This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006PC0377
Proposal for a Council Decision on the conclusion of a Protocol amending the Stabilisation and Association Agreement between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Republic of Croatia, of the other part, on tariff quotas for sugar and sugar products originating in Croatia or in the Community
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, fuq in-naħa l-oħra, dwar kwoti tariffarji fuq iz-zokkor u l-prodotti taz-zokkor li joriġinaw mill-Kroazja jew mill-Komunità
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, fuq in-naħa l-oħra, dwar kwoti tariffarji fuq iz-zokkor u l-prodotti taz-zokkor li joriġinaw mill-Kroazja jew mill-Komunità
/* KUMM/2006/0377 finali - ACC 2006/0123 */
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, fuq in-naħa l-oħra, dwar kwoti tariffarji fuq iz-zokkor u l-prodotti taz-zokkor li joriġinaw mill-Kroazja jew mill-Komunità /* KUMM/2006/0377 finali - ACC 2006/0123 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 11.7.2006 KUMM(2006) 377 finali 2006/0123 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, fuq in-naħa l-oħra, dwar kwoti tariffarji fuq iz-zokkor u l-prodotti taz-zokkor li joriġinaw mill-Kroazja jew mill-Komunità (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, fuq in-naħa l-oħra, (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “l-FSA”) kien iffirmat fil-Lussemburgu nhar id-29 ta’ Ottubru 2001 u daħal fis-seħħ nhar l-1 ta' Frar 2005. Minn Jannar 2002, kien applikat Ftehim Interim dwar il-kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ. Nhar it-28 ta’ Frar 2005, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tidħol f’negozjati mar-Repubblika tal-Kroazja sabiex jiġu emendati l-arranġamenti preferenzjali fir-rigward ta' l-importazzjonijiet taz-zokkor li joriġinaw mir-Repubblika tal-Kroazja lejn l-Komunità taħt l-FSA, sabiex l-aċċess attwali bla ħlas ta’ dazju jiġi ssostitwit għal kwantitajiet bla limitu bi kwota tariffarja annwali bla ħlas ta' dazju. Fl-14 ta’ Marzu 2006, il-Kummissjoni kkonkludiet negozjati mal-Kroazja dwar kwota tariffarja bla ħlas ta’ dazju għaz-zokkor. Dan l-arranġament il-ġdid li japplika minn Jannar 2007 se jippermetti lill-Kroazja biex tesporta z-zokkor lejn il-KE skond kwota tariffarja u se jissostitwixxi l-arranġamenti attwali skond il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. L-arranġament il-ġdid jistipola kwota tariffarja bla ħlas ta’ dazju għall-importazzjonijiet tal-KE taz-zokkor mill-Kroazja ta' livell ta' 180 000 tunnellata u jinkorpora konċessjoni reċiproka lill-Komunità bl-għoti ta' aċċess preferenzjali lis-suq Kroat għal 80 000 tunnellata ta’ zokkor b’dazju mnaqqas u taħt xi kundizzjonijiet. Konsegwentement, il-Kunsill huwa mitlub japprova l-emendi addattati fl-FSA f’forma ta’ Protokoll li jemenda l-FSA. 2006/0123 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, fuq in-naħa l-oħra, dwar kwoti tariffarji fuq iz-zokkor u l-prodotti taz-zokkor li joriġinaw mill-Kroazja jew mill-Komunità IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) Fit-28 ta' Frar 2005, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tidħol f’negozjati mar-Repubblika tal-Kroazja biex temenda l-arranġamenti preferenzjali fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet taz-zokkor li joriġinaw mill-Kroazja fil-Komunità skond il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja fuq in-naħa l-oħra[1] (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘l-FSA’), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2005/40/KE, Euratom[2]. (2) Il-Kummissjoni ffinalizzat in-negozjati għal Protokoll li jemenda l-FSA. Għalhekk, il-Protokoll imsemmi għandu jiġi approvat. (3) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dak il-Protokoll għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond l-istess proċedura bħal dik prevista fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor[3], IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 1. Il-Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, fuq in-naħa l-oħra, dwar kwoti tariffarji fuq iz-zokkor u l-prodotti taz-zokkor li joriġinaw mill-Kroazja lejn il-Komunità (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Protokoll”), huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità. 2. It-test tal-Protokoll huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill permezz ta’ dan huwa awtorizzat li jaħtar lill-persuna/i li jkollha/jkollhom il-jedd li tiffirma/jiffirmaw il-Protokoll sabiex jesprimu l-kunsens tal-Komunità li tkun marbuta bih. Artikolu 3 Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli dettaljati sabiex jiġi implimentat dan il-Protokoll skond il-proċedura stipolata fl-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006. Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President PROTOKOLL li jemenda l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, fuq in-naħa l-oħra, dwar kwoti tariffarji fuq iz-zokkor u l-prodotti taz-zokkor li joriġinaw mill-Kroazja jew mill-Komunità IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Komunità”, fuq naħa waħda, u IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Kroazja”, min-naħa l-oħra, Billi: (1) Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, fuq in-naħa l-oħra, (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “l-FSA”) kien iffirmat fil-Lussemburgu nhar id-29 ta’ Ottubru 2001 u daħal fis-seħħ nhar l-1 ta' Frar 2005. (2) Seħħew negozjati biex jibdlu l-arranġamenti preferenzjali fil-FSA fir-rigward taz-zokkor u l-prodotti taz-zokkor li joriġinaw mill-Kroazja jew mill-Komunità. (3) L-emendi xierqa għall-FSA għandhom jiġu adottati, FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-FSA huwa emendat kif ġej: (1) L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej: (a) fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej: “Il-Komunità għandha tabolixxi l-ħlasijiet u d-dazji tad-dwana li għandhom effett ekwivalenti fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Kroazja, għajr dawk bit-titli Nri 0102, 0201, 0202, 1701, 1702 u 2204 tan-Nomenklatura Magħquda.”; (b) għandu jiżdied il-paragrafu (5) li ġej: “5. L-Anness IV(h) jistipola ċerti arranġamenti tal-kummerċ li għandhom ikunu applikati għaz-zokkor u l-prodotti taz-zokkor taħt it-titli Nri 1701 u 1702 tan-Nomenklatura Magħquda. (2) Fl-Anness IV, it-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni huwa miżjud bħala l-Anness IV(h). (3) Fit-tabella fl-Anness I tal-Protokoll 3, jitħassru r-referenzi li ġejjin: - "1702 50 00 – Fruktożju kimikalment pur", - "1702 90 10 – Maltożju kimikalment pur". Artikolu 2 Il-partijiet għandhom jiltaqgħu fit-tieni nofs ta' l-2008 biex jirrevedu l-effetti ta' dan il-Protokoll. Artikolu 3 Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-FSA. Artikolu 4 Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007. Artikolu 5 Dan il-Protokoll qed isir f'żewġ kopji biċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol, l-Iżvediż, u l-Kroat, kull wieħed minn dawn it-testi huwa awtentiku bl-istess mod. Magħmul fi Brussell, Għall-Komunità Ewropea Għar-Repubblika tal-Kroazja ANNESS "L-ANNESS IV(h) imsemmi fl-Artikolu 27(5) 1. Il-Komunità għandha tapplika l-aċċess bla ħlas ta’ dazju fuq l-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta’ prodotti li joriġinaw mill-Kroazja bit-titli 1701 u 1702 tan-Nomenklatura Magħquda, fil-limitu ta’ kwota tariffarja annwali ta’ 180 000 tunnellata (piż nett). 2. Il-Kroazja għandha tapplika l-aċċess bi tnaqqis fil-ħlas ta’ dazju fuq l-importazzjonijiet lejn il-Kroazja ta’ prodotti li joriġinaw mill-Komunità bit-titli 1701 tan-Nomenklatura Magħquda, fil-limitu ta’ kwantità annwali ta’ 80 000 tunnellata (piż nett) li għandu japplika biss ladarba l-importazzjonijiet mill-Kroazja fil-Komunità bit-titli 1701 u 1702 tan-Nomenklatura Magħquda jilħqu t-80 000 tunnellata (piż nett). Fuq din il-kwantità, il-Kroazja se tnaqqas il-rata tal-ħlas ta’ dazju kif ġej: - fl-1 ta' Jannar 2007, id-dazju għandu jitnaqqas għal 75 % tad-dazju bażiku, - fl-1 ta' Jannar 2008, id-dazju għandu jitnaqqas għal 70 % tad-dazju bażiku, - fl-1 ta' Jannar 2009 u ‘l quddiem, id-dazju għandu jitnaqqas għal 50 % tad-dazju bażiku. 3. Il-Komunità hija impenjata li ma tħallasx rifużjonijiet għall-esportazzjoni mill-baġit tal-Komunità għaz-zokkor, ix-xiropp u ċerti prodotti taz-zokkor oħra li jaqgħu taħt it-titli 1701 u 1702 tan-Nomenklatura Magħquda meta dawn jiġu esportati fl-istat naturali tagħhom lejn il-Kroazja. Il-Kroazja hija impenjata li ma tħallasx rifużjonijiet għall-esportazzjoni għall-esportazzjonijiet taz-zokkor lejn il-Komunità." DIKJARAZZJONI FINANZJARJA | 1. | INTESTATURA TAL-BAĠIT: 05 02 05 01 – Rifużjonijiet Kapitolu 10 – Dazji Agrikoli | APPROPRJAZZJONIJIET 2006: 05 02 05 0 1 : 801 Miljun € Kapitolu 10 : 763,5 Miljun € | 2. | TITOLU: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, fuq in-naħa l-oħra, dwar kwoti tariffarji fuq iz-zokkor u l-prodotti taz-zokkor li joriġinaw mill-Kroazja jew mill-Komunità | 3. | BAŻI LEGALI: L-Artikolu 133 tat-Trattat | 4. | GĦANIJIET: Li jkunu emendati l-arranġamenti preferenzjali fir-rigward ta' l-importazzjonijiet taz-zokkor li joriġina mir-Repubblika tal-Kroazja fil-Komunità skond il-FSA sabiex jissostitwixxu l-aċċess attwali mingħajr ħlas ta' dazju għal kwantitajiet bla limitu bi kwota tariffarja annwali mingħajr ħlas ta’ dazju, u biex ikun stabbilit li l-Kroazja għandha tapplika aċċess bi tnaqqis fil-ħlas ta’ dazju fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw fil-Komunità. | 5. | IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI (1) | PERJODU TA’ 12-IL XAHAR (miljun EUR) | SENA FINANZJARJA ATTWALI 2006 (miljun EUR) | SENA FINANZJARJA LI JMISS 2007 (miljun EUR) | 5.0 | NEFQA – IDDEBITATA LILL-BAĠIT TAL-KE (RIFUŻJONIJIET/INTERVENTI) – AWTORITAJIET NAZZJONALI – OĦRAJN | – | – | – | 5.1 | DĦUL – RIŻORSI PROPRJI TAL-KE (IMPOSTI/DAZJI DOGANALI) – NAZZJONALI | – | – | – | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 5.0.1 | NEFQA STMATA | – | – | – | – | 5.1.1 | DĦUL STMAT | – | – | – | – | 5.2 | METODU TA’ KALKOLU: – | 6.0 | IL-PROĠETT JISTA' JIĠI FFINANZJAT MILL-APPROPRJAZZJONIJIET IMDAĦĦLA FIL-KAPITOLU RILEVANTI TAL-BAĠIT ATTWALI? | IVA LE | 6.1 | IL-BAĠIT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT BI TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITOLI TAL-BAĠIT ATTWALI? | IVA LE | 6.2 | JINĦTIEĠ BAĠIT SUPPLIMENTARI? | IVA LE | 6.3 | JINĦTIEĠ LI L-APPROPRJAZZJONIJIET JIDDAĦĦLU FIL-BAĠITS LI JMISS? | IVA LE | (1) OSSERVAZZJONIJIET: Dan l-arranġament m’għandux impatt ġdid fuq il-bilanċ tas-suq taz-zokkor ta’ l-UE u m’għandu l-ebda impatt finanzjarju fir-rigward tar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni. Fuq in-naħa l-oħra, rigward id-dazji agrikoli, meta jitqies li l-kwantità ta' l-importazzjonijiet taz-zokkor reċenti mill-Kroazja kienet iktar baxxa mill-kwantità stabbilità fil-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċċjazzjoni, li għaliha d-dazju kien stipolat għal ‘0’, l-ebda impatt finanzjarju mhu previst fuq id-dħul tal-baġit. | [1] ĠU L 26, 28.1.2005, p. 3. [2] ĠU L 26, 28.1.2005, p. 1 [3] ĠU L 58, 28. 2.2006, p.1.