This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006PC0101
Proposal for a Council Regulation amending Regulation (EC) No 1531/2002 imposing a definitive anti-dumping duty on imports of colour television receivers originating, inter alia, in the People’s Republic of China
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1531/2002 li jimponi miżura definittiva anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ riċevituri tat-televiżjoni tal-kulur li joriġinaw, inter alia, fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1531/2002 li jimponi miżura definittiva anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ riċevituri tat-televiżjoni tal-kulur li joriġinaw, inter alia, fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
/* KUMM/2006/0101 finali */
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1531/2002 li jimponi miżura definittiva anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ riċevituri tat-televiżjoni tal-kulur li joriġinaw, inter alia, fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina /* KUMM/2006/0101 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 06.03.2006 KUMM(2006) 101 finali Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1531/2002 li jimponi miżura definittiva anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ riċevituri tat-televiżjoni tal-kulur li joriġinaw, inter alia, fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA | 110 | Raġunijiet għall-proposta u għanijiet tagħha Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-ħarsien mill-importazzjonijiet ta' oġġetti ta' dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea, hekk kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 461/2004 tat-8 ta' Marzu 2004 (“ir-Regolament bażiku”) fil-proċediment li jikkonċerna importazzjonijiet ta’ riċevituri ta’ televiżjoni bil-kulur li joriġinaw inter alia mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. | 120 | Kuntest ġenerali Din il-proposta qiegħda ssir fil-kuntest ta’ l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hija riżultat ta' stħarriġ li twettaq bi qbil mal-ħtiġijiet sostantivi u proċedurali mfassla fir-Regolament bażiku. | 130 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Bir-Regolament (KE) Nru 1531/2002, il-Kunsill impona miżuri definittivi anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ riċevituri tat-televiżjoni tal-kulur li joriġinaw, inter alia, fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. B’mod parallel, bid-Deċiżjoni 2002/683/KE, il-Kummissjoni aċċettat impenn konġunt minn 7 kumpaniji differenti flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża għall-Importazzjoni u Esportazzjoni ta’ Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (CCCME). | 141 | Konsistenza ma’ strateġiji politiċi u objettivi oħra ta l-Unjoni Mhux applikabbli. | KONSULTAZZJONIJIET MA’ PARTIJIET INTERESSATI U EVALWAZZJONI TA’ L-IMPATT | Konsultazzjoni ma’ partijiet interessati | 219 | Il-partijiet interessati kkonċernati diġà kellhom il-possibilità li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-istħarriġ, b’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. | Ġbir u użu ta’ għarfien espert | 229 | Ma kien hemm ebda ħtieġa ta’ għarfien espert esterna. | 230 | Valutazzjoni ta' l-impatt Din il-proposta hija r-riżultat ta' l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jaħsibx għal evalwazzjoni ta’ impatt ġenerali iżda għandu lista eżawrjenti ta’ kondizzjonijiet li jridu jkunu evalwati. | ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA | 305 | Sommarju ta' l-azzjoni proposta Bir-Regolament (KE) Nru 1531/2002, il-Kunsill impona miżuri definittivi anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ riċevituri tat-televiżjoni tal-kulur li joriġinaw, inter alia, fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. L-eċċezzjoni hija meta dan il-prodott ikun esportat mill-kumpaniji Haier Electrical Appliances Corp., Ltd, Hisense Import & Export Co., Ltd, Konka Group Co., Ltd, Sichuan Changhong Electric Co., Ltd, Skyworth Multimedia International (Shenzen) Co, Ltd, TCL King Electrical Appliances (Hui Zhou) Co., Ltd u Xiamen Overseas Chinese Electronic Co., Ltd, li minn għandhom il-Kummissjoni, bid-Deċiżjoni 2002/683/KE, aċċettat impenn konġunt offrut flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża għall-Importazzjoni u Esportazzjoni ta’ Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (‘CCCME’). Kumpanija waħda issa nstabet li kisret l-impenn u għalhekk il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tagħha. Ta’ min jinnota li skond ir-Regolament (KE) Nru 1531/2002 ksur minn kwalunkwe waħda mill-kumpaniji jew is-CCCME għandu jitqies bħala ksur ta’ l-impenn mill-firmatarji kollha. Fid-dawl ta’ dan, jeħtieġ ukoll li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1531/2002 sabiex titneħħa l-eżenzjoni mid-dazji anti-dumping li attwalment il-kumpaniji hawn fuq imsemmija qegħdin igawdu. | 310 | Bażi legali Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar ħarsien minn importazzjonijiet ta' oġġetti ta' dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea, hekk kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 461/2004 tat-8 ta' Marzu 2004. | 329 | Prinċipju ta' sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għalhekk ma japplikax. | Prinċipju ta' proporzjonalità | 331 | Din il-proposta tħares il-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. It-tip ta’ intervent huwa deskritt fir-Regolament imsemmi hawn fuq u ma jibqa’ ebda skop għal deċiżjoni nazzjonali. | 332 | Mhix applikabbli l-indikazzjoni ta’ kif il-piż amministrattiv u finanzjarju li jaqa’ fuq il-Komunità, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini hu mminimizzat u proporzjonat skond l-għan tal-proposta. | Għażla ta' strumenti | 341 | Strumenti proposti: Regolament. | 342 | Mezzi oħra ma jkunux adattati għar-raġuni(jiet) li ġejja(in). Mezzi oħra mhux se jkunu adegwati għax ir-Regolament bażiku ma jaħsibx għal għażliet alternattivi. | IMPLIKAZZJONIJIET TAL-BAġIT | 409 | Il-proposta ma għandhiex implikazzjoni għall-baġit tal-Komunità. | 1. Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1531/2002 li jimponi miżura definittiva anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ riċevituri tat-televiżjoni tal-kulur li joriġinaw, inter alia , fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar ħarsien minn importazzjonijiet dumped minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea [1]('ir-Regolament bażiku'), u b' mod partikolari l-Artikoli 8 u 9 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, Billi: A. PROĊEDURA TA' QABEL (1) F’Awwissu ta’ l-2002, bir-Regolament (KE) Nru 1531/2002[2], il-Kunsill impona miżura definittiva anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ riċevituri tat-televiżjoni tal-kulur (il-prodott ikkonċernat) li joriġinaw, inter alia , fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (‘l-RPĊ). (2) B’mod parallel, il-Kummissjoni, bid-Deċiżjoni 2002/683/KE[3] aċċettat impenn konġunt (‘l-impenn’) offrut minn Haier Electrical Appliances Corp., Ltd, Hisense Import & Export Co., Ltd, Konka Group Co., Ltd, Sichuan Changhong Electric Co., Ltd, Skyworth Multimedia International (Shenzen) Co, Ltd, TCL King Electrical Appliances (Hui Zhou) Co., Ltd u Xiamen Overseas Chinese Electronic Co., Ltd, (‘il-Kumpaniji’) flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża għall-Importazzjoni u Esportazzjoni ta’ Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (‘CCCME’). (3) Bħala riżultat ta’ dan, l-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat ta’ oriġini RPĊ, prodotti mill-Kumpaniji, u tat-tip kopert mill-impenn (‘il-prodott kopert mill-impenn’), kienu eżentati mid-dazji anti-dumping definittivi. B. NUQQAS TA’ KONFORMITÀ MA’ L-IMPENN (4) L-impenn offrut mill-Kumpaniji jobbligahom li, inter alia , jesportaw il-prodott kopert mill-impenn lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità b’ċerti livelli minimi ta’ prezzijiet (“LMPs”) ta’ importazzjoni jew livelli ogħla u li jirrispettaw ċerti livelli massimi kwantitattivi stipulati fl-impenn. Dawn il-livelli ta’ prezzijiet u dawn il-livelli massimi jeliminaw l-effetti ta’ ħsara tad- dumping . (5) Bil-għan li tiġi żgurata l-konformità ma’ l-impenn, is-CCCME u l-Kumpaniji qablu wkoll li jipprovdu kull tagħrif meqjus bħala meħtieġ mill-Kummissjoni u li jippermettu żjarat ta’ verifika fuq il-post tan-negozju tagħhom għall-verifika ta’ l-eżattezza u l-veraċità tad- data mressqa fl-imsemmija rapporti ta’ kull tliet xhur. (6) Kif ġie nnutat fil-premessa 239 tar-Regolament (KE) Nru 1531/2002, l-impenn b’mod speċifiku jistipula li ksur minn xi waħda mill-Kumpaniji jew is-CCCME għandu jitqies bħala ksur ta’ l-impenn mill-firmatarji kollha. Nuqqas ta’ kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea fil-monitoraġġ ta’ l-impenn jitqies bħala ksur ta’ l-impenn. (7) F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni talbet biex twettaq żjarat ta’ verifika fuq il-post tas-CCCME u taż-żewġ kumpaniji bl-akbar volum ta’ bejgħ irrappurtat tal-prodott ikkonċernat, jiġifieri Xiamen Overseas Chinese Electronic Co., Ltd u Konka Group Co., Ltd. Il-Kummissjoni bagħtet ittri ta’ verifika minn qabel lis-CCCME, Xiamen Overseas Chinese Electronic Co., Ltd u Konka Group Co., Ltd b’indikazzjoni tad-dati tal-verifika fuq il-post. Is-CCCME u Xiamen Overseas Chinese Electronic Co., Ltd ikkonfermaw l-aċċettazzjoni taż-żjara ta’ verifika mitluba mill-Kummissjoni. Iżda, Konka Group Co., Ltd irrifjutat li taċċetta żjara ta’ verifika, b’hekk kisret l-impenn. (8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 2006/[INSERT]/KE[4] tistipula f’aktar dettall in-natura tal-ksur li nstab. (9) Fid-dawl tal-ksur, l-aċċettazzjoni ta’ l-impenn offrut mill-Kumpaniji flimkien mas-CCCME ġiet revokata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2006/[INSERT]/KE. Dazju anti-dumping għandu għalhekk jiġi impost minnufih fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat esportat lill-Komunità mill-kumpaniji kkonċernati. (10) Skond l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku, ir-rata ta’ dazju anti-dumping għandha tkun stabbilita fuq il-bażi tal-fatti stipulati fi ħdan il-kuntest ta’ l-investigazzjoni li wasslet għall-impenn. Peress li l-investigazzjoni kkonċernata ntemmet b’deċiżjoni finali dwar id- dumping u d-dannu li jirriżulta minn dan bir-Regolament (KE) Nru 1531/2002, huwa meqjus xieraq li r-rata anti-dumping definittiva titqiegħed fil-livell u fl-għamla imposta minn dak ir-Regolament, jiġifieri 44,6% tal-prezz nett CIF, ħieles fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju. C. EMENDA TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1531/2002 (11) Fid-dawl ta’ hawn fuq, ir-Regolament (KE) Nru 1531/2002 għandu għalhekk jiġi emendat. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Artikolu 3, l-Anness I u l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1531/2002 huma b’dan revokati L-Artikoli 4 u 5 ta’ (KE) Nru 1531/2002 għandhom jiġu enumerati mill-ġdid bħala Artikoli 3 u 4. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, [...] F'isem il-Kunsill Il-President [1] ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, tat-13.3.2004, p. 12.) [2] ĠU L 231, 29.8.2002, p. 1. [3] ĠU L 231, 29.8.2002, p. 42. [4] ĠU (GĦAD IRID JITNIŻŻEL)