This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006PC0229
Proposal for a Council Regulation suspending and conditionally repealing Regulation (EC) No 2193/2003 establishing additional customs duties on imports of certain products originating in the United States of America
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jissospendi u kundizzjonalment jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2193/2003 li jistabbilixxi dazji addizzjonali tad-dwana fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jissospendi u kundizzjonalment jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2193/2003 li jistabbilixxi dazji addizzjonali tad-dwana fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika
/* KUMM/2006/0229 finali - ACC 2006/0072 */
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jissospendi u kundizzjonalment jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2193/2003 li jistabbilixxi dazji addizzjonali tad-dwana fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika /* KUMM/2006/0229 finali - ACC 2006/0072 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 12.5.2006 KUMM(2006) 229 finali 2006/0072 (ACC) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jissospendi u kundizzjonalment jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2193/2003 li jistabbilixxi dazji addizzjonali tad-dwana fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI L-Organizzazzjoni tal-Kummerċ Dinji (WTO), f’numru ta’ deċiżjonijiet li ħarġu fuq talba mill-Komunitajiet Ewropej (“il-KE”), sabet li l-iskema ta’ sussidju tal-Korporazzjoni tal-Bejgħ Barrani ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika ("l-Amerika"), kif inhi u kif emendata mil-leġiżlazzjoni tal-Korporazzjoni tal-Bejgħ Barrani u d-Dħul Extraterritorjali ta’ l-Istati Uniti (FSC-ETI) kienet qiegħda twassal għal sussidju illegali fuq it-taxxa ta’ l-esportazzjoni għall-kumpaniji ta’ l-Istati Uniti li jlaħħaq is-somma ta’ madwar erba’ biljun dollaru Amerikan fis-sena (sa mis-sena 2000). Wara li ħarġu dawn id-deċiżjonijiet, fis-7 ta’ Mejju 2003, il-KE kienet ingħatat id-dritt mid-WTO biex timponi kontro-miżuri, fl-għamla ta’ tariffi ta’ l-importazzjoni addizzjonali sa 100 % ad valorem fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti li jkunu ġejjin mill-Istati Uniti (dawn intgħażlu wara konsultazzjoni mal-pubbliku kif ukoll mas-servizzi ta’ l-Istati Membri u tal-Kummissjoni), sa l-ammont tas-sussidju illegali ta’ l-Istati Uniti. Għaldaqstant, fit-8 ta’ Diċembru 2003 il-KE adottat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2193/2003 li jistabbilixxi dazji doganali addizzjonali fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika[1]. Ir-Regolament tal-Kunsill Nru. 2193/2003 jipprevedi r-revoka tal-kontro-miżuri meta l-Istati Uniti timplimenta b’mod sħiħ ir-rakkomandazzjoni tal-Korp tas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO[2]. Il-leġislazzjoni li tipprevedi r-revoka tal-leġislazzjoni tal-FSC-ETI ġiet adottata mill-Istati Uniti (l-Att tal-Ħolqien JOBS ta’ l-Amerika ta’ l-2004 – “l-Att tar-Revoka”). Ir-revoka ta’ l-iskema ta’ sussidju ta’ l-FSC irrappreżentat pass kbir ’il quddiem, milqugħ minn kulħadd, biex tissolva din il-kwistjoni li ilha sejra għal ħafna żmien. L-Att ta’ Revoka ta’ l-Istati Uniti, madankollu, jinkludi dispożizzjonijiet tranżitorji u protettivi li mhumiex kumpatibbli mad-WTO. B’mod speċjali, l-Att tar-Revoka ppreveda li l-benefiċċji ta’ l-FSC/ETI xorta se jibqgħu disponibbli għall-esportaturi ta’ l-Istati Uniti sa tmiem is-sena 2006 (fil-livell ta’ 80 % u 60 % għas-snin 2005 u 2006 rispettivament), u f’ċerti każijiet għal perjodu illimitat minn hemm ’il quddiem taħt dispożizzjonijiet protettivi. Għaldaqstant, il-KE tat bidu għall-proċedura biex tissolva l-kwistjoni tad-WTO dwar l-Att tar-Revoka biex tiddetermina l-kumpatibbiltà tad-WTO mad-dispożizzjonijiet transitorji u protettivi li hemm fl-Att. Sakemm inqatgħu il-proċeduri tas-soluzzjoni tal-kwistjoni, l-applikazzjoni tal-kontro-miżuri tal-KE ġiet sospiża (minkejja r-rifjut ta’ l-Istati Uniti li jagħmel l-istess ħaġa dwar ir-ritaljazzjoni tiegħu kontra l-KE fuq l-ormoni taċ-ċanga). Is-sospensjoni ġiet imwettqa mill-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 171/2005 tal-31 ta’ Jannar 2005. Ir-Regolament jistipula li l-kontro-miżuri jistgħu jerġgħu jiġu applikati fl-1 ta' Jannar 2006 jew 60 jum wara li l-Korp tas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO (DSB) (skond liema data tiġi l-aktar tard) tkun ikkonfermat l-inkompatibilità mad-WTO ta' l-aspetti ta' sfida tal-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Uniti. Ir-Regolament jistipula wkoll li l-kontro-miżuri se jiddaħħlu fuq livell ta' dazju ta' 14% ad valorem . Fl-14 ta' Marzu 2006, wara d-deċiżjoni tal-panel u l-Korp ta' l-Appell favur il-KE, id-DBS ikkonfermat l-inkompatibilità tad-WTO tal-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Uniti li ġiet sfidata u (kif ikkalkulat taħt ir-Regolament tal-KE applikabbli) il-perjodu ta' 60 jum ifisser l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontro-miżuri fis-16 ta’ Mejju 2006. Dan, f'konformità ma' l-Artikolu 2.2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 171/2005 ġie mħabbar mill-Avviż tal-Kummissjoni 2006/C/104/08 li deher fil-Ġurnal Uffiċjali (Sezzjoni C) fit-3 ta' Mejju 2006 peress li l-Istati Uniti kienet għad trid tikkonforma mad-deċiżjonijiet tar-rakkomandazzjonijiet tad-DSB. Fl-[11] ta’ Mejju 2006, il-Kungress ta’ l-Istati Uniti adotta liġi li tirrevoka d-dispożizzjonijiet protettivi tal-leġiżlazzjoni FSC/ETI u l-Att tar-Revoka għas-snin taxxabbli li jmiss. Peress li r-regoli ta’ tranżizzjoni ta’ dik il-leġiżlazzjoni jiskadu fl-2006, huwa xieraq li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2193/2003 kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 171/2005 jiġi rrevokat, peress li l-kontromiżuri mdaħħla b’dak ir-Regolament laħqu l-għan tagħhom sa fejn hu biżżejjed u d-dħul mill-ġdid tal-kontro-miżuri jkunu ta’ tfixkil bla bżonn. Għalhekk ġie propost li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2193/2003 jiġi rrevokat kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 171/2005. Peress li l-President ta’ l-Istati Uniti jrid jiffirma l-Abboz biex dan isir liġi, id-dħul mill-ġdid tas-sanzjonijiet għandhom jibqgħu sospiżi sakemm issir din il-firma, u r-revoka tal-kontro-miżuri imposta taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2193/2003 kif emendata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 171/2005 għandha ssir effettiva biss meta sseħħ din il-firma. Ir-revoka tal-kontromiżuri titlob azzjoni mill-Kunsill taħt l-Artikolu 133 tat-Trattat tal-KE. Regolament tal-Kunsill ġdid, li jissospendi u kundizzjonalment jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2193/2003 kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 171/2005 irid jiġi adottat wara proposta mill-Kummissjoni. 2006/0072 (ACC) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jissospendi u kundizzjonalment jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2193/2003 li jistabbilixxi dazji addizzjonali tad-dwana fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u l-aktar l-Artikolu 133 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[3], Billi: (1) Fis-7 ta’ Mejju 2003, il-Komunità kienet awtorizzata mill-Korp tas-Soluzzjoni tal-Kwistjonijiet ta’ l-Organizzazzjoni tal-Kummerċ Dinji (WTO) biex timponi kontromiżuri sal-livell ta’ 4,043 miljun dollaru Amerikan fl-għamla ta’ dazji addizzjonali sa 100 % ad valorem fuq ċerti prodotti li jkunu ġejjin mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika. Għalhekk, fit-8 ta’ Diċembru 2003 il-Komunità adottat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2193/2003 li jistabbilixxi dazji doganali addizzjonali fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika[4]. (2) Il-Komunità, minħabba aktar tilwim pendenti tad-WTO dwar il-kompatibbiltà tad-WTO ta’ ċerti aspetti tad-dispożizzjonijiet tat-tranżizzjoni u dawk protettivi ta' l-Att tar-Revoka ta' l-FSC u tad-Dħul Extraterritorjali ta' l-2000 (l-Att FSC-ETI) u l-Att Amerikan tal-Ħolqien ta’ Impjiegi 2004 (l-Att IMPJIEGI) emendat u ssospendiet l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2193/2003 bl-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 171/2005. (3) Ir-Regolament 171/2005 jistipula li d-dħul mill-ġdid tad-dazji addizzjonali jerġa’ jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2006 jew 60 jum wara li l-Korp tas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO jikkonferma, skond liema data tiġi l-aħħar, l-inkompatibilità ta’ ċerti aspetti ta’ l-Att imsemmi hawn fuq mal-liġi tad-WTO. (4) Fl-14 ta’ Marzu 2006, il-Korp tas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO ikkonferma l-inkompatiblità tad-WTO tal-miżuri Amerikani sfidati wara deċiżjoni tal-panel u tal-Korp ta' l-Appell dwar dan. Il-Kummissjoni fit-3 ta’ Mejju 2006 ippubblikat avviż li jħabbar li dazju addizzjonali ta’ 14% ad valorem se jerġa' jiddaħħal fis-16 ta' Mejju 2006. (5) L-Istati Uniti issa adottat leġiżlazzjoni li tirrevoka d-dispożizzjonijiet protettivi ta’ l-Att ta’ l-Impjieg u għalhekk il-bżonn ta’ kontromiżuri imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2193/2003 kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 171/2005 laħaq l-għan tiegħu sa fejn hu biżżejjed u d-dħul mill-ġdid tal-kontro-miżuri jkunu ta’ tfixkil bla bżonn. (6) Peress li l-President ta’ l-Istati Uniti jrid jiffirma l-Abboz biex dan isir liġi, id-dħul mill-ġdid tas-sanzjonijiet għandhom jibqgħu sospiżi sakemm issir din il-firma, u r-revoka tal-kontro-miżuri imposta taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2193/2003 kif emendata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 171/2005 għandha ssir effettiva biss meta sseħħ din il-firma ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni ta’ dazji addizzjonali previsti fl-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 171/2005 huwa hawnhekk estiż sa l-24 ta’ Mejju 2006. 2. Fil-każ li l-President ta’ l-Istati Uniti jiffirma l-abbozz adottat mill-Kungress ta’ l-Istati Uniti li jirrevoka d-dispożizzjonijiet protettivi ta’ l-Att ta’ l-FSC-ETI u l-Att IMPJIEGI fil- jew qabel it-22 ta’ Mejju 2006, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2193/2003 kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 171/2005 għandu jiġi rrevokat mill-24 ta’ Mejju 2006. 3. Wara li sseħħ il-firma msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni għandha minnufih tippubblika avviż fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea li tħabbar li tali firma seħħet u li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2193/2003 ġie rrevokat bis-seħħ mill-24 ta' Mejju 2006. 4. Fil-każ li tali firma ma tkunx saret sat-22 ta’ Mejju 2006, il-Kummissjoni għandha minnfih tippubblika avviż fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea li jħabbar li tali firma ma saritx u li l-kontro-miżuri previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2193/2003 kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 171/2005 jerġgħu japplikaw mill-ġdid fil-25 ta’ Mejju 2006. Artikolu 2 Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU Nru. L 328, tas-17.12.2003, pġ. 3. [2] L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill Nru. 2193/2003. [3] ĠU C …, …, p. …. [4] ĠU Nru. L 328, tas-17.12.2003, pġ. 3.