This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52005SC0440
Recommendation for a Council opinion in accordance with the third paragraph of Art. 5 of Council Regulation (EC) No 1466/97 of 7 July 1997 on the updated stability programme of Greece, 2004-2007
Rakkomandazzjoni għal opinjoni tal-Kunsill skond it-tielet paragrafu ta' l-Art. 5 tar-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar il-programm aġġornat ta' stabbiltà tal-Greċja 2004-2007
Rakkomandazzjoni għal opinjoni tal-Kunsill skond it-tielet paragrafu ta' l-Art. 5 tar-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar il-programm aġġornat ta' stabbiltà tal-Greċja 2004-2007
/* SEK/2005/0440 finali */
Rakkomandazzjoni għal opinjoni tal-Kunsill skond it-tielet paragrafu ta' l-Art. 5 tar-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar il-programm aġġornat ta' stabbiltà tal-Greċja 2004-2007 /* SEK/2005/0440 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 6.4.2005 SEG(2005) 440 finali Rakkomandazzjoni għal OPINJONI TAL-KUNSILL skond it-tielet paragrafu ta' l-Art. 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar il-programm aġġornat ta' stabbiltà tal-Greċja 2004-2007 (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza fuq il-pożizzjonijiet baġitarji u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika[1] jistipula li Stati Membri parteċipi, jiġifieri, dawk li adottaw l-użu tal-munita unika, għandhom jissottomettu programmi ta' stabbiltà lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Skond l-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament, il-Kunsill għandu jeżamina kull programm ta' stabbiltà skond valutazzjonijiet li jkunu tħejjew mill-Kummissjoni u l-Kumitat li twaqqaf mill-Artikolu 114 tat-Trattat (il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju). Fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, il-Kunsill irid, wara li jeżamina l-programm, jagħti l-opinjoni tiegħu. Skond ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jibagħtu aġġornamenti ta' kull sena tal-programmi tagħhom ta' stabbiltà, li jistgħu jkunu eżaminati wkoll mill-Kunsill skond dawn l-istess proċeduri. Quddiem defiċit ġenerali tal-Gvern ta’ 3.2% tal-PGD, u proporzjon ta’ dejn ta' 103.0% tal-PGD reġistrat fl-2003, il-Kunsill iddeċieda li l-Greċja kellha defiċit eċċessiv fil-5 ta’ Lulju 2004 u rrakkomanda li d-defiċit eċċessiv għandu jkun irranġat mhux aktar tard mill-2005. Fit-18 ta’ Jannar, 2005, il-Kunsill iddeċieda li l-Greċja ma ħaditx azzjoni effettiva biex twieġeb għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet. Fis-17 ta’ Frar, 2005, għal darb’oħra wara rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 104(9), il-Kunsill iddeċieda li javża lill-Greċja biex tieħu passi biex id-defiċit jitniżżel għal taħt il-limitu ta' 3% tal-PGD, mhux aktar tard mill-2006. L-awtoritajiet Griegi ntalbu wkoll biex jidentifikaw u jżommu taħt kontroll fatturi oħra barra s-self nett, li jwasslu għal tibdil fil-livelli tad-dejn, u biex itejjbu l-ġbir u l-ipproċessar ta’ informazzjoni ġenerali tal-gvern. L-ewwel programm ta' stabbiltà tal-Greċja, għall-perjodu 2000-2004, ġie sottomess fid-19 ta' Ġunju, 2000, u evalwat mill-Kunsill fit-12 ta' Frar, 2001. Kull sena ġew sottomessi l-aġġornamenti. Il-Greċja ssottomettiet l-aġġornament tal-programm tagħha ta’ stabbiltà li jkopri l-perjodu 2004-2007 fis-17 ta’ Diċembru, 2004. Il-Kummissjoni ma vvalutatux. Fil-21 ta’ Marzu, 2005, ġiet sottomessa reviżjoni ta’ l-aġġornament tal-programm ta’ stabbiltà. Pakkett fiskali li jinkludi passi addizzjonali tħabbar fid-29 ta’ Marzu. Is-servizzi tal-Kummissjoni wettqu evalwazzjoni teknika ta' dan l-aġġornament, billi ħadu f'kunsiderazzjoni r-riżultati tat-tbassir ekonomiku għar-Rebbiegħa 2005, li kien sar mis-servizzi tal-Kummissjoni, kif ukoll il-kodiċi ta' mġieba[2], il-metodoloġija - li dwarha kulħadd jaqbel - li biha ssir l-istima sew tal-produzzjoni potenzjali kif ukoll tal-bilanċi, aġġustati għaċ-ċikli differenti, ir-rakkomandazzjonijiet fil-linji-gwida ekonomiċi ġenerali għall-perjodu 2003-2005 u l-prinċipji mfissra fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew fis-27 ta' Novembru 2002 dwar it-tisħiħ tal-koordinazzjoni tad-diversi ħsibijiet politċi dwar il-baġit[3]. Din l-evalwazzjoni jistħoqqilha din il-valutazzjoni: - L-aġġormanent rivedut għall-2004 tal-programm ta' stabbiltà Grieg ġie sottomess fil-21 ta’ Marzu, 2005 u jkopri s-snin 2004 sa' l-2007. Il-miri fil-programm jieħdu f’kunsiderazzjoni l-impatt fuq il-baġit ta’ pakkett fiskali li xxandar mill-Gvern fid-29 ta’ Marzu, maħsub biex jiżgura l-implimentazzjoni tal-programm rivedut, fosthom b’impenn pubbliku biex id-defiċit jinżel taħt it-3% tal-PGD fl-abbozz tal-baġit għall-2006. Fejn tidħol il-preżentazzjoni ta' ċifri, il-programm jaqbel, iżda mhux għal kollox, mal-“kodiċi ta' mġieba dwar il-kontenut u l-format tal-programmi ta' stabbiltà u konverġenza”. Il-programm ma jagħtix dettalji tal-passi li fuqhom huma msejjsa l-miri għall-2007. L-iżviluppi fil-prezzijiet huma ppreżentati fit-terminu tad-deflatur tan-nefqa fuq il-konsum privat, u mhux fit-termini ta’ l-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet lill-Konsumatur (HICP). Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ ipoteżijiet bażiċi dwar dak li jkun qed jiġri barra l-pajjiz, il-programm ma jagħtix ċifri dwar it-tkabbir dinji tal-PGD barra l-UE, u lanqas dwar ir-rata ta’ tkabbir tas-swieq barranin relevanti, kif inhu mitlub mill-kodiċi ta’ mġieba. - Il-programm jikkunsidra tliet kuntesti makro-ekonomiċi differenti. L-hekk imsejjaħ kuntest tal-bażi, li jikkoinċidi kważi għal kollox mal-qafas makro-ekonomiku li jinsab fil-baġit għall-2005. B’sens ta' ottimiżmu, jassumi li l-ekonomija Griega se jirnexxielha tkompli għaddejja bil-forza ekonomika li kienet għaddejja biha sa’ l-2004, bis-saħħa ta’ domanda interna qawwija. Hija ħaġa ċara li kuntest bħal dan ma jaqbilx mal-previżjonijiet li hemm bħalissa. F’kuntest ieħor, anqas ottimist, li jaqbel mal-previżjonijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni għall-Ħarifa 2004, u li diġà m'għadhomx jiswew, it-tkabbir tal-PGD jitqies li se jkun 3.3% tul żmien il-programm. Fl-aħħarnett, fit-tielet kuntest, il-PGD reali jitqies li se jikber b’2.9% fl-2005 u jgħaġġel kemm kemm għal 3% fl-2006 u l-2007, u dan ftit jew wisq jaqbel mal-previżjonijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni għar-Rebbiegħa ta' l-2005. Minħabba f’hekk, fuq il-bażi ta’ l-aktar informazzjoni reċenti li hawn, huwa dan it-tielet kuntest li għandu jiġi meqjus bħala l-aktar wieħed plawsibbli u wżat bħala referenza biex il-programm ikun valutat. L-informazzjoni f'dan il-kuntest timplika tkabbir ta' produzzjoni potenzjali li ftit ftit tonqos tul żmien il-programm, minn madwar 3.3% fl-2005 għal 3% fl-2007. B'mod ġenerali dan jaqbel ukoll ma’ l-istimi li joħorġu mil-previżjonijiet għar-Rebbiegħa 2005, tas-servizzi tal-Kummissjoni. It-tnaqqis fil-pass tat-tkabbir ekonomiku li hemm taħt dan kollu mistenni li jiġi mill-produttività totali tal-fatturi. Id-differenzjal pożittiv bejn il-produzzjoni projettata u dik reali li kien hemm fl-2004 għandu jonqos xi ftit sa’ l-2007. - Skond il-livelli tad-defiċit u tad-dejn kif rappurtati f'Marzu ta' l-2005 bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 3605/93 (minn issa 'l quddiem in-notifika EDP), il-bilanċ ġenerali tal-Gvern huwa stmat li laħaq defiċit ta’ 6.1% tal-PGD (6.0% tal-PGD skond id-definizzjoni ESA95, jiġifieri mingħajr kurrenti swap-related ). Dan id-defiċit huwa 0.8 punti perċentwali ogħla miċ-ċifra ta’ 5.3% tal-PGD, stmata mill-Gvern Grieg fi żmien in-notifika EDP ta’ Settembru, 2004. In-notifika EDP ta’ Marzu, 2005 tippreżenta nuqqas ieħor li tinkludi, barra minn 0.3 punti perċentwali tal-PGD f’pagamenti fuq interessi ogħla, anqas ġbir ta’ taxxi milli mistenni, u nefqa akbar milli ppjanata, li jiswew nofs punt perċentwali ieħor tal-PGD, b’żieda ma’ dawk li diġà kienu żvelati fin-notifika EDP ta’ Settembru, 2004. Fit-18 ta’ Marzu, 2004 l-Eurostat ma approvax iċ-ċifri tad-defiċit għall-Greċja minħabba li l-kurrenti finanzjarji bejn il-Greċja u l-baġit ta’ l-UE ma ġewx reġistrati b’mod konsistenti. L-Eurostat innota wkoll li l-ispiża għal dawn l-aħħar snin, fuq il-kura tas-saħħa u fuq il-Logħob Olimpiku għadha ma ġietx finalizzata. Għaldaqstant, iċ-ċifri tad-defiċit tal-Gvern għall-2004, u għas-snin ta’ qabel, jista’ jkun li jkollhom jiġu riveduti ‘l fuq. - Il-kuntest ta’ referenza użat biex jiġi valutat il-programm jimmira lejn tnaqqis tad-defiċit nominali ġenerali tal-Gvern b’3.6 punti perċentwali tul żmien il-programm, minn 6.1% tal-PGD fl-2004 għal 2.4% fl-2007. L-aġġustament fiskali huwa ikkonċentrat l-aktar lejn il-bidu u matul l-2005 u, anqas fl-2006, fil-waqt li fl-2007 l-aġġustament ikun ta’ biss 0.5 punti perċentwali tal-PGD. L-għan ta’ l-istrateġija huwa li d-defiċit jinżel għal taħt il-livell ta’ referenza ta’ 3% tal-PGD sa’ l-2006, fil-linja mad-deċiżjoni tal-Kunsill skond l-Artikolu 104(9). Biex jintlaħqu l-miri, il-programm jistrieħ fuq taħlita ta’ miżuri li jżidu d-dħul u jrażżnu l-ispiża, u dan għandu jwassal għal żieda fil-bilanċ pożittiv primarju. Il-bilanċ primarju mistenni li jimxi minn defiċit ta’ 0.4% fl-2004 għal bilanċ favorevoli ta’1.8% tal-PGD fl-2005, li jitla’ għal 3.3% tal-PGD fi tmiem dan il-perjodu. F’termini ċiklikament aġġustati, ibbażati fuq il-kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni li saru skond il-metodoloġija li dwarha jaqbel kulħadd u li ġiet użata għall-informazzjoni fil-programm, id-defiċit jinżel minn 7.0% tal-PGD fl-2004 għal 4.4% tal-PGD fl-2005, għal 3.5% tal-PGD fl-2006, u 3% fl-2007. - Il-miri għad-defiċit fil-kuntest ta’ referenza huma aktar baxxi minn dawk ipproġettati fil-previżjonijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni għar-Rebbiegħa 2005, li jipproġetta defiċit ta’ 4.5% tal-PGD fl-2005 u ta’ 4.4% tal-PGD fl-2006. Parti sinifikanti tad-differenza hija spjegata bl-impatt li għandu jkun hemm fl-2005 fuq il-baġit, u li jibqa’ jinħass fl-2006, ta’ miżuri addizzjonali li għandhom ikunu implimentati fl-2005, u li tħabbru wara d-data li fiha l-Kummissjoni tiġbor it-tagħrif li fuqu ssejjes il-previżjonijiet, u dawn jammontaw għal madwar 0.5% ta’ punt perċentwali tal-PGD fl-2005 u 0.9 punti perċentwali tal-PGD fl-2006. Barra minn dan, hemm riskji negattivi għax-xejriet tal-baġit għall-2005 u wara, sew għal dak li għandu x’jaqsam ma’ dħul, kif ukoll għal dak li għandu x’jaqsam ma’ nefqa. B’mod speċifiku, il-projezzjonijiet tax-xejriet fil-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jidhru li huma għolja, fil-waqt li l-istimi dwar il-konsum pubbliku, speċjalment il-kura tas-saħħa u l-pagi taċ-ċivil, jista’ jkun li kienu baxxi wisq. Għalhekk, konsistenti mal-linja mħabbra fid-29 ta’ Marzu, jista’ jkun li l-awtoritajiet Griegi jkollhom bżonn jimplimentaw miżuri addizjonali fl-2006, b'żieda ma’ dawk li diġà ħabbru għall-2005, biex id-defiċit jitniżżel tassew taħt l-għatba ta’ 3%. Meta wieħed jinkludi fatturi ċikliċi, il-previżjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni għad-defiċit ta’ l-2005 u l-2006 huwa ta’ aktar minn 5%. Jibqa’ fuq it-3% tal-PGD anki wara li wieħed jieħu f’kunsiderazzjoni miżuri addizzjonali meħuda f’Marzu. Għaldaqstant, l-istrateġija baġitarja fil-programm ma tipprovdix marġni biżżejjed kontra l-eventwalità li l-valur ta’ referenza ta’ 3% tal-PGD ma jintlaħaqx, b’varjazzjonijiet ċikliċi normali, u lanqas ma’ tilħaq l-għan, imniżżel fil-Patt ta' l-Istabbiltà u t-Tkabbir, li fuq terminu ta’ żmien medju, il-qagħda baġitajra tkun kważi f’bilanċ, jew li jkollha anki bilanċ favorevoli, tul żmien il-programm. - Il-proporzjon tad-dejn huwa ipprojettat li jonqos minn 110.5% tal-PGD fl-2004 għal biss 109.5% fl-2005, imbagħad għal 107.2% fl-2006 u 104.7% fl-2007. Il-bilanċ favorevoli primarju dejjem jiżdied, flimkien ma' tkabbir nominali qawwi tal-PGD jkunu l-forzi ewlenin fuq it-triq lejn it-tnaqqis tad-dejn. Pass aktar mgħaġġel fit-tnaqqis tad-dejn huwa mtellef minn aġġustamenti ta’ stock-flow (SFA) li jżidu d-dejn b’mod sinifikanti li, għalkemm qed jonqsu meta wieħed iqabbel ma’ l-2004, huma mistennija li jibqgħu sinifikanti minkejja d-dħul li mistenni jkun hemm mill-privatizzazzjoni li hi ippjanata. Il-programm jipprovdi kont dettaljat ta’ minn xiex kienu jikkonsistu l-SFAs fl-2004. Għalhekk, jidher li sar xi progress biex isir magħruf bi preċiżjoni minn fejn ġejjin l-SFAs. Madankollu, il-programm ma jipprovdix dettalji dwar minn fejn ġejjin l-SFAs ipprojettati għall-2005-2007. Il-proporzjon tad-dejn tista' ma tevolvix b’mod daqshekk pożittiv daqskemm hu projettat, meta wieħed iqis ir-riskji quddiem il-miri tal-baġit imsemmija qabel. - Il-programm jirrevedi l-programm ta’ riformi strutturali tal-gvern, li huwa iffukat fuq ri-orjentament tan-nefqa pubblika biex din tintuża għal skopijiet aktar produttivi. Issemmi wkoll miżuri biex jonqsu l-ispejjeż meħtieġa biex negozju jibda’ jopera, u biex ikomplu jinfetħu dejjem aktar is-swieq għall-kompetizzjoni, speċjalment l-industriji li joperaw b'netwerk. Dwar il-kura tas-saħħa, il-Gvern qed iħejji riforma maħsuba biex tkun żgurata s-sostenibbiltà fiskali u biex ikunu ndirizzati xi punti dgħajfa fis-sistema. Madankollu, fil-waqt li l-programm ma jagħtix ħafna dettalji dwar il-miżuri li jikkorrispondu, il-pjani biex issir riforma mill-qiegħ għadhom fi stat bikri ħafna. Dwar ir-ristrutturar ta’ l-ispejjeż, il-baġit għall-2005 jbassar tnaqqis ta’ l-ispiża tal-konsum b’aktar minn 16% f’termini nominali. Dan it-tnaqqis fl-infieq jidher ottimist peress li għandu x’jaqsam ma’ ċerti elementi tal-baġit (pagi, ħlasijiet soċjali), li normalment dejjem baqgħu reżistenti ħafna meta ttieħdu miżuri ta’ kontroll fuq l-infieq. - Il-Greċja tidher li għandha quddiemha riskju serju għal dak li għandu x’jaqsam mas-sostenibbiltà fuq terminu ta’ żmien twil tal-finanzi pubbliċi, anki minħabba l-ispejjeż importanti ħafna, ipprojettati fil-baġit, ta’ popolazzjoni dejjem tixjieħ. Iż-żieda konsiderevoli projettata fl-infieq li għandu x’jaqsam ma' l-anzjani tindika li hemm il-ħtieġa ta’ miżuri addizzjonali li jikkontrollaw in-nefqa fuq il-pensjonijiet tal-Gvern, fosthom l-implimentazzjoni bir-reqqa ta' miżuri ta’ riforma li diġà għaddew. L-istrateġija mfissra fil-programm hija msejjsa l-aktar fuq l-implimentazzjoni ta’ riformi fil-liġijiet tal-pensjoni u l-konsolidament meħtieġ tal-finanzi pubbliċi fuq terminu ta’ żmien medju. Madankollu, il-proporzjon bejn id-dejn gross mal-PGD, minkejja li hu pprojettat li jiċkien, jibqa’ akbar minn 100% tul żmien il-programm. Anki jekk il-konsolidament ippjanat fil-baġit iseħħ tul żmien il-programm, jidher li se jkun hemm nuqqas konsiderevoli fis-sostenibbiltà, u dan jindika lejn il-ħtieġa ta’ stateġija li jkollha bażi wiesgħa biex il-finanzi pubbliċi jibqgħu żgur fis-sod. Dawn ir-riżultati juru li strateġija bbażata biss fuq il-konsolidament fiskali ma jidhirx li taħdem. - Globalment, il-politika ekonomika fl-aġġornament hija parzjalment konsistenti mal-linji-gwida wesgħin dwar il-Politika Ekonomika speċifikati għall-pajjiż fil-qasam tal-finanzi pubbliċi. B’mod partikulari, il-programm ma jindikax azzjoni suffiċjenti biżżejjed biex tinkiseb pożizzjoni qrib il-bilanċ jew waħda ta’ bilanċ pożittiv. Id-defiċit, aġġustat skond iċ-ċikli, kif ikkalkulat mis-servizzi tal-Kummissjoni skond il-metodoloġija aċċettata b’mod ġenerali, applikata għall-informazzjoni tal-kuntest ta’ referenza, għalkemm ipprojettat li jonqos b’mill-anqas 0.5% fil-mija tal-PGD fis-sena, jibqa’ fuq it-3% tal-PGD tul żmien il-programm. Madankollu, fi ħdan il-qafas tan-notifika tal-Kunsill mogħtija lill-Greċja fis-17 ta’ Frar skond l-Artikolu 104(9), il-Kummissjoni[4] ikkonkludiet li din l-istrateġija baġitajra hija konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill fin-notifika u bħalissa m’hemmx il-ħtieġa ta’ xi passi oħra f’dak li jrid isir dwar id-defiċit eċċessiv Valutazzjoni ġdida dwar kemm din ir-rakkomandazzjoni qed tkun implimentata ssir fuq il-bażi tar-rapport li għandu jkun ippreżentat mill-awtoritajiet Griegi f’Ottubru, kif previst bid-deċiżjoni tal-Kunsill. - Fid-dawl ta’ din il-valutazzjoni, ikun xieraq li l-Greċja (i) timplimenta l-miżuri permanenti meħtieġa li jwasslu biex tkun irranġata sitwazzjoni ta’ baġit eċċessiv mhux aktar tard mill-2006; (ii) tnaqqas id-defiċit, aġġustat skond iċ-ċikli b’mill-anqas 0.5% tal-PGD mill-2007 ‘il quddiem, preferibbilment permezz ta’ miżuri li jrażżnu l-infieq primarju, biex b’hekk tinkiseb sitwazzjoni ta’ kważi bilanċ, jew ta’ bilanċ pożittiv fuq terminu ta’ żmien medju. (iii) tqawwi l-isforzi biex tidentifika u tikkontrolla fatturi, apparti s-self nett, li għandhom effett fuq il-livelli tad-dejn; biex ikun hemm żgur tnaqqis fil-proporzjon tad-dejn gross tal-Gvern biex dan joqrob lejn il-valur ta' referenza b'pass aktar mgħaġġel; (iv) tikkontrolla l-ispejjeż fuq il-pensjoni ta’ l-istat u timplimenta b’mod deċiżiv r-riformi li diġà għaddew biex tkun żgurata s-sostenibbilità tal-finanzi pubbliċi u (v) ittejjeb il-ġbir u l-ipproċessar ta’ l-informazzjoni ġenerali tal-Gvern b’kollaborazzjoni ma’ l-Eurostat, speċjalment billi ttejjeb il-mekkaniżmi li jiżguraw li din l-informazzjoni titwassal malajr u tkun korretta. Fuq il-bażi ta' din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni adottat ir-rakkomandazzjoni mehmuża għal Opinjoni tal-Kunsill fuq l-aġġornament rivedut tal-programm ta' stabbiltà tal-Greċja u qed tibagħtu lill-Kunsill. Rakkomandazzjoni għal OPINJONI TAL-KUNSILL skond it-tielet paragrafu ta' l-Art. 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar il-programm aġġornat ta' stabbiltà tal-Greċja 2004-2007 IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza tal-pożizzjonijiet tal-baġit, u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika[5], u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, Wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, TA DIN L-OPINJONI: 1. Fit-12 ta’ April 2005 il-Kunsill eżamina l-programm aġġornat ta' stabbiltà tal-Greċja, li jkopri l-perjodu bejn l-2004 u l-2007. Fejn tidħol il-preżentazzjoni ta' ċifri, il-programm jaqbel, iżda mhux għal kollox, mal-“kodiċi ta' mġieba dwar il-kontenut u l-format tal-programmi ta'stabbiltà u konverġenza”. Il-programm ma jagħtix dettalji tal-miżuri li fuqhom huma msejsa l-miri għall-2007. L-iżviluppi fil-prezzijiet huma ppreżentati fit-termini tad-deflatur tan-nefqa fuq il-konsum privat u mhux fit-termini ta’ l-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur. Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ ipoteżijiet bażiċi dwar dak li jkun qed jiġri barra l-pajjiż, il-programm ma jagħtix informazzjoni dwar it-tkabbir dinji tal-PGD, barra l-UE, u lanqas ir-rata ta' tkabbir fis-swieq barranin rilevanti, kif meħtieġ mill-kodiċi ta’ mġieba. Għaldaqstant, il-Greċja hija mistiedna li tkun għal kollox konformi mal-ħtiġijiet dwar l-informazzjoni. 2. Il-programm jikkunsidra tliet kuntesti makro-ekonomiċi differenti. Fuq il-bażi ta’ l-aħħar informazzjoni li teżisti, imdaħħla fil-previżjonijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni għar-Rebbiegħa, it-tieni kuntest alternattiv, u mhux dak tal-linja-bażi, qed jittieħed bħala referenza biex ikun evalwat il-programm peress li jidher li dan jirrifletti ipoteżijiet makro-ekonomiċi plawsibbli. F’dan il-kuntest ta’ referenza, użat għall-valutazzjoni tal-programm il-PGD reali hu pprojettat li jikber b’2.9% fl-2005 u jżid il-pass bi ftit, għal 3% fl-2006 u 2007. It-tkabbir tal-produzzjoni potenzjali mistenni li gradwalment jonqos tul żmien il-programm, minn madwar 3.3% fl-2005 għal 3% fl-2007, fil-waqt li d-differenza mdaqqsa bejn kemm effettivament mistenni jkun hemm tkabbir, u l-potenzjal sħiħ tiegħu, li kien hemm fl-2004, mistennija li tonqos xi ftit sa’ l-2007. 3. Fil-5 ta’ Lulju, 2004, il-Kunsill iddeċieda li l-Greċja kellha defiċit eċċessiv u rrakkomanda li dan ikun irranġat mhux aktar tard mill-2005. Fit-18 ta’ Jannar, 2005, il-Kunsill iddeċieda li l-Greċja ma kinitx ħadet azzjoni effettiva b'risposta għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet. Fis-17 ta’ Frar, 2005, il-Kunsill iddeċieda, skond l-Artikolu 104(9), li jagħti avviż lill-Greċja biex tieħu miżuri biex id-dejn jitniżżel għal taħt it-3% tal-PGD mhux aktar tard mill-2006. L-awtoritajiet Griegi kienu ntalbu wkoll jidentifikaw u jikkontrollaw fatturi, barra s-self nett, li jwasslu għal tibdil fil-livelli tad-dejn, u biex itejjbu l-ġbir u l-ipproċessar ta’ informazzjoni ġenerali tal-Gvern. 4. Skond in-notifika EDP ta’ Marzu, 2005, il-bilanċ ġenerali tal-Gvern għall-2004 kien stmat fil-livell ta' 6.1% tal-PGD. Dan id-defiċit huwa 0.8 punti perċentwali għola miċ-ċifra ta’ 5.3% tal-PGD stmata mill-gvern Grieg fil-Ħarifa ta’ l-2004 fi żmien in-notifika EDP ta’ Settembru 2004, u dan jirrifletti nuqqas fid-dħul mit-taxxa u spejjeż żejda li jiswew nofs punt perċentwali tal-PGD. Fit-18 ta’ Marzu, 2005, il-Eurostat iddeċieda li ma japprovax iċ-ċifri tad-defiċit għall-Greċja, peress li induna li minħabba xi kwistjonijiet li għaddhom għaddejjin, iċ-ċifri tad-defiċit tal-Gvern għall-2004, u xi snin ta’ qabel, għandhom ikunu riveduti ‘l fuq. 5. L-istrateġija baġitarja tal-Gvern Grieg għandha l-għan li d-defiċit jitniżżel taħt il-valur ta’ referenza ta’ 3% tal-PGD sa’ l-2006, b’konsistenza mad-deċiżjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 104(9), permezz ta’ taħlita ta' miżuri li jżidu d-dħul u li jrażżnu l-infieq, li għandha twassal għal żidiet fil-bilanċi pożittivi primarji. Għal dak il-għan, il-Gvern Grieg adotta pakkett ta’ miżuri fiskali għall-2005, b’żieda ma’ dawk imdaħħla fil-baġit għall-2005, li għandhom effetti li jibqgħu jinħassu fis-snin ta’ wara. Il-kuntest ta’ referenza jimmira lejn tnaqqis tad-defiċit nominali ġenerali tal-Gvern b’3.6 punti perċentwali tul żmien il-programm, minn 6.1% tal-PGD fl-2004 għal 2.4% fl-2007. Il-bilanċ primarju huwa pprojettat li jitjieb b'mod sostanzjali minn defiċit ta’ 0.4% fl-2004 għal bilanċ pożittiv ta’ 1.8% tal-PGD fl-2005, li jiżdied għal 3.3% tal-PGD fi tmiem il-perjodu. 6. Jeżisti riskju li r-riżultat aħħari tal-baġit għall-2005, u ż-żmien ta’ wara ikun agħar minn dak fil-programm. B'mod partikulari, jista’ jkun li saret projettazzjoni favorevoli f’dak li għandhu x’jaqsam max-xejriet fil-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u n-nefqa fuq il-konsum pubbliku, fil-waqt li l-miżuri ta’ aġġustament li hemm il-ħsieb li jsiru, speċjalment lejn l-aħħar snin tal-programm, m’humiex indikati b’mod suffiċjenti. Barra minn dan, l-ebda miżuri ma ġew imdaħħla fil-programm biex imewwtu l-effetti potenzjali tar-reviżjonijiet statistiċi ġodda fl-2004 u fis-snin ta' qabel. L-awtoritajiet Griegi ħabbru li huma lesti biex jimplimentaw miżuri addizzjonali fl-2006, barra dawk diġà adottati fl-2005, biex id-defiċit effettivament jitniżżel taħt il-valur ta’ referenza ta’ 3% fl-2006, kif mitlub mill-Kunsill. L-istrateġija baġitarja fil-programm ma tagħtix marġni suffiċjenti ta’ sigurtà kontra l-possibiltà li din l-għatba tinqabeż, b’varjazzjonijiet ċikliċi normali, u lanqas ma tikseb l-għan fuq terminu ta’ żmien medju tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir ta’ pożizzjoni baġitarja qrib il-bilanċ jew f'bilanċ pożittiv, tul żmien il-programm. 7. Il-proporzjon tad-dejn hu pprojettat li jinżel minn 110.5% tal-PGD fl-2004 għal biss 109.5% fl-2005, u imbagħad għal 107.2% fl-2006 u 104.7% fl-2007. Pass aktar mgħaġġel fit-tnaqqis tad-dejn huwa mtellef minn aġġustamenti ta’ stock-flow li jżidu d-dejn b’mod sinifikanti li, għalkemm qed jonqsu meta wieħed iqabbel ma’ l-2004, huma mistennija li jibqgħu sinifikanti minkejja d-dħul li mistenni jkun hemm mill-privatizzazzjoni li hi ppjanata. Il-proporzjon tad-dejn jista’ jevolvi b’mod anqas favorevoli minn kif ipprojettat, meta wieħed iqis ir-riskji għall-miri baġitaraji li ssemmew qabel. 8. Jidher li l-Greċja għandha quddiemha riskju serju għal dak li għandu x’jaqsam mas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fuq terminu ta’ żmien twil, anki minħabba l-ispejjeż projettati importanti ħafna fil-baġit, li ġejjin minn popolazzjoni dejjem tixjieħ. Iż-żieda konsiderevoli fl-ispejjeż projettati li għandhom x’jaqsmu ma’ l-anzjani jindikaw li jistgħu jkunu meħtieġa miżuri addizzjonali biex tkun ikkontrollata l-ispiża fuq il-pensjoni ta’ l-istat, fost affarijiet oħra b’implimentazzjoni bir-reqqa ta’ miżuri ta’ riforma li diġà għaddew. 9. Il-ħsibijiet ta' politika ekonomika li hemm fil-programm huma konsistenti, iżda mhux għal kollox, mal-linji-gwida ġenerali għall-politika fil-qasam finanzjarju, speċifiċi għall-pajjiż. B’mod partikulari, il-programm ma’ jsemmix azzjoni effettiva biżżejjed biex tinkiseb sitwazzjoni ta’ kważi bilanċ, jew ta’ bilanċ favorevoli. Id-defiċit ċiklikament aġġustat, ikkalkulat mis-servizzi tal-Kummissjoni skond metodoloġija ġeneralment aċċettata, u applikata għaċ-ċifri tal-kuntest ta’ referenza, għalkemm ipprojettat fil-programm li jinżel b’0.5% fil-mija tal-PGD fis-sena, għandu jibqa’ fuq it-3% tal-PGD tul żmien il-programm. Madankollu, meta wieħed jikkunsidra l-passi biex ikunu rranġati l-iżbilanċi fiskali, din l-istrateġija baġitarja hija konsisteni mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill fin-notifika tiegħu li ppreżenta lill-Greċja fis-17 ta’ Frar, skond l-Artikolu 104(9), u l-ebda passi oħra f’dak li qiegħed isir dwar id-defiċit eċċessiv m’huma meħtieġa bħalissa. Valutazzjoni ġdida dwar kif dawn ir-rakkomandazzjonijiet qed ikunu mplimentati ssir fuq il-bażi tar-rapport li għandu jkun ippreżentat mill-awtoritajiet Griegi f’Ottubru, kif maħsub fin-notifika tal-Kunsill. * * * Fid-dawl ta’ din il-valutazzjoni, il-Kunsill hu ta’ l-opinjoni li l-Greċja għandha: - timplimenta l-miżuri permanenti meħtieġa li jwasslu biex ikun irranġat id-defiċit eċċessiv mhux aktar tard mill-2006; - tnaqqas id-defiċit aġġustat skond iċ-ċikli b’mill-anqas 0.5% tal-PGD mill-2007 ‘il quddiem, preferibbilment permezz ta’ miżuri li jrażżnu l-infieq primarju, b'mod li tintlaħaq pożizzjoni ta’ kważi bilanċ jew ta’ bilanċ pożittiv f’terminu ta’ żmien medju; - ittejjeb l-isforzi biex ikunu identifikati u kkontrollati fatturi, barra s-self nett, li jkollhom effett fuq tibdil fil-livelli tad-dejn, b’mod li tiżgura tnaqqis tal-proporzjon tad-dejn gross tal-Gvern biex dan joqrob lejn il-valur ta’ referenza b’pass aktar mgħaġġel; - tikkontrolla l-ispejjeż fuq il-pensjoni ta' l-istat u timplimenta bir-reqqa riformi li diġà għaddew biex tiżgura s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi; - tkompli ttejjeb il-ġbir u l-ipproċessar ta’ informazzjoni ġenerali tal-Gvern b’kollaborazzjoni ma’ l-Eurostat, b’mod partikulari billi ttejjeb il-mekkaniżmi li jiżguraw li din l-informazzjoni titwassal malajr u li tkun eżatta. Tqabbil ta' projezzjonijiet makroekonomiċi u baġitarji ewlenin 2004 | 2005 | 2006 | 2007 | PGD f'termini reali (% tibdil) | SP Mar 2005 | 4.2 | 2.9 | 3.0 | 3.0 | COM Mar 2005 | 4.2 | 2.9 | 3.1 | SP Diċ 2003 | 4.2 | 4.0 | 3.8 | m.a. | Inflazzjoni HICP (%) | SP Mar 2005 | 3.0 | m.a. | m.a. | m.a. | COM Mar 2005 | 3.0 | 3.2 | 3.2 | SP Diċ 2003 | 3.0 | 2.8 | 2.6 | m.a. | Bilanċ ġenerali tal-gvern (% tal-PGD)* | SP Mar 2005 | -6.1 | -3.7 | -2.9 | -2.4 | COM Mar 2005 | -6.1 | -4.5 | -4.4 | SP Diċ 2003 | -1.2 | -0.5 | 0.0 | m.a. | Bilanċ primarju (% tal-PGD)* | SP Mar 2005 | -0.4 | 1.8 | 2.7 | 3.3 | COM Mar 2005 | -0.4 | 1.0 | 1.0 | SP Diċ 2003 | 4.7 | 5.1 | 5.3 | m.a. | Bilanċ aġġustat ċiklikament (% tal-PGD)* | SP Mar 2005¹ | -7.0 | -4.4 | -3.5 | -3.0 | COM Mar 2005 | -7.1 | -5.5 | -5.3 | SP Diċ 2003 | -1.2 | -0.5 | 0.0 | m.a. | Dejn gross tal-gvern (% tal-PGD) | SP Mar 2005 | 110.5 | 109.5 | 107.2 | 104.7 | COM Mar 2005 | 110.5 | 110.5 | 108.9 | SP Diċ 2003 | 98.5 | 94.6 | 90.5 | m.a. | Nota: 1Kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni fuq il-bażi ta' l-informazzjoni fil-programm. (*)Il-projezzjonijiet tal-Kummissjoni ma jeħdux f’kunsiderazzjoni l-miżuri mħabbra fid-29 ta’ Marzu. Egħjun: Aġġornament rivedut, Marzu 2005, tal-Programm ta’ Stabbiltà (SP); Tbassri ekonomiku tas-servizzi tal-Kummissjoni għar-Rebbiegħa ta' l-2005 (COM); Kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni. | [1] ĠU L 209, 2.8.1997 Id-dokumenti kollha msemmija f'dan id-dokument jinsabu fuq dan il-websajt: http://europa.eu.int/comm/economy_finance/about/activities/sgp/main_en.htm. [2] Opinjoni riveduta tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju fuq il-kontenut u l-format ta' programmi ta' l-istabbiltà u l-konverġenza, approvata mill-Kunsill ECOFIN fl-10.7.2001. [3] COM(2002) 668, tas-27.11.2002. [4] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ‘L-azzjoni meħuda mill-Greċja b’risposta għan-nota tal-Kunsill skond l-Artikolu 104(9) tat-Trattat biex jitnaqqas id-defiċit, meqjusa bħala meħtieġa biex tkun irranġata sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv (SEC(2005)443 tas-6.4.2005) [5] ĠU L 209, tat-2.8.1997, p. 1. Id-dokuemnti msemmija jinstabu f’din il-websajt: http://europa.eu.int/comm/economy_finance/about/activities/sgp/main_en.htm.