidma aħjar ta’ l-Istitut għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, filwaqt li jkunu kkunsidrati l-missjoni u d-daqs tiegħu. Il-Kummissjoni jiddispjaċiha wkoll li l-Kunsill m’aċċettax il-proposta li t-tliet istituzzjonijiet iridu jiżguraw li la n-nisa u lanqas l-irġiel ma jkunu inqas minn 40% tal-membri tal-Kunsill Amministrattiv. [1] Din l-għażla hija ispirata mill-Aġenzija ta’ Sigurtà fl-Ikel, maħluqa fl-2002, li għandha Kunsill Amministrattiv limitat magħmul minn 18-il membru (14-il rappreżentant tal-Kunsill, 1 biss tal-Kummissjoni u 3 rappreżentanti tal-partijiet interessati mingħajr dritt għal vot).