This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52005SC0229
Recommendation for a Council opinion in accordance with the third paragraph of Art. 9 of Council Regulation (EC) No 1466/97 of 7 July 1997 On the updated convergence programme of Hungary, 2004-2008
Rakkomandazzjoni għal opinjoni tal-Kunsill Skond it-tielet paragrafu ta' l-Art. 9 tar- regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 Dwar il-programm aġġornat ta' konverġenza ta' l-Ungerija, 2004-2008
Rakkomandazzjoni għal opinjoni tal-Kunsill Skond it-tielet paragrafu ta' l-Art. 9 tar- regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 Dwar il-programm aġġornat ta' konverġenza ta' l-Ungerija, 2004-2008
/* SEK/2005/0229 finali */
Rakkomandazzjoni għal opinjoni tal-Kunsill Skond it-tielet paragrafu ta' l-Art. 9 tar- regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 Dwar il-programm aġġornat ta' konverġenza ta' l-Ungerija, 2004-2008 /* SEK/2005/0229 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 16.2.005 SEG(2005) 229 finali Rakkomandazzjoni għal OPINJONI TAL-KUNSILL Skond it-tielet paragrafu ta' l-Art. 9 tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 Dwar il-programm aġġornat ta' konverġenza ta' l-Ungerija, 2004-2008 (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza tal-pożizzjonijiet tal-baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika[1] jistipula li Stati Membri li mhux qed jipparteċipaw, jiġifieri, dawk li m’adottawx il-munita unika, għandhom jissottomettu programm ta' konverġenza lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Skond l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament, il-Kunsill għandu jeżamina kull programm ta' konverġenza bbażat fuq evalwazzjonijiet imħejjija mill-Kummissjoni u mill-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 144 tat-Trattat (Il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju). Fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, il-Kunsill għandu jagħti opinjoni, wara li jkun eżamina l-programm. Skond ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jissottomettu aġġornamenti annwali tal-programmi tagħhom ta' Konverġenza li jistgħu wkoll jiġu eżaminati mill-Kunsill skond dawn l-istess proċeduri. L-Istati Membri li ngħaqdu ma’ l-UE fl-1 ta' Mejju 2004 ma jieħdux sehem fil-munita unika, iżda jeħtiġilhom jissodisfaw fi żmien xieraq il-kriteji ta' konverġenza, inkluż dak dwar is-sostenibbiltá tal-qagħda finanzjarja tal-gvern, sabiex jikkwalifikaw għall-adozzjoni ta' l-ewro. Minħabba defiċit ġenerali tal-gvern ta' 5.9[2]% tal-PGD reġistrat fl-2004, il-Kunsill iddeċieda li l-Ungerija kellha defiċit eċċessiv fil-5 ta' Lulju u rrakkomanda li d-defiċit eċċessiv jiġi korreġut sa mhux iżjed tard milll-2008 skond il-programm ta' konverġenza ta' Mejju 2004. B’mod partikolari, irrakkomandaw lill-Ungerija sabiex "tieħu azzjoni effettiva rigward il-miżuri maħsuba biex tilħaq il-mira tad-defiċit għall-2005". Il-Kummissjoni waqt li tirrikonoxxi li l-gvern Ungeriż kien adotta xi miżuri bejn Lulju u Novembru ta' l-2004, ikkunsidrat li dawn ma kienux biżżejjed sabiex tiġi evitata devjazzjoni mdaqqsa mill-miri ta' l-2004 u ta' l-2005 u b’mod iżjed ġenerali mir-rotta ta’ aġġustament multi-annwali sa l-2008. Għalhekk, fit-22 ta' Diċembru ta' l-2004 adottat rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill skond l-Artikolu 104(8) li ma kinitx ittieħdet azzjoni effettiva b'risposta għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2004. Fit-18 ta' Jannar ta' l-2005 il-Kunsill adotta tali deċiżjoni. L-ewwel programm ta' konverġenza ta' l-Ungerija, li jkopri l-perjodu 2004-2008, ġie ppreżentat fit-13 ta' Mejju 2004 u ġie evalwat mill-Kunsill fil-5 ta' Lulju 2004. L-aġġornament tiegħu ġie ppreżentat fl-1 ta' Diċembru 2004. Is-servizzi tal-Kummissjoni għamlu valutazzjoni teknika ta' dan l-aġġornament, wara li qiesu r-riżultati tat-tbassir ekonomiku tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-Ħarifa 2004, u wara li qiesu l-kodiċi ta' kondotta[3], il-metodoloġija komuni maqbula għat-tfassil ta’ stimi tal-potenzjal tal-produzzjoni, ir-rakkomandazzjonijiet fil-Linji ġenerali ta’ gwida Wiesgħa dwar il-Politika Ekonomika għall-perjodu 2003-2005 u l-prinċipji mfissra fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tas-27 ta' Novembru 2002 dwar it-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-miżuri finanzjarji[4]. Din l-evalwazzjoni timmerita l-valutazzjoni li ġejja: - L-aġġornament tal-programm ta' konverġenza Ungeriż ġie ppreżentat fl-ewwel ta' Diċembru ta' l-2004 u jkopri l-perjodu bejn l-2004 u l-2008. Fil-biċċa l-kbira jikkonforma mal-ħtiġijiet ta' data tal-"kodiċi ta' kondotta dwar il-kontenut u l-format tal-programmi ta' stabbiltá u konverġenza". Waqt li fih id- data obbligatorja kollha, il-bilanċ primarju mhux ikkalkolat skond id-definizzjoni konvenzjonali.. Xi data mhux obbligatorja bħalma hi dik dwar spiża fit-tul fuq is-saħħa hi nieqsa wkoll. - Ix-xenarju makroekonomiku ppreżentat fl-aġġornament hu aktarx favorevoli. Dan jipprevedi tkomplija ta' l-irkupru fl-attivitá ekonomika b'tkabbir gradwali tal-PGD reali minn 3.9% fl-2004 sa 4.6% fl-2008. Għas-snin 2005-2006, il-previżjonijiet ta' l-aġġornament huma xi ftit iżjed għoljin minn dawk tat-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni fil-ħarifa ta' l-2004, bit-tkabbir tal-PGD stmat ta' 4% fl-2005 u ta' 4.2% fl-2006 meta mqabbel mat-3.7% u t-3.8%. Bl-istess mod, filwaqt li mhemmx tbassir tal-Kummissjoni għas-snin l-oħra, il-previżjonijiet ta' tkabbir fl-aġġornament għas-snin ta' l-aħħar jidhru li huma ottimisti wkoll. Skond il-kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni li japplikaw il-metodoloġija miftehma komunement għaċ-ċifri tal-programm, it-tkabbir tal-PGD reali ikun 'l fuq mill-potenzjali fis-snin 2007-2008. In-nuqqas fil-produzzjoni jonqos moderatament minn ftit iżjed għal ftit anqas minn -1% bejn l-2004 l-2006; għas-snin 2007 u 2008 jaqa' ħesrem kważi għal xejn. - Il-proċess ta' diżinflazzjoni mill-ġdid li beda fit-tieni nofs ta' l-2004 hu previst li jkompli tul il-programm kollu u l-inflazzjoni għandha taqa' għal 3% sa l-2008. Il-previżjonijiet tar-rata ta' l-imgħax fil-programm jidhru aktarx favorevoli. Biex iseħħu jkun jeħtieġ ambjent ta' fiduċja mtejjeb b'mod sinifikanti, kkaratteriżżat minn inflazzjoni sostanzjalment iżjed baxxa minn dik ta' bħalissa, bilanċi fiskali u kurrenti mtejba kif ukoll tiġdid tal-fiduċja tal-parteċipanti tas-suq fl-istrateġija dwar l-adozzjoni ta' l-ewro. - Id-deċiżjoni ta' l-Ewrostat tat-23 ta' Settembru 2004 tippermetti klassifika temporanja san-notifika fiskali ta' Marzu 2007 tal-fondi tal-pensjonijiet tat-tieni pilastru taħt gvern ġenerali. L-awtoritajiet Ungeriżi ddeċidew li jagħżlu din il-possibbilitá u ppreżentaw ċifri ta' defiċit tal-gvern ġenerali li jeskludu il-piż tat-tieni pilastru li nħoloq bir-riforma tal-pensjonijiet ta' l-1998. Meta mqabbla mal-programm ta' l-2004, din il-klassifika mill-ġdid tbaxxi ċ-ċifri tad-defiċit annwali b'0.8-1 punt perċentwali bejn l-2004 u l-2008. Għall-iskop ta' paragun mal-programm ta' qabel u mat-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-ħarifa 2004, u peress illi l-mira finali ta' l-2008 ma tibbenefikax minn din il-klassifika mill-ġdid, iċ-ċifri li jintużaw fil-valutazzjoni jinkludu kif ukoll jeskludu dan il-piż maħluq mir-riforma tal-pensjonijiet. - L-aġġornament jipprevedi d-defiċit tal-gven ġenerali li ġej: 4.5% tal-PGD fl-2004, 3.8% fl-2005, 3.1% fl-2006, 2.4 fl-2007 u 1.8% tal-PGD fl-2008; għalhekk iżomm id-data fil-mira għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv. (Inkluż il-piż tar-riforma fil-pensjonijiet, ir-rotta previżta tad-defiċit tal-gvern ġenerali tkun 5.3%, 4.7%, 4.1%, 3.4% u 2.8% tal-PGD bejn l-2004 u l-2008 ; b’hekk iżomm id-data fil-mira biex jiġi kkoreġut id-defiċit eċċessiv) Fid-dawl tad-devjazzjoni mdaqqsa mil-mira ta' l-2004 ta' 4.6% tal-PGD inkluż il-piż tar-riforma tal-pensjonijiet imsemmija fil-programm ta' konverġenza ta' Mejju - riżultat stmat fl-aġġornament ta' 4.5% tal-PGD (5.3% tal-PGD inkluż il-piż tar-riforma tal-pensjonijiet), li hi skond il-mira riveduta), din tibiddel ir-rotta ta' aġġustament mgħobbija minn kmieni tal-programmi ta' Mejju 2004 b'tendenza ta' konsolidament iżjed linejari sa l-aħħar tal-perjodu tal-programm. Wara l-konsolidazzjoni stmata ta' 0.9 ta' punt perċentwali tal-PGD fl-2004, issa tipprevedi aġġustament annwali ta' xi 0.6-0.7 ta' punt perċentwali għas-snin li jbqa', minflok l-aġġustament annwali ta' 0.5 punt perċentwali oriġinarjament previst. L-aġġornament iżomm strateġija ta' konsolidament ibbażata fuq tnaqqis tal-proporzjon ta' spiża (minn 44.8% tal-PGD fl-2004 sa 43.4% fl-2008), li suppost jintrifed b'riformi strutturali u marbuta ma' tnaqqis iżjed moderat fil-proporzjon ta' dħul. It-tnaqqis fl-ispiża l-iżjed li jinħass għandu jkun dak ta' l-2005. Madankollu, dan hu prinċipalment ibbażat fuq tnaqqis ta' 0.5 ta' punt perċentwali tal-piż ta' l-imgħax u b'tnaqqis ta' 1.7 ta' punt perċentwali ta' l-ispiża f'investiment pubbliku. Dan it-tnaqqis kbir ta' investiment pubbliku fl-2005 għandu jitpatta parzjalment b'investiment akbar fis-snin ta' wara, b'hekk iwassal għal tnaqqis ta' 0.6 ta' punt perċentwali fil-proporzjon ta' investiment pubbliku bejn l-2004 u l-2008. It-tnaqqis fl-ispiża ta' investiment pubbliku għandu jitpatta bi żjieda fl-użu ta' proġetti PPP. Id-defiċit primarju, wara titjib ta' 1.2 punt perċentwali fl-2004, hu mistenni li jirreġistra tnaqqis annwali ta' madwar 0.3-0.4 ta' punt perċentwali fis-snin li jibqa', inkluż il-piż tar-riforma tal-pensjoni, biex jintlaħaq xi ftit bilanċ favorevoli fl-2008 meta l-perjodu tranżitorju pprovdut mill-Eurostat san-notifika ta’ Marzu 2007 biex ikun ikkunsidrat tali suġġett ikun diġà skada. - Ir-rotta ta' aġġustament deskritta fil-programm u b'mod partikolari fil-mira l-ġdida tad-defiċit għall-2005 ta' 3.8% tal-PGD (3.8% tal-PGD inkluż il-piż tar-riforma tal-pensjonijiet) tista' titqies xierqa biex jiġi kkoreġut id-defiċit eċċessiv sa l-2008 basta li jintrifed minn miżuri suffiċjenti.. Madankollu, il-mira finali ta' 2.8%[5] tħalli biss marġini żgħir ta' sigurtá , li jista' jitnaqqas aktar minħabba bidla fil-pożizzjoni tat-tluq peress li għad baqa' xi inċertezzi marbuta mar-riżultat tal-baġit ta' l-2004[6]. Barra minn dan, ir-riżultat tal-baġit għall-2005 sa l-2008 jista' jkun agħar milli previst. (i) Ix-xenarju makroekonomiku li hu pjuttost favorevoli jindika li d-dħul jista' jkun anqas u l-ispiża ogħla minn dawk mistennija. Kif propost mis-servizzi tal-Kummissjoni fit-tbassir tal-Ħarifa 2004 (li tipprevedi 5.2% tal-PGD għall-2005 u 4.7% tal-PGD għall-2006 inkluż il-piż tar-riforma tal-pensjonijiet; jew 4.3% u 3.7% tal-PGD eskluż dan il-piż ), li jintlaħqu l-miri tal-baġit għall-2005 u l-2006 jidher li hu soġġett għal xi riskji. Għall-2005, dan jieħu in kunsiderazzjoni l-fatt li l-Gvern ikun waqqaf pakkett ta' riżervi ta' ‘‘emerġenza’’ ta' 0.5% tal-PGD kontra possibbiltá li ma tintlaħaqx il-mira ta' l-2005. Waqt li l-eżistenza ta' din ir-riżerva hija milqugħa, l-ammont allokat lilha jidher li mhuwiex biżżejjed, minħabba r-riskji madwar il-baġit ta' l-2005. Barra minn hekk, hemm tħassib li jista’ jkun hemm liberazzjoni ta’ dawn ir-riżervi kmieni wisq fis-sena, u b’’hekk tnaqqas l-inċentivi għal implimentazzjoni rigoruża tal-baġit 2005. Jekk ma jintlaħqux il-miri ta' l-2005 u ta' l-2006 ikollhom jiżdiedu l-aġġustamenti meħtieġa għas-snin 2007 u 2008. (ii) It-tnaqqis possibbli fir-rati ta' VAT fil-qafas tar-riformi tat-taxxa li hemm bħalissa jista' jżid ir-riskju għad-dħul ukoll jekk jitpatta b'żjieda f'rati oħra; iż-żmien tiegħu jkun jirrikjedi konsiderazzjoni bir-reqqa u jkollu jsir soġġett għall-kisba sħiħa tal-miri tad-defiċit. (iii) L-adozzjoni ta' miżuri intenzjonati ta' riforma li huma l-bażi ta' tnaqqis fl-ispiża fil-ġejjieni għada mhix żgurata. Barra minn dan, il-biċċa l-kbira tal-miżuri li jnaqqsu l-ispiża tal-baġit ta' l-2005 ma jistrieħux fuq riformi globali. (iv) Il-preżunzjonijiet dwar ir-rati ta' l-imgħax fl-aġġornament, li jiddependu fuq rebħa mill-ġdid u akbar tal-fiduċja, jistgħu ma javverawx ruħhom fis-snin ta' wara fi profil ta' żmien hekk favorevoli. (v) Jidher ukoll li xi rifużjonijiet ta' VAT li ġejjin minn attivitajiet ekonomiċi fl-2004 jista' jkun li ma jitħallsux fil-ħin biex jevitaw li jgħabbu l-baġit ta' l-2005 ( accrual based ), iżda l-awtoritajiet impenjaw rwieħhom li jżidu fir-rata ta' dawn il-ħlasijiet biex ma jgħabbux il-baġit ta' l-2005. Mill-banda l-oħra, dan it-tisħiħ fil-kontroll ta' rifużjoni ta' VAT mibdi fl-aħħar ta' l-2004 jista' jikkontribwixxi għal tnaqqis tan-nuqqas mistenni fid-dħul mill-VAT, u dan joħloq riskju pożittiv. - Meta wieħed jara din il-valutazzjoni, hemm riskju li r-riżultati tal-baġit jistgħu jkunu agħar minn kif previsti fl-aġġornament. Għalhekk, għalkemm ir-rotta ta' aġġustament imsemmija fil-programm tidher adegwata, il-miżuri mfassla fil-programm ma jidhrux li jikkonformaw ma din ir-rotta u għalhekk jistgħu ma jiżgurawx li d-defiċit (inkluż il-piż tar-riforma tal-pensjonijiet) jinżel taħt it-3% tal-PGD sa l-2008. Biex tkun irrispettata rotta ta' aġġustament bħal din huma meħtieġa miżuri ta' aġġustament addizzjonali. B'mod partikolari, jidher li hu ta' l-akbar importanza li tintlaħaq il-mira l-ġdida ta' l-2005, li minħabba l-valutazzjoni ta' hawn fuq, tagħti wieħed x'jifhem li jkunu meħtieġa miżuri addizzjonali ta' mill-inqas 0.5 punt perċentwali. - Il-proporzjon ta' dejn, li żdied sa 57.3% tal-PGD fl-2004 (59.9% tal-PGD inkluż il-piż tar-riforma tal-pensjonijiet) hu mistenni li jonqos bil-mod mill-2005, immexxi minn tnaqqis kontinwu tad-defiċit ġenerali tal-gvern u t-tnaqqis tal-piż ta' l-imgħax fuq l-istokk tad-dejn. Hu mistenni li jinżel taħt il-50% tal-PGD fl-2008 (jew li jilħaq ftit 'l fuq minn 53% tal-PGD inkluż il-piż tar-riforma tal-pensjonijiet) . Dan it-tnaqqis hu ppjanat li jkun appoġġjat b'tibdil fl-istrateġija ta' mmaniġġjar tad-dejn, b'riżultat li jkun hemm tfaddil fl-ispiża dwar imgħax. Ir-riskji għall-proporzjoni tad-dejn jikkorrespondu għal dawk dwar previżjonijiet ta' dejn. - Il-programm ta' konverġenza ta' Mejju 2004 ħabbar riformi strutturali (b'mod partikolari fis-setturi ta' amministrazzjoni pubblika, edukazzjoni u saħħa) biex jappoġġjaw il-kontroll fl-ispiża li hi l-pedament ta' l-istrateġija tiegħu. Il-baġit ta' l-2005 fih numru ta' miżuri mmirati biex itejbu l-effiċjenza fis-settur tal-gvern ċentrali. Madankollu, dawn ma jaqblux mal-pjanijiet ambizzjużi tal-programm ta' Mejju. Waqt li l-aġġornament jagħti iżjed dettalji dwar passi ta' riforma speċifiċi ippjanati, l-istess ma jikkwantifikax l-effett mistenni tagħhom u l-anqas ma jfisser fid-dettall il-qagħda ta' implimentazzjoni tagħhom. Dan jindika li riforma iżjed fil-wiesgħa fis-saħħa u fl-edukazzjoni fil-fatt ser ikunu postposti sa wara l-elezzjonijiet ta' l-2006, kif wera dan l-aħħar il-gvern. - Rigward is-sostenibbiltá fit-tul tal-finanzi pubbliċi, l-Ungerija tidher li qegħda f'xi periklu minħabba l-ispiża fil-baġit prevista rigward popolazzjoni li qegħda tixjieħ. Ir-riskji huma parzjalment marbuta ma' l-inċertezza dwar tendenzi tal-baġit fit-tul minħabba nuqqas ta' informazzjoni dwar previżjonijiet fl-ispiża fil-kura tas-saħħa. Is-sistema tal-pensjonijiet riformata, inkluż id-dħul tat-tieni pilastru mħallas jikkontribwixxu b'mod konsistenti biex inaqqsu l-impatt fuq il-baġit tax-xjuħija u biex inaqqsu r-riskji ta' finanzi pubbliċi insostenibbli. Madankollu, hu meħtieġ li jsiru riformi oħra, b'mod partikolari fil-qasam tal-kura tas-saħħa kif ukoll biex jiġi implimentat b'rieda qawwija il-konsolidament tal-baġit ippjanat fiż-żmien medju. - Il-politika ekonomika mfassla fl-aġġornament parzjalment hi konsistenti mal-linji ta’ gwida wiesgħa dwar il-politika ekonomika speċifikati għall-pajjiż fil-qasam ta' finanzi pubbliċi. Id-defiċit ġenerali tal-gvern kellu jitnaqqas: b'mod kredibbli u sostenibbli f'qafas multi-annwali skond id-deċiżjonijiet li għandu jieħu l-Kunsill fil-kuntest ta' l-eżerċizzju tas-sorveljanza tal-baġit.’’ Madankollu l-Ungerija ma żammitx mar-rakkomandazzjonijiet 104(7) tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2004 taħt il-proċedura ta' baġit eċċessiv, kif deċiż mill-Kunsill fit-18 ta' Jannar 2005 ibbażati tfuq l-Artiklu 104(8) tat-Trattat. L-aġġornament iżomm il-qafas multi-annwali biex jikkoreġi d-defiċit annwali sa l-2008, għalkemm hemm riskju ta' riżultat tal-baġit agħar-minn-previst. - Minħabba l-valutazzjoni ta' hawn fuq u fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Kunsill skond l-Artikolu 104(7), ikun xieraq li l-Ungerija (i) tieħu passi fiż-żmien medju biex iġġib id-defiċit (inkluż il-piż tar-riforma tal-pensjonijiet) taħt it-3% tal-PGD sa l-2008 b'mod kredibbli u sostenibbli, b'mod partikolari permezz ta' miżuri addizzjonali biex tilħaq ir-rotta ta' aġġustament inkluż il-mira l-ġdida ta' defiċit ta’ 3.8% tal-PGD (4.7% tal-PGD inkluż il-piż tar-riforma tal-pensjonijiet) fl-2005, u billi taħtaf kull opportunitá biex tħaffef l-aġġustament fiskali; (ii) tagħmel iż-żmien u l-implimentazzjoni ta xi tnaqqis fit-taxxi bil-kundizzjoni li jintalħqu l-miri tad-defiċit ta' l-aġġornament tal-programm ta' konverġenza ppreżentat f'Diċembru 2004; (iii) tagħmel progress fir-riformi maħsuba tas-sistemi ta' l-amministrazzjoni pubblika, tas-saħħa u ta' l-edukazzjoni kif hi impenjata li tagħmel ukoll bil-ħsieb li ttejjeb is-sostenibbiltá fit-tul tal-finanzi pubbliċi. Fuq il-bażi ta’ din il-valutazzjoni l-Kummissjoni adottat ir-rakkomandazzjoni mehmuża għal Opinjoni tal-Kunsill dwar il-programm ta' konverġenza aġġornat ta' l-Ungerija u qegħda tibgħatu lill-Kunsill. Rakkomandazzjoni għal OPINJONI TAL-KUNSILL Skond it-tielet paragrafu ta' l-Art. 9 tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 Dwar il-programm aġġornat ta' konverġenza ta' l-Ungerija, 2004-2008 IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza tal-pożizzjonijiet finanzjarji u s-soveljanza u koordinazzjoni tal-politika ekonomika[7], u b'mod partikolari L-Artikolu 9(3) tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, Wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, TA DIN L-OPINJONI: 1. Fit- [8 ta' Marzu 2005] il-Kunsill eżamina l-programm aġġornat ta' konverġenza ta' l-Ungerija, li jkopri l-perjodu mill-2004 sa l-2008. Il-programm fil-biċċa l-kbira jikkonforma mal-ħtiġijiet tad- data tal-"kodiċi ta' kondotta dwar kontenut u format tal-programmi ta' stabbiltá u konverġenza". Waqt li fih id- data obbligatorja kollha, il-bilanċ primarju mhux ikkalkolat skond id-definizjoni konvenzjonali. Xi data obbligatorja hi wkoll nieqas, bħalma hi dik dwar spiża għal kura tas-saħħa fit-tul. Għalhekk l-Ungerija hi mistiedna li tilħaq il-konformità sħiħa mal-ħtiġijiet dwar id- data . 2. Ix-xenarju makroekonomiku li fuqu hu msejjes l-aġġornament jipprevedi tkabbir gradwali tal-PGD reali mit-3.9% fl-2004 sa l-4.6% sa l-aħħar tal-perjodu tal-programm. Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponnibbli fil-preżent, dan ix-xenarju jidher li jirrifletti previżjonijiet pjuttost tat-tkabbir plawżibbli . Kemm ir-rata ta' tkabbir fl-2005 kemm dik fl-2006 kif ukoll l-evoluzzjoni tat-tkabbir previst fiż-żmien medju jidhru li huma għoljin. Il-previżjonijiet ta' l-aġġornament dwar l-inflazzjoni jidhru li huma pjuttost realistiċi. 3. Fil-5 ta' Lulju ta' l-2004, il-Kunsill iddeċieda li kien hemm defiċit eċċessiv fl-Ungerija u kien irrakkomanda li dan jitranġa sa l-2008. L-aġġornament jipprevedi r-rotta tad-defiċit kif ġej: 4.5% tal-PGD fl-2004, 3.8% fl-2005, 3.1% fl-2006, 2.4 fl-2007 u 1.8% tal-PGD fl-2008; Dawn il-figuri qed jirriflettu d-deċiżjoni tal-Eurostat tat-23 ta' Settembru 2004 li tippermetti klassifika mill-ġdid temporanja san-notifika fiskali ta' Marzu 2007 tal-fondi tal-pensjonijiet tat-tieni pilastru mal-gvern ġenerali. L-awtoritajiet Ungeriżi ddeċidew li jisfruttaw din il-possibiltà u ppreżentaw iċ-ċifri dwar defiċit tal-gvern ġenerali huma u jeskludu il-piż tat-tieni pilastru maħluq bir-riforma tal-pensjonijiet ta' l-1998. Skond dawn iċ-ċifri ir-rotta tad-defiċit tal-gvern ġenerali tkun 5.3%, 4.7%, 4.1%, 3.4% u 2.8% tal-PGD bejn l-2004 u l-2008 ; għalhekk l-aġġornament iżomm id-data fil-mira għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv. Għall-iskop ta' paragun mal-programm ta' konverġenza ta' Mejju u mat-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-Ħarifa 2004, mhux biss jisemmgħu ċ-ċifri aġġustati iżda wkoll dawk li jeskludu il-piż tar-riforma tal-pensjonijiet f'din l-opinjoni. Wara l-konsolidazzjoni stmata ta' 0.9 ta' punt perċentwali tal-PGD fl-2004, l-aġġornament jipprevedi aġġustament annwali ta' madwar 0.6-0.7 ta' punt perċentwali għas-snin li jibqa'. L-aġġornament jibbaża l-istrateġija ta' aġġustament tiegħu fuq tnaqqis tal-proporzjon ta' spiża, appoġġjat minn riformi strutturali, marbuta ma' tnaqqis iżjed moderat ta' tnaqqis fil-proporzjon ta' dħul. It-tnaqqis fl-ispiża li l-iżjed jinħass għandu jsir fl-2005, prinċipalment ibbażat fuq tnaqqis ta' 0.5 ta' punt perċentwali fil-piż ta' l-imgħax u b’tnaqqis ta' 1.7 ta' punt perċentwali fl-ispiża fuq investiment pubbliku. It-tnaqqis fl-ispiża dwar investiment pubbliku għandu jitpatta permezz ta' użu akbar ta' proġetti PPP. Ma ġewx ippreżentati dettalji dwar il-qafas taż-żmien previst u dwar il-kwantifikazzjoni tal-miżuri għat-tnaqqis ta' l-ispiża fis-snin ta' l-aħħar. Ir-rotta ta' aġġustament tad-defiċit primarju għandha tkun tixbah ir-rotta tat-tnaqqis tad-defiċit tal-gvern ġenerali. Id-defiċit primarju għandu jinbidel f’bilanċ favorevoli żgħir fl-2008. 4. Ir-rotta ta' aġġustament deskritta fil-programm u b'mod partikolari il-mira l-ġdida tad-defiċit għall-2005 ta' 4.7% tal-PGD (4.7% inkluż il-piż tar-riforma tal-pensjonijiet) u ta’ 2.8% tal-PGD fl-2008 inkluż il-piż tar-riforma tal-pensjonijiet tista' titqies xierqa biex tikkoreġi id-defiċit eċċessiv sa l-2008 basta li tkun appoġġjata b'miżuri suffiċjenti. Madankolu il-mira finali ta' 2.8% tal-PGD (inkluż il-piż tar-riforma tal-pensjonijiet) tħalli biss marġini żgħir ta' sigurtà, li jista' jiċkien aktar minħabba tibdil fil-pożizzjoni tat-tluq peress li għad baqa' xi inċertezzi marbuta mar-riżultati tal-baġit ta' l-2004[8]. Il-previżjonijiet tal-baġit fil-programm jidhru li huma x'aktarx għoljin: (i) Ix-xenarju makroekonomiku mfisser pjuttost favorevoli jindika li d-dħul jista' jkun anqas u l-ispiża tista' tkun ogħla minn dik mistennija. Kif indikat mill-Kummissjoni fit-tbassir tal-Ħarifa 2004, il-miri tad-defiċit għall-2005 u għall-2006 jidhru li huma esposti għal riskji li jogħlew. Għall-2005, dan jgħodd il-fatt li l-Gvern waqqaf pakkett ta' riżerva ta' "emerġenza" ta' 0.5% tal-PGD kontra l-possibbiltà li ma tintlaħaqx il-mira ta' l-2005. Waqt li l-eżistenza ta' din ir-riżerva hija milqugħa, l-ammont allokat jidher li mhux biżżejjed, minħabba r-riskji tal-Baġit 2005. Barra minn dan, hemm tħassib li dawn ir-riżervi jistgħu jintużaw kmieni wisq matul is-sena u b'hekk inaqqsu l-inċentivi għall-implimentazzjoni rigoruża tal-baġit ta' l-2005. Jekk ma jintlaħqux il-miri ta' l-2005 u ta' l-2006, tiżdied il-pressjoni fuq l-aġġustament fis-snin 2007 u 2008. (ii) It-tnaqqis fl-ispiża fl-2005 u wara hu espost għal riskji peress li l-miżuri ta' riforma inklużi fil-baġit ta' l-2005 jistgħu ma jkunux implimentati għal kollox, u barra minn dan, mhumiex imdaħħla fi strateġija ta' riforma globali. (iii) il-preżunzjonijiet ta' rati ta' imgħax favorevoli fl-aġġornament li jiddependu fuq tkomplija fiż-żjieda tal-fiduċja, joħolqu riskju ieħor tal-baġit. (iv) Hemm ukoll tħassib dwar il-kredibbiltà tal-miri dwar spiża u dħul, peress li l-għanijiet tas-snin ta' qabel ma ntlaħqux bil-kbir. Barra minn dan, kwalunkwe tnaqqis fir-rati tal-VAT fil-qafas tar-riformi tat-taxxi ta' bħalissa jista' jżid ir-riskju għad-dħul ukoll jekk l-intenzjoni tkun li ssir tpattija permezz ta' żjieda f'rati oħra; iż-żmien tagħha għalhekk ikun jitlob kunsiderazzjoni bir-reqqa u għandha issir bil-kundizzjoni li jintlaħqu bis-sħiħ il-miri tad-defiċit. (v) jista jkun hemm riskju mill-fatt li r-rifużjonijiet tal-VAT marbuta ma' attivitajiet ekonomiċi fl-2004 jistgħu jdumu, iżda l-awtoritajiet impenjaw ruħhom li jżidu fir-rata ta' dawn ir-rifużjonijiet biex ma jgħabbux il-baġit ta' l-2005. Mill-banda l-oħra, dan il-kontroll imsaħħaħ fuq ir-rifużjonijiet tal-VAT mibdi fl-2004 jista' wkoll jikkontribwixxi għal tnaqqis fin-nuqqas mistenni fid-dħul tal-VAT li jikkostitwixxi riskju 'l isfel. 5. Meta wieħed jara din il-valutazzjoni, hemm riskju li r-riżultati tal-baġit jistgħu jkunu agħar minn dawk previsti fl-aġġornament. Għalhekk, minkejja li r-rotta ta' l-aġġustament fil-programm u b'mod partikolari il-mira l-ġdida tad-defiċit ta' l-2005 ta' 3.8% tal-PGD (4.7% inkluż il-piż tar-riforma tal-pensjonijiet) jistgħu jistqiesu li huma xierqa biex jikkoreġu d-defiċit eċċessiv sa l-2008, l-atteġġament fiskali fil-programm ma jidhirx li hu bizzejjed biex iħaddem din ir-rotta u jiżgura li d-defiċit jitniżżel taħt it-3% tal-PGD sa l-2008. Biex ir-rotta ssir kredibbli jkunu meħtieġa miżuri addizzjonali. B'mod partikolari, hu ta' l-akbar importanza li tintlaħaq il-mira l-ġdida ta' l-2005. Meta wieħed jara l-valutazzjoni ta' hawn fuq, ikunu xierqa miżuri addizzjonali ta' mhux anqas minn 0.5 punt perċentwali. 6. Il-proporzjon ta' dejn hu stmat li hu 57.3% tal-PGD fl-2004 (ser jiħaq il-59.9% tal-PGD inkluż il-piż tar-riforma tal-pensjonijiet, bilkemm taħt il-livell ta' riferenza ta' 60% tat-Trattat PGD). Il-programm jipprevedi li l-proporzjon ta' dejn għandu jonqos b'7 punti perċentwali tul il-perjodu tal-programm. Ir-riskji għall-proporzjoni tad-dejn jikkorrispondu għal dawk dwar previżjonijiet tad-defiċit. 7. Rigward is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi, l-Ungerija jidher li hi esposta għal xi riskji minħabba l-ispiża tal-baġit prevista minħabba popolazzjoni li qegħda tixjieħ. Ir-riskji huma parzjalment marbuta ma' l-inċertezza dwar tendenzi tal-baġit fit-tul minħabba nuqqas ta' tagħrif dwar previżjonijiet ta' spiża dwar kura tas-saħħa. L-istrateġija imfassla fil-programm hi bbażata fuq konsolidament tal-baġit fis-snin li ġejjin u miżuri ta' riforma addizzjonali li għandhom jiġu implimentati fil-ġejjieni. Is-sistema tal-pensjonijiet riformata, inkluż id-dħul tat-tieni pilastru imħallas, tikkontribwixxi b'mod konsistenti biex tnaqqas l-impatt tal-baġit mix-xjuħija tal-popolazzjoni u biex tnaqqas ir-riskji ta' finanzi pubbliċi insostenibbli. Madankollu, hu importanti li jiġu segwiti riformi oħra, b'mod partikolari fis-settur tal-kura tas-saħħa flimkien ma' implimentazzjoni b'rieda qawwija tal-konsolidament tal-baġit kif ippjanat fiż-żmien medju. 8. Il-politika ekonomika mfassla fil-programm hi parzjalment konsistenti mal-linji ta’ gwida wiesgħa dwar il-politika ekonomika speċifiċi għal kull pajjiż fil-qasam tal-finanzi pubbliċi. Id-defiċit ġenerali tal-gvern kellu jitnaqqas “b’mod kredibbli u sostenibbli f'qafas multi-annwali skond id-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Kunsill fil-kuntest ta' l-eżerċizzju ta' sorveljanza tal-baġit". Madankollu l-Ungerija ma żammitx mar-rakkomandazzjonijiet 104(7) tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2004 taħt il-proċedura ta' defiċit fil-baġit eċċessiv, kif deċiż mill-Kunsill fit-18 ta' Jannar 2005 ibbażati fuq l-Artiklu 104(8) tat-Trattat. L-aġġornament fih qafas multi-annwali biex jikkoreġi l-baġit eċċessiv sa l-2008, minkejja li hemm riskju ta' riżultat tal-baġit li jkun agħar-minn-previst. * * * MInħabba l-valutazzjoni ta' hawn fuq u fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill skond l-artikolu 104(7) fit-[8 ta’ Marzu 2005] il-Kunsill hu ta' l-opinjoni li l-Ungerija għandha: (i) tieħu passi f'qafas ta' żmien medju biex iġġib id-defiċit inkluż il-piż tar-riforma tal-pensjonijiet taħt it-3% tal-PGD sa l-2008 b'mod kredibbli u sostenibbli, b'mod partikolari permezz ta' miżuri addizzjonali biex tilħaq ir-rotta ġdida ta' aġġustament inkluż l-mira l-ġdida ta’ defiċit ta' 3.8% tal-PGD (3.8% tal-PGD eskluż il-piż tar-riforma tal-pensjonijiet) fl-2005 u ta’ 2.8% tal-PGD inkluż il-piż tar-riforma tal-pensjonijiet fl-2008 u billi taħtaf kull opportunità biex iżżid fir-rata ta' aġġustament fiskali ; (ii) tagħmel iż-żmien u l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe tnaqqis tat-taxxi li jkun bil-kundizzjoni li jintlaħqu l-miri tad-defiċit fil-programm ta' konverġenza ppreżentat fl-2004; (iii) tagħmel progress fir-riforma tas-sistemi ta' amministrazzjoni pubblika, saħħa, u edukazzjoni kif impenjata ukoll bil-ħsieb li ttejjeb is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi. Tabella ta’ Tqabbil ta' previżjonijiet prinċipali makroekonomiċi u finanzjarji 2004 | 2005 | 2006 | 2007 | 2008 | [1] ĠU L 209, 2.8.1997. Id-dokumenti kollha imsemmija f'dan it-test jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://europa.eu.int/comm/economy_finance/about/activities/sgp/main_en.htm [2] Kien ibbażat fuq il-previżjoni tal-Kummissjoni tar-Rebbiegħa 2004 li ħadet in kunsiderazzjoni tagħrif rrappurtat mill-Ungerija f'Marzu 2004. In-notifika ta' Settembru 2004 ikkorreġiet 'il fuq id-defiċit tal-gvern ġenerali minn 5.9% tal-PGD għal 6.2% għall-2003. [3] Opinjoni Riveduta tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju dwar kontenut u format ta' programm ta' stabbiltà u konverġenza approvat mill-Kunsill ECOFIN fl-10.7.2001 [4] KUMM (2002) 668 tas- 27.11.2002. [5] Din iċ-ċifra terġa’ tinkludi l-piż tar-riforma tal-pensjonijiet peress illi l-esklużjoni ta' dan is-suġġett hija possibbli biss san-notifika fiskali ta' Marzu 2007. [6] Id-differenza bejn tagħrif ibbażat fuq sistema cash u oħra accrual għad mhux magħruf. Minħabba raġunijiet marbuta mad-dħul fl-UE, partikolarment it-tibdil fil-ġbir tal-VAT fuq prodotti importati mill-UE, din id-differenza ingħadet li kienet straordinarjament għolja fl-2004, tammonta għal bejn 1.2 - 1.4 punti perċentwali. Mandankollu, hemm inċertezzi ta' konteġġi marbuta ma' ħlasijiet ta; sussidji agrikoli u l-ħlas tat-13-il salarju lill-impjegati pubbliċi. Għalhekk id-differenzi bejn cash u accrual tista' tkun anqas, u b'hekk tkabbar id-defiċit a bażi ta’ l-accrual fl-2004. jekk ir-rifużjonijiet tal-VAT jitħaffew kif indikaw l-awtoritajiet Ungeriżi, jistgħu iżidu id-defiċit (accrual based) ta l-2004 b'kważi 0.7 punti perċentwali. [7] ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1. Id-dokumenti imsemmija f'dan it-test jistgħu jinstabu fil-websajt li ġej http://europa.eu.int/comm/economy_finance/about/activities/sgp/main_en.htm [8] Hemm inċertezzi fil-konteġġi marbuta ma ħlasijiet ta’ sussidji agrikoli u l-ħlas tat-13-il salarju ta' l-impjegati pubbliċi li jistgħu inaqqsu d-differenza bejn id-defiċit a bażi ta' cash u accrual, u b'hekk iżidu id-defiċit a bażi ta' accrual għall-2004. Jekk ir-rifużjonijiet tal-VAT jitħaffew, kif indikaw l-awtoritajiet Ungeriżi, jistgħu iżidu d-defiċit għall-2004 b'kważi 0.7 ta' punt perċentwali.