This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006PC0257
Proposal for a Council Decision on the conclusion of the agreement between the European Community and the Republic of Turkey on the participation of Turkey in the work of the European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-parteċipazzjoni tat-Turkija fil-ħidma taċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-parteċipazzjoni tat-Turkija fil-ħidma taċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi
/* KUMM/2006/0257 finali - CNS 2006/0089 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 1.6.2006 KUMM(2006) 257 finali 2006/0089 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-parteċipazzjoni tat-Turkija fil-ħidma taċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. DAħLA Il-Kummissjoni qed tipproponi Deċiżjonijiet tal-Kunsill biex jiġu konklużi, f’isem il-Komunità Ewropea, il-ftehimiet dwar il-parteċipazzjoni ta’ tliet pajjiżi kandidati, li huma l-Bulgarija, ir-Rumanija u t-Turkija, fiċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ dwar id-Droga u d-Dipendenza mid-Droga. Il-Kummissjoni nnegozjat mal-Bulgarija, ir-Rumanija u t-Turkija, fuq il-bażi tal-mandat li ngħatalha mill-Kunsill. Il-Kummissjoni kkonkludiet in-negozjati mal-Bulgarija, ir-Rumanija u t-Turkija billi inizjalat l-abbozzi ta’ ftehim fl-2004. 2. Strateġija ta’ qabel l-adeżjoni 2.1. Agenda 2000 F’Agenda 2000 il-Kummissjoni stqarret il-ħsieb li l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati fi programmi li jimplimentaw l- acquis tkun ta’ “tħejjija utli biex il-pajjiżi applikanti u ċ-ċittadini tagħhom isiru jafu aktar dwar il-politika ta’ l-Unjoni u l-modi kif taħdem”. Dan huwa wieħed mill-modi ewlenin biex fil-pajjiżi kandidati tiżdied il-ħila tagħhom li jimplimentaw, kif ukoll li jittrasponu, l- acquis . 2.2. Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew Il-Kunsill Ewropew tal-Lussemburgu (Diċembru 1997) qies il-parteċipazzjoni fi programmi u f'aġenziji tal-Komunità bħala strument ta’ strateġija mtejba ta’ qabel l-adeżjoni, u kkonkluda li l-pajjiżi kandidati għandhom jitħallew jipparteċipaw f’aġenziji tal-Komunità fuq il-bażi ta’ każ b’każ. F’dak li għandu x’jaqsam mat-Turkija, il-Kunsill Ewropew ta' Helsinki (Diċembru 1999) reġa saħaq fuq in-natura inklużiva tal-proċess ta’ l-adeżjoni, li jinkludi tlettax-il pajjiż fi ħdan qafas wieħed mal-pajjiżi kandidati li qed jipparteċipaw fil-proċess ta’ l-adeżjoni, fuq bażi ndaqs. It-Turkija qed tgawdi minn strateġija ta’ qabel l-adeżjoni u se jkollha l-opportunità li tipparteċipa fi programmi tal-Komunità u aġenziji fil-kuntest tal-proċess ta’ l-adeżjoni. 3. Deċiżjoni tal-kunsill li tawtorizza lill-kummissjoni tinnegozja dwar il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati fiċ-ċentru ta’ monitoraġġ ewropew dwar id-droga u d-dipendenza mid-droga Fuq il-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni SEC (1878) 2000 ta’ l-24 ta’ Lulju 2000, il-Kunsill iddeċieda fid-19 ta’ Marzu 2001 li jawtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja dwar il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati fiċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ dwar id-Droga u d-Dipendenza mid-Droga. L-għan kien li l-pajjiżi kandidati jipparteċipaw fil-ħidma taċ-Ċentru qabel l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea. Id-direttivi dwar in-negozjati jeżiġu li l-ftehimiet għandhom jistipulaw il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati fil-ħidma taċ-Ċentru. B’mod partikolari, il-ftehimiet għandhom jistipulaw li l-pajjiżi kandidati m’għandhomx ikollhom id-dritt tal-vot fil-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija, li għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament għall-attivitajiet taċ-Ċentru u li jkun hemm klawsoli dwar il-protezzjoni tad- data , il-privileġġi u l-immunitajiet li għandhom jingħataw liċ-Ċentru, u l-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. 4. In-negozjati Il-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-mandat, innegozjat mal-Bulgarija, ir-Rumanija u t-Turkija. Abbozzi ta’ ftehim bilaterali ġew maqbula u l-Bulgarija, ir-Rumanija u t-Turkija u l-Komunità issa għandhom jipproċedu lejn ir-ratifika ta' l-abbozzi ta' ftehim. 5. Abbozz ta’ ftehim Il-Kummissjoni laħqet abbozzi ta’ ftehim mal-Bulgarija, ir-Rumanija u t-Turkija li jagħtuhom kundizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni fiċ-Ċentru li jixbhu lil dawk li taħthom tipparteċipa fiċ-Ċentru n-Norveġja. Il-ftehimiet jistipulaw li l-Bulgarija, ir-Rumanija u t-Turkija għandhom jieħdu sehem fil-programm ta’ ħidma taċ-Ċentru u għandhom jissoddisfaw l-obbligi tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 302/93, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3294/94, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2220/2000 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1651/2003. Il-Bulgarija, ir-Rumanija u t-Turkija se jkunu magħquda man-Netwerk Ewropew ta’ l-Informazzjoni dwar id-Droga u d-Dipendenza mid-Droga (REITOX) u se jaqsmu d- data maċ-Ċentru, skond ir-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tad- data fil-liġijiet nazzjonali u tal-Komunità Il-Bulgarija, ir-Rumanija u t-Turkija kollha se jagħtu kontribut finanzjarju liċ-Ċentru biex ikopru l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni. Il-Bulgarija, ir-Rumanija u t-Turkija se jipparteċipaw ukoll fil-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru mingħajr id-dritt tal-vot sa dak il-mument li fih isiru membri ta’ l-Unjoni. Il-ftehimiet huma abbozzati għal perjodu illimitat sakemm il-Bulgarija, ir-Rumanija u t-Turkija jsiru membri ta’ l–Unjoni Ewropea. Il-Partijiet se japprovaw il-ftehim skond il-proċeduri tagħhom stess. Dan jidħol fis-seħħ meta ż-żewġ partijiet ikunu għarrfu lil xulxin li l-proċeduri rispettivi tagħhom ikunu tlestew. Min-naħa tiegħu, iċ-Ċentru se jqis lill-Bulgarija, lir-Rumanija u lit-Turkija daqs li kieku diġà huma Stati Membri billi jingħataw trattament indaqs f’dak li għandhu x’jaqsam mar-rabtiet man-Netwerk Ewropew ta’ l-Informazzjoni dwar id-Droga u d-Dipendenza mid-Droga (REITOX), u mad-dispożizzjonijiet dwar il-persunal. 6. Konklużjoni tal-ftehimiet 6.1. Il-bażi legali In-negozjati biex iċ-Ċentru jinfetaħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi applikanti jistgħu jsiru bis-saħħa ta’ l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) 302/93 dwar it-twaqqif ta’ Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ dwar id-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga. L-Artikolu 13 fih ir-regoli meħtieġa dwar il-proċedura biex iċ-Ċentru jinfetaħ għal pajjiżi li m’humiex membri ta’ l-Unjoni li iżda jaqsmu l-interessi tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri fl-għanijiet u l-ħidma taċ-Ċentru. Il-ftehimiet li jintlaħqu bejn pajjiżi bħal dawn u l-Komunità għandhom isegwu l-proċedura mfissra fl-Artikolu 300 tat-Trattat. Il-Kummissjoni Ewropea, fuq il-bażi tad-direttivi tal-Kunsill għan-negozjati, ikkonkludiet in-negozjati mal-Bulgarija, ir-Rumanija u t-Turkija. Biex tkun tista’ tkompli, il-Kummissjoni issa qiegħda tipproponi li jittieħdu Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ ftehimiet bil-għan li dawn il-pajjiżi jitħallew jipparteċipaw fil-ħidma taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ dwar id-Droga u d-Dipendenza mid-Droga. 6.2. Implikazzjonijiet Finanzjarji Skond in-negozjati li għandhom jiġu konklużi, il-Bulgarija, ir-Rumanija u t-Turkija għandhom jagħtu kontribut finanzjarju liċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ dwar id-Droga u d-Dipendenza mid-Droga biex jiġu koperti l-ispejjeż biex l-attivitajiet kollha taċ-Ċentru jinfirxu lejn dawn il-pajjiżi. Huwa maħsub li l-Bulgarija, ir-Rumanija u t-Turkija jkunu integrati għal kollox fl-attivitajiet kollha taċ-Ċentru wara perjodu inizjali ta’ introduzzjoni gradwali ta’ tliet snin. Il-kontribut finanzjarju huwa għalhekk maħsub li għandu jiżdied matul dan il-perjodu. Il-Bulgarija, ir-Rumanija u t-Turkija jistgħu jiksbu għajnuna finanzjarja mill-programmi rilevanti ta’ għajnuna tal-Komunità biex ikun sussidjat parti mill-kontribut finanzjarju tagħhom liċ-Ċentru. Meta l-programm sħiħ ta’ ħidma taċ-Ċentru jkun implimentat, il-kontribut finanzjarju ta’ kull sena mill-Bulgarija, ir-Rumanija u t-Turkija lejn iċ-Ċentru jkun ta’ €271,000 minn kull pajjiż. Mill-2008, is-somma ta’ €271,000 tiżdied permezz ta’ referenza għar-rata taż-żieda tas-sovvenzjoni tal-Komunità liċ-Ċentru. 7. Benefiċċji mill-ftehimiet Ħafna huma l-benefiċċji tal-parteċipazzjoni tal-Bulgarija, ir-Rumanija u t-Turkija fiċ-Ċentru: - Il-parteċipazzjoni fiċ-Ċentru tgħin lill-Bulgarija, lir-Rumanija u lit-Turkija biex jadottaw u jimplimentaw l-acquis dwar id-drogi bi tħejjija għall-adeżjoni. - Il-parteċipazzjoni fiċ-Ċentru tippermetti lill-Bulgarija, lir-Rumanija u lit-Turkija biex jibdew jidraw il-proċeduri ta’ kif jittieħdu d-deċiżjonijiet fiċ-ċentru u biex jikkontribwixxu għal definizzjoni tal-Programm ta’ Ħidma; - Iċ-Ċentru jkun jista’ jifrex ir-rappurtaġġ tiegħu dwar is-sitwazzjoni ta' l-użu tad-droga u d-dipendenza mid-droga lejn il-Bulgarija, ir-Rumanija u t-Turkija. - Il-parteċipazzjoni tgħin biex iċ-Ċentru u l-Istati Membri tiegħu, kif ukoll il-Bulgarija, ir-Rumanija u t-Turkija, ikollhom informazzjoni aħjar u aktar mifruxa dwar id-droga u d-dipendenza mid-droga fl-Ewropa. L-informazzjoni li tingħata mill-Bulgarija, mir-Rumanija u mit-Turkija tgħaddi minn evalwazzjoni ta’ kwalità u tinfirex ħafna permezz tar-Rapport Annwali taċ-Ċentru u s-sit ta’ l-internet. - Il-parteċipazzjoni tippermetti li l-Bulgarija, ir-Rumanija u t-Turkija jidħlu fis-sistema ta’ twissija bikrija dwar id-Drogi Sintetiċi żviluppata miċ-Ċentru. 8. RAKKOMANDAZZJONI ĠEW KONKLUżI NEGOZJATI, U NTLAħAQ FTEHIM, MAL-BULGARIJA, MAR-RUMANIJA U MAT-TURKIJA BIEX JIPPARTEċIPAW FIċ-ĊENTRU EWROPEW TA’ MONITORAġġ DWAR ID-DROGA U D-DIPENDENZA MID-DROGA FUQ KUNDIZZJONIJIET JIXBHU LIL DAWK TAN-NORVEġJA. Huwa għalhekk possibbli li l-Komunità tapprova l-konklużjoni ta’ ftehimiet bilaterali mal-Bulgarija, mar-Rumanija u mat-Turkija biex jipparteċipaw fiċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ Ewropew dwar id-Droga u d-Dipendenza mid-Droga. 2006/0089 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-parteċipazzjoni tat-Turkija fil-ħidma taċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 152 b’rabta ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 300 (2) tiegħu, u l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 300 (3) tiegħu,Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2], Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 302/93 tat-8 ta’ Frar 1993 dwar it-twaqqif ta’ Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ dwar id-Droga u d-Dipendenza mid-Droga[3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 3294/94[4], ir-Regolament (KE) Nru 2220/2000[5] u r-Regolament (KE) Nru 1651/2003[6], jistipula, fl-Artikolu 13, li ċ-Ċentru għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi li mhumiex fil-Komunità li jaqsmu l-interessi tal-Komunità u dawk ta’ l-Istati Membri tagħha fl-għanijiet u l-ħidma taċ-Ċentru. (2) F'isem il-Komunità il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim mar-Repubblika tat-Turkija dwar il-parteċipazzjoni tat-Turkija fil-ħidma taċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ dwar id-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga. (3) Dan il-Ftehim inizjalat fis-26 ta’ Awissu, 2004, għandu jiġi approvat, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-parteċipazzjoni tat-Turkija fil-ħidma taċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ dwar id-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill permezz ta’ dan huwa awtorizzat li jaħtar lill-persuna li jkollha s-setgħa tiffirma l-Ftehim sabiex tesprimi l-kunsens tal-Komunità li tkun marbuta bih. Artikolu 3 Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar il-persuna li għandha s-setgħa tagħmel in-notifika diplomatika stipulata fl-Artikolu 10 tal-Ftehim. Artikolu 4 Din id-deċiżjoni se tiġi ppublikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Turkija fiċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga Il-KOMUNITÀ EWROPEA minn naħa l-waħda, u Ir-REPUBBLIKA TAT-TURKIJA, minn hawn ‘il quddiem “it-Turkija”, min-naħa l-oħra, Minn hawn 'il quddiem il-Partijiet Kontraenti Filwaqt li jfakkru li l-Kunsill Ewropew tal-Lussemburgu fl-1997 għamel il-parteċipazzjoni fil-programmi u l-aġenziji tal-Komunità mod kif tiġi intensifikata l-istrateġija ta’ qabel l-adeżjoni. Filwaqt li jikkunsidraw li l-Komunità Ewropea permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 302/93[7] kif emendat mir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 3294/94[8] Nru 2220/2000 [9] u Nru 1651/2003[10] (“ir-Regolament”), stabbilixxa ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga ("iċ-Ċentru”); Billi r-Regolament jistipula fl-Artikolu 13 tiegħu li ċ-Ċentru għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-Pajjiżi li mhumiex parti mill-Komunità u li jikkondividu l-interessi tal-Komunità u dawk ta' l-Istati Membri tagħha; Billi t-Turkija tikkondividi l-għanijiet u l-miri stabbiliti għaċ-Ċentru fir-Regolament għaliex l-għan aħħari tat-Turkija huwa li ssir membru ta’ l-Unjoni Ewropea; Billi t-Turkija taqbel mad-deskrizzjoni tad-dmirijiet taċ-Ċentru u mal-metodu ta' ħidma tiegħu u l-oqsma ta' prijorità kif deskritti fir-Regolament; Billi hemm fit-Turkija istituzzjoni adattata sabiex tiġi inkluża fin-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni dwar id-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga; FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 It-Turkija se tipparteċipa b’mod sħiħ fix-xogħol taċ-Ċentru, skond it-termini stabbiliti f’dan il-Ftehim. Artikolu 2 Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni dwar id-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (Reitox) 1. It-Turkija għandha tkun inkluża fin-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni dwar id-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (Reitox). 2. It-Turkija għandha tinnotifika liċ-Ċentru dwar l-elementi prinċipali tan-netwerk nazzjonali ta’ informazzjoni fi żmien 28 ġurnata mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, inkluż iċ-ċentru nazzjonali tagħha ta' monitoraġġ, u ssemmi kull ċentru speċjalizzat ieħor li jista' jagħti kontribut utli għall-ħidma taċ-Ċentru. Artikolu 3 Bord tat-Tmexxija Il-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru għandu jistieden rappreżentant tat-Turkija sabiex jipparteċipa fil-laqgħat tiegħu. Dan ir-rappreżentant għandu jipparteċipa b’mod sħiħ mingħajr id-dritt tal-vot. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ bħala eċċezzjoni jsejjaħ laqgħa ristretta għar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea dwar kwistjonijiet ta’ interess partikolari għall-Komunità u l-Istati Membri tagħha. Il-Bord tat-Tmexxija, f'laqgħa li tinkludi r-rappreżentanti tat-Turkija għandu jistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati dwar il-parteċipazzjoni tat-Turkija fil-ħidma taċ-Ċentru. Artikolu 4 Baġit It-Turkija għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għall-attivitajiet taċ-Ċentru msemmija fl-Artikolu 1 f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I għal dan il-ftehim, li għandu jifforma parti integrali minnu. Artikolu 5 Protezzjoni u Kunfidenzjalità tad-Dejta 1. Fejn fuq il-bażi ta’ dan il-Ftehim dejta personali li ma tippermettix li jkunu identifikati persuni naturali hija trasferita miċ-Ċentru lill-awtoritajiet Torok f'konformità mal-liġi tal-Komunità u t-Turkija, din id-dejta tista' tintuża biss għall-iskop dikjarat u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità li tittrasferixxi d-dejta. 2. Id-dejta dwar id-droga u d-dipendenza fuq id-droga pprovduta lill-awtoritajiet Torok miċ-Ċentru tista’ tkun ippubblikata dement li jiġu rispettati r-regoli tal-Komunità u tat-Turkija dwar id-disseminazzjoni u l-kunfidenzjalità ta’ l-informazzjoni. Dejta personali ma tistax tiġi ppubblikata jew jingħata aċċess għaliha lill-pubbliku. 3. Ċentri speċjalizzati magħżula fit-Turkija m’għandhom ikunu taħt l-ebda obbligu li jipprovdu informazzjoni klassifikata bħala kunfidenzjali taħt il-liġi Torka. 4. Fir-rigward ta’ dejta pprovduta mill-awtoritajiet Torok liċ-Ċentru, dan ta’ l-aħħar huwa marbut mir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament. Artikolu 6 Status Legali Iċ-Ċentru għandu jkollu l-personalità legali tiegħu taħt il-liġi Torka u għandu jgawdi fit-Turkija l-akbar kapaċita legali mogħtija lil persuni legali taħt il-liġi Torka. Artikolu 7 Responsabbiltà Ir-responsabbiltà taċ-Ċentru għandha tkun iggvernata mir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 16 tar-Regolament. Artikolu 8 Privileġġi It-Turkija għandha tapplika għaċ-Ċentru l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, li, bħala l-Anness II ta’ dan il-Ftehim, għandu jifforma parti integrali minnu. Article 9 Regolamenti ta’ l-Istaff B'deroga mill-Artikolu 12(2)(a) tal-Kundizzjonijiet ta' l-impjieg ta' l-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej, persuni ta' nazzjonalità Torka li jgawdu d-drittijiet kollha tagħhom ta' ċittadini jistgħu jkunu impjegati b'kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv taċ-Ċentru. Artikolu 10 Dħul fis-seħħ Dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tal-wasla ta’ din in-nota diplomatika l-aħħar imsemmija li tikkonferma li l-kundizzjonijiet legali tal-Parti Kontraenti rispettiva dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ġew imwettqa. Artikolu 11 Validità u Terminazzjoni 1. Dan il-ftehim huwa konkluż għal perjodu mhux limitat sakemm it-Turkija ssir membru ta’ l-Unjoni Ewropea. 2. Kull waħda miż-żewġ Partijiet Kontraenti tista’ tiddenunċja dan il-Ftehim b’notifika bil-miktub lill-Parti Kontraenti l-oħra. Dan il-Ftehim ma jibqax fis-seħħ sitt xhur wara d-data ta' din in-notifika. ANNESS I Kontribuzzjoni finanzjarja tat-Turkija għaċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga Artikolu 1 Il-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha titħallas mit-Turkija għall-baġit ta’ l-Unjoni Ewropea sabiex tipparteċipa fiċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (“iċ-Ċentru”) se tiżdied progressivament fuq perjodu ta’ erba’ snin li matulu l-attivitajiet ikunu introdotti gradwalment mit-Turkija. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji meħtieġa huma: - matul l-ewwel sena tal-parteċipazzjoni | € 100.000 | - matul it-tieni sena tal-parteċipazzjoni | € 150.000 | - matul it-tielet sena tal-parteċipazzjoni | € 210.000 | - matul ir-raba’ sena tal-parteċipazzjoni | € 271.000 | Mill-ħames sena tal-parteċipazzjoni, il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali li għandha titħallas mit-Turkija liċ-Ċentru għandha tkun il-kontribuzzjoni tar-raba’ sena tal-parteċipazzjoni indiċjata bir-rata ta’ żieda tas-Sussidju tal-Komunità għaċ-Ċentru. Artikolu 2 It-Turkija tista’ parzjalment tuża għajnuna tal-Komunità sabiex tħallas il-kontribuzzjoni liċ-Ċentru b’kontribut massimu tal-Komunità ta’ 75% fl-ewwel sena, 60% fit-tieni sena u 50% wara dan. Suġġetti għal proċedura separata ta' programmar, il-fondi tal-Komunità mitluba għandhom ikunu trasferiti lit-Turkija permezz ta' memorandum separat ta' finanzjament. Il-parti li tibqa’ mill-kontribuzzjoni għandha tkun koperta mit-Turkija. Artikolu 3 Il-kontribuzzjoni tat-Turkija għandha tkun amministrata skond ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea. Spejjeż ta’ l-ivjaġġar u ta’ l-għajxien tar-rappreżentanti u l-esperti tat-Turkija għall-iskopijiet tal-parteċipazzjoni fl-attivitajiet taċ-Ċentru jew laqgħat relatati ma’ l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma taċ-Ċentru għandhom ikunu rimbursati miċ-Ċentru fuq l-istess bażi bħall-proċeduri li huma bħalissa fis-seħħ għall-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea u f’konformità magħhom. Artikolu 4 Għall-ewwel sena kalendarja tal-parteċipazzjoni tagħha, it-Turkija se tħallas kontribuzzjoni kkalkulata mid-data tal-parteċipazzjoni sa l-aħħar tas-sena fuq bażi pro-rata. Għas-snin ta’ wara, il-kontribuzzjoni tkun skond dan il-Ftehim. ANNESS II Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej 1. IL-PARTIJIET GĦOLJA KONTRAENTI 2. FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li, f’konformità ma’ l-Artikolu 28 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Kunsill Uniku u l-Kummissjoni Unika tal-Komunitajiet Ewropej, dawn il-Komunitajiet u l-Bank Ewropew għall-Investiment għandhom igawdu fit-territorji ta’ l-Istati Membri dawk il-privileġġi u immunitajiet li huma neċessarji għat-twettiq tal-ħidmiet tagħhom, QABLU fuq id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom ikunu annessi ma' dan it-Trattat. KAPITOLU I PROPRJETÀ, FONDI, ASSI U OPERAZZJONIJIET TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Artikolu 1 L-istabbilimenti u l-bini tal-Komunitajiet għandhom ikunu invjolabbli. Ma jistgħux ikunu sottomessi għal tfittxija, rekwisizzjoni, konfiska jew esproprjazzjoni. Il-proprjetà u l-assi tal-Komunitajiet m'għandhomx ikunu suġġetti għal xi miżura amministrattiva jew legali li jirrestrinġu mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. Artikolu 2 L-arkivji ta' l-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli. Artikolu 3 Il-Komunitajiet, l-assi, d-dħul u proprjetà oħra tagħhom għandhom ikunu eżenti mit-taxxi diretti kollha. Il-Gvernijiet ta' l-Istati Membri għandhom, fejn hu possibbli, jieħdu l-miżuri xierqa biex jittrasferixxu jew jirrimborsaw l-ammont ta' taxxa indiretta jew taxxa fuq il-bejgħ inkluża fil-prezz ta' proprjetà mobbli jew immobbli, meta l-Komunitajiet jagħmlu, għall-użu uffiċjali tagħhom, xiri sostanzjali ta' oġġetti li l-prezz tagħhom jkun jinkludi taxxi ta' din ix-xorta. B'danakollu dawn id-disposizzjonijiet m'għandhomx jiġu applikati b’tali mod li jkollhom l-effett li jikkaġunaw distorsjoni tal-kompetizzjoni fil-Komunitajiet. L-ebda eżenzjoni ma għandha tingħata fir-rigward ta' taxxi u pagamenti oħra li jammontaw sempliċiment bħala ħlas biss għal servizzi pubbliċi. Artikolu 4 Il-Komunitajiet għandhom ikunu eżenti minn kull dazju doganali, projbizzjoni jew restrizzjoni fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni fir-rigward ta' oġġetti li jkunu maħsuba għall-użu uffiċjali tagħhom. Oġġetti li jkunu ġew importati b'dan il-mod ma jistgħux jiġu trasferiti, kemm jekk għal ħlas u anki jekk le, fit-territorju ta' l-Istat fejn ikunu ġew importati, ħlief taħt kondizzjonijiet li jkunu approvati mill-gvern ta' dak l-Istat. Il-Komnitajiet għandhom wkoll ikunu eżenti minn kull dazju doganali u kull projbizzjoni u restrizzjoni fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni fir-rigward tal-pubblikazzjonijiet tagħhom. Artikolu 5 Il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar tista’ żżomm valuti ta’ kull tip u topera kontijiet f'kull valuta. KAPITOLU II KOMUNIKAZZJONIJIET U LAISSEZ-PASSER Artikolu 6 Għall-komunikazzjonijiet u t-trasmissjoni uffiċjali tad-dokumenti tagħhom kollha, l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet għandhom igawdu fit-territorju ta' kull Stat Membru t-trattament mogħti minn dak l-Istat lill-missjonijiet diplomatiċi. Il-korrispondenza uffiċjali u komunikazzjonijiet uffiċjali oħra ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet ma għandhomx ikunu sottomessi għal ċensura. Artikolu 7 1. Laissez-passer f'forma li għandha tiġi preskritta mill-Kunsill u li għandhom ikunu rikonoxxuti bħala dokumenti ta' l-ivvjaġġar validi mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri, jistgħu jinħarġu lill-membri u l-impjegati ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni mill-Presidenti ta' dawn l-istituzzjonijiet. Dawn il- laissez-passer għandhom jinħarġu lil uffiċjali u impjegati oħra taħt kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti ta’ l-Istaff għall-Uffiċjali u l Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg applikabbli għall-Agenti l-oħra tal-Komunitajiet Il-Kummissjoni tista' tikkonkludi ftehim sabiex dawn il- laissez-passer ikunu rikonoxxuti bħala dokumenti ta' l-ivvjaġġar validi fit-territorju ta' Stati terzi. 2. Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar għandhom, madankollu, jibqgħu applikabbli għall-membri u l-impjegati ta’ l-istituzzjonijiet li huma fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat fil-pussess tal- laissez passer li jipprovdi għalih dak l-Artikolu, sakemm id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jkunu applikati. KAPITOLU III MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW Artikolu 8 L-ebda restrizzjoni amministrattiva jew ta' natura oħra ma għandha tiġi imposta fuq il-moviment liberu tal-membri tal-Parlament Ewropew li jivvjaġġaw lejn jew mill-post fejn jiltaqa' l-Parlament Ewropew. Il-membri tal-Parlament Ewropew għandhom, fir-rigward tad-dwana u tal-kontroll tal-kambju, jingħataw: 3. mill-gvern tagħhom stess, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lill-uffiċjali għolja li jivvjaġġaw barra mill-pajjiż fuq missjonijiet uffiċjali temporanji; 4. mill-gvern ta' Stati Membri oħra, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lil rappreżentanti ta' gvernijiet barranin fuq missjonijiet uffiċjali temporanji. Artikolu 9 Il-membri tal-Parlament Ewropew ma għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe forma ta' inkjesta, detenzjoni jew proċedimenti legali fir-rigward ta' opinjonijiet jew voti espressi minnhom fil-qadi ta' dmirijiethom. Artikolu 10 Matul is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-membri tiegħu għandhom igawdu: 5. fit-territorju ta' l-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tagħhom; 6. immunità kemm mid-detenzjoni u kemm mill-proċeduri legali kontra tagħhom fit-territorju ta' kull Stat Membru ieħor. L-immunità għandha tapplika bl-istess mod għall-membri waqt li jkunu qed jivvjaġġaw lejn u mill-post fejn jiltaqa' l-Parlament Ewropew. L-immunità ma tistax tiġi invokata la meta membru jinqabad fil-fatt li jwettaq reat u lanqas ma żżomm lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jneħħi l-immunità ta' wieħed mill-membri tiegħu. KAPITOLU IV RAPPREŻENTANTI TA' STATI MEMBRI LI JIEĦDU SEHEM FIX-XOGĦOL TA' L-ISTITUZZJONIJIET TAL-KOMUNITAJIET Artikolu 11 Ir-rappreżentanti ta' Stati Membri li jieħdu sehem fix-xogħol ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet, il-konsulenti u l-esperti tekniċi tagħhom għandhom, fil-qadi ta' dmirijiethom u waqt li jivvjaġġaw lejn u mill-post tal-laqgħa, igawdu mill-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet konswetudinarji. Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għall-membri tal-korpi konsultattivi tal-Komunitajiet. KAPITOLU V UFFIĊJALI U IMPJEGATI OĦRA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Artikolu 12 Fit-territorju ta' kull Stat Membru u tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom, l-uffiċjali u l-impjegati l-oħra ta' l-Unjoni għandhom: 7. bla ħsara għad-disposizzjonijiet tat-Trattati li għandhom x'jaqsmu, min-naħa l-waħda, mar-regoli dwar ir-responsabbiltà ta' l-uffiċjali u impjegati oħra lejn il-Komunitajiet u, min-naħa l-oħra, mal-kompetenza tal-Qorti f'kwistjonijiet bejn il-Komunitajiet u l-uffiċjali tagħhom u impjegati oħra, għandhom igawdu l-immunità minn proċedimenti legali rigward l-atti li jkunu wettqu fil-kariga uffiċjali tagħhom, inklużi l-kliem u l-kitba tagħhom. Huma għandhom jibqgħu jgawdu din l-immunità wara li jkunu spiċċaw mill-kariga; 8. ma jkunux soġġetti għad-disposizzjonijiet li jirrestrinġu l-immigrazzjoni u għall-formalitajiet għar-reġistrazzjoni tal-barranin. L-istess japplika għall-konjuġi u għall-membri dipendenti tal-familji tagħhom; 9. fir-rigward tar-regolamenti dwar il-munita jew il-kambju, jingħataw l-istess faċilitajiet li b'konswetudini jingħataw lill-uffiċjali ta' organizzazzjonijiet internazzjonali; 10. igawdu d-dritt li jimportaw mingħajr dazju l-għamara u l-effetti personali tagħhom meta jassumu l-funzjoni tagħhom għall-ewwel darba fl-Istat kkonċernat, u d-dritt li jerġgħu jesportaw bla ma jħallsu dazju l-għamara u l-affarijiet tagħhom, meta jispiċċaw jaqdu dmirijiethom f'dak l-Istat, bla ħsara fi kwalunkwe każ għall-kondizzjonijiet li l-gvern ta' dak l-Istat fejn dan id-dritt jiġi eżerċitat, jikkunsidra neċessarji; 11. ikollhom id-dritt li jimportaw mingħajr dazju karozza għall-użu personali tagħhom, li tkun inxtrat jew fl-Istat fejn kienu qed jirresjedu l-aħħar, jew fl-Istat li tiegħu huma ċittadini, skond il-kondizzjonijiet tas-suq intern fis-seħħ f'dak l-Istat, u li jerġgħu jesportawha bla ma jħallsu dazju, bla preġudizzju, fi kwalunkwe każ, għall-kondizzjonijiet li l-gvern tal-pajjiż ikkonċernat jikkunsidra neċessarji. Artikolu 13 L-uffiċjali u l-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet għandhom iħallsu taxxa, għall-benefiċċju tal-Komunitajiet, fuq is-salarji, il-pagi u l-emolumenti li jkunu irċevew mill-Komunitajiet, skond il-kondizzjonijiet u l-proċedura stabbiliti mill-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni. Huma għandhom ikunu eżenti mit-taxxi nazzjonali fuq is-salarji, il-pagi u l-emolumenti mħallsa mill-Komunitajiet. Artikolu 14 Fl-applikazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul, it-taxxa fuq il-ġid u t-taxxa tas-suċċessjoni u fl-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet dwar il-ħelsien mit-taxxa doppja konklużi bejn Stati Membri tal-Komunitajiet, uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet li, għar-raġuni unika li jwettqu dmirijiethom fis-servizz tal-Komunitajiet, jistabbilixxu r-residenza tagħhom fit-territorju ta' Stat Membru li ma jkunx il-pajjiz tad-domiċilju tagħhom għal skopijiet ta' taxxa meta huma jidħlu fis-servizz tal-Komunitajiet, għandhom jitqiesu, sew fil-pajjiż tar-residenza attwali tagħhom, u kif ukoll fil pajjiż tad-domiċilju tagħhom għal skopijiet ta' taxxa, daqs li kieku żammew id-domiċilju tagħhom fil-pajjiż l-aħħar imsemmi, sakemm dak il-pajjiż ikun membru tal-Komunitajiet. Din id-disposizzjoni għandha tapplika wkoll għall-konjuġi, sakemm dan jew din ta' l-aħħar ma jkunx jew ma tkunx qed jagħmel/tagħmel xogħol bi qligħ, u għal tfal dipendenti u taħt il-ħarsien tal-persuni msemmija f'dan l-Artikolu. Proprjetà mobbli li hi tal-persuni msemmija fil-paragrafu preċedenti u li tinsab fit-territorju tal-pajjiż fejn huma qed joqogħdu għandha tkun eżenti mid-dazji fuq il-mewt f’dak il-pajjiż; it-tali propjeta’ għandha, għall-valutazzjoni tat-tali dazju, tkun ikkunsidrata bħala li hi fil-pajjiż tad-domiċilju għal skopijiet ta’ taxxa, bla ħsara għad-drittijiet tal-pajjiżi li m’humiex membri għall-applikazzjoni possibbli tad-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet internazzjonali fuq it-taxxa doppja. Kull domiċilju li jkun akkwistat purament minħabba t-twettiq ta' dmirijiet fis-servizz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra ma għandux ikun kkunsidrat meta jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu. Artikolu 15 Il-Kunsill għandu, billi jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, jistabbilixxi l-iskema tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali għall-uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet. Artikolu 16 Il-Kunsill għandu, billi jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-istituzzjonijiet l-oħra involuti, jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u ta' impjegati oħra tal-Komunitajiet li għalihom japplikaw sħaħ, jew parzjalment, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12, it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13, u l-Artikolu 14. L-ismijiet, il-gradi u l-indirizzi ta’ l-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn inklużi fit-tali kategoriji għandhom ikunu kkomunikati perjodikament lill-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri. KAPITOLU VI PRIVILEĠĠI U IMMUNITAJIET TAL-MISSJONIJIET TA’ PAJJIŻI LI M’HUMIEX MEMBRI AKKREDITATI LILL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ Artikolu 17 L-Istati Membri li fit-territorju tagħhom il-Komunitajiet għandhom is-sede tagħhom għandhom jagħtu l-immunitajiet u l-privileġġi diplomatiċi konswetudinarji lill-missjonijiet ta’ pajjiżi mhux membri li huma akkreditati għall-Komunitajiet. KAPITOLU VII DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI Artikolu 18 Privileġġi, immunitajiet u faċilitajiet għandhom jingħataw lil uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet unikament fl-interessi tal-Komunitajiet. Kull istituzzjoni tal-Komunitajiet għandu jkollha tneħħi l-immunità li tingħata lil uffiċjal jew impjegat ieħor kulfejn dik l-istituzzjoni tqis li t-tneħħija ta' dik l-immunità ma tmurx kontra l-interessi tal-Komunitajiet. Artikolu 19 L-Istituzzjonijiet tal-Komunitajiet għandhom, fl-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, jikkooperaw ma' l-awtoritajiet responsabbli ta' l-Istati Membri involuti. Artikolu 20 L-Artikoli 12 sa 15 u l-Artikolu 18 japplikaw għal Membri tal-Kummissjoni. Artikolu 21 L-Artikoli 12 sa 15 u l-Artikolu 18 japplikaw għall-Imħallfin, l-Avukati Ġenerali, ir-Registratur u r-Relaturi Assistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 3 tal-Protokolli dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-immunità minn proċedimenti legali ta' l-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali. Artikolu 22 Dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għall-Bank Ewropew ta' l-Investiment, għall-membri ta' l-organi tiegħu, għall-impjegati tiegħu u għar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri li jkunu qegħdin jieħdu sehem fl-attivitajiet tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank. Il-Bank Ewropew għall-Investiment għandu, barra minn hekk, ikun eżentat minn kull għamla ta' tassazzjoni jew impożizzjoni simili f'każ ta' xi żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jistgħu jkollhom x'jaqsmu ma' dan fl-Istat fejn il-Bank ikollu s-sede tiegħu. Bl-istess mod, ix-xoljiment jew l-istralċ tiegħu m'għandhom jagħtu lok għal ebda impożizzjoni. Finalment, l-attivitajiet tal-Bank u ta' l-organi tiegħu mwettqa skond l-Istatut tiegħu m'għandhomx ikunu suġġetti għal xi taxxa fuq it- turnover . Artikolu 23 Dan il-Protokoll għandu wkoll japplika għall-Bank Ċentrali Ewropew, għall-membri ta' l-organi tiegħu u għall-persunal tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u l-Bank Ċentrali Ewropew. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu, barra minn hekk, ikun eżentat minn kull għamla ta' tassazzjoni jew impożizzjoni ta' xorta simili f'każ ta' xi żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jistgħu jkunu marbuta ma' dan, fl-Istat fejn il-Bank ikollu s-sede tiegħu. L-attivitajiet tal-Bank u ta' l-organi tiegħu mwettqa skond l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal- Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew m'għandhomx ikunu suġġetti għal xi taxxa fuq it- turnover . Id-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq għandhom ukoll japplikaw għall-Istitut Monetarju Ewropew. Ix-xoljiment jew likwidazzjoni tiegħu m’għandhiex tirriżulta f’xi impożizzjoni. B'XHIEDA TA' DAN, il-Plenipotenzjarji hawn taħt iffirmati ffirmaw dan il-Protokoll. Magħmul fi Brussell dan it-tmien jum ta’ April fis-sena elf disa’ mija u ħamsa u sittin. DIKJARAZZJONI FINANZJARJA 1. L-ISEM TAL-PROPOSTA Il-Parteċipazzjoni tat-Turkija fiċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga. 2. INTESTATURA TAL-BAġIT INVOLUTA 18 07 01 01: Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ għall-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga - Sussidju taħt it-Titoli 1 u 2 18 07 01 02: Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ għall-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga - Sussidju taħt it-Titolu 3 3. IMPATT FINANZJARJU Din il-proposta ma għandha l-ebda impatt fuq l-infiq, imma għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul - l-effett huwa kif ġej: Linja tal-baġit | Dħul | Sena Nru | 18 07 01 01/18 07 01 02 | € 100,000 (pro rata) | Mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim sat-tmiem tas-sena finanzjarja li fiha dan il-ftehim jidħol fis-seħħ | 1 | 18 07 01 01/18 07 01 02 | € 150,000 | L-ewwel sena finanzjarja sħiħa wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim | 2 | 18 07 01 01/18 07 01 02 | € 210,000 | It-tieni sena finanzjarja sħiħa wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim | 3 | 18 07 01 01/18 07 01 02 | € 271,000 | It-tielet sena finanzjarja sħiħa wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim | 4 | 4. MIżURI KONTRA L-FRODI Id-dispożizzjonijiet ta’ kontra l-frodi ta’ l-intestaturi bażiċi tal-baġit japplikaw għal din l-intestatura wkoll meta adattati għall-każ tat-Turkija. Il-ħlasijiet jikkonsistu f’ammonti f'forma ta' somom ta’ darba u għalhekk il-possibbiltà ta’ frodi hija limitata ħafna. 5. RIMARKI OħRA Xejn. [1] ĠU C [], [], p. []. [2] ĠU C [], [], p. []. [3] ĠU L 36, tat-12.2.1993, p. 1 [4] ĠU L 341, tat-30.12.1994, p. 7 [5] ĠU L 253, 7.10.2000, p.1 [6] ĠU L 245, 29.09.2003, p.30 [7] ĠU L 36, 12. 2. 1993, p.1. [8] ĠU L 341, 30.12.1994, p. 7. [9] ĠU L 253, 7.10.2000, p. 1. [10] ĠU L 245, 29.09.2003, p.30