Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006DC0285

Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999 kif emendat mir-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2005 tas-16 ta’ Marzu 2005 dwar azzjoni speċifika għat-trasferiment ta’ bastimenti lejn il-pajjiżi milquta mit-tsunami fl-2004

/* KUMM/2006/0285 finali */

52006DC0285

Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999 kif emendat mir-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2005 tas-16 ta’ Marzu 2005 dwar azzjoni speċifika għat-trasferiment ta’ bastimenti lejn il-pajjiżi milquta mit-tsunami fl-2004 /* KUMM/2006/0285 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 9.6.2006

KUMM(2006) 285 finali

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999 kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2005 tas-16 ta’ Marzu 2005 dwar azzjoni speċifika għat-trasferiment ta’ bastimenti lejn il-pajjiżi milquta mit-tsunami fl-2004

SOMMARJU

Fis-16 ta’ Marzu 2005, il-Kunsill adotta unanimament ir-Regolament (KE) Nru 485/2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2792/1999 rigward azzjoni speċifika għat-trasferiment ta’ bastimenti lejn il-pajjiżi milquta mit-tsunami fl-2004.

Dan ir-rapport, li tħejja skond l-Artikolu 18(b)(2) tar-Regolament emendat (KE) Nru 2792/1999 li jirrikjedi li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-trasferimenti ta’ bastimenti abbażi ta’ l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, jsemmi li l-Istati Membri ma identifikaw l-ebda possibbiltà għat-trasferimenti ta' bastimenti. Ir-raġunijiet imqajma mill-Istati Membri fi tweġibiethom għar-rikjesti mill-Kummisjoni biex tingħata l-informazzjoni huma li ma kien hemm l-ebda bastiment adatt disponibbli fost dawk li kellhom jiġu ddekommissjonati, li d-dekommissjonar ma kienx previst jew li l-inċentivi previsti għat-trasferiment tal-bastimenti ma kinux attraenti biżżejjed.

Għaldaqstant, mhu se jseħħ l-ebda trasferiment ta' bastimenti qabel id-data ta' l-għeluq li, kif jispeċifika r-Regolament, hija t-30 ta' Ġunju 2006. Dan ir-rapport jista’ jitqies bħala l-ewwel u l-aħħar rapport imħejji skond l-Artikolu 18(b)(2) tar-Regolament emendat (KE) Nru 2792/1999.

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILLU LILL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999 kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2005 tas-16 ta’ Marzu 2005 dwar azzjoni speċifika għat-trasferiment ta’ bastimenti lejn il-pajjiżi milquta mit-tsunami fl-2004

Dan ir-rapport tħejja skond l-Artikolu 18(b)(2) tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999 kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2005 tas-16 ta’ Marzu 2005 dwar azzjoni speċifika għat-trasferiment ta’ bastimenti lejn il-pajjiżi milquta mit-tsunami fl-2004.

Dan ir-Regolament, li l-Kunsill kien adottah unanimament, jestendi l-possibbiltà ta' l-irtirar, permezz ta’ assistenza pubblika, ta' bastimenti tas-sajd mill-flotta tas-sajd tal-Komunità għal bastimenti li jkunu jistgħu jingħaddu lill-pajjiżi milquta mit-tsunami ħalli jibbenefikaw minnhom il-komunitajiet tas-sajjieda kkonċernati.

Sabiex jiġu ssodisfatti l-bżonnijiet identifikati mill- FAO u t-talbiet mill-pajjiżi terzi permezz ta' l-offerti ta' bastimenti mill-Istati Membri, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-pajjiżi terzi kkonċernati. Dan il-kwestjonarju jfakkar fil-limiti speċifikati fir-Regolament dwar il-bastimenti li jkunu jistgħu jiġu trasferiti. Fl-istess waqt, il-Kummissjoni talbet li l-Istati Membri jiġu informati dwar id-daqs ta' l-offerta potenzjali ta’ bastimenti.

Ix-Sri Lanka talbet 120 bastiment dekommissjonat, kull wieħed b'tul kumplessiv ta' 9-12-il metru. Il-Kummissjoni informat lill-Istati Membri dwar din it-talba u fakkrithom diversi drabi dwar l-obbligu li jirrapportaw sat-30 ta’ Settembru 2005 dwar it-tali trasferimenti skond l-Artikolu 18(b)(1) tar-Regolament emendat (KE) Nru 2792/1999 (il- FIFG , l-Istrument Finanzjarju għall-Gwida dwar is-Sajd).

L-Istati Membri huma responsabbli mid-dekommissjonar tal-bastimenti fil-limiti tal-programmi adottati skond ir-Regolament ta' l- FIFG .

L-għoxrin Stat Membru kollha li għandhom kosta u settur tas-sajd marittimu infurmaw lill-Kummissjoni li ma kienu identifikaw l-ebda possibbiltà ta’ trasferimenti ta’ bastimenti skond ir-Regolament emendat ta' l- FIFG .

Ir-raġunijiet imqajma mill-Istati Membri kienu li ma kien hemm l-ebda bastiment disponibbli adatt fost dawk li kellhom jiġu ddekommissjonati, li d-dekommissjonar ma kienx previst jew li l-inċentivi previsti għat-trasferiment tal-bastimenti ma kinux attraenti biżżejjed.

Barra minn dan, peress li mhu se jkun hemm l-ebda trasferiment ta' bastimenti qabel id-data ta' l-għeluq kif speċifikata fir-Regolament, jiġifieri t-30 ta' Ġunju 2006, dan ir-rapport jista' wkoll jitqies bħala r-rapport aħħari bi tweġiba għall-Artikolu 18(b)(2) tar-Regolament emendat ta' l- FIFG .

Top