This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006PC0108
Communication from the Commission to the European Parliament pursuant to the second subparagraph of Article 251(2) of the EC Treaty concerning the common position of the Council on the adoption of a Directive of the European Parliament and of the Council on the implementation of the principle of equal treatment of men and women in matters of employment and occupation (recast version)
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE li jikkonċerna l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni ta’ direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjieg u okkupazzjoni (verżjoni rekastjata)
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE li jikkonċerna l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni ta’ direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjieg u okkupazzjoni (verżjoni rekastjata)
/* KUMM/2006/0108 finali - COD 2004/0084 */
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE li jikkonċerna l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni ta’ direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjieg u okkupazzjoni (verżjoni rekastjata) /* KUMM/2006/0108 finali - COD 2004/0084 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 13.3.2006 KUMM(2006) 108 finali 2004/0084 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE li jikkonċerna l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni ta’ Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjieg u okkupazzjoni (verżjoni rekastjata) 2004/0084 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONILILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE li jikkonċerna l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni ta’ Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjieg u okkupazzjoni (verżjoni rekastjata) 1. SFOND Data tat-trasmissjoni tal-proposta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill (dokument COM(2004) 279 finali – 2004/0084 (COD)): | 21.4.2004 | Data ta' l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | 15.12.2004 | Data ta' l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: | 6.7.2005 | Data tat-trażmissjoni tal-proposta emendata: | 25.8.2005 | Data ta' l-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni: | 13.3.2006 | 2. L-GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI L-għan tal-proposta hu li jikkontribwixxi fiċ-ċertezza u t-trasparenza legali fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjieg u okkupazzjoni, billi jgħaqqad f’test wieħed id-dispożizzjonijiet ewlenin li jeżistu f’dan il-qasam, flimkien ma’ ċertu punti li jitfaċċaw mill-ġurisprudenza stabbilita sew tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea. Din is-simplifikazzjoni u t-tiswir se tagħmel il-leġiżlazzjoni tal-Komunità aktar aċċessibli u aktar faċli biex tinqara, kemm għal dawk li jipprattikaw il-liġi kif ukoll għall-pubbliku ġenerali, u hija għalhekk pass importanti fix-xogħol għal regolarizzazzjoni aħjar. Il-proposta tgħaqqad dawn is-sitt Direttivi li diġà jeżistu dwar it-trattament ugwali ta’ l-irġiel u tan-nisa fil-qasam ta' l-impjieg fi strument koerenti waħdieni. - Direttiva 75/117 dwar ħlas ugwali; - Direttiva 76/207, kif emendata bid-Direttiva 2002/73, dwar it-trattament ugwali fejn jidħol l-aċċess għall-impjieg, it-taħriġ u l-promozjoni vokazzjonali, u l-kundizzjonijiet tax-xogħol; - Direttiva 86/378, kif emendata bid-Direttiva 96/97, dwar it-trattament ugwali fl-iskemi ta’ sigurtà soċjali ta’ l-okkupazzjoni; - Direttiva 97/80 dwar il-piż ta’ l-evidenza f’każijiet ta’ diskriminazzjoni abbażi tas-sess. Il-proposta mhijiex sempliċiment xi eżerċizju ta’ konsolidazzjoni. Numru ta’ emendi sostantivi ġew introdotti. Dawn it-tibdiliet jikkostitwixxu metodu kawt fl-aġġornament u l-modernizzazzjoni tal-liġi tal-Komunità. Per eżempju, it-test jinkorpora xi ġurisprudenza stabbilita sew tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea bil-ħsieb li jiċċara xi kunċetti ewlenin tal-liġi tat-trattament ugwali. Barra minn hekk, xi wħud mid-dispożizzjonijiet orizzontali li hemm fl-aktar Direttivi riċenti - per eżempju, dwar il-piż ta’ l-evidenza - ġew espliċitament magħmula applikabbli għal skemi ta’ sigutà soċjali. Fil-fatt, il-ġurisprudenza tal-Qorti diġà estendiet dawn il-proviżjonijiet għall-fatturi ewlenin ta’ l-iskemi ta’ l-okkupazzjoni. Il-valur ewlieni tal-proposta f’dak ir-rispett hu għalhekk li jiċċara s-sitwazzjoni legali. 3. KUMMENTI FUQ IL-POŻIZZJONI KOMUNI Din il-pożizzjoni komuni ma tinkludix biss il-pożizzjoni preżenti tal-Kunsill, iżda tinkorpora wkoll parti mill-emendi tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari. Tirrifletti diskussjonijiet interistituzzjonali li ppermettew li jiġi identifikat dan it-test ta’ kompromess. Il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill għamlet bosta emendi lill-proposta tal-Kunsill. Il-Kummissjoni hija ta’ l-opinjoni li dawn il-modifiki ma jbiddlux l-għanijiet tal-proposta. Sa fejn għandhom x’jaqsmu l-maġġor parti ta’ l-emendi tal-Parlament Ewropew li ġew adottati fl-ewwel qari, il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill taħbat bis-sħiħ mal-proposta emendata tal-Kummissjoni. F’dawk il-ftit każijiet indikati hawn taħt fejn il-pożizzjoni komuni tvarja mill-proposta emendata tal-Kummissjoni it-test propost issa mill-Kunsill huwa s-soluzzjoni f’kompromess milħuq f’diskussjonijiet interistituzzjonali. It-test ta’ kompromess jaqbel ma’ l-għanijiet kemm tal-proposta oriġinali kif ukoll ma’ dik emendata u għalhekk huwa aċċettabli mill-Kummissjoni. 1. fil-każ ta’ bosta premessi introdotti mill-Parlament Ewropew u aċċettati mill-Kummissjoni fil-proposta emendata dwar il-ħtieġa għal Stati Membri li jindirizzaw differenzi fil-pagi minħabba s-sess u s-segregazzjoni tas-suq tax-xogħol (premessa 11), biex tiġi żviluppata u analizzata statistika mqassma skond is-sess (premessa 37) u li tiġi promossa ż-żieda fl-għarfien dwar id-diskiminazzjoni fil-paga (premessa 38), il-Kunsill inkorpora l-idea tal-ħtieġa li jitkomplew dawn l-isforzi sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta’ l-impressjoni li dawn l-attivitajiet għadhom mhux qed isiru. Il-Kummissjoni tista’ tagħti l-kunsens tagħha dwar din il-modifika kif ukoll dwar xi riformi ċkejknin tal-premessi 11 u 37. 2. Fil-proposta emendata tagħha l-Kumissjoni rrifjutat l-inseriment ta’ paragrafu ġdid (2)(d) fl-Artikolu 20 li jżid l-iskambju ta’ data u tagħrif ma’ korpi Ewropej korrespondenti bħall-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi mal-ħidmiet tal-korpi ta’ l-ugwaljanza biex jiġu stabbiliti skond dik id-dispożizzjoni. Din il-pożizzjoni ittieħdet minħabba raġunijiet tekniċi fejn jidħol it-tfassil tal-liġijiet xieraq peress li l-ebda referenza għandha ma teżisti. Dawn il-kwistjonijiet ġew akkomodati fit-test il-ġdid billi ġew imsemmija l-korpi Ewropej korrispondenti bħall-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-sessi any future . Dan il-kliem jista’ jiġi aċċettat. 3. Dwar l-Artikolu 21(1) fuq id-djalogu soċjali, il-Kunsill aċċetta l-emenda tal-Parlament Ewropew li jwessa' r-referenza tat-terminu "post tax-xogħol" kif irriformulat mill-Kummissjoni imma rrifjuta li jinkludi l-kliem ġdid dwar ir-riċerka mill-imsieħba soċjali li qed tiġi eżegwita abbażi l-iżvilupp u l-analiżi ta' data li tkun speċifika skond is-sess. Il-Kummissjoni aċċettat dak l-element ta' l-emenda tal-Parlament imma tista' tissottoskrivi għar-raġunament tal-Kunsill li referenza għal data jew statistika f'dan il-kuntest partikolari jista' jillimita bla bżonn l-kunċett ta' riċerka billi jirristrinġih għal aspetti kwantitattivi li jeħtieġu informazzjoni statistika u jeskludu d-dimensjoni kwalitattiva li ma torbotx neċessarjament fuq dan it-tip ta' materjal. 4. Ukoll b’rispett mad-dispożizzjoni dwar id-djalogu soċjali, b’mod speċifiku l-Artikolu 21(4) li jindika li l-informazzjoni provduta minn min iħaddem dwar it-trattament ugwali fix-xogħol huwa wieħed mill-metodi ta’ promozzjoni tat-trattament ugwali b’mod ippjanat u sistematiku, kif stipulat fl-Artikolu 21(3), il-Kunsill approva is-suġġeriment tal-Kummissjoni li jirranġa l-kliem mal-paragrafi l-oħra billi jistipula li min iħaddem irid (minflok għandu ) jiġi mħeġġeġ li jwettaq dan it-tip tas-sforzi. Ma aċċettax il-proposta l-oħra fil-proposta emendata tal-Kummissjoni biex juża it-terminu “għandu” fit-tieni subparagrafu li jimplika eżortazzjoni aktar qawwija li ssir disponibbli l-informazzjoni speċifika msemmija hemm u reġa’ lura għall-kelma “jista’” mill-proposta oriġinali. Madankollu, inkorpora, suġġett għal reformolazzjoni ta’ kjarifika, il-proposta mill-Parlament Ewropew, issekondata mill-Kummissjoni, li tkun aktar iddettaljati dwar il-kwistjonijiet li fuqhom trid issir disponibbli l-informazzjoni. Din is-soluzzjoni ta’ kompromess hija aċċettabli mill-Kummissjoni, fl-intier tagħha. 5. Il-Kunsill qabel li jċaqlaq l-obbligu għall-Istati Membri biex jissottomettu rapport li jkun fih evalwazzjoni ta’ l-eċċezzjonijiet għall-prinċipju tat-trattament ugwali fuq il-bażi li karatteristika relatata mas-sess tikkostitwixxi rekwiżit ġenwin u determinanti tax-xogħol mill-Artikolu 13 sa l-Artikolu 31, id-dispożizzjoni ġenerali li tkopri l-obbligi ta' rrappurtar, bħala paragrafu ġdid 3. Huwa biddel il-frekwenza ta' dan ir-rappurtar minn kull erba' snin, kif issuġġerit mill-Parlament Ewropew u mill-Kummissjoni fil-proposta emendata tagħha, għal " perjodikament imma ta' l-anqas kull tmien snin ". Dan jista’ jkun aċċettat peress li xorta jirrappreżenta xi progress meta mqabbel mar-rekwiżit kurrenti ta' l-evalwazzjoni perjodika imma mingħajr żmienijiet ta' skadenza ffissati. 6. Dwar is-sett ta’ skadenzi interrelatati għat-traspożizzjoni tad-Direttiva (l-Artikolu 33), għar-rapporti ta’ l-implimentazzjoni mill-Istati Membri (l-Artikolu 31) u għar-reviżjoni ta’ l-operazzjoni tad-Direttiva mill-Kummissjoni (l-Artikolu 32), il-Kunsill għażel it-triq tan-nofs bejn il-pożizzjonijiet ta’ l-istituzzjonijiet. Fil-prinċipju huwa għażel perjodu qasir ta’ traspożizzjoni ta' sentejn kif mitlub mill-Parlament Ewropew u mill Kummissjoni fil-proposta emendata tagħha, iżda inkluda l-possibilità għall-Istati Membri li jkunu qed iħabbtu wiċċhom ma' xi diffikultajiet li jestendu l-perjodu ta’ traspożizzjoni għal tliett snin. Ġew stabbiliti skadenzi uniformi għar-rapporti ta’ l-implimentazzjoni u r-reviżjoni kull erba’ snin u nofs u sitt snin u nofs wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva rispettivament. Barra minn hekk il-Kunsill daħħal xi tibdiliet li m’humiex relatati ma’ l-emendi tal-Parlament Ewropew. Dawn il-modifiki huma ta’ natura formali u teknika u ma jbiddlux is-sustanza tal-proposta. Jinkludu, per eżempju, l-għaqda ta’ l-Artikolu 19 u 20 tal-proposta inizjali f'dispożizzjoni waħda dwar il-piż ta' l-evidenza f'każijiet ta' diskriminazzjoni (l-Artikolu 19) u t-tqassir ta' l-intestaturi ta' Kapitoli 1, 2 u 3 tat-Titlu II kif ukoll Kapitolu 2 tat-Titolu III. Biex joħloq struttura aktar ċara, il-Kunsill ikkonverta t-Titlu IV tal-poposta tal-Kummissjoni f’Kapitolu 3 tat-Titlu III taħt l-intestatura " Dispożizzjonijiet oriżżontali ġenerali ”. Il-Kunsill infilsa wkoll reċitazzjoni ġdida 41 li tispjega l-paragrafu 34 tal-ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil tal-liġi aħjar. 4. KONKLUŻJONI Għar-raġunijiet ddikjarati hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-pożizzjoni komuni bl-ebda mod ma tibdel l-għanijiet u l-metodu tal-proposta tagħha u għalhekk tista’ tappoġġaha, aktar u aktar minħabba li l-pożizzjoni komuni tqis l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew fl-ewwel qari tiegħu u tal-proposta emendata tal-Kummissjoni. Huwa r-riżultat tad-diskussjonijiet interistituzzjonali li pproduċa dan it-test ta' kompromess. 5. STQARRIJA TAL-KUMMISSJONI Bħala element wieħed tas-soluzzjoni f’kompromess ġenerali milħuq f’diskussjonijiet interistituzzjonali, kemm il-Kummissjoni kif ukoll il-Kunsill għamlu stqarrijiet separati fiż-żmien ta' l-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni (ara l-Annessi I u II). ANNESS I Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Il-Kummissjoni tikkommetti ruħha għall-promozzjoni tal-lif tal-ġenituri bħala strument ta’ importanza kbira sabiex tiġi miksuba l-ugwaljanza sħiħa bejn l-irġiel u n-nisa fil-ħajja fuq ix-xogħol. Hija determinata li tiżgura li l-kundizzjonijiet ta’ rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja privata jkunu mtejba permezz ta’ l-implimentazzjoni kif suppost tad-Direttiva dwar il-lif tal-ġenituri u s-sorveljanza tal-effettività u s-suffiċjenza tagħha. Għalhekk il-Kummmissjoni bi ħsiebha tinnomina iż-żona ta’ rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja privata bħala waħda mill-għanijiet ta’ prijorità tagħha fir-rotta għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel li ġiet adottata fl-1 ta' Marzu 2006 (COM(2006) 92 finali). F’dak il-kuntest, hija mistennija tesegwi analiżi tas-sitwazzjoni dwar l-oqsma kollha ta’ rikonċiljazzjoni inklużi l-lif tal-ġenituri, arranġamenti flessibbli tax-xogħol u faċilitajiet tal-kura bil-ħsieb li jiġu żviluppati risposti ta’ politika fejn xieraq. Il-bidu ta’ skambju ta’ l-opinjonijiet ma’ l-imsieħba soċjali jikkostitwixxi element ta’ dawn l-attivitajiet. ANNESS II Dikjarazzjoni tal-Kunsill Il-Kunsill jaqsam l-impenn biex titjieb is-sitwazzjoni dwar ir-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja privata sabiex tinkiseb l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fil-ħajja tax-xogħol. Huwa għalhekk kuntent li l-Kummissjoni Ewropea tippjana li tieħu s-suġġett tal-bilanċ bejn l-impjieg tan-nisa u l-ħajja fuq ix-xogħol bħala parti ċentrali tat-Tielet Rapport Annwali lill-Kapijiet ta’ l-Istat u l-Gvern dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, li għandha tiġi ppreżentata lill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa f’Marzu 2006. F’dan il-kuntest, il-Kunsill iqis l-importanza li l-Parlament Ewropew jehmeż mas-suġġett tal-lif tal-ġenituri.