This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006PC0439
Proposal for a Council Regulation amending Regulation (EC) No 1470/2001 imposing a definitive anti-dumping duty on imports of integrated electronic compact fluorescent lamps (CFL-i) originating in the People's Republic of China
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1470/2001 li jimponi dazju definittiv ta' l-anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ bozoz elettroniċi florexxenti, kumpatti u integrati (CFL-i) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1470/2001 li jimponi dazju definittiv ta' l-anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ bozoz elettroniċi florexxenti, kumpatti u integrati (CFL-i) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
/* KUMM/2006/0439 finali */
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1470/2001 li jimponi dazju definittiv ta' l-anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ bozoz elettroniċi florexxenti, kumpatti u integrati (CFL-i) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina /* KUMM/2006/0439 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 04.08.2006 KUMM(2006) 439 finali Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1470/2001 li jimponi dazju definittiv ta' l-anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ bozoz elettroniċi florexxenti, kumpatti u integrati (CFL-i) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (PREżENTATA MILL-KUMMISSJONI) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA | Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, kif l-aħħar emendata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 tat-21 ta’ Diċembru 2005 (“ir-Regolament bażiku”) fil-proċediment li jikkonċerna l-importazzjoni ta’ bozoz elettroniċi florexxenti, kumpatti u integrati ('CFL-i') li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, wara reviżjoni ta’ l-iskadenza skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96. | Il-kuntest ġenerali Din il-proposta qiegħda ssir fil-kuntest ta’ l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hija r-riżultat ta’ investigazzjoni li twettqet skond ir-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku. | Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ma hemm l-ebda dispożizzjoni eżistenti fil-qasam tal-proposta | Il-konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra ta’ l-Unjoni Mhux applikabbli. | IL-KONSULTAZZJONI MA’ PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT | Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati | Partijiet interessati kkonċernati fil-proċediment diġà kellhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-investigazzjoni, skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. | Il-ġbir u l-użu ta’ għarfien espert | Ma kien hemm l-ebda ħtieġa ta’ għarfien espert estern. | Il-valutazzjoni ta’ l-impatt Din il-proposta hija r-riżultat ta’ l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix valutazzjoni ġenerali ta’ l-impatt, iżda fih lista komprensiva ta’ kundizzjonijiet li jridu jkunu vvalutati. | L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA | Sommarju ta’ l-azzjoni proposta F'Lulju 2001, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1470/2001, il-Kunsill impona dazji definittivi ta' antidumping ta' minn 0% sa 66.1% fuq l-importazzjoni ta' bozoz elettroniċi florexxenti, kumpatti u integrati (CFL-i) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. F'Marzu 2004, importatur Ġermaniż ippreżenta talba biex tiġi riveduta l-frixa ta' prodotti koperti mill-miżuri fis-seħħ, filwaqt li allega li s-CFL-i li jaħdmu bil-vultaġġ tal-kurrent dirett (‘DC-CFL-i’) kellhom karatteristiċi tekniċi u fiżiċi bażiċi differenti, kif ukoll użi u applikazzjonijiet differenti minn dawk tas-CFL-i li jaħdmu bil-vultaġġ tal-kurrent alternanti (‘AC-CFL-i’). L-applikant allega wkoll li biss l-AC-CFL-i għandhom ikunu soġġetti għad-dazji ta' l-antidumping li huma fis-seħħ, u li d-DC-CFL-i għandhom espliċitament jiġu esklużi mill-ambitu tad-dazju ta' l-antidumping, u li d-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat fir-Regolament oriġinali tiġi emendata skond dan. L-applikant talab ukoll li kwalunkwe esklużjoni tad-DC-CFL-i mill-firxa ta' prodotti koperti għandu jkollha effett retroattiv. L-investigazzjoni wriet li d-DC-CFL-i u l-AC-CFL-i la għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi u fiżiċi bażiċi, u lanqas ma għandhom l-istess użi aħħarin bażiċi. Mhumiex interkambjabbli u ma jikkompetux kontra xulxin fis-suq Komunitarju. Għaldaqstant, qed jiġi ssuġġerit li l-Kunsill jadotta l-proposta għal Regolament annessa, sabiex jiċċara d-definizzjoni tal-prodotti fir-Regolament li jimponi miżuri definittivi ta' l-antidumping billi jispeċifika li d-DC CFL-i mhumiex soġġetti għall-miżuri. | Il-bażi ġuridika Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005. | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għalhekk ma japplikax. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: | Il-forma ta’ azzjoni hija deskritta fir-Regolament bażiku hawn fuq imsemmi u ma tħalli l-ebda ambitu għal deċiżjoni nazzjonali. | Mhijiex applikabbli l-indikazzjoni ta’ kif il-piż amministrattiv u finanzjarju li jaqa’ fuq il-Komunità, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini hu mminimizzat u pproporzjonat skond l-għan tal-proposta. | L-għażla ta’ strumenti | Strumenti proposti: Regolament. | Mezzi oħrajn ma jkunux adegwati għar-raġuni li ġejja: Mezzi oħra ma jkunux adegwati għax ir-Regolament bażiku ma jipprevedix għażliet alternattivi. | L-IMPLIKAZZJONIJIET FUQ IL-BAġIT | Ċerti tipi ta' bozoz li fuqhom fl-importazzjoni tħallsu dazji ta' l-antidumping ma kellhomx ikunu soġġetti għad-dazji. | 1. Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1470/2001 li jimponi dazju definittiv ta' l- anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ bozoz elettroniċi florexxenti, kumpatti u integrati (CFL-i) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[1] ('ir-Regolament bażiku'), u b’ mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, Billi: 1. IL-PROĊEDURA 1.1 Il-miżuri eżistenti (1) Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1470/2001[2], il-Kunsill impona dazji definittivi ta' antidumping ta' minn 0% sa 66.1% fuq l-importazzjoni ta' bozoz elettroniċi florexxenti, kumpatti u integrati (CFL-i) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ('l-investigazzjoni oriġinali'). (2) Permezz tar-Regolament (KE) Nru 86/2005[3], wara investigazzjoni skond l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, il-Kunsill estenda l-miżuri definittivi ta' l- antidumping imposti mir-Regolament oriġinali għall-importazzjonijiet ta' l-istess prodott ikkunsinjati mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u r-Repubblika tal-Filippini. 1.2 Talba għal reviżjoni ad interim (3) Fit-3 ta' Awissu 2004, il-Kummissjoni rċeviet, skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ir-'Regolament bażiku')[4], applikazzjoni li tillimita ruħha għat-talba li tiġi eżaminata l-firxa tal-prodotti koperti. L-applikazzjoni tressqet minn Steca Batterieladesysteme und Präzisionselektronik GmbH, importatur tas-CFL-i magħmula fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ('l-applikant'). L-applikant importa CFL-i li jaħdmu bil-vultaġġ tal-kurrent dirett (‘DC-CFL-i’). L-applikant allega li dawn ta' l-aħħar kellhom karatteristiċi fiżiċi u tekniċi tal-bażi differenti, kif ukoll użi u applikazzjonijiet aħħarija differenti minn dawk tas-CFL-i li jaħdmu bil-vultaġġ tal-kurrent alternanti (‘AC-CFL-i’). L-applikant allega wkoll li kienu biss l-AC-CFL-i li kellhom ikunu koperti mid-dazji ta' l- antidumping fis-seħħ, minħabba li huma biss kienu fil-mira ta' l-investigazzjoni oriġinali. B'konsegwenza ta' dan, l-applikant asserixxa li d-DC-CFL-i kellhom espliċitament jiġu esklużi mill-ambitu tad-dazju ta' l- antidumping u li d-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat fir-Regolament oriġinali kellha tiġi emendata skond dan. L-applikant talab ukoll li kwalunkwe esklużjoni tad-DC-CFL-i mill-firxa ta' prodotti koperti kellu jkollha effett retroattiv. 1.3 L-inizjazzjoni (4) Meta l-Kummissjoni, wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv, iddeterminat li kien hemm biżżejjed evidenza prima facie , ħabbret permezz ta' avviż ('l-avviż ta' inizjazzjoni') ippubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea[5] il-ftuħ ta' reviżjoni parzjali ad interim skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, illimitata biss għall-eżami ta' l-ambitu tal-firxa tal-prodotti. 1.4 L-investigazzjoni (5) Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat bl-inizjazzjoni ta' l-investigazzjoni lir-Republika tal-Poplu taċ-Ċina, ('RPĊ'), il-produtturi/esportaturi fir-RPĊ, l-importaturi fil-Komunità li kien magħruf li huma kkonċernati, il-produtturi fil-Komunità u l-assoċjazzjonijiet ta' produtturi fil-Komunità. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħtu l-osservazzjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-avviż ta' inizjazzjoni. (6) Il-Kummissjoni talbet mingħand il-partijiet kollha li kien magħruf li kienu kkonċernati, kif ukoll mill-kumpaniji l-oħra kollha li identifikaw irwieħhom fl-iskadenzi ta' żmien stabbiliti fl-avviż ta' inizjazzjoni, tagħrif bażiku dwar il-fatturat totali, il-valur u l-volum tal-bejgħ fil-Komunità Ewropea, il-kapaċita ta' produzzjoni, il-produzzjoni effettiva, il-valur u l-volum ta' l-importazzjonijiet totali tas-CFL-i u tad-DC-CFL-i weħidhom. Il-Kummissjoni fittxet li tiġbor u li tivverifika l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għall-finijiet ta' evalwazzjoni dwar jekk kienx hemm ħtieġa li l-ambitu tal-miżuri eżistenti jiġi emendat. (7) Ħames produtturi.esporaturi mir-RPĊ, produttur wieħed fil-Komunità, produttur relatat ma' produttur/esportatur fir-RPĊ u 11-il importatur mhux relatat fil-Komunità kkooperaw fl-investigazzjoni preżenti, u ssottomettew l-informazzjoni bażika msemmija fil-premessa (6) hawn fuq. 1.5 Il-perjodu ta’ investigazzjoni (8) Il-perjodu ta’ investigazzjoni kopra l-perjodu mill-1 ta’ Novembru 2003 sal-31 ta’ Ottubru 2004 (‘il-PI’). 1.6 L-iżvelar (9) Il-partijiet interessati kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom intlaħqu l-konklużjonijiet preżenti. Skond l-Artikolu 20(5) tar-Regolament bażiku, il-partijiet ingħataw perjodu li matulu setgħu jressqu rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar. (10) Il-kummenti orali u miktuba sottomessi min-naħa tal-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u, fejn dan kien f'loku, il-konklużjonjiet ġew immodifikati skond dan. 2. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT (11) Il-prodott ikkonċernat huwa, kif definit fl-Artikolu 1 tar-Regolament oriġinali, is-CFL-i, attwalment klassifikabbli fil-kodiċi tan-NM ex 8539 31 90. CFL-i hija bozza elettronika kompatta florexxenti b'tubu wieħed jew aktar tal-ħġieġ, bl-elementi kollha għall-ġenerazzjoi tad-dawl u l-komponenti elettroniċi kollha fissi fil-bażi tal-bozza jew integrati magħha. Kif intqal fil-premessa (11) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 255/2001 tas-7 ta' Frar 2001 li jimponi dazju proviżorju ta l- antidumping fuq importazzjonijiet ta' CFL-i li joriġinaw fir-RPĊ[6] ('ir-Regolament proviżorju'), u li ġie kkonfermat mill-konklużjonijiet definittivi tar-Regolament oriġinali, il-prodott ikkonċernat huwa maħsub biex jieħu post il-bozoz inkandexxenti normali , u jaqblu ma' l-istess sokit tal-bozoz bħal dawk inkandexxenti. (12) Filwaqt li, matul l-investigazzjoni oriġinali, ġew identifikati tipi differenti ta' prodotti, skond, fost l-oħrajn, it-tul tal-ħajja, il-qawwa f'watts u l-għata tal-bozza, il-vultaġġ differenti tad-dħul ma ġiex investigat, u lanqas ma tqajjem minn kwalunkwe parti interessata matul l-investigazzjoni oriġinali. 3. IR-RIŻULTATI TA’ L-INVESTIGAZZJONI 3.1 Il-metodoloġija (13) Sabiex jiġi deċiż jekk id-DC-CFL-i u l-AC-CFL-i għandhomx jitqiesu bħala prodott wieħed jew inkella bħala żewġ prodotti separati, saret investgazzjoni dwar jekk id-DC-CFL-i u l-AC-CFL-i kenux jaqsmu l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi tal-bażi u użi aħħarija. F'dan ir-rigward, ġew eżaminati wkoll l-interkambjabbiltà u l-kompetizzjoni bejn id-DC-CFL-i u l-AC-CFL-i fil-Komunità. 3.2 Il-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi tal-bażi (14) Is-CFL-i kollha huma magħmula minn żewġ elementi ewlenin: tubu wieħed (jew aktar) ta' l-iskariku mimli(ja) bil-gass u tagħmir elettroniku li jistabbilizza l-kurrent (reattur). Essenzjalment, ir-reattur elettroniku jiskarika l-elettroni għal ġot-tubu tal-gass. L-elettroni jattivaw il-gass, li jarmi l-enerġija fil-forma ta' dawl. (15) Madankollu, il-vultaġġ tad-dħul għad-DC-CFL-i u l-AC-CFL-i mhuwiex l-istess; jiġifieri, għall AC-CFL-i huwa alternanti, filwaqt li għad-DC-CFL-i huwa dirett. Konsegwentement, l-elementi elettroniċi li jintużaw fid-DC-CFL-i jeħtiġilhom ikollhom komponenti differenti minn dawk li jintużaw fl-AC-CFL-i, minħabba li jeħtiġilhom jaqdu funzjonijiet addizzjonali, jiġifieri li l-vultaġġ dirett jibdluh f'vultaġġ alternanti biex jiżguraw li jkun jista' jiġi prodott id-dawl. (16) L-industrija tal-Komunità argumentat li, fl-investigazzjoni oriġinali, il-prodott magħmul fil-pajjiż analogu (il-Messiku) tqies li kien prodott simili, anki jekk is-CFL-i prodotti f'dan il-pajjiż kienu maħsuba għal vultaġġi aktar baxxi. Għaldaqstant, l-AC-CFL-i li jintużaw fis-sistemi ta' vultaġġ baxx għandhom ukoll jitqiesu li huma l-istess prodott bħad-DC-CFL-i. Madankollu, għandha tittieħed nota li, minkejja li s-sistema tal-vultaġġ fil-Messiku kienet differenti minn dik fil-Komunità, is-CFL-i magħmula fil-Messiku u dawk magħmula fil-Komunità t-tnejn li huma kienu qed jaħdmu fuq il-kurrent alternanti. It-tnejn kellhom preċiżament l-istess funzjonijiet, jiġifieri li jissostitwixxu l-bozoz inkandexxenti normali fis-swieq rispettivi tagħhom. (17) Fir-reviżjoni preżenti, id-differenza bejn iż-żewġ tipi ta' bozoz mhijiex biss il-vultaġġ bħal fil-każ tal-bozoz Messikani msemmija hawn fuq, imma wkoll l-istruttura tal-provvista ta' l-enerġija użata mid-DC-CFL-i u l-AC-CFL-i, li tirrikjedi l-użu ta' komponenti differenti, u għalhekk tikkonferixxi fuq kull tip karatteristiċi tekniċi differenti. 3.3 L-użi aħħarija bażiċi u l-interkambjabbiltà (18) Kif issemma hawn fuq fil-premessa (11), il-prodott ikkonċernat mill-investigazzjoni oriġinali huwa maħsub biex jieħu post il-bozoz inkandexxenti normali . (19) Abbażi ta' l-informazzjoni mressqa mill-industrija tal-Komunità u l-produtturi Ċiniżi li jesportaw, il-konsum totali tas-suq Komunitarju għad-DC-CFL-i jirrappreżenta anqas minn 2% tal-konsum totali ta' CFL-i. Il-konsegwenza hija li l-AC-CFL-i huwa t-tip tas-CFL-i li l-aktar jiġi importat u użat fis-suq Komunitarju, jiġifieri l-AC-CFL-i huma kważi 100% ta' l-importazzjoni u l-bejgħ totali fil-Komunità. (20) Fid-dawl ta' dan, l-AC-CFL-i huma maħsuba biex jieħdu post il-bozoz inkandexxenti li jintużaw l-aktar, u jaqblu ma’ l-istess sokits tal-bozoz bħal dawk inkandexxenti. Ġaladarba d-DC-CFL-i ma jużawx l-istess kurrent tad-dħul, ma jipproduċux id-dawl jekk jitqiegħdu f'sokit għall-bozoz inkandexxenti normali. Fil-każ oppost, jekk l-AC-CFL-i jitqiegħdu f'sokit tal-kurrent dirett, lanqas huma ma jipproduċu d-dawl. Konsegwentement, sabiex jiġi prodott id-dawl bid-DC-CFL-i, jeħtieġ li jkun hemm il-provvista ta' kurrent dirett, u sabiex jiġi prodott id-dawl bl-AC-CFL-i, jeħtieġ li jkun hemm il-provvista ta' kurrent alternanti. (21) Barra minn hekk, l-AC-CFL-i jintużaw fl-applikazzjonijiet elenkati fil-premessa (110) tar-Regolament proviżorju, jiġifieri mid-djar privati, l-industrija u għadd kbir ta' stabbilimenti kummerċjali bħalma huma l-ħwienet u r-ristoranti, filwaqt li d-DC-CFL-i ma jintużawx f'dawn l-applikazzjonijiet, ħlief b'eċċezzjonijiet rari. L-utenti ta' l-AC-CFL-i fil-parti l-kbira tagħhom huma konnessi max-xibka pubblika ta' l-elettriku, filwaqt li d-DC-CFL-i jintużaw f'żoni fejn ma hemmx konnessjoni max-xibka pubblika ta' l-elettriku, u li għalhekk iserrħu fuq sorsi oħra ta' l-elettriku (il-batteriji, is-sistemi solari, il-fotovoltajċi). Jintużaw f'żoni iżolati jew rurali għal finijiet minerarji, biex idawlu l-postijiet tal-kenn, fl-ikkampjar, fuq il-bastimenti, eċċ. Fuq din il-bażi, intqies li dDC-CFL-i ma jistgħux jieħdu post il-bozoz inkandexxenti normali, u għalhekk l-AC-CFL-i u d-DC-CFL-i mhumiex interkambjabbli. (22) Għaldaqstant, qed jiġi konkluż li, fis-sens tar-Regolament oriġinali, il-bozoz inkandexxenti normali qed jitqiesu li huma bozoz li jintużaw bil-provvista tal-kurrent alternanti. (23) L-industrija Komunitarja argumentat li, minkejja dan ta' hawn fuq, l-AC-CFL-i u d-DC-CFL-i għandhom l-istess użi aħħarija bażiċi, jiġifieri li jipproduċu d-dawl. Għaldaqstant kellhom jiġu kkunsidrati bħala l-istess prodott. F'dan ir-rigward, l-industrija Komunitarja qabblet l-AC-CFL-i u d-DC-CFL-i ma’ tipi differenti ta' karozzi, skond jekk ikollhomx magni tal-petrol jew tad-diżil. L-industrija Komunitarja argumentat li ż-żewġ tipi ta' karozzi jkollhom l-istess funzjonijiet, jiġifieri t-trasport motorizzat tal-persuni fit-toroq, u għaldaqstant jitqiesu li huma prodott wieħed. (24) Madankollu, minbarra l-fatt li d-determinazzjoni ta' jekk il-karozzi bil-magni tal-petrol u dawk bil-magni tad-diżil jiffurmawx jew le prodott wieħed mhijiex soġġetta għar-reviżjoni preżenti ad interim , it-tqabbil ta' hawn fuq ma tqiesx li kien f'loku, minħabba li ffoka fuq parametru żbaljat (il-magna). Fil-każ preżenti, il-parametru rilevanti huwa jekk il-prodott għandux jew le l-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi meta jintuża f'sokit għall-bozoz inkandexxenti normali. (25) Xi partijiet asserixxew li għadd limitat ħafna ta' mudelli speċifiċi ta' l-AC-CFL-i setgħu jaħdmu sew bil-kurrent alternanti kif ukoll b'dak dirett. Dawn il-bozoz instab li kellhom l-istess użu aħħarija bħall-AC-CFL-i li jaħdmu biss bil-kurrent alternanti. Għaldaqstant jitqiesu bħala bozoz li jintużaw bil-provvista tal-kurrent alternanti. (26) Minn dan ta' hawn fuq, jirriżulta li l-AC-CFL-i u d-DC-CFL-i mhumiex interkambjabbli, u għalhekk ma għandhomx l-istess użi aħħarija bażiċi. 3.4 Il-Kompetizzjoni bejn l-AC-CFL-i u d-DC-CFL-i (27) Kif intqal hawn fuq, l-AC-CFL-i u d-DC-CFL-i ma jintużawx fl-istess oqsma ta' applikazzjoni u għalhekk mhumiex interkambjabbli, imma jfornu swieq differenti. Barra mnn hekk, minħabba l-użi aħħarija speċifiċi tagħhom, id-DC-CFL-i jinxtraw biss minn ħwienet speċjalizzati jew inkella direttament mingħand il-produtturi. B'kuntrast ma' dan, l-AC-CFL-i jinxtraw fil-parti l-kbira tal-ħwienet tad-distribuzzjoni għall-konsum tal-massa. (28) Il-produttur waħdieni tal-KE li kkoopera asserixxa li, fiż-żoni fejn il-kurrent alternanti huwa disponibbli, il-konsumaturi jistgħu jagħżlu li jkollhom panewijiet fotovoltajċi u panewijiet solari li jfornu l-kurrent dirett. Għaldaqstant, intqal li jkun hemm kompetizzjoni bejn id-DC-CFL-i u l-AC-CFL-i. Qed jiġi nnutat li l-għażla bejn iż-żewġ sorsi tal-provvista ta' l-enerġija hija waħda li tmur lil hinn sew minn dik ta' l-użu waħdieni tas-CFL-i, minħabba li l-livell ta' investiment meħtieġ u l-fatt li din l-għażla taffettwa l-apparat kollu fid-dar li jaħdem bl-elettriku. Għalhekk huwa improbabbli għall-aħħar li l-investiment fil-panewijiet fotovoltajċi jkun ir-riżultat biss tal-kompetizzjoni bejn idDC-CFL-i u l-AC-CFL-i. Qed tittieħed nota wkoll tal-fatt li d-DC-CFL-i iqumu aktar mill-AC-CFL-i, u għalhekk jitqies li din l-asserzjoni mhijiex appoġġata mil-loġika ekonomika. Abbażi ta' dan, l-asserzjoni ma setgħetx tintlaqa'. (29) Ġaladarba d-DC-CFL-i u l-AC-CFL-i ma jistgħux jintużaw fuq l-istess tipi ta' xibka ta' provvista enerġetika, qed jiġi konkluż li mhemm l-ebda kompetizzjoni bejn dawk it-tipi. 3.5 Id-Distinzjoni bejn l-AC-CFL-i u d-DC-CFL-i (30) Sar ukoll l-argument li d-DC-CFL-i u l-AC-CFL-i ma setgħux jiġi distinti biċ-ċar minn xulxin. F'dan ir-rigward, qed jiġi nnutat li għalkemm sew id-DC-CFL-i u l-AC-CFL-i jaqgħu taħt l-istess kodiċi tan-NM ex 8539 31 90, distinzjoni tista' ssir faċilment. Tabilħaqq, il-kriterju li ġej jista' jiġi applikat biex issir id-distinzjoni bejn id-DC-CFL-i u l-AC-CFL-i: id-DC-CFL-i ma jipproduċux id-dawl meta jiddaħħlu f'sokit bil-vultaġġ tal-kurrent alternanti u jinxtegħlu. (31) Barra minn hekk, id-DC-CFL-i huma mmarkati ċar, jiġifieri fuq il-prodott hemm indikazzjoni ċara tal-vultaġġ baxx tad-dħul, sabiex il-konsumaturi ma jitħallewx jużaw bozoz bħal dawn f'sokits tal-kurrent alternanti u b'hekk jeqirduom. 4. IL-KONKLUŻJONI DWAR L-AMBITU TAL-PRODOTT (32) Il-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq juru li d-DC-CFL-i u l-AC-CFL-i la għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi u fiżiċi bażiċi, u lanqas ma għandhom l-istess użi aħħarin bażiċi. Mhumiex interkambjabbli u ma jikkompetux kontra xulxin fis-suq Komunitarju. Abbażi ta' dan, qed jiġi konkluż li d-DC-CFL-i u l-AC-CFL-i huma żewġ prodotti differenti, u d-dazju ta' l- antidumping fis-seħħ fuq il-prodotti tas-CFL-i li joriġinaw mir-RPĊ ma għandhomx jiġu applikati għall-importazzjonijiet tad-DC-CFL-i. Jirriżulta wkoll li d-DC-CFL-i ma kenux soġġetti għall-investigazzjoni oriġinali minkejja li dan ma ntqalx espliċitament fir-Regolament oriġinali. (33) Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, l-ambitu tal-miżuri eżistenti għandu jiġi ċċarat permezz ta' emenda lir-Regolament oriġinali. (34) Ġaladarba l-miżuri imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1470/2001 ġew estiżi għal importazzjonijiet ta' CFL-i ikkunsinjati mill-Vjetnam, il-Pakistan u/jew il-Filippini, sew jekk kenux jew le ddikjarati bħala ta' oriġini mill-Vjetnam, il-Pakistan jew il-Filippini mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2005, dan ir-Regolament għandu jiġi emendat skond dan. 5. IT-TALBA GĦALL-APPLIKAZZJONI RETROATTIVA (35) Fid-dawl tal-koklużjonjiet fil-premessi (32) u (33) hawn fuq li d-DC-CFL-i ma kenux parti mill-prodott ikkonċernat fl-investigazzjoni oriġinali li wasslet għall-impożizzjoni ta' miżuri ta' l- antidumping fuq importazzjonijiet ta' CFL-i mir-RPĊ, il-kjarifika ta' l-ambitu tal-prodott għandu jkollha effett retroattiv għad-data ta' l-impożizzjoni tad-dazji definittivi ta' l- antidumping eżistenti. (36) Konsegwentement, id-dazji definittivi ta' l- antidumping imħallsa skond ir-Regolament (KE) Nru 1470/2001 fuq imprtazzjonijiet fil-Komunità ta' CFL-i għandhom jiġu rifużi għal dawk it-tranżazzjonijiet ta' importazzjoni li kienu relatati mad-DC-CFL-i. Ir-rifużjoni jeħtieġ li tintalab mingħand l-awtoritajiet doganali nazzjonali skond il-leġiżlazzjoni doganali nazzjonali applikabbli, u mingħajr ħsara għar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet, u partikolarment l-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta' Mejju 2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1470/2001 huwa emendat kif ġej: “1. Dazju definittiv dwar l- antidumping huwa hawnhekk impost fuq l-importazzjoni ta’ bozoz elettroniċi kumpatti tar-rilaxx florexxenti li jaħdmu bil-kurrent alternanti (inklużi bozoz elettroniċi kumpatti tar-rilaxx florexxenti li jaħdmu sew bil-kurrent alternanti kif ukoll dak dirett), b’tubu jew aktar tal-ħġieġ, bl-elementi kollha tad-dawl u komponenti elettroniċi mwaħħla mas-sieq tal-lampa, jew integrati fis-sieq tal-lampa, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8539 31 90 (kodiċi TARIC 8539 31 90*91 sa l-10 ta' Settembru 2004 u l-kodiċi TARIC 8539 31 90*95 mill-11 ta' Settembru 2004 'l quddiem), u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina." L-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1470/2001 huwa emendat kif ġej: “1. L-ammonti miksuba permezz ta’ dazji proviżorji dwar l- antidumping skond ir-Regolament (KE) Nru 255/2001 fuq l-importazzjoni ta’ bozoz elettroniċi kumpatti tar-rilaxx florexxenti li jaħdmu bil-kurrent alternanti b’tubu jew aktar tal-ħġieġ, bl-elementi kollha tad-dawl u komponenti elettroniċi mwaħħla mas-sieq tal-lampa, jew integrati fis-sieq tal-lampa li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għandhom jinġabru bir-rata ta’ dazju kif imposta definittivament. L-ammonti miksuba permezz ta’ dazji proviżorji skond ir-Regolament (KE) Nru 255/2001 fuq importazzjoni manifatturata minn Zhejiang Sunlight Group Co. Ltd għandha tinġabar bir-rata ta’ dazju definittivament imposta fuq importazzjoni manifatturata minn Zhejiang Yankon Group Co. Ltd (kodiċi addizzjonali TARIC A241)." Artikolu 2 L-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2005 huwa emendat kif ġej: “1. Id-dazju definittiv ta' l- antidumping ta' 66.1% impost mir-Regolament (KE) Nru 1470/2001 fuq l-importazzjoni ta’ bozoz elettroniċi kumpatti tar-rilaxx florexxenti li jaħdmu bil-kurrent alternanti (inklużi bozoz elettroniċi kumpatti tar-rilaxx florexxenti li jaħdmu sew bil-kurrent alternanti kif ukoll dak dirett), b’tubu jew aktar tal-ħġieġ, bl-elementi kollha tad-dawl u komponenti elettroniċi mwaħħla mas-sieq tal-lampa, jew integrati fis-sieq tal-lampa, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8539 31 90 (kodiċi TARIC 8539 31 90*91 sa l-10 ta' Settembru 2004 u l-kodiċi TARIC 8539 31 90*95 mill-11 ta' Settembru 2004 'l quddiem), u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, b'dan huwa estiż għal bozoz elettroniċi kumpatti tar-rilaxx florexxenti li jaħdmu bil-kurrent alternanti (inklużi bozoz elettroniċi kumpatti tar-rilaxx florexxenti li jaħdmu sew bil-kurrent alternanti kif ukoll dak dirett), b’tubu jew aktar tal-ħġieġ, bl-elementi kollha tad-dawl u komponenti elettroniċi mwaħħla mas-sieq tal-lampa, jew integrati fis-sieq tal-lampa kkunsinjati mill-Vjetnam, il-Pakistan u/jew il-Filippini, sew jekk kenux jew le ddikjarati bħala ta' oriġini mill-Vjetnam, il-Pakistan jew il-Filippini (il-kodiċi TARIC 8539 31 90*92)." Artikolu 3 1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u għandu japplika mid-9 ta' Frar 2001. 2. Kwalunkwe rifużjoni tad-dazji ta' l- antidumping imħallsa abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1470/2001 bejn id-9 ta' Frar 2001 u d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament preżenti għandha ssir mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta' Mejju 2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet u partikolarment l-Artikolu 7 tagħha. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 56, 6.3.1996, p.1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17). [2] ĠU L 195, 19.7.2001, p. 8. [3] ĠU L 145, 9.6.2005, p. 1. [4] ĠU L 56, 6.3.1996, p.1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17). [5] ĠU C 301, 7.12.2004, p. 2. [6] ĠU L 38, 8.2.2001, p. 8.