This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006DC0734
Report from the Commission on the implementation of the measures provided for in Council Regulation (EC) No 2328/2003 of 22 December 2003 introducing a scheme to compensate for the additional costs incurred in the marketing of certain fishery products from the Azores, Madeira, the Canary Islands, and the French departments of Guiana and Réunion, as a result of those regions’ remoteness {SEC(2006)1528}
Rapport mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri stipulati fir-regolament tal-Kunsill (KE) nru 2328/2003 tat-22 ta' Diċembru 2003 li jintroduċi skema li tikkumpensa l-ispejjeż addizzjonali li ntefqu fil-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd mill-Azores, mill-Madeira, mill-Gżejjer Kanari u d-dipartimenti franċiżi ta' Gujana u ta' Réunion, minħabba li huma reġjuni mbiegħda {SEC(2006)1528}
Rapport mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri stipulati fir-regolament tal-Kunsill (KE) nru 2328/2003 tat-22 ta' Diċembru 2003 li jintroduċi skema li tikkumpensa l-ispejjeż addizzjonali li ntefqu fil-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd mill-Azores, mill-Madeira, mill-Gżejjer Kanari u d-dipartimenti franċiżi ta' Gujana u ta' Réunion, minħabba li huma reġjuni mbiegħda {SEC(2006)1528}
/* KUMM/2006/0734 finali */
Rapport mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri stipulati fir-regolament tal-Kunsill (KE) nru 2328/2003 tat-22 ta' Diċembru 2003 li jintroduċi skema li tikkumpensa l-ispejjeż addizzjonali li ntefqu fil-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd mill-Azores, mill-Madeira, mill-Gżejjer Kanari u d-dipartimenti franċiżi ta' Gujana u ta' Réunion, minħabba li huma reġjuni mbiegħda {SEC(2006)1528} /* KUMM/2006/0734 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 30.11.2006 KUMM(2006)734 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003 tat-22 ta' Diċembru 2003 li jintroduċi skema li tikkumpensa l-ispejjeż addizzjonali li ntefqu fil-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd mill-Azores, mill-Madeira, mill-gżejjer Kanari u d-dipartimenti Franċiżi ta' Gujana u ta' Réunion, minħabba li huma reġjuni mbiegħda {SEC(2006)1528} Introduzzjoni Dan ir-rapport qiegħed isir bħala tweġiba għall-Artikolu 12 tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003 tat-22 ta' Diċembru 2003 li jintroduċi skema li tikkumpensa l-ispejjeż addizzjonali li ntefqu fil-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd mill-Azores, mill-Madeira, mill-gżejjer Kanari u d-dipartimenti Franċiżi ta' Gujana u ta' Réunion, minħabba li huma reġjuni mbiegħda [1] . Huwa jitlob lill-Kummissjoni biex sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2006, il-Kummissjoni ... tagħti rapport lill-Parlament Ewropew, lll-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament, akkumpanjat, jekk neċessarju, minn proposti għal aġġustamenti approprijati bżonnjużi biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dan ir-rapport huwa bbażat fuq it-tagħrif disponibbli fil-Kummissjoni u fuq is-sejbiet ta' studju dwar " L-aspetti strutturali tal-Politika Komuni Għas-Sajd fir-reġjuni l-iktar imbiegħda " magħmul minn Ernst & Young and Associates (minn hawn 'il quddiem 'l-istudju') li sar disponibbli minn nofs Settembru 2006. L-għan ewlieni ta' l-istudju kien li jiġu analizzati r-rakkomandazzjonijiet ipprovduti, dwar kif tista' tittejjeb kemm jista' jkun l-effiċjenza l-appoġġ Komunitarju. Ir-rapport jiddeskrivi n-natura ta' l-iskema ta' l-għajnuna u l-mod kif taħdem, jipprovdi tagħrif dwar l-applikazzjoni tagħha, jagħti stima ta' l-impatt ta' l-iskema tal-qasam tas-sajd fir-reġjuni l-iktar imbiegħda kkonċernati u fl-aħħar jiddeskrivi l-prospetti għal azzjoni Komunitarja f'dak il-qasam. Ir-rapport huwa akkumpanjat minn Dokument ta' Ħidma ta' l-Istaff tal-Kummissjoni (minn hawn 'il quddiem "id-Dokument ta' Ħidma") li fih l-annessi ta' dan ir-rapport. 1. L-ISKEMA TA' KUMPENS GħAT-TQEGħID FIS-SUQ TA' ċERTI PRODOTTI TAL-ħUT – IN-NATURA TAGħHA U L-MOD KIF TAħDEM 1.1. L-għan ta' l-iskema ta' kumpens Minħabba l-bogħod, l-insularità u l-qagħda iżolata tagħhom u klima u topografija diffiċli, ir-reġjuni Komunitarji l-iktar imbiegħda [2] qegħdin jaqgħu lura f'termini soċjo-ekonomiċi. Id-dipendenza ekonomika tagħhom fuq għadd żgħir ta' prodotti, is-swieq limitati tagħhom, in-natura doppja tagħhom kemm bħala reġjuni Komunitarji kif ukoll bħala territorji li jinsabu f'ambjent ta' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jaffettwaw l-għamla ekonomika u soċjali ta' dawn ir-reġjuni. Dan japplika wkoll għall-qasam tas-sajd li juri kapaċità ta' assorbiment limitat fuq is-swieq lokali u spejjeż addizzjonali tat-trasport lejn l-Ewropa kontinentali li jwasslu għal restrizzjonijiet permanenti fuq il-profittabilità ta' investimenti bażiċi u fuq l-esplojtazzjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd. Huwa għalhekk li l-Komunità ddeċidiet li tgħin lill-produtturi tal-prodotti tas-sajd fir-reġjuni l-iżjed imbiegħda biex jintegraw aħjar fis-suq intern. Ġiet introdotta skema mill-1992 biex tpatti għall-ispejjeż żejda ta' trasport tal-prodotti tas-sajd lejn is-swieq imbiegħda ta' l-Ewropa kontinentali għall-benefiċċju tar-reġjuni l-iżjed imbiegħda li ġiet estiża progressivament għall-Azores, Madeira, il-gżejjer Kanari u d-dipartimenti Franċiżi ta' Gujana (mill-1994 'l hemm) u ta' Réunion (mill-1998 'l hemm). Dan għandu joħloq kundizzjonijiet għall-attivitajiet ta' tqegħid fis-suq komparabbli ma' dawk prevalenti għall-operaturi ekonomiċi fl-Ewropa kontinentali. L-aħħar tiġdid ta' l-iskema ta' l-għajnuna seħħ fl-2003 bir-Regolament (KE) Nru 2328/2003. Dan jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2006. 1.2. Il-fatturi ewlenin ta' l-iskema attwali (2003-2006) kif stipulat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003 [3] 1.2.1. Benefiċjarji u destinatarji: L-iskema tapplika għal ħamsa mis-seba' reġjuni l-iktar imbiegħda, jiġifieri l-Azores, Madeira, il-Ġżejjer Kanari u d-dipartimenti Franċiżi ta' Gujana u Réunion. Id-destinatarji tal-kumpens huma l-produtturi, is-sidien jew l-operaturi ta' bastimenti reġistrati fil-portijiet ta' dawk ir-reġjuni u li joperaw hemm jew għaqdiet ta' l-operaturi bħal dawn, u l-operaturi fis-settur ta' l-ipproċċessar u t-tqegħid fis-suq, jew assoċjazzjonijiet ta' l-operaturi bħal dawn, li jġarrbu spejjeż addizzjonali għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti kkonċernati minħabba l-bogħod ta' dawn ir-reġjuni. 1.2.2. Il-kumpens: Ir-Regolament jiddefinixxi l-lista ta' speċijiet eleġibbli u prodotti tas-sajd skond ir-reġjun. L-iskema tkopri 17-il taqsima mifruxa mal-ħames reġjuni l-iktar imbiegħda. Hija tistabbilixxi ammont speċifiku ta' kumpens għal kull tunnellata ta' prodotti tas-sajd u l-kwantità totali massima ta' l-ispeċijiet jew prodotti tas-sajd eleġibbli għal kull reġjun għal kull sena li matulha jista' jitħallas il-kumpens. It-tabella fl-Anness I tad-Dokument ta' Ħidma tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-ammonti u l-kwantitajiet għal kumpens skond ir-reġjun. B'mod ġenerali, bħala riżultat ta' ammonti u kwantitajiet ta' kumpens fissi, il-finanzjament annwali totali għal kull reġjun jista' jilħaq: Il-finanzjament totali f'€/sena | % tal-pakkett totali għall-iskema ta' kumpens | Reġjun mill-iktar imbiegħda | 2.909.992 | 19,4 | Azores | 1.374.000 | 9,1 | Madeira | 5.884.076 | 39,2 | Gżejjer Kanari | 4.003.500 | 26,7 | Gujana | 865.200 | 5,6 | Réunion | 14.996.768 | 100,0 | Total | 1.2.3. Aġġustamenti ta' ammonti u kwantitajiet – Modulazzjoni Ir-regolament jipprevedi żewġ possibilitajiet għal aġġustamenti sabiex jitqiesu l-livelli varji ta' qbid u l-kundizzjonijiet effettivi tat-tqegħid fis-suq fl-Istati Membri. - Stat Membru jista' jaġġusta l-kwantitajiet stabbiliti għad-diversi speċijiet jew prodotti tal-ħut fi ħdan reġjun u bejn ir-reġjuni tiegħu sakemm il-Kummissjoni ma tqajjimx xi oġġezzjoni fi żmien erba' ġimgħat tan-notifikazzjoni ta' talba bħal din. Modifikazzjoni bħal din m'għandha la żżid il-finanzjament annwali ġenerali għal kull Stat Membru u lanqas iżżid l-ammonti ta' kumpens għal kull tunnellata ta' speċi jew prodott tas-sajd. - Il-Kummissjoni tista' taġġusta l-kwantitajiet u l-ammonti stabbiliti għall-ispeċijiet jew prodotti tal-ħut differenti. Modulazzjoni bħal din tista' titwettaq fi ħdan reġjun, bejn ir-reġjuni ta' Stat Membru jew bejn Stati Membri differenti u fi ħdan il-finanzjament ġenerali disponibbli għall-iskema. Iż-żewġ tipi ta' aġġustamenti għandhom ikunu ġġustifikati u jqisu il-fatturi rilevanti kollha, b'mod partikolari l-karatteristiċi bijoloġiċi ta' l-ispeċijiet, il-bdil fl-ispejjeż addizzjonali u l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-produzzjoni u tat-tqegħid fis-suq. Ir-regoli ta' modulazzjoni japplikaw ukoll għal talbiet relatati ma' l-iskema ta' kumpens ta' qabel taħt ir-Regolament (KE) Nru 1587/98 li ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwarha qabel l-1 ta' Jannar 2003[4]. 1.2.4. Il-ġestjoni finanzjarja ta' l-iskema ta' kumpens. L-iskema ta' kumpens hija kklassifikata bħala intervent maħsub biex jistabbilixxi s-swieq fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola[5]. Għaldaqstant, is-sors tal-finanzjament Komunitarju huwa t-taqsima tal-Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (EAGGF). Taħt dan il-fond, madwar 60 miljun € ġew allokati għall-iskema ta' kumpens għall-perjodu bejn l-2003 u l-2006, jiġifieri b'mod iktar preċiż approprjazzjonijiet ta' 14,997 miljun € fis-sena. L-implimentazzjoni finanzjarja ta' l-iskema ssegwi l-mudell ta' ġestjoni maqsuma applikata għat-taqsima tal-Garanziji ta' l-EAGGF bid-delega tal-ħidmiet lill-Istati Membri. Il-Kummissjoni tirrimborsa l-ispejjeż imġarrba (pre-finanzjament) mill-Istati Membri malli jiġu ddikjarati. 2. L-ISKEMA TA' KUMPENS GħAT-TQEGħID FIS-SUQ TA' ċERTI PRODOTTI TAS-SAJD –L-APPLIKAZZJONI TAGħHA MILL-2003[6] 2.1. L-applikazzjoni tal-modulazzjoni L-Istati Membri użaw il-possibilità li jaġġustaw l-kwantitajiet eleġibbli (= modulazzjoni) prevista mill-iskema ta' għajnuna attwali sa issa bi gradi differenti. Filwaqt li Spanja sa issa ma użatx din il-possibilità, Franza użatha bosta drabi fir-rigward ta' Gujana u Réunion . Hekk ukoll il-Portugall applika l-possibilità bosta drabi għal kull wieħed mir-reġjuni l-iktar imbiegħda, l-Azores u Madeira. It-talbiet kollha li waslu fi żmien il-ħruġ ta' dan ir-rapport ġew aċċettati mill-Kummissjoni. It-tabella ta' hawn taħt tiġbor fil-qosor it-talbiet magħmula fis-snin 2003 sa 2005. Sa issa ma waslet l-ebda talba ta' modulazzjoni għas-sena 2006. Tabella 1: Talbiet għal modulazzjoni mibgħuta u aċċettati għas-snin 2003 sa 2005 Gujana | Reunion | Azores | Madeira | Is-sena 2003 | Gambli industrijali: Żieda minn 3.300 t għal 3.424 t Ħut abjad imqiegħed frisk fis-suq:Tnaqqis minn 100 għal 3 t Ħut abjad imqiegħed iffriżat fis-suq Tnaqqis minn 500 t għal 38 t | Tonn, pixxispad, marlin, sailfish, lampuki, kelb il-baħarŻieda minn 618 t għal 770 t | Speċijiet mqiegħda friski fis-suq: Żieda minn 2.000 t għal 2.489 t Speċijiet pelaġiċi żgħar u tal-baħar fond għall-iffriżar jew l-ipproċessar: Tnaqqis minn 1.554 għal 48 t | Is-sena 2004 | Gambli industrijali:Tnaqqis minn 1.554 t għal 3.215 t Ħut abjad imqiegħed frisk fis-suqTnaqqis minn 100 t għal 2 t Ħut abjad imqiegħed iffriżat fis-suq:Tnaqqis minn 500 t għal 56.5 t | Tonn, pixxispad, marlin, sailfish, lampuk, kelb il-baħar:Żieda minn 618 t għal 928.5 t | Speċijiet mqiegħda friski fis-suq:Żieda minn 2.000 t għal 2,501 t Speċijiet pelaġiċi żgħar u tal-baħar fond għall-iffriżar jew l-ipproċessar: Tnaqqis minn 1.554 għal 12 t | Ċinturin iswed:Żieda minn 1.600 t għal 1.817 t Tonn: Tnaqqis minn 4.000 t għal 3.998 t Il-Prodotti ta' l-Akkwakultura Tnaqqis minn 50 t għal 0 t | Is-sena 2005 | Gamblu industrijali:Tnaqqis minn 3.300 t għal 2.854 t Ħut abjad imqiegħed frisk fis-suq:Tnaqqis minn 100 t għal 6 t Ħut abjad imqiegħed iffriżat fis-suq:Tnaqqis minn 500 t għal 55 t | Tonn, pixxispad, marlin, sailfish, lampuk, kelb il-baħar:Żieda minn 618 t għal 1.209 t | Speċijiet mqiegħda friski fis-suq:Żieda minn 2.000 t għal 2.401 t Speċijiet pelaġiċi żgħar u tal-baħar fond għall-iffriżar jew l-ipproċessar: Tnaqqis minn 1.554 għal 322 t | Ċinturin iswed:Żieda minn 1.600 t għal 1.686 t Tonn: Żieda minn 4.000 t għal 4.072 t Il-Prodotti ta' l-Akkwakultura Tnaqqis minn 50 t għal 11,73 t | Filwaqt li t-talbiet ta' Franza kien fihom modulazzjoni tal-kwantitajiet bejn iż-żewġ reġjuni mill-iktar imbiegħda Gujana u Réunion, it-talbiet ta' modulazzjoni magħmula mill-Portugall saru għal kull reġjun separatament fi ħdan il-pakketti għall-Azores u Madeira. It-tieni possibilità ta' modulazzjoni, jiġifieri l-aġġustament ta' kwantitajiet u ammonti għal kumpens mill-Kummissjoni fuq tagħrif mill-Istati Membri madankollu qatt ma kien hemm bżonn li tiġi applikati mid-dħul fis-seħħ ta' l-iskema attwali. [ara n-nota tal-qiegħ 4]. 2.2. Eżekuzzjoni fiżika u finanzjarja It-tabella li ġejja turi l-ħlasijiet f'€ magħmula mill-Kummissjoni għas-snin kalendarji 2003, 2004 u 2005 mad-dikjarazzjonijiet li rċevew l-Istati Membri kkonċernati l-infiq ta' Mejju 2006. Tabella 2: Eżekuzzjoni Finanzjarja 2003 – 2005 2003 | % ta' finanzjament disponibbli* | 2004 | % ta' finanzjament disponibbli* | 2005 | % ta' finanzjament disponibbli* | Spanja – Gżejjer Kanari | 5.449.043 | 93,2 | 5.453.490 | 93,3 | - | 0,0 | Gujana Reunion | 3.651.301 865.200 | 96,3 80,3 | 3.568.709 1.299.991 | 100,0 100,0 | 3.139.615 865.200 | 86,5 100,0 | Franza Total: | 4.516.501 | 92,8 | 4.868.700 | 100,0 | 4.004.815 | 82,3 | Il-Portugall Total: | 2.980.959 | 69,6 | 2.455.808 | 57,3 | 93.911 | 2,2 | Total: | 12.946.139 | 86,3 | 12.777.999 | 85,2 | 4.098726 | 27,3 | * wara l-modulazzjoni Peress li l-Istati Membri għadhom qed jibagħtu dikjarazzjonijiet ta' l-infiq li jikkonċernaw is-snin l-imgħoddija, inkluż għall-2003 t-tabella ma tippreżentax l-istat aħħari ta' l-eżekuzzjoni ta' l-iskema ta' kumpens. Meta jitqies ir-ritmu tad-dikjarazzjonijiet ta' l-infiq imgħoddija mill-Istati Membri huwa mistenni li l-ħlasijiet għas-snin kalendarji 2005 u 2006 se jlaħħqu bejn wieħed u ieħor l-istess livell tas-snin 2003 u 2004, jiġifieri iktar minn 85% tal-finanzjament eleġibbli totali. Għas-sena 2006, il-Portugall biss iddikjara nfiq ta' 2.019.442 €, jiġifieri kważi n-nofs tal-pakkett annwali għall-Portugall. It-tabella fl-Anness II tad-Dokument ta' Ħidma tipprovdi stampa daqsxejn iktar dettaljata. Hija turi l-kwantitajiet appoġġjati u sehemhom fi kwantitajiet massimi eleġibbli u finanzjament wara modulazzjoni, jekk applikat. Madankollu, din l-istampa mhix kompluta peress li d-dikjarazzjonijiet ta' l-Istati Membri mhux dejjem jipprovdu t-tqassim neċessarju fi speċi u prodotti tas-sajd. Dan huwa l-każ partikolarment għall-Portugall fejn id-dikjarazzjonijiet għall-2006 biss jipprovdu tqassim ta' din ix-xorta. Għar-reġjuni l-oħra d-dikjarazzjonijiet għall-2005 u l-2006 huma biss disponibbli parzjalment. 3. L-ISKEMA TA' KUMPENS GħAT-TQEGħID FIS-SUQ TA' ċERTI PRODOTTI TAS-SAJD – STIMA TA' L-APPLIKAZZJONI TAGħHA U L-IMPATT TAGħHA FUQ IS-SETTUR TAS-SAJD FIR-REġJUNI L-IKTAR IMBIEGħDA 3.1. L-eżekuzzjoni fiżika u finanzjarja – il-pertinenza ta' kwantitajiet u ammonti ta' kumpens eleġibbli 3.1.1. Il-pertinenza ta' speċijiet u prodotti tas-sajd eleġibbli u tal-kwantitajiet massimi eleġibbli Il-listi u l-ammonti ta' speċi u prodotti tas-sajd eleġibbli huwa l-frott ta' żviluppi storiċi mit-twaqqif ta' l-iskema ta' kumpens fl-1992. Għaldaqstant, il-lista ta' speċijiet u prodotti tas-sajd eliġibbli stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 2328/2003 mhux dejjem jirrifletti r-realtà tas-suq tar-reġjuni l-iktar imbiegħda li jiddependu mill-fluss fil-qbid u l-istokkijiet u fid-domanda tas-suq. Xi prodotti bħall-palamit li huma kkumerċjalizzati bil-baħar fil-Gżejjer Kanari jew il-ħut abjad fil-Gujana ma ntużaw qatt jew kważi qatt biex jitqiegħdu fis-suq fl-Ewropa kontinentali b'din l-iskema sa issa. Għal prodotti oħra, l-attività ta' tqegħid fis-suq ġie ssottovalutat. Madankollu, il-possibilità li l-kwantitajiet jiġu aġġustati ċertament iffaċilitaw l-applikazzjoni u l-utilizzazzjoni ta' l-iskema ta' kumpens. Dan huwa partikolarment il-każ ta' Franza li tista' timmassimizza l-utilizzazzjoni ta' l-iskema bil-modulazzjoni mhux biss ta' kwantitajiet eleġibbli imma wkoll billi tibdel il-finanzjament bejn Réunion u Gujana fi ħdan il-finanzjament annwali totali għal Franza. Għall-Portugall, stqarrija bħal din hija daqsxejn iktar diffiċli li ssir peress li d- data meħtieġa għal kull prodott mhix disponibbli. Skond l-istudju, anke għall-Portugall il-modulazzjoni kienet twassal għal utilizzazzjoni aħjar ta' l-iskema ta' kumpens. Madankollu, anke l-Gżejjer Kanari/Spanja juru eżekuzzjoni li taqbeż id-90% mingħajr ma qatt jiġu aġġustati l-kwantitajiet. Minħabba f'hekk, meta mqabbel ma' l-eżekuzzjoni taħt skemi preċedenti bi fluss għoli fl-użu ta' kwantitajiet u l-assorbiment tal-fondi bejn is-snin u r-reġjuni, l-applikazzjoni ta' din l-iskema stabilizzat ruħha u saret iktar regolari f'termini ta' użu ta' kwantitajiet eleġibbli u fondi disponibbli, xejra li mistennija tkompli fiż-żmien li fadal. Madankollu, minkejja l-possibilità ta' modulazzjoni ċertu ammont ta' kwantitajiet u fondi xorta baqgħu ma ntużawx. Il-pertinenza ta' prodotti tas-sajd eleġibbli għandha titqies ukoll minn żewġ angoli oħra: Skond ir-regoli ta' issa l-Kummissjoni ma għandha l-ebda garanzija li l-prodotti tas-sajd mgħejuna nqabdu, waslu sa l-art, u tqiegħdu fis-suq skond ir-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. M'hemm l-ebda rekwiżit li jridu jitħarsu r-regoli ta' konservazzjoni u ġestjoni jew l-istandards ta' gradazzjoni u d-dispożizzjonijiet ta' traċċabilità għall-finijiet ta' l-iskema u lanqas ma hemm mod biex prodotti li joriġinaw minn sajd illegali u mhux rappurtat jiġu esklużi mis-sostenn. Lanqas ma hemm dispożizzjoni biex tiżgura li l-kumpens ma jirriżultax f' iżjed pressjoni fuq stokkijiet bijoloġikament sensittivi. Qagħda bħal din diffiċli tiddefendiha. Ir-reġim ta' issa ma jillimitax is-sostenn għall-prodotti tas-sajd li joriġinaw minn prodotti maqbuda lokalment imma jippermetti l-kumpens għall-prodotti tas-sajd magħmula minn ħut importat. F'dan l-aħħar każ il-kumpens jingħata kollu lill-intrapriża ta' l-ipproċessar filwaqt li fl-aħħar każ il-kumpens is-soltu jinqasam bejn min jipproċessa (20%) u s-sajjied/sid il-vapur (80%). Huwa ċar li għal xi industriji l-importazzjonijiet huma bżonnjużi għall-ekonomiji fil-kobor u għall-użu tal-kapaċità sħiħa ta' l-intrapriża. Madankollu, f'każijiet bħal dawn il-valur miżjud għas-settur lokali tas-sajd jidher li huwa iżjed limitat mill-każ ta' prodotti maqbuda lokalment. 3.1.2. Il-pertinenza ta' l-ammonti ta' kumpens Huwa mfakkar li l-għan ewlieni ta' l-iskema ta' għajnuna hija li tikkumpensa l-ispejjeż addizzjonali li ġejjin mill-bżonn biex il-prodotti jiġu ttrasportati mir-reġjuni l-iktar imbiegħda lejn l-Ewropa kontinentali. L-iżvilupp ta' l-ammonti ta' kumpens mill-1992 kif stipulati f'regolamenti konsekuttivi juru li l-ammonti baqgħu pjuttost stabbli b'aġġustamenti żgħar 'il fuq jew 'l isfel (eż tnaqqis minn 185 €/t fl-1992-1993 sa 177 €/t fl-2003-2006 għat-tonn ikkonsenjat lill-industrija tat-tqegħid fil-laned fl-Azores, żieda minn 898 €/ fl-1994 għal 1.100 €/t fl-2003-2006 għall-gambli f'Gujana) għal ħafna prodotti u reġjuni. Madankollu, il-każ huwa differenti għall-Gżejjer Kanari fejn l-ammonti ta' kumpens taħt l-iskema attwali huma sa disa' darbiet ogħla meta mqabbla ma l-iskemi ta' qabel. Id-determinazzjoni ta' l-ammonti dehret li iktar issegwi loġika li tassorbi l-fondi disponibbli fid-dawl ta' kwantitajiet eliġibbli mnaqqsin wara tmiem il-ftehim tal-Marokk. Hemm varjazzjoni kbira fl-ammonti ta' kumpens skond il-prodotti u r-reġjuni. L-inqas kumpens imur għal speċijiet pelaġiċi żgħar fl-Azores b'148€/t sa 1.400 €/t for għal pelagiċi kbar f'Réunion. Anke bejn oqsma simili l-kumpens ivarja minn reġjun għall-ieħor b'177€/t fl-Azores, 230 €/t f'Madeira għat-tonn ikkonsenjat lill-industrija lokali tat-tqegħid fil-laned u 950€/t għat-tonn ikkummerċjalizzat bl-ajru u 500 €/t għat-tonn ikkummerċjalizzat bil-baħar fi stat nej fil-Gżejjer Kanari. Id- data disponibbli fil-livell Komunitarju ma tippermettix verifika ta' jekk il-kumpens hux f'livell xieraq u x'tip ta' spejjeż addizzjonali qiegħed ikopri. Filwaqt li l-ispejjeż addizzjonali li ġew mit-trasport lejn l-Ewropa kontinentali (trasport bl-ajru jew bil-baħar, spejjeż għall-ħażna u ta' tranżitu marbuta mat-trasport) huma l-iżjed pertinenti fid-dawl ta' l-għan ta' l-iskema ta' l-għajnuna u huma wkoll l-eħfef spejjeż biex jiġu vverifikati, hemm tipi oħra ta' spejjeż addizzjonali li jiġu mill-bogħod tar-reġjuni liktar imbiegħda, bħalma huma spejjeż ogħla ta' investimenti jew spejjeż operattivi għall-produzzjoni u l-ipproċessar. Huma wkoll iktar diffiċli biex tistimahom. Min-naħa l-oħra ċerti spejjeż jistgħu jkunu inqas minn dawk fl-Ewropa kontinentali. L-istudju ma jagħmilx stima ġdida ta' l-ispejjeż addizzjonali ta' kull prodott u katina ta' prodotti imma jiġbor tagħrif minn sorsi differenti, bħal studju fl-2000 (Megapesca) aġġornat bl-użu ta' rata ta' inflazzjoni, amministrazzjoni pubblika jew intrapriżi privati. Din il-kompilazzjoni turi li l-istima ta' l-ispejjeż addizzjonali u għaldaqstant tal-bżonn għal kumpens ivarja bil-qawwi skond is-sors ta' tagħrif u x'tip ta' spejjeż addizzjonali tqiesu. Fost is-sorsi kollha tat-tagħrif użati mill-istudju, bħala medja, il-kumpens huwa ta' madwar 60% ta' l-ispejjeż addizzjonali. Madankollu il-kumpens ivarja ħafna bejn 40% (pelaġiċi żgħar u speċi tal-baħar fond fl-Azores) u 169 % (għal palamit ikkummerċjalizzat bil-baħar fil-Gżejjer Kanari). Jekk jitqassam sa l-ispeċi individwali fi ħdan l-oqsma il-varjazzjoni ssir iktar ovvja. F'relazzjoni mal-valur tas-suq (= prezz tal-bejgħ) il-livell ta' kumpens ivarja bejn 3% (tonn fl-Azores) u 30% (xi prodotti ta' l-akkwakultura fil-Gżejjer Kanari). Minkejja din il-varjazzjoni, nistgħu naslu għal ċerti konklużjonijiet ġenerali: L-ewwel nett, il-kumpens għall-prodotti mqiegħda ffriżati fis-suq u bil-baħar huwa ogħla għal prodotti mqiegħda friski fis-suq u bl-ajru. It-tieni nett, il-livell ta' kumpens ivarja wkoll skond l-oriġini tal-materja prima/ħuta maqbuda. Għalhekk, għat-tonn f'Madeira u l-Azores, il-kumpens huwa ogħla għat-tonn maqbud mill-flotta reġjonali milli għat-tonn impurtat. L-istudju juri wkoll ċerti każijiet fejn l-iskema ta' l-għajnuna mhix tintuża għall-finijiet tagħha biex tikkumpensa l-iżvantaġġi marbuta mal-qagħda mbiegħda imma bħala sussidu globali biex iżżomm lill-intrapriżi ħajjin. Għalhekk jista' jkollha effett ikrah fuq id-dinamiżmu kummerċjali u l-kompetittività ta' intrapriża. Dan jidher partikolarment li hu l-każ, meta l-livell ta' kumpens jaqbeż l-20% tal-valur fis-suq tal-prodott. Barra minn hekk, jidher li hemm tipi ta' intervent pubbliku f'xi reġjuni mill-iktar imbiegħda bħal deduzzjonijiet fiskali jew skemi ta' għajnuna nazzjonali jew Komunitarji (FIFG) li jintervjenu direttament jew indirettament fil-kumpens ta' l-ispejjeż addizzjonali. Għalhekk, hemm ir-riskju ta' kumpens żejjed li jiġi mill-akkumulazzjoni tal-kumpens ma' tipi oħra ta' intervent pubbliku. 3.2. L-impatt soċjo-ekonomiku tal-kumpens fuq is-settur tas-sajd fir-reġjuni l-iktar imbiegħda Filwaqt li l-ebda indikaturi kwantitattivi ta' l-impatt ma huma disponibbli fost ir-reġjuni l-iktar imbiegħda kkonċernati, eż. dwar iż-żamma u l-ħolqien ta' attivitajiet u impjiegi, jidher li wieħed ikollu raġun jgħid li l-iskema trawwem il-kundizzjonijiet, li operaturi ekonomiċi fis-settur iridu jimxu magħhom biex ikomplu fil-kummerċ li jwassal għal benefiċċji soċjo-ekonomiċi għall-komunitajiet lokali. L-eżistenza permanenti tas-settur tas-sajd tiggarantixxi l-impjiegi f'reġjuni fejn impjieg alternattiv huwa limitat. Il-prodotti tas-sajd koperti mill-iskema huma responsabbli għal sehem sinjifikanti ta' l-esportazzjonijiet mir-reġuni l-iktar imbiegħda. Dan jistimula l-produzzjoni lokali, l-ipproċessar u l-attivitajiet tas-suq. Ir-riżultati ta' l-istudju juru, li, fuq kollox, l-iskema ta' kumpens ippermettiet lis-settur tas-sajd biex jiffaċċja kompetizzjoni dejjem tiżdied fis-suq komuni li qiegħed jinfetaħ dejjem iżjed għal pajjiżi terzi u lill-pajjiżi ta' l-ACP b'mod partikolari. Il-politika ta' kumpens tirriżulta f'ekonomiji ta' skala u fi dħul finanzjarju konsiderevoli għall-benefiċjarji u jippermettilhom li jikkompetu bi spejjeż daqs dawk tal-kumpaniji fl-Ewropa kontinentali. L-iskema ppermettiet lir-reċipjenti biex iżommu sehem mis-suq li kieku l-kompetizzjoni kienet toħdilhom. L-iskema ta' kumpens iffaċilitat ukoll l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni ta' ċerti attivitajiet. Is-settur ta' l-akkwakultura fil-Gżejjer Kanari pereżempju jipproduċi l-iktar għas-suq kontinentali u bbenefika bil-kbir mill-iskema. L-istess jista' jingħad għall-industrija tat-tqegħid tat-tonn fil-laned fl-Azores, għall-flettijiet tat-tonn u ċ-ċinturin iswed f'Madeira u għall-industrija tal-gambli f'Gujana. Minħabba f'hekk, l-impjiegi ġew stabbilizzati jew saħansitra żdiedu. Madankollu wieħed ma jistax jiċħad li l-użu rikorrenti ta' miżuri ta' kumpens iġib miegħu r-riskju li tinħoloq dipendenza ekonomika li xxekkel il-kapaċità jew il-potenzjal innovattiv. Dan jidher li huwa l-każ għall-gambli minn Gujana li jistgħu jkunu mqiegħda aħjar fis-suq u għaldaqstant jattiraw prezzijiet ogħla. Jista' jkun il-każ ukoll li ċerti attivitajiet ta' esportazzjoni jinżammu artifiċjalment jew saħansitra jiġu żviluppati filwaqt li swieq profittabbli barranin (eż il-Ġappun u l-Istati Uniti) ma jiġux esplorati biżżejjed u s-swieq lokali jiġu injorati. 4. KONKLUżJONIJIET U PROSPETTIVI GħALL-ġEJJIENI Matul l-operat tagħha, l-iskema ta' kumpens ġabet stabilità dewwiema li ppermettiet lill-atturi ekonomiċi kkonċernati biex joperaw taħt kondizzjonijiet simili għal dawk tal-kontroparti tagħhom fl-Ewropa kontinentali. L-iskema tat sehemha għaż-żamma ta' l-impjiegi f'reġjuni fejn hemm ftit opportunitajiet oħra. Il-benefiċċji li dawn l-operaturi ħadu mill-iskema ppermettiet lil bosta setturi kkonċernati biex iżommu livell adegwat ta' produzzjoni u żvilupp. Il-kundizzjonijiet li jwasslu għall-ispejjeż addizzjonali ftit se jinbidlu fi żmien qasir, peress li ġejjin min-natura nnifisha tar-reġjuni l-iktar imbiegħda u l-qagħda partikolari tas-settur tas-sajd tagħhom. Għalhekk għandha jitqies li l-iskema tkompli, b'hekk jiġi żgurat li l-għanijiet li ġiet stabbilita għalihom ikomplu jintlaħqu sew. Hija tkun koerenti wkoll ma' l-impenn tal-Kummissjoni ddikjarat fil-Komunikazzjoni tagħha, dwar sħubija aktar b'saħħitha għar-reġjuni l-iktar imbiegħda tas-26.5.2004 [COM(2004)343 finali] li tidentifika t-tnaqqis ta' spejjeż addizzjonali fir-reġjuni l-iktar imbiegħda bħala waħda mill-prijoritajiet ewlenin ta' l-attivitajiet ta' l-Unjoni biex tgħin lil dawn ir-reġjuni jegħlbu l-problemi ikkawżati mill-qagħda mbiegħda tagħhom. Fid-dawl tal-bżonn ta' viżjoni strateġika għas-settur, huwa ssuġġerit li l-iskema titkompla fl-istess livell ta' finanzjament għall-perjodu 2007-2013. Dan ikun koerenti wkoll mat-tul taż-żmien tal-miżuri skond l-Artikolu 11 tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali[7]. Se ssir reviżjoni, inter alia fid-dawl tar-riforma ta' l-Organizzazzjoni tas-Suq Komuni għall-prodotti tas-sajd. Madankollu, il-valutazzjoni f'dan ir-rapport u s-sejbiet ta' l-istudju jitolbu li jsiru għadd ta' aġġustamenti. Dawn għandhom jippermettu: - Iktar pertinenza imma anke flessibilità fid-dawl ta' realtajiet u bżonnijiet speċifiċi ta' tqegħid fis-suq fir-reġjuni l-iktar imbiegħda billi - tippermetti lill-Istati Membri jiddeterminaw u jaġġustaw għar-reġjuni tagħhom il-prodotti tas-sajd eleġibbli u l-kwantitajiet tagħhom u li jiffissaw l-ammonti ta' kumpens rispettivi fi ħdan allokazzjoni annwali ta' fondi għar-reġjuni kkonċernati ta' l-Istat Membru, ibbażata fuq allokazzjonijiet fl-iskema attwali; - tibbaża l-ammonti ta' kumpens l-iktar fuq l-ispejjeż addizzjonali li jiġu mit-trasport lejn l-Ewropa kontinentali. Dan jippermetti wkoll li l-iskema tiġi ċċentrata mill-ġdid fuq l-għan ewlieni tagħha; - Ġustifikazzjoni u armonizzazzjoni aħjar tas-sostenn billi - jiġu introdotti salvagwardji biex jiġu evitati livelli mhux ġustifikati ta' kumpens, b'mod partikolari billi jillimitaw il-kumpens għal sehem mill-ispejjeż tat-trasport u spejjeż relatati oħra, u jqisu tipi oħra ta' intervent pubbliku b'effett fuq il-livell ta' spejjeż addizzjonali; - Li jintlaħaq l-għan ta' l-iskema b'konformità mal-Politika Komuni tas-Sajd billi - jiġu definiti kundizzjonijiet ta' eleġibilità iżjed ċari għar-reċipjenti u l-prodotti, b'mod partikolari billi jiġi eskluż is-sostenn għa; prodotti li mhumiex kompatibbli mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd jew li ġejja minn prodotti importati, - jiġi żgurat li l-kumpens ma jirriżultax f'iżjed pressjoni fuq stokks bijoloġikament sensittivi; - l-appoġġ jiġi kkonċentrat fuq reċipjenti li huma ekonomikament vijabbli; - Amministrazzjoni sempliċi permezz ta' rekwiżiti proporzjonali fir-rigward tal-proċeduri neċessarji; - Iktar trasparenza bl-introduzzjoni ta' rappurtaġġ regolari mill-Istati Membri. Dawn l-aġġustamenti jindirizzaw in-nuqqasijiet ewlenin li ħarġu mill-implimentazzjoni ta' l-iskema u tejbu l-effiċjenza, it-trasparenza u l-effettività tal-funzjonament tagħha. Dawn jilħqu wkoll ħafna mir-rakkomandazzjonijiet ta' l-istudju (l-Anness III tad-Dokument ta' Ħidma). L-istudju rrakkomanda wkoll it-twaqqif possibbli ta' lista pożittiva ta' spejjeż addizzjonali u valutazzjoni tal-livell tagħhom, bil-ħsieb li tiġi żgurata trasparenza sħiħa fl-applikazzjoni tal-prinċipji ta' kumpens għal spejjeż addizzjonali. Approċċ bħal dan madankollu jeħtieġ mhux biss iktar analiżi u għalhekk żmien qabel ma tkun tista' ssir proposta konkreta, imma tagħmel l-iskema wkoll iktar riġida u kkumplikata bir-riskju li ma jiġux riflessi l-ispefiċitajiet kollha tar-reġjuni l-iktar imbiegħda mill-bidu jew li jinbidlu maż-żmien. Ma tidhirx ġusta lanqas li l-ko-finanzjament nazzjonali jew reġjonali ta' l-iskema jiġi previst. Din ir-rakkomandazzjoni hija mmotivata l-iktar minn b'żieda fil-baġit ġenerali. Madankollu, l-aġġustamenti previsti, fosthom il-kundizzjoni li s-sostenn ikun ikkonċentrat fuq reċipjenti li jkunu ekonomikament vijabbli, suppost li jippermettu xorta waħda applikazzjoni iżjed effiċjenti u ffokata ta' l-iskema u responsabilità ogħla mill-Istati Membri. Madankollu, l-iskema se teħtieġ aġġustament sabiex tiġi implimentata s-sistema l-ġdida għall-ġestjoni finanzjarja adottata għall-infiq fis-suq għas-settur tas-sajd taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (EAGF), jiġifieri ġestjoni diretta ċentralizzata. Il-proposta għal regolament li jkompli l-iskema ta' kumpens għar-reġjuni l-iktar imbiegħda li takkumpanja dan ir-rapport tistabbilixxi d-dettalji għall-emendi ssuġġeriti. [1] ĠU L 345, 31.12.2003, p. 34. [2] Ir-reġjuni identifikati mill-Artikolu 299(2) tat-Trattat huma d-dipartimenti lil hinn mix xtut Franċiżi, l-Azores, Madeira u l-Gżejjer Kanari. [3] Għalkemm l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 2328/2003 jipprevedi l-adozzjoni ta' regoli ta' implimentazzjoni, dawn ir-regoli qatt ma ġew stabbiliti. [4] Il-Kummissjoni ma ħaditx deċiżjoni dwar it-talba mressqa mill-Azores f'Mejju ta' l-2002 biex jiġi rduppjat il-kumpens għal speċi li jgħixu f'qiegħ il-baħar peress li t-talba kienet motivata b'mod uniku billi tassorbi l-fondi u mhux mill-fatturi rilevanti. [5] ĠU L 160, 26.6.1999, p. 103. [6] Minħabba n-nuqqas ta' rekwiżiti ta' rappurtaġġ għall-Istati Membri dwar l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' kumpens it-tagħrif disponibbli fil-Kummissjoni jirriżulta l-iżjed mill-eżekuzzjoni finanzjarja u t-talbiet għal modulazzjoni. It-tagħrif l-ieħor ippreżentat f'dan il-kapitolu ttieħed mill-istudju msemmi hawn fuq dwar "L-aspetti strutturali tal-Politika Komuni tas-Sajd fir-reġjuni l-iktar imbiegħda". [7] Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ĠU L 210 tal-31.7.2006, p.1)