This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006DC0819
Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions - an action plan for airport capacity, efficiency and safety in Europe {SEC(2006) 1686} {SEC(2006) 1687}
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament ewropew, il-Kumitat ekonomiku u soċjali ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni - Pjan ta' azzjoni għall-kapaċità, l-effiċjenza u s-sikurezza ta' l-ajruporti fl-Ewropa {SEG(2006) 1686} {SEG(2006) 1687}
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament ewropew, il-Kumitat ekonomiku u soċjali ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni - Pjan ta' azzjoni għall-kapaċità, l-effiċjenza u s-sikurezza ta' l-ajruporti fl-Ewropa {SEG(2006) 1686} {SEG(2006) 1687}
/* KUMM/2006/0819 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 24.1.2007 KUMM(2006) 819 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI Pjan ta' azzjoni għall-kapaċità, l-effiċjenza u s-sikurezza ta' l-ajruporti fl-Ewropa {SEG(2006) 1686}{SEG(2006) 1687} KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI Pjan ta' azzjoni għall-kapaċità, l-effiċjenza u s-sikurezza ta' l-ajruporti fl-Ewropa 1. Il-liberalizzazzjoni tas-settur tat-trasport bl-ajru Ewropew hija suċċess mill-kbarnett: it-traffiku ta' l-ajru kiber bi tliet darbiet bejn l-1980 u l-2002. Bejn l-1992 u l-2005 l-għadd ta' rotot intra-UE kiber b'150%. Iċ-ċittadini Ewropej issa jistgħu jgawdu minn firxa diversifikata bi prezz għall-but ta' kulħadd. Ittieħdu miżuri konkreti mill-Komunità Ewropea sabiex jiġi sostnut dan it-tkabbir filwaqt li jinżamm livell għoli ta' sikurezza u effiċenzja. - L-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni (EASA) inħoloqt fl-2002 sabiex jiġu rrazzjonalizzati l-attivitajiet Ewropej fil-qasam li jikkonċerna l-kundizzjonijiet li bihom l-ajruplani jkunu xierqa għat-tajran; - Il-pakkett leġiżlattiv ta' l-Ajru Uniku Ewropew, adottat fl-2004, għandu l-għan li jirriforma b'mod komprensiv is-settur tal-Ġestjoni tat-Traffiku ta' l-Ajru, bil-ħsieb li jiżdiedu s-sikurezza u l-effiċjenza ta' l-ajru Ewropew. - Jekk it-talba għat-traffiku bl-ajru tkompli skond il-bixriet ta' bħalissa, din se tirdoppja fi żmien 20 sena. Dan ovvjament se jkollu implikazzjonijiet ambjentali serji Il-Kummissjoni qed tindirizza din il-kwistjoni b'sensiela ta' inizjattivi maħsuba biex jinternalizzaw l-ispejjeż esterni tat-trasport u biex inaqqsu l-kontribut tat-trasport bl-ajru lill-effett serra. L-eżami ta' nofs it-terminu tal- White Paper tal-Kummissjoni dwar it-Trasport (2001)[1] tagħraf li huma meħtieġa miżuri biex jitnaqqsu l-effetti ambjentali negattivi kkawżati mit-traffiku li qed jiżdied b'rata mgħaġġla. L-għan ta' dan id-dokument huwa li l-infrastruttura eżistenti tintuża bl-aħjar modi possibbli, jiġi promoss l-użu ta' żviluppi teknoloġiċi, tittejjeb is-sikurezza u l-effiċjenza, u meta meħtieġ, jitfassal aħjar il-qafas ta' l-ippjanar għall-infrastruttura ġdida. 2. F'soċjetà moderna, il-konnettività hija l-bażi għall-kompetittività ekonomika, il-koeżjoni soċjali u kulturali u l-iżvilupp kulturali. Bħala konsegwenza, id-domanda dejjem tikber għat-trasport u l-ivjaġġar bl-ajru mhix biss xprunata mill-ħtiġijiet ekonomiċi u kummerċjali tal-globalizzazzjoni, iżda wkoll mill-istandards soċjali u kulturali li qegħdin dejjem jevolvu. 3. Wara l-liberalizzazzjoni tas-suq tat-trasport bl-ajru bil-ħolqien tas-suq intern u wara li indirizzat "is-saturazzjoni tas-smewwiet" permezz ta' l-inzjattiva ta' l-Ajru Uniku Ewropew, il-Kummissjoni issa sejra tiffoka fuq l-ajruporti. Il-kapaċità mhix se tkun tista' tilqa' għad-domanda, u hemm is-sogru li ssir l-aktar fattur li jillimita t-trasport bl-ajru. Din hija l-ħolqa l-aktar dgħajfa u l-effett tagħħha jgħaddi għall-ħoloq l-oħra tal-katina kollha kemm hi tat-trasport ta' l-ajru u jhedded l-effiċjenza tagħha. Minħabba li t-trasport bl-ajru jitqies bħala 'mutur' għat-tkabbir ekonomiku, dan imbagħad jista’ jxekkel il-kompettittività kumplessiva ta' l-ekonomija Ewropea. 4. L-ajruporti huma ta' importanza ekonomika sinifikanti, fuq skala sew lokali sew globali. Filwaqt li l-operaturi ta' l-ajruporti Ewropej jimpjegaw direttament xi 120 000 impjegat sabiex iservu 580 miljun passiġġier fis-sena, l-impjiegi totali fuq il-post tal-kumpaniji ta' l-ajru, tal-manutenzjoni, kejtering, bejgħ mill-ħwienet, u kontroll tat-traffiku ta' l-ajru jgħoddu għal madwar 1.1 miljun ħaddiem. Is-settur ta' l-ajruporti joħloq direttament medja ta' 925 impjieg għal kull miljun unità ta' xogħol.[2]. Għal 31% mill-kumpaniji, il-qrubija ma' ajruport ewlieni hija fattur ewlieni li jiddetermina fejn ikun jinsab l-impjant ta' manifattura. Għas-servizzi tal-banek u l-assigurazzjoni, it-trasport ta' l-ajru jgħodd għal 50% mit-domanda totali għat-trasport[3]. B'hekk industrija effiċjenti tat-trasport ta' l-ajru tikkontribwixxi għall-għanijiet ta' l-aġenda ta' Liżbona. 1. IL-KRIżI MISTENNNIJA FIL-KAPAċITÀ 5. Il-kapaċità ta' l-ajruporti hija funzjoni ta' l-infrastruttura sew tar- runway sew ta' l-infrastruttura fuq l-art. Il-kapaċità tar- runway tikkorrispondi għall-għadd massimu ta' ajruplani li jinżlu u/jew jitilqu, filwaqt li jitqies xkiel fiżiku li jkollu impatt fuq is-sikurezza, bħall-vortiċi fit-taqlib ta' l-arja tat-tranja. Il-kapaċità ta' l-infrastruttura fuq l-art tikkorrispondi għat-tqassim fiżiku tat-terminals (postijiet għall-parkeġġ u l- gates minn fejn jittellgħu l-passiġġieri, eċċ.) u l-effiċjenza tal-ġestjoni tagħhom. 6. Minħabba l-evoluzzjoni mistennija tat-traffiku, l-Ewropa sejjra tħabbat wiċċha ma' qabża dejjem tikber [4] bejn il-kapaċità u d-domanda Din tissejjaħ "il-kriżi tal-kapaċità". Jekk ma jiżdidux drastikament il-livelli tal-kapaċità, huwa stmat li 'l fuq minn 60 ajruport se jkunu maħnuqa bit-traffiku u l-ewwel 20 ajruport se jkunu mimlija żżejjed għal mill-inqas 8-10 sigħat kuljum sa l-2025. 7. Konġestjoni bħal din x'aktarx ikollha impatt iebes għall-aħħar fuq il-ħila tal-linji ta' l-ajru li jżommu ma' l-iskeda tagħhom, l-aktar f'ajruporti tal-qalba, u dan għalhekk jissarraf f'industrija Ewropea tat-trasport bl-ajru inqas effiċjenti. Il-konġestjoni sejra wkoll tissarraf fi spejjeż ambjentali u ta' sikurezza, minħabba li d-densità u l-kumplessità ta' l-operazzjonijiet se tilħaq livell bla preċedent. Il-kriżi tal-kapaċità fl-ajruporti hija theddida għas-sikurezza, l-effiċjenza u l-kompetittività ta' kull min huwa involut fil-katina tal-provvista tat-trasport bl-ajru. 2. VIżJONI STRATEġIKA SABIEX TIġI AFFRONTATA L-KRIżI TAL-KAPAċITÀ 8. M'hemm l-ebda soluzzjoni mirakoluża għal kwistjoni kumplessa bħal din. Lil hinn mill-bosta protagonisti fil-qasam u n-natura teknika għall-aħħar ta' l-operazzjonijiet, l-ippjanar fis-settur ta' l-ajruporti wkoll huwa sfida: 9. Infrastruttura ġdida tieħu madwar 5 sa 10 snin biex titlesta 10. Huma meħtieġa bejn sena u 5 snin sabiex jiġi ppjanat u ottimizzat l-użu ta' runways eżisteni, inkluż l-ispazju ta' l-ajru madwarhom. 11. Bejn nofs Settembru ta' l-2005 u kmieni fl-2006, il-Kummissjoni kkonsultat lill-partijiet ikkonċernati sabiex issib soluzzjonijiet possibbli biex tindirizza n-nuqqas fil-kapaċità ta' l-ajruporti. Kienu kollha kontributi siewja it-tweġibiet mill-aġenziji tal-gvern, il-linji ta' l-ajru, l-operaturi ta' l-ajrupoti, il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni ta' l-ajru, l-esperti, ċittadini privati u għaqdiet ambjentali.[5] Sejba ewlenija tal-konsultazzjoni kienet li kien hemm qbil wiesa' dwar l-eżistenza tal-problema u l-bżonn li jinstabu soluzzjonijiet immexxija mis-suq u ambjentalment sostenibbli. Bosta kontributuri saħqu dwar il-ħtieġa għall-kollaborazzjoni u qsim ta' informazzjoni aħjar bejn kull min hu involut fil-katina operattiva ta' l-ajruporti. 12. Diskussjonijiet dwar il-kwistjoni tal-kapaċità seħħew waqt il-laqgħat ta' livell għoli tad-Diretturi Ġenerali ta' l-Avjazzjoni Ċivili taħt il-Presidenza tar-Renju Unit fl-2005 u f'Salzburg taħt il-Presidenza Awstrijaka f'Mejju 2006. 13. Bħala riżultat ta' din il-konsultazzjoni, hawn elenkat għadd ta' azzjonijiet : 14. Il-bżonn ta' użu aktar effiċjenti ta' runways eżistenti u appoġġ għal infrastruttura ġdida 15. Jeħtieġ li jinstab bilanċ xieraq bejn soluzzjonijiet immexxija mis-suq (mekkaniżmi tas-suq għall-allokazzjoni ta' l-islots) u miżuri regolatorji (l-Ajru Uniku Ewropew u s-superviżjoni tas-sikurezza ta' l-ajruporti); 16. Il-Komunità Ewropea tista' wkoll tappoġġa s-settur ta' l-ajruporti bis-saħħa ta' l-istrumenti finanzjarji tagħha: TEN-T, programmi tal-Politika Ewropew ta' Koeżjoni permezz tal-Fondi Ewropej ta' Żvilupp Reġjonali u Koeżjoni (skond il-Linji ta’ Gwida Strateġiċi għall-Koeżjoni u l-prijoritajiet iddefiniti f'kull programm), jew permezz ta' inizjattivi bħal SESAR ( Single European Sky ATM Research ); 17. Sabiex tiġi promossa s-sikurezza , huma meħtieġa b'mod partikolari regoli Komunitarji dwar is-sikurezza ta' l-ajrudromi, li jinkludu mhux biss l-infrastruttura, iżda wkoll l-operazzjonijiet u l-ġestjoni; 18. Is-sikurezza ta' l-avjazzjoni għandha tkun fattur ewlieni li għandu jitqies f'każ ta' żieda fil-kapaċità ta' l-ajruporti; 19. L-ajruporti reġjonali huma importanti għall-iżvilupp ta' netwerk Ewropew integrat tat-trasport bl-ajru. F'dan ir-rigward, ikun xieraq li tinħeles il-kapaċità rieqda li teżisti fl-ajruporti reġjonali, dejjem sakemm l-Istati Membri jirrspettaw l-istrumenti ġuridiċi Komunitarji marbuta ma' l-għajnuniet mill-Istat[6]. Is-Sistemi Globali għan-Navigazzjoni bis-Satelliti jistgħu jkollhom rwol sinifikanti għaż-żieda fil-kapaċità u l-flessibbiltà ta' l-operazzjonijiet f'dawk l-ajruporti mingħajr ma tikber l-ispiża għall-infrastruttura lokali. L-Istati Membri għandhom jistinkaw biex itejbu l- aċċessibbiltà ta' ajruporti bħal dawn permezz tal-ferrovija u t-triq sabiex ikun jistgħu jagħmluha ta' ajruporti li jtaffu l-piż ta' l-ajruporti ewlenin. B'dawn l-elementi, il-Kummissjoni se tiżviluppa ħames azzjonijiet ewlenin: - Użu aħjar tal-kapaċità eżistenti ta' l-ajruporti; - Approċċ konsistenti għall-operazzjonijiet tas-sikurezza ta' l-ajru fl-ajrudromi; - Il-promozzjoni ta’ l-integrazzjoni u l-kollaborazzjoni tal-modi ta' transport ( co-modality ); - It-tijib tal-kapaċità ambjentali ta' l-ajruporti u l-qafas ta' l-ippjanar għal infrastruttura ġdida ta' l-ajrupoti; - L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi ta' nfiq effettiv. Il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati ikkonfermat il-ħtieġa urġenti għall-azzjoni kkoordinata. Dan id-dokument jipproponi lista ta' azzjonijiet konkreti li jistgħu jittieħdu l-aħjar fuq il-livell ta' l-UE. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tissorvelja l-progress li jkun sar billi twaqqaf osservatorju. 3. UżU AħJAR TAL-KAPAċITÀ EżISTENTI TA' L-AJRUPORTI 3.1. Valutazzjoni tal-kapaċità u metodoloġiji ta' ppjanar għaż-żmien mezzan 20. Il-valutazzjoni tal-kapaċità trid tissejjes fuq inventarju preċiż tal-flussi eżistenti u ppjanati ta' l-ajruporti. Bħalissa, inventarju ta' dan it-tip dwar l-Ewropea ma jeżistix. Barra minn hekk, l-ajruporti qed jużaw metodi u tassonomiji differenti sabiex jivvalutaw il-kapaċità tagħhom. Dan joħloq diffilkultà meta wieħed jiġi biex iqabbel u biex jistabilixxi normi ta’ referenza. Eurocontrol, l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sikurezza tan-Navigazzjoni bl-Ajru, tappoġġa l-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta' l-Ajru Uniku Ewropew billi twettaq sensiela ta' attivitajiet tekniċi sabiex tħejji abbozz ta' regoli ta' implimentazzjoni li jistgħu jintużaw bħala bażi għal proposta tal-Kummissjoni biex tiġi adottata skond il-proċedura tal-komitoloġija. Il-Kummissjoni tipproponi li tuża dawn l-arranġamenti ta' ħidma sabiex tiżviluppa regola ta' implimentazzjoni dwar definizzjonijiet komuni u għodod analitiċi komuni għall-valutazzjoni tal-kapaċità ta' l-ajrudromi kif ukoll proċeduri għall-involviment ta' l-operaturi ta' l-ajruporti fl-ippjanar għaż-żmien mezzan. 21. Il-Eurocontrol żviluppat proċess sistematiku u li jaħdem sew għall-ippjanar tal-kapaċità tal-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru fuq livell Ewropew. Il-Kummissjoni tipproponi li testendi dan l-eżerċizzju lill-ippjanar tal-kapaċità ta' l-ajruporti, li kieku jgħin lis-settur ikollu idea globali dwar il-kwistjonijiet tal-kapaċità ta' l-ajruporti fl-Ewropa. Il-Kummissjoni se tistieden lill-Istati Membri, l-awtoritajiet rilevanti u l-partijiet ikkonċernati jiffurmaw osservatorju dwar il-kapaċità ta' l-ajruporti li se jissorvelja dan il-proċess ta' ppjanar. L-ossrevatorju, li jista' jibda jaħdem fl-2007, jista' jkun forum għall-iskambju u l-monitoraġġ ta' data u informazzjoni dwar il-kapaċità ta' l-ajruporti sabiex jiġi stabbilit punt ewlieni ta' osservazzjoni panewropew dwar din il-kwistjoni importanti. Il-Kummissjoni se toħroġ mandat għall-Eurocontrol biex tiżviluppa għodod armonizzati għall-valutazzjoni tal-kapaċità ta' l-ajruporti. L-osservatorju dwar l-ippjanar għaż-żmien mezzan tal-kapaċità ta' l-ajruporti taħt l-awspiċi tal-Kummissjoni se juża l-inventarju għall-valutazzjoni tal-kapaċità madwar l-UE biex itejjeb l-għarfien u l-informazzjoni dwar il-ħtiġijiet regġjonali tal-kapaċità u se jippreżenta rapport annwali dwar dan. 3.2. Slots ta' l-ajruporti u pjanijiet tat-titjir: 22. Fl-Ewropa, l-operaturi ta' l-ajruplani huma obblgati jippreżentaw pjan tat-titjir mill-inqas siegħa qabel ma titlaq it-titjira. Malli jressqu dan il-pjan, jingħataw slot ta’ l-ATFM ( Air Traffic Flow Management ), li jikkorrispondi għall-ħin li fih l-ajruplan jista' jitlaq mingħajr ma jikkaġuna t-taqlib fis-sistema tal-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru. Slots ta’ l-ATFM is-soltu jingħataw meta jkun hemm nuqqas ta' kapaċità intrinsika, fiċ-ċentri tal-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru jew l-ajruporti[7], jew meta jkun hemm problema mhux mistennija li taffettwa l-kapaċità (ċpar, tempesti, ħsarat fis-sistemi tekniċi, eċċ.). Fil-prattika, il-verifikazzjoni tal-pjanijiet tat-titjir mas- slots ta' l-ajruporti ma sseħħx b'mod sistematiku, u dan iwassal għal xkiel fl-użu ottimatli tas- slots . Effett kollaterali huwa li l-ajruplani jokkupaw aktar milli meħtieġ il-kapaċità tat- taxi u r- runway , u b'hekk dan ikollu effett avvers fuq l-ambjent. Fl-2005, il-Eurocontrol irċeviet mandat biex tiżviluppa kooperazzjoni mill-qrib mar-regoli ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-AFTM[8]. L-abbozz tar-regola ta' implimentazzjoni mistennni jiġi ppreżentat lill-kumitat tal-komitoloġija ta' l-Ajru Uniku Ewropew fil-bidu ta' l-2007. 23. Jekk ikun meħtieġ, l-Artikolu 14 tar-Regolament dwar is- slots [9] jista' jiġi mmodifikat b'tali mod li l-awtoritajiet kompetneti tal-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru jkunu obbligati jirrifjutaw plan tat-titjir ta' operatur ta' ajruplan kull meta trasportatur ta' l-ajru ma jkollux is- slots meħtieġa ta' l-ajruport. 24. Skond ir-Regolament ta' qafas dwar l-Ajru Uniku Ewropew[10], il-Eurocontrol intalbet ukoll tipprovdi assistenza teknika lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta' rapport lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew, sa l-20 ta' April 2007, dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-Ajru Uniku Ewropew. B'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, il-mandat mogħti lill-Eurocontrol dwar il-miżuri ta' l-ATFM sejjer jipproponi soluzzjonijiet biex jiżgura l-konsistenza bejn is- slots fl-ajruporti u l-pjanijiet tat-titjir, bl-emendi meħtieġa tal-leġiżlazzjoni rilevanti. L-abbozz tar-regola ta' implimentazzjoni mistennni jiġi ppreżentat lill-kumitat tal-komitoloġija ta' l-Ajru Uniku Ewropew fil-bidu ta' l-2007. Il-Kummissjoni sejra tqis ukoll ir-riżultati u l-impatt potenzjali ta' l-implimentazzjoni fl-2007 tar-rapport ta' l-Ajru Uniku Ewropew dwar l-operazzjonijiet ta' l-ajruporti. 3.3. It-tkattir tal-prevedibbiltà u t-tnaqqis tad-dewmien fl-ajruporti permezz tat-Teħid Kollaborattiv ta' Deċiżjonijiet (CDM): 25. Il-prevedibbiltà hija ta' importanza kbira għal-linji ta' l-ajru u għall-ajruporti fil-ġestjoni ta' l-operat tagħhom. Pereżempju, il-linji ta' l-ajru jdaħħlu fl-iskeda tagħhom "bafer" li jippermetti li dewmien mhux mistenni fil-wasla jew it-tluq tat-titjiriet jiġi assorbit. It-tnaqqis ta' dan il-bafer b'ħames minuti ikun ifisser madwar EUR 1 000 miljun f'użu aħjar tar-riżorsi tal-linji ta' l-ajru u l-ajruporti. 26. Barra minn hekk, "il-linji ta' l-ajru, l-ajruporti, il-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru u l-komunità ta' l-ATFM jeħtiġilhom jibdlu minn 'perspettiva insulari' lejn attenzjoni aktar ġenerali fuq il-prestazzjoni globali tat-trasport bl-ajru"[11]. Kapaċitajiet imtejba għat-teħid tad-deċiżjonijiet permezz tal-qsim ta' l-informazzjoni bejn l-ajruporti sieħba kollha jġibu magħhom bosta benefiċċji kwantitattivi u kwalitattivi għall-operat ta' ajruporti mhux biss individwali, iżda, aktar importanti minn hekk, għax-xibka kollha ta' l-ajruporti. F'forma istituzzjonalizzata, dan il-proċess inklussiv tal-qsim ta' l-informazzjoni jissejjaħ it-Teħid Kollaborattiv ta' Deċiżjonijiet (CDM). It-teħid kollaborattiv ta' deċiżjonijiet fl-ajruporti jnaqqas id-dewmien ikkaġunat minn dewmien ieħor fuq il-livell tax-xibka ta' ajruporti, u jtejjeb l-irkupru minn eventwalitajiet ta' temp ħażin jew disturbi oħra, li jwasslu għall-ħela tal-kapaċità ta' l-ajruporti. 27. Il-Kummissjoni tal-fehma li t-teħid kollaborattiv ta' deċiżjonijiet fl-ajruporti, jekk fih jieħdu sehem massa kritika ta' sħab, jista' jkollu benefiċċji sostanzjali għall-operat ta' xibka ta' ajruporti bħala unità. Jidhrilha wkoll li effiċjenzi operattivi akbar ukoll iħallu l-frott tal-ksib ta' benefiċċji ambjentali pożittivi. Il-Kummissjoni tipproponi li l-Eurocontrol tingħata mandat biex tiżviluppa r-regoli ta' l-implimentazzjoni għall-introduzzjoni fl-ajruporti Ewropej, fl-2008, ta' CDM fl-Ajruporti. 4. APPROċċ KONSISTENTI GħALL-OPERAZZJONIJIET TAS-SIKUREZZA TA' L-AJRU FL-AJRUPORTI 4.1. Twessigħ tar-responsabbiltajiet ta' l-EASA għar-regoli dwar is-sikurezza ta' l-ajrudromi 28. L-użu intensiv ta' l-ajrudromi u volumi ogħla tat-traffiku jirrikjedu livelli mtejba ta' sikurezza. L-ajrudromi sallum kienu l-ħolqa l-anqas rregolata fil-katina ta' l-avjazzjoni. Sforzi volontarji mill-grupp ta' regolaturi tas-sikurezza ta' l-ajrudromi (GASR)[12] ipproduċew riżultati notevoli. Madankollu, jeħtieġ li jkun hemm regoli obbligatorji komuni sabiex iċ-ċittadini Ewropej jingħataw livelli uniformi ta' sikurezza fl-avjazzjoni, kif iħeġġu r-rekwiżiti l-ġodda ta' l-ICAO dwar is-sikurezza ta' l-ajrudromi. Barra minn hekk, minħabba li l-Istati Membri ma jimplimentawx id-dispożizzjonijiet ta' l-ICAO uniformement, mhemmx kundizzjonjiet ekwi bejn l-operaturi ta' l-ajruporti[13], u dan lill-kumpaniji li joperaw ajrudromi fi Stati Membri differenti jġegħilhom japplikaw sett inkompatibbli ta' Regolamenti tas-sikurezza, nazzjonali jew saħansitra lokali. 29. Kif tħabbar, il-Kummissjoni għalhekk sejra tadotta proposta leġiżlattiva biex ir-rwol ta' l-EASA jiġi estiż għas-sikurezza fl-ajrudromi[14]. Valutazzjoni preliminari ta' l-impatt għal "EASA estiża" saret fl-2005. Matul l-2006, l-EASA nnifisha sejra tiżviluppa l-opinjoni tagħha dwar dan, wara li dettaljatament ikkonsultat mal-partijiet interessati permezz tal-proċedura ta' l-"Avviż ta' Emenda Proposta" (NPA). Hemm ippjanat li l-Kummissjoni tadotta proposta leġiżlattiva dwar dan kmieni fl-2008. 4.2. L-isfruttament ta' Sistemi Globali għan-Navigazzjoni bis-Satelliti (GNSS) għal sikurezza mtejba fl-ajruporti 30. L-UE ilha tinvesti fl-iżvilupp tan-navigazzjoni bbażata fuq is-satelliti. Minkejja r-rakkomandazzjonijiet ta' l-ICAO u d-disponibbiltà ta' sistemi elettroniċi ta' l-avjazzjoni ċċertifikati li jinġarru fuq l-inġenji ta' l-ajru, dawk is-sistemi mhumiex sfruttati fil-wisa' llum. Minn perspettiva tas-sikurezza, il-GNSS jistgħu joffru sors addizzjonali ta' informazzjoni pożizzjonali. Il-GNSS jikkontribwixxu għall-prevenzjoni ta' okkorrenzi ta' "Titjir Ikkontrollat għal ġo l-Art", li għadu sallum il-kawża l-aktar sinifikanti ta' l-inċidenti fatali, speċjalment għall-inġenji ta' l-ajru l-anqas sofistikati. Il-GNSS jistgħu wkoll jippermettu flessibbiltà akbar fid-disinn tar-rotot ta' l-approċċ u t-tluq, biex l-ostakli jiġu evitati, jitnaqqas l-impatt ta' l-istorbju jew biex jippermettu l-operat sikur ta' ajruporti u runways anqas imbiegħda minn xulxin. Il-Kummissjoni sejra tippermetti ċ-ċertifikazzjoni tas-sinjal EGNOS/Galileo fl-ispazju, filwaqt li tinkludi l-isfruttament tal-GNSS fil-Pjan Ewropew għar-Radjunavigazzjoni. L-inklużjoni komprensiva tal-GNSS fil-proċessi operattivi ta' l-ATM mistenni li tirriżulta mill-programm SESAR, li sejjer jipprovdi benefiċċji għax-xibka " gate to gate ". 5. IL-PROMOZZJONI T a' l-integrazzjoni bejn modi differenti tat-trasport 5.1. It-titjib ta' l-aċċess għall-ajruporti u l-integrazzjoni bejn modi differenti tat-trasport 31. It-trasport bl-ajru u bil-ferrovija għandu jsir aktar komplementari. Hemm talanqas tliet kollegamenti bejn l-ajru u l-ferroviji, li kull wieħed minnhom għandu benefiċċji speċifiċi għas-soċjetà kollha kemm hi, u jkollu impatt pożittiv fuq l-ambjent: 32. Kollegamenti ma' l-ibliet, bil-benefiċċji lit-tnaqqis tal-konġestjoni tat-traffiku fit-toroq u kwalità aħjar ta' l-ajru madwar l-ajruporti; 33. Kollegamenti mar-reġjuni, bl-istess benefiċċji bħal dawk imsemija hawn fuq, flimkien mal-benefiċċju addizzjonali tat-twessigħ taż-żona moqdija mill-ajruport; 34. Kollegament bejn l-ajruport u ż-żoni metropolitani kbar permezz tal-Ferroviji ta' Veloċità Għolja, bl-istess benefiċċji bħal dawk imsemmija hawn fuq, flimkien ma' potenzjal għas- slots għal titjiriet qosra jinħelsu favur titjiriet fil-bogħod, li għall-ajruporti u l-linji ta' l-ajru jirrappreżentawlhom produttività akbar ta' l-islots. Il-ferroviji konvenzjonali jistgħu jkollhom rwol importanti, u l-iżvilupp tagħhom biex jgħaqqdu ma' xulxin l-ajruporti sekondarji u reġjonali għandu jiġi nkoraġġit permezz ta' finanzjament mill-Istati Membri u mill-Komunità. L-Ajruport ta' Arlanda, Stokkolma, (madwar 17-il miljun passiġġier fis-sena) taħt l-art għandu tliet stazzjonijiet tal-ferrovija. Wieħed huwa għal servizzi tal-ferrovija lejn destinazzjonijiet imbiegħda, filwaqt li t-tnejn l-oħra fiż-żewġ estremitajiet ta' l-ajruport tużahom il-ferrovija veloċi Arlanda Express. L-Arlanda Express tgħaqqad l-ajruport mal-belt 4-6 darbiet fis-siegħa, u l-vjaġġ ta' 45km tkoprih f'20 minuta, b'veloċitajiet li jaslu sa 200 kilometru fis-siegħa. Jekk, għal xi raġuni, il-ferrovija tkun aktar minn żewġ minuti tard, il-passiġġieri jkunu jistgħu jitolbu li jitħallsu lura l-prezz sħiħ tal-biljett tagħhom. | 35. Hemm il-ħtieġa għal infrastrutturi integrati u effiċjenti tat-trasport, u titjib tat-tqassim tal-modi tat-trasport għall-aċċess ta' l-ajruport. Il-Kummissjoni sejra tiddedika aktar attenzjoni u riżorsi għall-promozzjoni u l-finanzjament ta' infrastrutturi li jintegraw modi differenti tat-trasport. Proġetti bħal dawn jistgħu jiġu promossi permezz tal-Politika Ewropea tal-Koeżjoni, u jkomplu jkunu eliġibbli għall-finanzjament taħt il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Koeżjoni. Il-finanzjament mit-TEN-T u mill-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Koeżjoni għal proġetti ta' trasport integrat għadu disponibbli għall-perjodu 2007-2013. Il-Kummissjoni tistieden ukoll lill-Istati Membri biex jappoġġaw l-iżvilupp ta' konnessjonijiet ta' skambju bejn modi differenti ta' trasport fl-ajruporti (ferroviji lejn l-ajruporti u stazzjonjiet tal-ferrovija fi'dawn ta' l-aħħar), li jġibu 'l quddiem l-effiċjenza tat-trasport sew bil-ferrovija kif ukoll bl-ajru. 5.2. L-intermodalità bejn l-ajru u l-ferrovija 36. Il-mottivi ewlenin li jmexxu l-passiġġieri huma u jagħżlu mod ta' trasport huma relattivament stabbli, u importanti b'konsistenza fl-Ewropa kollha kemm hi. Il-passiġġieri jagħżlu l-ferrovija meta l-ħinijiet, in-nol, il-frekwenza, l-aċċess, eċċ. joffrulhom vantaġġ, u jagħżlu l-ajru meta joffrilhom vantaġġ dan ta' l-aħħar. L-iżvilupp intermodali għaldaqstant għandu jfittex li jappoġġa u jaħdem flimkien ma' l-għażliet tas-suq li jagħmlu l-konsumaturi. Fatturi bħall-informazzjoni, il-ħruġ tal-biljetti, il-lingwi, l-integrazzjoni tas-servizzi u kwistjonjiet oħra għandhom rwol f'li jkomplu jtejbu s-servizz kemm jista' jkun. Ir-raġuni ewlenija għat-tħeġġiġ tal-ferrovija bħala komplement għat-trasport bl-ajru għandha tikkonċentra fuq li l-prodott ferrovjarju jsir aktar attraenti. Dan jinkoraġġixxi lill-passiġġieri jippruvaw l-għażla tal-ferrovija sew għal vjaġġi minn punt għall-iħeor, kif ukoll għal vjaġġi ta' trasferiment. Minħabba żieda fid-domanda, ħafna mill-kwistjonijiet sekondarji sejrin jiġu solvuti permezz ta' aktar kooperazzjoni mill-operaturi u r-reazzjonijiet tal-pubbliku. L-intermodalità bejn il-ferrovija u l-ajru ma tistax titqies bħala mezz primarju biex titnaqqas il-konġestjoni ta' l-ajruporti, għax l-effett tat-tnaqqis tal-konġestjoni ġeneralment ikun ekwivalenti għal sentejn ta' żieda fit-traffiku ta' l-ajru. Madankollu, hija ta' siwi biex tintlaħaq effiċjenza akbar fis-sistema tat-trasport, u ta' l-ajruporti b'mod partikolari. Barra minn hekk, il-piż ambjentali fuq l-ajruporti sejjer jitnaqqas. Konklużjoni waħda tal-Forum dwar il-Faċilitazzjoni ta' l-Intermodalità bejn il-Ferrovija u l-Ajru, li sar bejn Settembru 2003 u Ġunju 2004, kienet li n-nuqqas ta' biljetti integrati ferrovija/ajru tqies bħala ostaklu għall-iżvilupp ulterjuri ta' l-intermodalità bejn il-Ferrovija u l-Ajru, f'dak li jirrigwarda s-servizzi u l-interess tal-passiġġieri. Il-Kummissjoni biħsiebha tinkoraġġixxi l-biljetti integrati ferrovija/ajru, u sejra tippubblika dokument ta' konsultazzjoni dwar din il-kwistjoni fl-ewwel parti ta' l-2007. 6. L-INFRASTRUTTURI L-ġODDA TA' L-AJRUPORTI JEħTIEġU KUNSIDERAZZJONI ATTENTA 6.1. It-titjib tal-kapaċità ambjentali ta' l-ajruporti (l-istorbju) 37. Is-sensitività għall-istorbju ta' l-inġenji ta' l-ajru hija fattur ta' limitu kbir fl-iżvilupp ta' l-ajruporti. It-twarrib gradwali totali, mill-1 ta' April 2002 'il quddiem, ta' l-eqdem inġenji ta' l-ajru (li huma l-aktar storbjużi, l-hekk imsejħa inġenji ta' l-ajru tal-Kapitolu 2) kien qabża 'l quddiem għat-titjib tal-klima tal-ħoss madwar l-ajruporti. Madankollu, fid-dawl tat-tkabbir li mistenni jkun hemm fl-attivitajiet ta' l-ajru, dan it-titjib dalwaqt jista' jitnaqqar. Id-Direttiva 2002/30/KE dwar restrizzjonijiet tal-ħoss tagħmilha possibbli li jitwarrbu gradwalment l-inġenji ta' l-ajru tal-"Kapitlu 3" li l-aktar jagħmlu storbju, suġġett għal għadd ta' kundizzjonjiet li jimmiraw lejn l-implimentazzjoni ta' l-hekk imsejjaħ "approċċ ibbilanċjat". 38. L-Approċċ Ibbilanċjat għall-Istorbju, maqbul fl-Assemblea ta' l-ICAO ta' l-2001, lill-Istati Kontraenti ta' l-ICAO jipprovdilhom approċċ internazzjonali biex jindirizzaw il-problemi ta' l-istorbju ta' l-inġenji ta' l-ajru f'ajruporti individwali, b'mod li fl-istess waqt huwa ambjentalment sensittiv u ekonomikament responsabbli. Jiġbor fih erba' elementi ewlenin: 39. It-tnaqqis tal-ħoss f'ras il-għajn; 40. L-ippjanar u l-ġestjoni ta' l-użu ta' l-artijiet; 41. Proċeduri operattivi għat-trażżin ta' l-istorbju; 42. Restrizzjonijiet operattivi ta' l-istorbju għall-inġenji ta' l-ajru. 43. Ir-restrizzjonijiet operattivi ta' l-istorbju għall-inġenji ta' l-ajru ma għandhomx jiġu applikati bħala l-ewwel mezz, imma biss wara li jitqiesu l-benefiċċji li jistgħu jinkisbu minn elementi oħra. L-Approċċ Ibbilanċjat jipprovdi qafas għall-valutazzjoni, il-konsultazzjoni u t-teħid ta' deċiżjonijiet, li jagħti kas il-fehmiet tal-partijiet interessati kollha. 44. Il-prinċipji ta' l-Approċċ Ibbilanċjat għall-Istorbju ġew inkorporati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja[15]. Fl-2006 ġie varat studju biex jeżamina l-implimentazzjoni tad-Direttiva, u biex janalizza t-tibdiliet li kienu saru rigward il-livelli ta' l-istorbju fl-ajruporti tal-Komunità mid-dħul fis-seħħ tagħha. Huma u jikkunsidraw l-Approċċ Ibbilanċjat għall-Istorbju, l-Istati Membri għandhom jagħtu l-attenzjoni dovuta lid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali (2002/49/KE), li sejra tiġi riveduta fl-2009. Fl-2007, tħejja rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva, u l-Kummissjoni sejra tiddeċiedi jekk jeħtieġx li titressaq proposta għal emenda tad-Direttiva. 6.2. It-titjib tal-qafas ta' l-ippjanar għal infrastrutturi ġodda ta' l-ajruporti: 45. Għad hemm bosta titjib xi jsir fl-ippjanar u l-ġestjoni ta' l-użu ta' l-artijiet fl-UE: 46. hemm biss minoranza mill-Istati Membri li lill-awtoritajiet u lill-pubbliku jipprovdulhom pjanijiet ta' l-ajruporti, li jkun fihom tagħrif dwar projezzjonijiet fit-tul dwar l-infrastruttura ta' l-ajruport, inklużi ż-żoni milquta mil-limitazzjonijiet ta' l-ostakli u livelli għolja ta' storbju; 47. nofs biss ta' l-Istati Membri jintegraw it-tagħrif kollu dwar l-ajruporti u l-impatt ta' l-operat tagħhom fuq iż-żona tal-madwar; 48. il-pubblikazzjoni, bħala prattika standard, ta' pjanijiet fit-tul sew tal-pjanijiet dwar l-ajruporti kif ukoll dwar l-użu ta' l-artijiet ittejjeb l-aċċessibbiltà u l-kwalità ta' l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, u tgħin biex tiżgura li l-pubbliku jkun mgħarraf tajjeb. 49. Politiki tajba dwar l-użu ta' l-artijiet jeħtiġilhom jitqiesu fil-kuntest ta' approċċ ibilanċjat għall-istorbju u l-possibbiltajiet offruti mill-GNSS. L-arranġamenti eżistenti għandhom jiġu riveduti bil-għan li jiġi żgurat li lill-awtoritajiet kompetenti jaslulhom pjanijiet fit-tul dwar l-ajruporti, u li informazzjoni ta' dan it-tip tkun adegwatement ikkoordinata ma' l-ippjanar dwar l-użu ta' l-artijiet. 50. Bil-għan li tinġieb 'il quddiem sistema effiċjenti tat-trasport ta' l-ajru, fil-koordinament u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet komprensivi tal-kapaċità reġjonali jew dik tan-netwerk, għandu jitqies it-tagħrif li jinkiseb mill-kalkolu tal-kapaċitajiet kif ukoll mill-ippjanar ta' l-użu ta' l-artijiet. 51. Simplifikazzjoni u aċċellerazzjoni tal-proċeduri ta' l-ippjanar jirrikjedu l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-koordinament bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, partikolarment f'dak li jirrigwarda proġetti ta' interess Ewropew komuni. Filwaqt li jinżammu l-istandards rilevanti u l-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti, inklużi l-Linji ta' Gwida dwar il-Valutazzjoni ta' l-Impatti Ambjentali u l-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali, il-mira għandha tkun għal perjodu ta' ħames snin għall-ippjanar, l-approvazzjoni u l-bini. Il-Kummissjoni, flimkien ma' esperti mill-Istati Membri u l-partijiet interessati, sejra taħdem biex tissimplifika l-proċeduri, u biex tiżviluppa rakkomandazzjoni dwar linji ta' gwida dwar l-aħjar prattiki biex iġġib 'il quddiem il-koordinament imtejjeb ta' pjanijiet għall-ajruporti u l-pjanijiet usa' għall-użu ta' l-artijiet. 7. L-IżVILUPP U L-IMPLIMENTAZZJONI TA' TEKNOLOġIJI ġODDA 52. Permezz tal-Programmi ta' Qafas għar-Riċerka tagħha, il-Kummissjoni ffinanzjat għadd ta' proġetti li jittrattaw Sistemi Avvanzati tal-Gwida u l-Kontroll tal-Moviment fil-Wiċċ ( Advanced-Surface Movement Guidance and Control Systems, A-SMGCS). Dawn it-teknoloġiji issa waslu għal livell suffiċjenti ta' maturità. Barra minn hekk, il-programm kiseb rikonoxximent u armonizzazzjoni dinjija permezz ta' l-ICAO. 53. B'mod partikolari, il-parti tal-kunċett A-SMGCS li tirrigwarda s-sorveljanza u l-kontroll tista' tkun effikaċi ħafna fil-kundizzjonijiet kollha tat-temp biex tiżgura l-ogħla livell ta' sikurezza filwaqt li tiflaħ għal żieda kontinwa fil-għadd ta' movimenti ta' l-inġenji ta' l-ajru. Is-Sistemi Avvanzati tal-Gwida u l-Kontroll tal-Moviment fil-Wiċċ ( Advanced-Surface Movement Guidance and Control Systems, A-SMGCS) huwa mezz li jipprovdi r-rotot, il-gwida u s-sorveljanza għall-kontroll ta' l-inġenji ta' l-ajru u tal-vetturi biex iżomm ir-rata ddikjarata ta' moviment fil-wiċċ fil-kundizzjonijiet kollha tat-temp fi ħdan il-livell operattiv tal-viżibbiltà fl-ajrudrom, filwat li jżomm il-livell ta' sikurezza meħtieġ. Il-funzjonijiet tas-sorveljanza u l-kontroll ġew ittestjati u sfruttati tant li r-rekwiżiti dwar il-prestazzjoni huma maturi u jistgħu jintużaw bħala linji ta' gwida għall-implimentazzjoni ta' dawn iż-żewġ funzjonijiet ta' sistema A-SMGCS. 54. Il-programmm SESAR sejjer jiżviluppa teknoloġiji ġodda li għandhom l-għan li jkomplu jqawwu s-sikurezza u l-effiċjenza ta' l-operazzjonijiet ta' l-ajruporti. B'mod partikolari: 55. Tagħmir ġdid għat-tbassir u l-individwar ta' vortiċi fit-taqlib ta' l-arja tat-tranja sejjer jippermetti li l-bogħod minimu bejn ajruplan u ieħot jitqassar bla periklu; 56. Sensors ġodda sejrin jippermettu operazzjonijiet remoti tat-torri tal-kontroll; 57. Ġenerazzjonijiet ġodda ta' għodod għall-ġestjoni ta' l-ajru fl-ajruporti sejrin jippermettu l-ottimizzazzjoni tal-movimenti fuq l-art; 58. L-iżvilupp ta' sistema għall-Ġestjoni ta' l-Informazzjoni Sistemika ( System Wide Information Management ) sejjer jipproduċi CDM li jkopri t-trasport bl-ajru kollu, u mistenni li jkompli jkabbar il-previdibbiltà u l-effiċjenza ta' l-operazzjonijiet ta' l-inġenji ta' l-ajru u ta' l-ajruporti. Din iż-żieda fl-effiċjenza operattiva sejra tirriżulta wkoll fil-ksib ta' benefiċċji ambjentali. 59. Teknoloġiji bħalma huma l-apparati għall-identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju ( Radio Frequency Identification Devices , RFID) li jgħollu l-effiċjenza loġistika interna ta' l-ajruporti wkoll jistgħu jagħtu kontribut biex tingħeleb il-konġestjoni. Fl-ajruporti li jbatu mill-konġestjoni, kwalunkwe dewmien fit-tluq jista' jkollu konsegwenzi serji fuq il-pjanifikazzjoni tas- slots u t-titjiriet. Teknoloġiji ġodda bħat-tikkettar bir-radju ( Radio Tags ) tal-karti ta' l-imbarkar u l-bagalji jistgħu jnaqqsu b'mod sinifikanti l-10% tad-dewmien tat-titjiriet li jkunu kkaġunati minn passiġġieri li ma jiġux għall-imbarkar[16]. Is-sistema tħalli lill-passiġġieri jiġu llokalizzati, jew inkella, jekk dan ikun meħtieġ, li l-bagalji ta' l-istiva tagħhom jiġu identifikati u mneħħija b'aktar effiċjenza. Madankollu, teknoloġiji bħal dawn ikunu effettivi għal kollox biss jekk, fuq il-livell internazzjonali, jintlaħqu sew standards ta' l-interoperabbiltà fuq ir- Radio Tags kif ukoll qafas ġuridiku komuni għall-protezzjoni ta' l-informazzjoni dwar il-passiġġieri[17]. Teknoloġiji maturi bħalma huma l-funzjonijiet tas-sorveljanza u l-kontroll A-SMGCS għandhom jiġu implimentati fl-ajruporti Ewropej kollha. Il-programm SESAR sejjer ikompli jiżviluppa għodod u sistemi ġodda li sejrin ikabbru l-kapaċità ta' l-ajruporti b'mod sinifikanti. 8. KONKLUżJONI 60. Il-Kummissjoni lesta tilqa' l-isfida tal-"kriżi tal-kapaċità" mistennija. Wara li saru konsultazzjonijiet intensivi, f'dan id-dokument qed jiġi propost pjan ta' azzjoni. Dan il-pjan ta' azzjoni (mogħti fid-dettall fl-Anness) tfassal biex jikseb bilanċ bejn proposti leġiżlattivi, appoġġ finanzjarju u l-promozzjoni ta' pjanifikazzjoni aktar ikkoordinata. 61. Il-partijiet kollha għandhom jikkollaboraw biex jilqgħu l-isfida ħalli fl-Ewropa jibnu sistema tat-trasport bl-ajru li tkun aktar effiċjenti, sikura u ambjentalment tajba, u li tikkonforma mal-miri ambizzjużi ta' l-Istrateġija ta' Liżbona. 62. ANNESS Il-Kummissjoni se toħroġ mandat għall-Eurocontrol biex tiżviluppa għodod armonizzati għall-kapaċità ta' l-ajruporti u l-valutazzjoni tal-metodoloġija. | Fl-ewwel parti ta’ l-2007 | Osservatorju dwar l-ippjanar tal-kapaċità ta' l-ajruporti fiż-żmien mezzan, taħt il-patroċinju tal-Kummissjoni, sejjer itejjeb il-kuxjenza u l-informazzjoni dwar il-ħtiġijiet reġjonali tal-kapaċità permezz ta' rapport annwali. | 2007 | Il-mandat mogħti lill-Eurocontrol dwar il-miżuri ta' l-ATFM sejjer jipproponi soluzzjonijiet biex jiżgura l-konsistenza bejn is-slots fl-ajruporti u l-pjanijiet tat-titjir, bl-emendi meħtieġa tal-leġiżlazzjoni rilevanti. | L-ewwel kwart ta' l-2007 għar-riżultati tal-mandat – 2008 għall-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni | Proposta leġiżlattiva dwar l-estensjoni ta' l-EASA għall-operazzjonijiet ta' l-ajruporti. | Fl-ewwel parti ta' l-2008 | Il-Kummissjoni sejra tippermetti ċ-ċertifikazzjoni tas-sinjal EGNOS/Galileo fl-ispazju u tinkludi l-isfruttament tal-GNSS fil-Pjan Ewropew għar-Radjunavigazzjoni. | Mill-2008 | L-inklużjoni komprensiva tal-GNSS fil-proċessi operattivi ta' l-ATM mistenni li tirriżulta mill-programm SESAR. | 2007 | Il-finanzjament mit-TEN-T, il-programmi tal-Politika Ewropea ta' Koeżjoni permezz tal-Fondi Ewoprej għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Koeżjoni għall-Iżvilupp Reġjonali u għal proġetti eliġibbli ta' trasport integrat | Mill-2007 'l quddiem | Il-Kummissjoni biħsiebha tinkoraġġixxi l-biljetti integrati ferrovija/ajru, u sejra tippubblika dokument ta' konsultazzjoni dwar il-kwistjoni. | Fl-ewwel parti ta’ l-2007 | It-tħejjija ta' rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħoss, bil-għan li, jekk ikun hemm bżonn, il-leġiżlazzjoni tiġi emendata. | 2007 - 2008 | Linji ta' gwida dwar l-aħjar prattiki u s-simplifika ta' proċeduri li għandhom jiġu żviluppati biex iġibu 'l quddiem il-koordinament tal-pjanijiet ta' l-ajruporti. | 2007 | Implimentazzjoni bikrija ta' teknoloġiji maturi bħalma huma l-funzjonijiet ta' sorveljanza u kontroll A-SGMCS fl-ajruporti kollha ta' l-Ewropa. | Mill-2007 'l quddiem | Il-programm SESAR sejjer ikompli jiżviluppa għodod u sistemi ġodda li sejrin ikabbru l-kapaċità ta' l-ajruporti b'mod sinifikanti. | 2007 - 2013 | Il-Kummissjoni sejra tqis ukoll ir-riżultati u l-impatt potenzjali ta' l-implimentazzjoni fl-2007 tar-rapport tas-Sema Uniku Ewropew dwar l-operazzjonijiet ta' l-ajruporti. | Minn nofs l-2007 'l quddiem | Il-Kummissjoni sejra tagħti mandat lill-Eurocontrol biex tiżviluppa r-regoli ta' l-implimentazzjoni għall-introduzzjoni ta' CDM fl-Ajruporti fl-ajruporti Ewropej. | 2008 | [1] KUMM(2006) 314. [2] Unità ta' xogħol hija jew passiġġier jew 0.1 tunnellata ta' merkanzija. [3] Airports Council International u York Aviation, “The social and economic impact of airports in Europe”, 2004. [4] Studju Konġunt ta' l-ECAC u l-Eurocontrol dwar il-Kapaċità ta' l-Ajruporti Challenges to Growth, 14 December 2004, ippubblikat fuq il-paġni web tal-Eurocontrol fl-indirizz: http://www.eurocontrol.int/eatm/gallery/content/public/library/CTG04_report.pdf [5] Id-dokument ta' konsultazzjoni u r-reazzjonijiet jistgħu jinstabu (bl-Ingliż) fuq: http://europa.eu.int/comm/transport/air/consultation/2005_11_30_en.htm [6] L-Artikoli 87-89 tat-Trattati tal-KE u l-linji ta’ gwida tal-Komunità dwar l-iffinanzjar ta' l-ajruporti u l-għajnuna għall-bidu lil-linji ta' l-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali – ĠU C 312 tad-9.12.2005 [7] 50% tad-dewmien fit-tluq ATFM huwa minħabba l-ajruporti. [8] L-Artikolu 9 tar-Regolament ta' l-Ispazju ta' l-Arja:Regolament (KE) Nru 551/2004, 31.3.2004. [9] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta' Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta' slots f'ajruporti tal-Komunità, kif emendat mir-Regolament (KE) 793/2004 tal-21 ta' April 2004. [10] L-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) 549/2004 ta' l-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien ta' l-Ajru Uniku Ewropew. [11] Rapport dwar il-Moventi tal-Puntwalità f'Ajruporti Kbar Ewropej, paġna 48, imħejji mill-Unitċa għar-Reviżjoni tal-Prestazzjonijiet – Mejju 2005. [12] Il-GASR twaqqaf fl-1996, u llum jinkludi 27 Stat Ewropew. [13] L-Anness 14, il-Kapitlu 1, is-Sezzjoni 1.3 u l-Manwal dwar iċ-Ċerifikazzjoni ta' l-Ajrudromi (Doc 9774 ta' Ottubru 2001). [14] Komunikazzjoni dwar l-estensjoni tal-kompiti ta' l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza fl-Avjazzjoni: Aġenda għall-2010, KUMM(2005) 578, 15.11.2005. [15] Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/30/KE dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri fir-rigward ta' l-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet ta' operat relatati mal-ħoss f'ajruporti tal-Komunità (ĠU L 85, 28.3.2002, p. 40. [16] Ara pereżempju l-proġett OpTag, finanzjat mill-UE: http://www.optagconsortium.com/presentation1.htm [17] Dawn il-fatturi sejrin jiġu indirizzati fis-segwitu għall-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Apparati għall-Identifikazzjoni bil-Frekwenza tar-Radju: www.rfidconsultation.eu