This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006AP0343
European Parliament resolution on the proposal for a Council regulation amending Regulation (EC, Euratom) No 1605/2002 on the Financial Regulation applicable to the general budget of the European Communities (COM(2005)0181 - COM(2006)0213 - C6-0234/2005 - 2005/0090(CNS))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (COM(2005)0181 - COM(2006)0213 - C6-0234/2005 - 2005/0090(CNS))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (COM(2005)0181 - COM(2006)0213 - C6-0234/2005 - 2005/0090(CNS))
ĠU C 305E, 14.12.2006, pp. 158–159
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (COM(2005)0181 - COM(2006)0213 - C6-0234/2005 - 2005/0090(CNS))
Official Journal 305 E , 14/12/2006 P. 0158 - 0159
P6_TA(2006)0343 Ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r- Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (COM(2005)0181 — COM(2006)0213 — C6-0234/2005 — 2005/0090(CNS)) Il-Parlament Ewropew, - wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2005)0181) [1] u l-proposta modifikata (COM(2006)0213) [1], - wara li kkunsidra l-Artikolu 279 tat-Trattat KE u l-Artikolu 183 tat-Trattat Euratom, skond liema Trattati l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0234/2005), - wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u limmaniġjar finanzjarju sod [2], - wara li kkunsidra l-konsultazzjoni mill-ġdid miegħu min-naħa tal-Kunsill tat- 28 ta' Ġunju 2006 (C6-0207/2006), - wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal- 15 ta' Marzu 2006 [3] u tas- 6 ta' Lulju 2006 [4], - wara li kkunsidra l-Artikoli 54(3) u 56 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu. 1. Jinnota li l-Kummissjoni bidlet il-proposta tagħha skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE u, b'mod partikulari, li l-prinċipju ta' proporzjonalità, it-talba għal iktar trasparenza, id-database tal-parteċipanti esklużi u r-rapporti annwali ta' l-Istati Membri ġew inkorporati, kif mitlub mill-Parlament waqt il-votazzjoni tiegħu tal- 15 ta' Marzu 2006; 2. Jilqa' b'sodisfazzjoni l-inkorporazzjoni tal-prinċipju ta' kontroll intern effettiv u effiċjenti, inkluż livell ta' riskju tollerabbli; 3. Japprova l-proposta modifikata tal-Kummissjoni tat- 18 ta' Mejju 2006 sakemm din tikkunsidra lemendi tal-Parlament, madanakollu bla preġudizzju għall-pożizzjoni tiegħu tal- 15 ta' Marzu 2006, u tas- 6 ta' Lulju 2006, li għadhom japplikaw mingħajr riservi; 4. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; 5. Jiġbed l-attenzjoni lejn l-Artikolu 45 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġjar finanzjarju sod u lejn id-Dikjarazzjoni Nru 6 annessa magħha; jistieden lill- Kunsill sabiex jadotta l-linji gwida konġunti tiegħu u sabiex jibda l-proċedura ta' konċiljazzjoni skond id- Dikjarazzjoni Konġunta ta' l- 4 ta' Marzu 1975 [5]; 6. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali; 7. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. [1] Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU. [2] ĠU C 139 14.6.2006, p. 1. [3] Testi adottati, P6_TA(2006)0085. [4] Testi adottati, P6_TA(2006)0312. [5] ĠU C 89, 22.4.1975, p. 1. --------------------------------------------------