This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006PC0340
Proposal for a Decision of the European Parliament and of the Council correcting Directive 2002/2/EC amending Council Directive 79/373/EEC on the circulation of compound feedingstuffs
Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoreġi d-Direttiva 2002/2/KE li temenda d-direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE dwar iċ-ċirkolazzjoni ta’ għalf kompost
Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoreġi d-Direttiva 2002/2/KE li temenda d-direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE dwar iċ-ċirkolazzjoni ta’ għalf kompost
/* KUMM/2006/0340 finali - COD 2006/0117 */
Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoreġi d-Direttiva 2002/2/KE li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE dwar iċ-ċirkolazzjoni ta’ għalf kompost /* KUMM/2006/0340 finali - COD 2006/0117 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 27.6.2006 KUMM(2006) 340 finali 2006/0117 (COD) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tikkoreġi d-Direttiva 2002/2/KE li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE dwar iċ-ċirkolazzjoni ta’ għalf kompost (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Id-Direttiva 2002/2/KE Id-direttiva 2002/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002[1] li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE dwar iċ-ċirkolazzjoni ta' l-għalf komposti[2], rigward id-dispożizzjonijiet tat-tabellar. B’mod partikolari, l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2002/2/KE, li jissostitwixxi l-Artikolu 5c tad-Direttiva 79/373/KEE, jipprevedi dikjarazzjoni obbligatorja tal-perċentwali tal-materjali ta' l-għalf preżenti f'għalf kompost apparti annimali domestiċi mill-aktar sa l-anqas skond il-piż, b'tolleranza ta' +/- 15% tal-valur dikjarat. B’żieda ma’ dan, l-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva 2002/2/KE, li jżid punt (1) lill-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 79/373/KEE, jobbliga l-komunikazzjoni eżatta tal-perċentwali skond il-piż għal materjal ta’ l-għalf użat f’għalf kompost, fuq talba mill-konsumatur. 2. Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Diċembru 2005 Referenzi għas-sentenzi preliminari taħt l-Artikolu 234 tat-Trattat tal-KE inġiebu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mill-qrati tar-Renju Unit, l-Italja u l-Olanda, li essenzjalment kienu ċċentrati fuq il-validità tad-Direttiva 2002/2/KE, b'mod partikolari l-Artikolu 1(1) (b) u 1(4) tiegħu. Dawk ir-referenzi saru fil-kuntest ta’ eżaminazzjoni fuq talba tal-manifatturi ta’ l-għalf kompost jew rappreżentanti ta’ dik l-industrija għall-annullament jew sospensjoni tar-regolamenti adottati għall-iskop tat-transpożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-dispożizzjonijiet kontestati tad-Direttiva 2002/2/KE. Fis-sentenza adottata fis-6 ta’ Diċembru 2005[3], il-Qorti tal-Ġustizzja rrifjutat l-argumenti mressqa fil-kuntest tal-validità tal-bażi legali (l-Artikolu 152(4)(b) tat-Trattat tal-KE) użati għall-adozzjoni tad-Direttiva 2002/2/KE u appoġġat il-pożizzjoni difiża mill-istituzzjonijiet. Ukoll, il-Qorti rrifjutat l-argumenti sottomessi fil-kuntest tal-validità tad-Direttiva fid-dawl tal-prinċipju tat-trattatment ugwali u n-non-diskriminazzjoni. L-eżaminazzjoni mill-Qorti ta' l-argumenti rigward ir-rispett tal-prinċipju tal-proporzjonalità ma wriet ebda fattur li jaffettwa l-validità ta' l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2002/2/KE. Madankollu, il-Qorti ddeċidiet li fid-dawl ta’ dan il-prinċipju, l-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva kien invalidu. Il-Qorti kkunsidrat fil-fatt li l-obbligu li jiġu infurmati l-klijenti, fuq talba, bil-kwantità eżatta tal-kompożizzjoni ta' l-għalf kompost ma setgħetx tiġi ġġustifikata bl-għan tal-ħarsien tas-saħħa pubblika li kien qed jiġi segwit u wera li mar lilhinn minn dak li kien meħtieġ biex jintlaħaq dan l-għan[4]. 3. Il-proposta Skond l-Artikolu 233 tat-Trattat tal-KE, li jistabbilixxi li l-istituzzjonijiet li l-atti tagħhom ġew dikjarati nulli huma meħtieġa li jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, hija proposta biex tikkoreġi d-Direttiva 2002/2/KE permezz ta' Deċiżjoni li tabroga d-dispożizzjoni invalida, i.e. l-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva. F’ġieh il-konsistenza, kull referenza li ssir għad-dispożizzjoni mħassra għandha titneħħa. Għalhekk, kull referenza għall-Artikolu 5(1)(1) tad-Direttiva 79/373/KEE, li żdiedet bl-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva 2002/2/KE, għandha titħassar. Dan huwa l-każ fl-Artikolu 1(6) tad-Direttiva 2002/2/KE, li jdaħħal l-Artikolu 15a fid-Direttiva 79/373/KEE. It-test ta’ din id-dispożizzjoni għandu għalhekk jiġi adattat skond dan. Il-forma ta' l-abbozz tal-proposta hija Deċiżjoni ta' korrezzjoni, li tieħu kont tal-prinċipju li l-atti ta' l-emenda m'għandhomx jiġu emendati huma stess imma jistgħu jiġu korretti. Qed ikun propost li tiġi korretta d-Direttiva permezz ta’ Deċiżjoni, li tiggarantixxi t-trasparenza u ċ-ċarezza tal-liġi Komunitarja filwaqt li fl-istess ħin ma timponix obbligu dirett fuq l-Istati Membri biex jibdlu l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, bħal ma huma obbligati dejjem li jieħdu l-miżuri adatti kollha taħt is-sistemi legali nazzjonali biex jiżguraw li li jissodisfaw is-sentenza tal-Qorti, skond l-Artikolu 10 tat-Trattat tal-KE. 2006/0117 (COD) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tikkoreġi d-Direttiva 2002/2/KE li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE dwar iċ-ċirkolazzjoni ta’ għalf kompost IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 152(4)(b) tiegħu, Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni[5], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali[6], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[7], Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[8], Billi: (1) Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, fis-sentenza li tat fis-6 ta’ Diċembru 2005 fil-Każijiet Konġunti C-453/03, C-11/04, C-12/04 u C-194/04[9], iddikjarat invalidu l-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva 2002/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[10], li emenda d-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE[11], fid-dawl tal-prinċipju tal-proporzjonalità. Dik id-dispożizzjoni żiedet punt (1) fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 79/373/KEE li jobbliga lill-manifatturi ta' l-għalf kompost ta' l-annimali biex jindika, fuq talba tal-konsumaturi, il-kompożizzjoni eżatta ta' l-għalf. (2) L-Artikolu 233 tat-Trattat jobbliga lill-istituzzjonijiet li l-atti tagħhom ġew iddikjarati nulli biex jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. (3) Id-Direttiva 2002/2/KE għandha għalhekk tiġi korretta. ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-Direttiva 2002/2/KE hija korretta kif ġej: (1) L-Artikolu 1(b) huwa mħassar. (2) Fl-Artikolu 1(6), fit-test ta’ l-Artikolu 15a tad-Direttiva 79/373/KEE, il-kliem "l-Artikolu 5(1)(j) u (1)" huma sostitwiti bil-kliem "l-Artikolu 5(1)(j)". Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] ĠU L 63, 6.3.2002, p. 23. [2] ĠU L 86, 6.4.1979, p. 30. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36). [3] Każijiet Konġunti C-453/03, C-11/04, C-12/04 u C-194-04 ABNA u oħrajn, għadhom mhux pubblikati fir -Rapporti tal-Każijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti ta' l-Ewwel Istanza. [4] Cfr. b'mod partikolari l-punti 79 sa 85 tas-sentenza. [5] ĠU C [...], [...], p. [...]. [6] ĠU C [...], [...], p. [...]. [7] ĠU C [...], [...], p. [...]. [8] ĠU C [...], [...], p. [...]. [9] ABNA u oħrajn, għadhom mhux pubblikati fir-Rapporti tal-Każijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti ta' l-Ewwel Istanza. [10] ĠU L 63, 6.3.2002, p. 23. [11] ĠU L 86, 6.4.1979, p. 30. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).