Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006DC0239

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Il-proposti leġiżlattivi li joħorġu mill-ftehim inter-istituzzjonali dwar il-dixxiplina baġitarja u t-tmexxija finanzjarja tajba

/* KUMM/2006/0239 finali */

52006DC0239

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Il-proposti leġiżlattivi li joħorġu mill-ftehim inter-istituzzjonali dwar il-dixxiplina baġitarja u t-tmexxija finanzjarja tajba /* KUMM/2006/0239 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 24.5.2006

KUMM(2006) 239 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

-Il-proposti leġiżlattivi li joħorġu mill-ftehim inter-istituzzjonali dwar il-dixxiplina baġitarja u t-tmexxija finanzjarja tajba

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

-Il-proposti leġiżlattivi li joħorġu mill-ftehim inter-istituzzjonali dwar il-dixxiplina baġitarja u t-tmexxija finanzjarja tajba

Il-proposti leġiżlattivi li joħorġu mill-ftehim inter-istituzzjonali dwar il-dixxiplina baġitarja u t-tmexxija finanzjarja tajba

IL-FTEHIM BEJN IL-KUMMISSJONI, IL-KUNSILL U L-PARLAMENT EWROPEW, MILħUQ FIS-17 TA’ MEJJU, 2006, DWAR IL-QAFAS FINANZJARJU 2007-2013 (“FTEHIM INTER-ISTITUZZJONALI DWAR ID-DIXXIPLINA BAġITARJA U T-TMEXXIJA FINANZJARJA TAJBA”) KIEN TASSEW SUċċESS GħALL-EWROPA. Permezz ta’ dan il-ftehim, il-prijoritajiet politiċi ta’ Unjoni mkabbra jistgħu jintrabtu f'qafas finanzjarju stabbli għas-seba’ snin li ġejjin. Hija issa responsabbiltà ta’ l-Istituzzjonijiet u ta’ l-Istati Membri li jaraw li jsir l-aħjar użu mill-mezzi finanzjarji disponibbli u li jżommu għajnejhom fuq il-mod kif dawn jitħaddmu. Interevent fuq livell Ewropew għandu jsir biex jinkiseb tassew valur miżjud, b’mod kumplimentari ma’ l-azzjonijiet nazzjonali, reġjonali jew lokali, u l-impatt ta’ kull azzjoni fuq livell Ewropew għandu jkun mill-aqwa. F’dawn l-aspetti differenti, il-Kummissjoni hija lesta li tagħti s-sehem sħiħ tagħha.

Dan il-ftehim huwa pass kruċjali lejn l-għan finali li l-Unjoni jkollha l-programmi operazzjonali mill-bidu tas-sena 2007. Bħalissa dak li jista’ jsir hu li jitkomplew l-isforzi fuq il-livell ta’ kull att leġiżlattiv. Minn dan l-aspett, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tkompli bir-rwol tagħha bħala dik li timbotta u li tiffaċilita, ħaġa li għamlitha sa mill-bidu tan-negozjati.

Fil-kuntest tan-negozjati dwar il-qafas finanzjarju 2007-2013, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni f’Ottubru 2005 adottaw dikjarazzjoni konġunta li fiha impenjaw ruħhom li jkomplu bil-ħidma tagħhom dwar il-proposti ta’ leġiżlazzjoni li qed ikunu diskussi, kif ukoll, kemm-il darba l-ftehim inter-istituzzjonali adottat ikun fuq il-bażi tal-proposti modifikati tal-Kummissjoni, li jintlaħaq ftehim dwar kull wieħed minn dawn. Barra minn dan, bis-saħħa ta’ l-Artikolu 250, paragrafu 2 tat-Trattat tal-KE, u biex titħaffef din il-fażi fil-livell ta’ kull att leġiżlativ, il-Kummissjoni tadotta dakinhar sett ta’ 30 abbozz, li minnhom 26 huma proposti modifikati u 4 huma ġodda.

Ċerti atti leġiżlattivi m'humiex parti minn dan il-pakkett ta' miżuri. Dan jgħodd l-aktar għal dawk li dwarhom kien diġà ntlaħaq qbil politiku wara s-17 ta’ Mejju. Dwar dawn, il-Kummissjoni wettqet bis-sħiħ ir-rwol tagħha biex tiffaċilita t-tlestija ta' ftehim bejn il-fergħat ta’ l-awtorità leġiżlattiva. Jgħodd ukoll għal dawk li dwarhom ftehim inter-istituzzjonali ma jimmodifikax il-proposta oriġinali tal-Kummissjoni. Għall-oħrajn kollha, li huma parti mill-pakkett tal-lum, bit-tibdiliet li għamlet il-Kummissjoni jkun jista’ jittieħed kont ta’ dak li fih il-ftehim inter-istituzzjonali adottat, b’mod simplifikat, peress li dak li jrid isir hu aġġustament tal-mezzi finanzjarji allokati għal kull programm, jew b'mod aktar dettaljat, meta l-istruttura jew il-kontenut kif ukoll l-att ikun ġew riveduti. Ta’ min wieħed jisħaq ukoll li erba’ proposti modifikati jinkludu emendi li l-Parlament Ewropew kien diġà vvota dwarhom fl-Ewwel Qari u li proposta waħda kienet inqasmet f’żewġ proposti modifikati wara li kien hemm talba għal dan li saret mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew, wara li dan ta’ l-aħħar għadu ma għamilx l-Ewwel Qari min-naħa tiegħu.

Fuq il-bażi ta’ dawn il-proposti modifikati, il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ikomplu jaħdmu biex itemmu ħidmiethom kemm jista’ jkun malajr, bil-għan li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-istrumenti legali fi żmien tajjeb biex il-programmi jkunu jistgħu tabilħaqq jibdew għaddejjin sa minn Jannar 2007.

Top