This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006AP0543
European Parliament legislative resolution on the joint text approved by the Conciliation Committee for a directive of the European Parliament and of the Council on the protection of groundwater against pollution and deterioration (PE-CONS 3658/2006 - C6-0382/2006 - 2003/0210(COD))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar it-test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' l-ilma ta' taħt l-art mit-tniġġis u d-deterjorament (PE-CONS 3658/2006 - C6-0382/2006 - 2003/0210(COD))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar it-test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' l-ilma ta' taħt l-art mit-tniġġis u d-deterjorament (PE-CONS 3658/2006 - C6-0382/2006 - 2003/0210(COD))
ĠU C 317E, 23.12.2006, p. 81–81
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar it-test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' l-ilma ta' taħt l-art mit-tniġġis u d-deterjorament (PE-CONS 3658/2006 - C6-0382/2006 - 2003/0210(COD))
Official Journal 317 E , 23/12/2006 P. 0081 - 0081
20061223 P6_TA(2006)0542 In-nefqa fil-kamp veterinarju * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (COM(2006)0273 — C6-0199/2006 — 2006/0098(CNS)) (Proċedura ta' konsultazzjoni) Il-Parlament Ewropew, - wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0273) [1], - wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0199/2006), - wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, - wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali (A6-0409/2006), 1. Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata; 2. istieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta tagħha f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE; 3. jistieden lill-Kunsill sabiex jinformah jekk ikollu l-intenzjoni li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; 4. jitlob li tinfetaħ il-proċedura ta' konsultazzjoni stipulata fid-dikjarazzjoni komuni ta' l- 4 ta' Marzu 1975, jekk il-Kunsill ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; 5. Jitlob lill-Kunsill biex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jimmodifika l-proposta mill-Kummissjoni b'mod sostanzjali; 6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Emenda 1 PREMESSA 8 a (ġdida) (8a) Saret evalwazzjoni dwar in-nuqqas ta' għarfien dwar ir-riżultati ta' programmi immirati lejn il-qerda, il-monitoraġġ u l-ġlieda kontra ċertu mard ta' l-annimali f'diversi Stati Membri. Emenda 2 PREMESSA 8 b (ġdida) (8b) Saret evalwazzjoni li stabbilit li jeżistu differenzi fl-attitudni u fl-imġiba rigward l-istess mard bejn l-Istati Membri differenti, anke jekk dawn huma ġirien, u dan il-fatt jista' jaffettwa l-effikaċja tal-miżuri adottati. Emenda 3 Premessa 8 ċ (ġdida) (8ċ) Hemm bżonn li tingħata importanza partikulari lis-sitwazzjonijiet ta' emerġenza li jeżiġu li jiġu mmobilizzati b'mod immedjat u mhux programmabbli riżorsi finanzjarji importanti ħafna. Emenda 4 ARTIKOLU 1, PUNT 2 Artikolu 16, punt aa) (ġdid) (Deċiżjoni 90/424/KEE) (aa) l-appoġġ għal miżuri immirati biex jixxerdu l-prattiki tajbin u għal inċentivi għall-preżentazzjoni ta' programmi komuni għal żewġ Stati Membri u reġjuni ta' mal-fruntieri jew aktar, dejjem jekk dan huwa essenzjali għall-ġlieda, il-qerda, u l-monitoraġġ ta' mard ta' l-annimali li jittieħed, inkluża ż-żoonożi; Emenda 5 ARTIKOLU 1, PUNT 4 Artikolu 24, paragrafu 1, subparagrafu 2 (Deċiżjoni 90/424/KEE) Emenda 6 ARTIKOLU 1, PUNT 4 Artikolu 24, paragrafu 1, subparagrafu 2 a (ġdid) (Deċiżjoni 90/424/KEE) Emenda 7 ARTIKOLU 1, PUNT 4 Artikolu 24, paragrafu 2, subparagrafu 1 (Deċiżjoni 90/424/KEE) Emenda 8 ARTIKOLU 1, PUNT 4 Artikolu 24, paragrafu 2, subparagrafu 2 (Deċiżjoni 90/424/KEE) Emenda 9 ARTIKOLU 1, PUNT 5 Artikolu 26, subparagrafu 1 a (ġdid) (Deċiżjoni 90/424/KEE) Emenda 10 ARTIKOLU 1, PUNT 7 a (ġdid) Artikolu 43 a (deċiżjoni 90/424/KEE) (7a) L-Artikolu 43 a jiġi sostitwit permezz tat-test li ġej: Artikolu 43 a Il-Kummissjoni tippreżenta rapport kull erba snin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, dwar is-sitwazzjoni veterinarja u dwar l-aspett ta' l-effikaċità ta' l-infiq fl-applikazzjoni tal-programmi fid-diversi Stati Membri, li jinkludi b'mod partikulari d-dettalji tal-kriterji adottati.' Emenda 11 ARTIKOLU 2 Emenda 12 ANNESS, INĊIŻI 20A SA 20H (ġodda) - Lewkożi ta' l-ifrat - Il-marda ta' Newcastle - Il-marda ta' Aujeszky - Bruċellosi tal-ħnieżer - BHV1 - Maedi-visna - Paratuberkulożi - Mycoplasma gallisepticum [1] Għadha mhux ippublikata fil-ĠU. --------------------------------------------------